27.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2014

li taħtar tliet membri Taljani u erba' membri supplenti Taljani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/398/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Luis DURNWALDER, is-Sur Ugo CAPPELLACCI u s-Sur Luciano CAVERI, saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Vito DE FILIPPO, is-Sur Roberto BOMBARDA, is-Sinjura Federica SEGANTI u s-Sinjura Alessia ROSOLEN, saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Arno KOMPATSCHER, Consigliere e Presidente della Provincia Autonoma di Bolzano

Is-Sur Raffaele CATTANEO, Consigliere della Regione Lombardia e Presidente del Consiglio regionale

Is-Sur Augusto ROLLANDIN, Presidente della Regione Autonoma Valle d'Aosta

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Marcello Maurizio PITTELLA, Presidente della Regione Basilicata

Is-Sur Ugo ROSSI, Presidente della Provincia Autonoma di Trento

Is-Sur Francesco PERONI, Assessore della Regione Friuli Venezia Giulia

Is-Sur Franco IACOP, Consigliere e Presidente del Consiglio della Regione Friuli Venezia Giulia.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. HARDOUVELIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.