28.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 909/2013

tal-10 ta’ Settembru 2013

li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) għandhom jiġu żviluppati u implimentati b’mod armonizzat, interoperabbli u miftuħ.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (l-“ECDIS Interna”) għandhom jiġu ddefiniti.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tekniċi stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2005/44/KE.

(4)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom iqisu l-ħidma li saret mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 48 “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)” adottata mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), kif ukoll ir-regolamenti rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine (CCNR).

(5)

B’mod partikolari, l-Edizzjoni 2.3 tal-“Inland ECDIS Product Specification for Inland Electronic Navigational Charts” (ENCs Interni) u l-“Status of Presentation Library” tar-Riżoluzzjoni 48 tal-UNECE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)” ġew adottati mill-UNECE, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp għall-Armonizzazzjoni tal-ENC Interna u tal-grupp ta’ esperti tal-ECDIS Interna.

(6)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jikkunsidraw ukoll il-ħidma li saret mill-grupp ta’ esperti fl-ECDIS Interna li hu magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ECDIS Interna u membri uffiċjali minn korpi governattivi oħrajn kif ukoll minn osservaturi mill-industrija.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jikkorrispondu mal-livell attwali ta’ żvilupp tekniku. L-esperjenzi miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/44/KE kif ukoll il-progress tekniku tal-ġejjieni għandhom jiġu meqjusa meta jsiru emendi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. L-emendi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom iqisu l-ħidma li saret mill-grupp ta’ esperti fl-ECDIS Interna kif ukoll mill-UNECE u mis-CCNR.

(8)

Ir-referenza għall-istandards tal-UNECE f’dan ir-Regolament ma joħloqx xi preċedent għall-istandards futuri tal-UE relatati man-navigazzjoni interna, mal-RIS u mal-ECDIS. Il-Kummissjoni fil-fatt bdiet evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tal-RIS. L-arranġament amministrattiv bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea u s-CCNR jista’ jiġi estiż għall-elaborazzjoni ta’ standards fil-qasam tal-RIS, skont ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni, li għandhom ikunu disponibbli sal-2014. Meta dawn ir-riżultati jkunu disponibbli l-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda dan ir-Regolament kif dovut.

(9)

Skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2005/44/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-“boatmasters” nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (2).

(11)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2005/44/KE jipprevedi li l-linji gwida u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna, (l-ECDIS Interna) huma ddefiniti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


ANNESS

SISTEMA TAD-DISPLEJ TAL-MAPEP ELETTRONIĊI U TAL-INFORMAZZJONI GĦAN-NAVIGAZZJONI INTERNA

(ECDIS interna)

WERREJ

TAQSIMA 1: STANDARD TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA 7

1.

Introduzzjoni 7

2.

Referenzi 7

3.

Kontenuti, disponibbiltà u aġġornar tal-informazzjoni kartografika 7

3.1.

Kontenuti u disponibbiltà tal-ENCs Interni 7

3.2.

Aġġornamenti 8

4.

Preżentazzjoni tal-informazzjoni 8

4.1.

Rekwiżiti dwar id-displej 8

4.2.

Meded tad-displej (skali) 9

4.3.

Ippożizzjonar u orjentazzjoni tal-immaġni 9

4.4.

Displej tal-informazzjoni tal-SENC 9

4.5.

Displej tal-informazzjoni tar-radar 10

4.6.

Displej ta’ informazzjoni oħra tan-navigazzjoni 10

4.7.

Kuluri u simboli 10

4.8.

Preċiżjoni tad-dejta u tad-displej 10

5.

Operat 11

5.1.

Modalità tal-informazzjoni 11

5.2.

Modalità tan-navigazzjoni 12

5.3.

Elementi ta’ operat u ta’ kontroll 13

6.

Konnessjonijiet ma’ tagħmir ieħor 13

7.

Indikazzjonijiet u allarmi 13

7.1.

Tagħmir tal-Ittestjar Integrat (Built in Test Equipment/BITE) 13

7.2.

Malfunzjonijiet 13

8.

Arranġamenti awżiljarji 13

8.1.

Preċiżjoni insuffiċjenti tal-ippożizzjonar tal-SENC 13

8.2.

Difetti 13

9.

Provvista tal-elettriku fil-modalità tan-navigazzjoni 14
TAQSIMA 2: STANDARD TAD-DEJTA GĦALL-ENCs INTERNI 14

1.

Introduzzjoni 14

2.

Mudell teoretiku tad-dejta 14

3.

Struttura tad-dejta 14

4.

Speċifikazzjoni tal-prodott tal-ENCs Interni 14

5.

Definizzjonijiet għat-Taqsima 2 14
TAQSIMA 2: A KODIĊIJIET GĦAL PRODUTTURI U PASSAĠĠI FUQ L-ILMA (FLIMKIEN MAL-KODIĊIJIET GĦALL-PRODUTTURI TAL-ENC IHO–S-62) 15
TAQSIMA 3: STANDARD TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA 17

1.

Introduzzjoni 17

2.

Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna 17

2.1.

Komponenti tal-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-S-52 u tal-ECDIS Interna 17

2.2.

Tabelli ta’ konsultazzjoni 18

2.3.

Proċeduri ta’ simboloġija kondizzjonali (CS) 18

2.4.

Kuluri 19

2.5.

Preżentazzjoni tas-sinjali ta’ avviżi 19
TAQSIMA 4: REKWIŻITI DWAR L-OPERAT U L-PRESTAZZJONI, METODI TA’ TTESTJAR U RIŻULTATI TA’ TESTIJIET MEĦTIEĠA 19

1.

Introduzzjoni 19

1.1.

Suġġett ta’ din it-Taqsima 19

1.2.

Referenzi normattivi 19

2.

Modalitajiet tal-operat u konfigurazzjoni ta’ sistemi 20

2.1.

Modalitajiet tal-operat 20

2.2.

Konfigurazzjonijiet tas-sistema 20

2.2.1.

Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija weħidha (stand-alone) mingħajr konnessjoni mar-radar 20

2.2.2.

Tagħmir tal-ECDIS Interna, stallazzjoni parallela u konnessjoni mar-radar 20

2.2.3.

Tagħmir tal-ECDIS Interna, moniter komuni konness ma’ tagħmir tar-radar 20

2.2.4.

Tagħmir tar-radar b’funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata. 20

3.

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni 20

3.1.

Prestazzjoni tal-ħardwer 20

3.2.

Prestazzjoni tas-softwer 20

3.3.

Prestazzjoni tal-kontrolli tal-operat 20

3.4.

Prestazzjoni tad-displej 21

3.4.1.

Dimensjonijiet tad-displej 21

3.4.2.

Orjentazzjoni tad-displej 21

3.4.3.

Riżoluzzjoni tad-displej 21

3.4.4.

Kuluri tad-displej 21

3.4.5.

Luminożità tad-displej 21

3.4.6.

Tiġdid tal-immaġni 21

3.4.7.

Teknoloġija tad-displej 21

4.

Funzjonijiet operattivi 21

4.1.

Modalità tal-operat 21

4.2.

Parametri predefiniti tat-tagħmir (store/recall) 21

4.3.

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni tal-SENC 22

4.4.

Orjentazzjoni, ippożizzjonar u tibdil tal-mapep 22

4.5.

Pożizzjoni u orjentazzjoni tal-bastiment proprju 22

4.6.

Densità tal-informazzjoni 22

4.7.

Meded/Ċrieki tal-meded tad-distanzi 22

4.8.

Luminożità tal-immaġni 23

4.9.

Kuluri tal-immaġni 23

4.10.

Rapport tal-għażla (pick report) 23

4.11.

Karatteristiċi ta’ kejl 23

4.12.

Dħul u editjar tal-entrati fuq il-mapep proprji tal-kaptan 23

4.13.

Lowding u aġġornar tal-SENCs 23

4.14.

Preżentazzjoni u sovrappostazzjoni tal-immaġni tar-radar 23

4.15.

Funzjonijiet tal-ECDIS Interna b’aċċess immedjat 24

4.16.

Parametri ta’ funzjonijiet li huma dejjem viżibbli 24

5.

Funzjonijiet ta’ manutenzjoni 24

5.1.

Korrezzjoni statika tal-pożizzjoni tal-mappa 24

5.2.

Korrezzjoni statika tal-orjentazzjoni tal-mappa 25

5.3.

Konfigurazzjoni ta’ interfaċċji 25

6.

Test tal-ħardwer u ċertifikati meħtieġa 25

6.1.

Kompatibbiltà mar-rekwiżiti ambjentali 25

6.2.

Dokumentazzjoni ta’ tagħmir 25

6.3.

Interfaċċji 25

6.4.

Karatteristiċi tal-kontrolli tal-operat 25

6.5.

Karatteristiċi tad-displej 25

7.

Test tal-preżentazzjoni tal-mappa, tal-operat u tal-funzjonalità 25

7.1.

Preparazzjoni tat-tagħmir soġġettat għat-test (Equipment Under Test/EUT) 25

7.2.

Test tal-modalitajiet tal-operat 26

7.3.

Test tal-karatteristiċi murija fid-displej 26

7.4.

Test tad-densità tal-informazzjoni li tiddependi fuq l-iskala (SCAMIN) 26

7.5.

Test tal-varjetà tal-luminożità 26

7.6.

Test tal-kuluri 26

7.7.

Test tal-funzjonijiet ta’ kejl 26

7.8.

Test tal-funzjoni tal-aġġornar tal-mappa 26

7.9.

Test tal-karatteristiċi murija f’aktar minn ċellola waħda tal-istess użu għall-istess żona 27

8.

Test tal-preżentazzjoni u tal-operat tal-immaġni tar-radar 27

8.1.

Preparazzjonijiet 27

8.2.

Test tal-immaġni tar-radar mingħajr mappa sottostanti 27

8.3.

Test tal-immaġni tar-radar, informazzjoni sovrapposta minn bastimenti oħra u l-mappa sottostanti 27

8.3.1.

Test tas-sovrappostazzjoni tar-radar 27

8.3.2.

Test tal-ippożizzjonar u tal-orjentazzjoni tal-mappep 28

8.3.3.

Test tal-konformità mal-iskala 28

9.

Test tal-allarmi u tal-indikazzjonijiet 28

10.

Test tal-arranġamenti awżiljarji 28
TAQSIMA 4 A: MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TAL-KWALITÀ TAS-SOFTWER 28

1.

Rekwiżiti ġenerali 28

1.1.

Rekwiżiti dwar id-disinn tas-softwer 28

1.2.

Rekwiżiti dwar l-implimentazzjoni 28

1.3.

Rekwiżiti tat-test 29

1.4.

Rekwiżiti dwar il-komponenti ta’ terza parti 29

1.5.

Rekwiżiti dwar servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni 29

1.6.

Lingwa 29

1.7.

Rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għall-utenti 30

2.

Metodi ta’ ttestjar u riżultati meħtieġa 30

2.1.

Test tal-operat tal-modalità tan-navigazzjoni 30

2.1.1.

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni 30

2.1.1.1.

Pożizzjoni 30

2.1.1.2.

Direzzjoni 30

2.1.2.

Ħsara ta’ sensuri 30

2.1.3.

Interfaċċja tat-test tal-prestazzjoni 30

2.2.

Testijiet ġenerali tas-softwer 31

2.2.1.

Dokumentazzjoni ta’ tagħmir 31

2.2.2.

Test tar-reżistenza 31

3.

Tibdiliet fis-sistemi ċertifikati 31

3.1.

Rekwiżiti ġenerali 31

3.2.

Tibdiliet fis-softwer u fil-ħardwer 31
SEZZJONI 4B: KONFIGURAZZJONIJIET TAS-SISTEMA (GRAFIĊI) 32
TAQSIMA 5: GLOSSARJU TAT-TERMINI 34

TAQSIMA 1:   STANDARD TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA

1.   INTRODUZZJONI

(a)

L-ECDIS Interna tikkontribwixxi għas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport marittimu intern u għalhekk għall-ħarsien tal-ambjent.

(b)

L-ECDIS Interna tnaqqas l-ammont ta’ xogħol tan-navigazzjoni meta mqabbel ma’ metodi tradizzjonali ta’ navigazzjoni u ta’ informazzjoni.

(c)

L-ECDIS Interna tista’ tkun iddisinjata kemm biex tintuża fil-modalità tal-informazzjoni u l-modalità tan-navigazzjoni flimkien, kif ukoll fil-modalità tal-informazzjoni biss.

(d)

Għall-modalità tan-navigazzjoni kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ECDIS Interna (Softwer tas-Sistema Operattiva, Softwer tal-applikazzjoni u Ħardwer) għandu jkollha livell għoli ta’ affidabbiltà u ta’ disponibbiltà; tal-inqas tal-istess livell bħal metodi oħra ta’ navigazzjoni.

(e)

L-ECDIS Interna għandha tuża l-informazzjoni kartografika kif speċifikat fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(f)

L-ECDIS Interna għandha tiffaċilita l-aġġornament sempliċi u affidabbli tal-ENC Interna.

(g)

L-ECDIS Interna għandha tipprovdi allarmi jew indikazzjonijiet adattati fir-rigward tad-displej tal-informazzjoni jew ta’ ħsara fit-tagħmir.

(h)

L-ECDIS Interna għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-istandard tal-prestazzjoni.

2.   REFERENZI

(a)

Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru. S-57 “IHO Transfer Standard for Digital Hydrographic Data”, Edizzjoni 3.1, Suppliment Nru 2, Ġunju 2009.

(b)

Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru. S-62 “ENC Producer Codes”, Edizzjoni 2.5, Diċembru 2009.

(c)

Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru. S-52 “Specifications for Chart Content and Display Aspects of ECDIS”, is-6 Edizzjoni, Marzu 2010, inklużi

S-52 Appendiċi 1 “Guidance on Updating the Electronic Chart”, Edizzjoni 3.0, Diċembru 1996.

(d)

Ir-Riżoluzzjoni MSC.232(82) tal-IMO “Revised Performance Standards for Electronic Chart Display and Information Systems (ECDIS)”, Diċembru 2006.

(e)

Il-Linja Gwida 61174 tal-IEC, Edizzjoni 3.0 “ECDIS - Operational and performance requirements, methods of testing and required test results”, 2008-9.

(f)

L-Anness IX, il-Parti III sa VI, tad-Direttiva tal-UE 2006/87: Rekwiżiti applikabbli għall-installazzjonijiet tar-radar u għall-indikaturi tar-rata tad-dawran.

(g)

Pubblikazzjoni speċjali tal-IHO Nru. S-32 Appendiċi 1 “Glossary of ECDIS-related Terms”.

(h)

L-Edizzjoni 2.3 tal-Appendiċi 1 “Product Specification for Inland ENCs” tar-Riżoluzzjoni 48 tal-UNECE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)”, inklużi l-Appendiċi 1.1 “IENC Feature catalogue” u 1.2 “Inland Electronic Navigational Chart Encoding Guide”.

(i)

L-Edizzjoni 2.3 tal-Appendiċi 2 “Status of Presentation Library for Inland ECDIS” tar-Riżoluzzjoni 48 tal-UNECE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)”.

3.   KONTENUTI, DISPONIBBILTÀ U AĠĠORNAR TAL-INFORMAZZJONI KARTOGRAFIKA

3.1.   Kontenuti u disponibbiltà tal-ENCs Interni

(a)

L-informazzjoni kartografika li għandha tintuża fl-ECDIS Interna għandha tkun l-aħħar edizzjoni tal-informazzjoni.

(b)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-utent ma jitħalliex ibiddel il-kontenuti ta’ edizzjonijiet oriġinali tal-ENC Interna.

(c)

Jekk il-mappa hija intenzjonata biex tintuża għall-modalità tan-navigazzjoni (Kapitolu 5.2 ta’ din it-Taqsima), il-karatteristiċi li ġejjin għandhom tal-inqas jiġu inklużi fl-ENC:

xatt ta’ passaġġ fuq l-ilma (fil-livell medju tal-ilma)

bini ta’ max-xatt (pereżempju brejkwoter, diga għall-iggwidar lonġitudinali, moll fil-forma ta’ ħajt għall-ilqugh tal-ilma – kwalunkwe struttura kkunsidrata ta’ periklu għan-navigazzjoni)

profili ta’ mgħalaq u digi

konfini tar-rotta li jistgħu jgħaddu l-bastimenti minnha/tal-kanal navigabbli (jekk definiti)

perikli iżolati matul ir-rotta minn fejn jistgħu jgħaddu l-bastimenti/il-kanal navigabbli ta’ taħt l-ilma

perikli iżolati matul ir-rotta li jistgħu jgħaddu l-bastimenti minnha/il-kanal navigabbli ‘l fuq mil-livell tal-ilma, bħal pontijiet, kejbils fil-għoli, eċċ.

Għajnuniet għan-navigazzjoni uffiċjali (pereżempju bagi, stazzjonijiet ta’ sinjalar (beacons), dwal, u sinjali ta’ avviżi (notice marks))

l-assi ta’ passaġġi fuq l-ilma f’kilometri u f’ettometri jew f’mili

pożizzjoni ta’ portijiet u ta’ siti ta’ trażbord,

data ta’ riferiment għall-kejl standard tal-livell tal-ilma rilevanti għan-navigazzjoni.

links għal xml-files esterni bil-ħinijiet tal-operat ta’ strutturi ristrittivi, b’mod partikolari mgħalaq u pontijiet.

(d)

Jekk il-mappa tkun intenzjonata biex tintuża għall-modalità tan-navigazzjoni (il-Kapitolu 5.2 ta’ din it-Taqsima), l-awtorità kompetenti rispettiva tiddeċiedi għal kull passaġġ fuq l-ilma jew port fi ħdan iż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tagħha, liema minn dawn il-karatteristiċi msemmija hawn fuq għandhom jiġu vverifikati. L-awtorità kompetenti rispettiva għandha tiddikjara liema ENCs Interni huma approvati għall-modalità tan-navigazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tagħha. (għad-dettalji ara t-Taqsima 2 A ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi).

3.2.   Aġġornamenti

(a)

L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi li taċċetta aġġornamenti tad-dejta tal-ENC Interna pprovduti b’konformità mal-istandards miftiehma. Dawn l-aġġornamenti jiġu applikati awtomatikament għall-SENC. Il-proċedura ta’ implimentazzjoni ma għandhiex tfixkel id-displej li qed jintuża.

(b)

L-ECDIS Interna għandha tippermetti d-displej ta’ aġġornamenti, sabiex il-kaptan jista’ jirrevedi l-kontenuti u jaċċerta li ddaħħlu fl-SENC.

(c)

L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi tħassar l-aġġornamenti applikati awtomatikament tad-dejta tal-ENC Interna.

(d)

L-edizzjonijiet oriġinali tal-ENC Interna u l-aġġornamenti suċċessivi ma għandhom qatt jitħalltu flimkien.

(e)

L-ENC Interna u kwalunkwe aġġornament tagħha għandhom jintwerew mingħajr l-ebda degradazzjoni fil-kontenut tagħhom tal-informazzjoni.

(f)

Id-dejta tal-ENC Interna u l-aġġornamenti tagħha għandhom ikunu jintgħarfu mill-informazzjoni l-oħra b’mod ċar.

(g)

L-ECDIS Interna għandha tiżgura li l-ENC Interna u kwalunkwe aġġornament tagħha ġew illowdjati b’mod tajjeb fl-SENC.

(h)

L-ECDIS Interna għandha tirreġistra l-aġġornamenti, inkluż meta ġew applikati fl-SENC.

(i)

Il-kontenuti tal-SENC li se jintużaw għandhom ikunu adegwati u aġġornati għall-vjaġġ intenzjonat.

4.   PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

4.1.   Rekwiżiti dwar id-displej

(a)

Il-metodu tad-displej għandu jiżgura li l-informazzjoni murija hija viżibbli għal aktar minn osservatur wieħed b’mod ċar, f’kundizzjonijiet tipiċi tad-dawl li jinsabu fil-kabina tat-tmun ta’ bastiment binhar u billejl.

(b)

Id-daqs tad-displej tal-preżentazzjoni tal-mapep għandu jkun mill-inqas 270 mm b’270 mm għal tagħmir iddisinjat u ċċertifikatt għall-użu fil-modalità tan-navigazzjoni. Fil-modalita tal-informazzjoni l-aspetti ergonomiċi jiddeterminaw id-daqs.

(c)

Ir-rekwiżiti dwar id-displej jintlaħqu kemm fil-format mindud (landscape) kif ukoll dak wieqaf (portrait).

4.2.   Meded tad-displej (skali)

(a)

Fil-modalità tal-informazzjoni (irreferi għall-Kapitolu 5.1 ta’ din it-Taqsima), l-użu tal-istess meded tad-distanzi stipulati fil-modalità tan-navigazzjoni huma rrakkomandati.

(b)

Fil-modalità tan-navigazzjoni (irreferi għall-Kapitolu 5.2 ta’ din it-Taqsima), jistgħu jintużaw biss il-meded (skali) li jistgħu jinbidlu suċċessivament kif stipulati fit-Taqsima 4, il-Kapitolu 4.7 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

4.3.   Ippożizzjonar u orjentazzjoni tal-immaġni

(a)

Il-modalità tal-informazzjoni tippermetti kwalunkwe orjentazzjoni tal-mapep (ara l-Kapitolu 5.1 ta’ din it-Taqsima)

(b)

Fil-modalità tan-navigazzjoni l-mappa tieħu awtomatikament il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni f’moviment relattiv (relative motion) li tħares ‘il fuq (head-up), mal-pożizzjoni tal-bastiment proprju fiċ-ċentru tal-iskrin jew lill hinn miċ-ċentru (off-centred) (ara l-Kapitolu 5.2 ta’ din it-Taqsima).

4.4.   Displej tal-informazzjoni tal-SENC

(a)

Id-displej tal-informazzjoni tal-SENC għandu jinqasam fit-tliet kategoriji tad-displej kif ġej:

Bażi tad-Displej (Display Base)

Displej Standard (Standard Display)

Displej Sħiħ (All Display)

L-allokazzjoni tal-klassijiet ta’ karatteristiċi għall-kategoriji tad-displej tinsab fid-dettall fit-Tabelli ta’ Konsultazzjoni tal-Appendiċi 2 “Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna” ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(b)

Il-kategorija tal-Bażi tad-Displej għandu jkun fiha tal-anqas dawn il-karatteristiċi:

xatt ta’ passaġġ fuq l-ilma (fil-livell medju tal-ilma)

bini ta’ max-xatt (pereżempju brejkwoter, diga għall-iggwidar lonġitudinali, moll f’forma ta’ ħajt għall-ilqugħ tal-ilma – kwalunkwe struttura kkunsidrata ta’ periklu għan-navigazzjoni)

profili ta’ mgħalaq u digi

konfini tar-rotta li jistgħu jgħaddu l-bastimenti minnha/tal-kanal navigabbli (jekk definiti)

perikli iżolati matul ir-rotta minn fejn jistgħu jgħaddu l-bastimenti/il-kanal navigabbli ta’ taħt l-ilma

perikli iżolati matul ir-rotta li jistgħu jgħaddu l-bastimenti minnha/il-kanal navigabbli ‘l fuq mil-livell tal-ilma, bħal pontijiet, kejbils fil-għoli, eċċ.

għajnuniet għan-navigazzjoni uffiċjali (pereżempju bagi, dwal u stazzjonijiet ta’ sinjalar/beacons)

(c)

Il-kategorija tad-Displej Standard għandu jkun fiha tal-anqas dawn il-karatteristiċi:

l-oġġetti tal-kategorija tal-Bażi tad-Displej

żoni pprojbiti u ristretti

mollijiet għal bastimenti kummerċjali (tat-tagħbija jew tal-passiġġieri)

sinjali fuq ix-xtut li juru l-kilometri u l-ettometri jew il-mili

(d)

Il-kategorija tad-Displej Sħiħ għandha mat-talba turi l-karatteristiċi individwali kollha li jinsabu fl-SENC Interna,

(e)

Meta tintalab l-ECDIS Interna, din għandha titla’ fuq l-iskrin bid-Densità tal-Informazzjoni Standard fuq medda adattata li tinsab fl-SENC għaż-żona murija.

(f)

L-ECDIS Interna għandha tkun tista’ tinbidel għad-Densità tal-Informazzjoni Standard fi kwalunkwe ħin b’azzjoni waħda tal-operatur.

(g)

L-ECDIS Interna għandha tindika biċ-ċar id-densità tal-informazzjoni li tkun qed tintuża attwalment fi kwalunkwe ħin.

(h)

L-informazzjoni dwar il-fond fl-ENC li tkun tevolvi mal-ħin għandha tintwera indipendentement mit-tliet kategoriji tad-displej msemmija hawn fuq.

4.5.   Displej tal-informazzjoni tar-radar

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni l-immaġni tar-radar għandu jkollha l-ogħla prijorità ta’ displej u tista’ tiġi ppreżentata biss fil-moviment relattiv (relative motion), bil-modalità li tħares ‘il fuq (head-up). Jekk is-sistema hija wkoll approvata bħala tip approvat għall-ECDIS marittima, tista’ tiġi implimentata l-modalità ta’ moviment reali (true motion) u li tħares lejn it-tramuntana (north-up). Jekk sistema bħal din tintuża fil-modalità ta’ moviment reali u/jew li tħares lejn it-tramuntana fuq passaġġi interni fuq l-ilma fl-Ewropa, tiġi meqjusa li qed taħdem fil-modalità tal-informazzjoni.

(b)

L-SENC sottostanti trid tkun taqbel fil-pożizzjoni, fil-medda u fl-orjentazzjoni. L-immaġni tar-radar u l-pożizzjoni mis-sensur ta’ ippożizzjonar jridu jkunu t-tnejn aġġustabbli għall-antenna lejn id-direzzjoni tat-treġija tal-bastiment.

(c)

L-immaġni sovrapposta tar-radar għandha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi kif speċifikati fit-Taqsima 4, tal-Kapitolu 4.14 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(d)

L-immaġni sovrapposta tar-radar tista’ turi informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni. Kull informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni u s-simboli tal-monitoraġġ u tal-lokalizzazzjoni (tracking and tracing), madankollu, ma għandhom bl-ebda mod jiddegradaw id-displej tal-kontenut oriġinali tar-radar.

4.6.   Displej ta’ informazzjoni oħra tan-navigazzjoni

(a)

L-ECDIS Interna u l-informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni għandhom jużaw sistema komuni ta’ referenza.

(b)

Għandu jkun possibbli li tintwera l-pożizzjoni tal-bastiment proprju tal-kaptan fuq l-iskrin.

(c)

Il-kaptan għandu jkun jista’ jagħżel il-limiti ta’ sikurezza.

(d)

L-ECDIS Interna għandha tindika n-nuqqasijiet fil-limiti ta’ sikurezza.

4.7.   Kuluri u simboli

(a)

Id-displej ta’ kuluri u ta’ simboli biex jirrapreżentaw informazzjoni tal-SENC għandhom tal-inqas ikunu konformi mar-regolamenti tat-Taqsima 3 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Flimkien ma’ dawn jistgħu jintużaw serji ta’ simboli oħrajn magħżula mill-utent.

(b)

Għandhom jintużaw kuluri u simboli oħrajn barra dawk imsemmija fil-punt 4.7.a, biex jirrappreżentaw elementi u parametri tan-navigazzjoni kif elenkat fl-Appendiċi 3, tar-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC.232(82).

4.8.   Preċiżjoni tad-dejta u tad-displej

(a)

Il-preċiżjoni tad-dejta kkalkulata li tiġi ppreżentata għandha tkun indipendenti mill-karatteristiċi tad-displej u għandha tkun konsistenti mal-preċiżjoni tal-SENC.

(b)

L-ECDIS Interna għandha tipprovdi indikazzjoni jekk id-displej jużax medda tad-displej iżgħar minn dik li toffri l-preċiżjoni tad-dejta tal-ENC Interna (indikazzjoni ta’ skala akbar).

(c)

Il-preċiżjoni tal-kalkoli kollha magħmula mill-ECDIS Interna għandha tkun indipendenti mill-karatteristiċi tal-apparat tad-displej u għandha tkun konsistenti mal-preċiżjoni tal-SENC.

(d)

Orjentazzjonijiet u distanzi mpittra fuq id-displej jew dawk imkejla bejn karatteristiċi diġà murija fuq id-displej ma għandhomx ikollhom preċiżjoni anqas minn dik tar-riżoluzzjoni tad-displej.

5.   OPERAT

5.1.   Modalità tal-informazzjoni

(a)

Il-modalità tal-informazzjoni għandha tintuża biss għall-informazzjoni u mhux għan-navigazzjoni.

(b)

Fil-modalita tal-informazzjoni jista’ jsir kull tip ta’ orjentazzjoni, rotazzjoni, iżżumjar u ppennjar tal-mapep. Madankollu, huwa rrakkomandat li jintużaw l-istess meded iffissati għall-modalità tan-navigazzjoni u tal-orjentazzjoni tal-mapep, kemm jekk

lejn it-tramuntana, jew

lejn l-assi tal-kanal navigabbli fil-pożizzjoni attwali, jew

lejn id-direzzjoni attwali tal-bastiment.

(c)

Għandu jkun possibbli li tiskrollja l-mappa manwalment fuq l-iskrin mal-assi tal-kanal navigabbli skont l-assi vertikali tal-iskrin.

(d)

L-ECDIS Interna tista’ tiġi kkonnettjata ma’ sensur ta’ ippożizzjonar biex l-immaġni tal-mappa tkun tista’ tiġi skrolljata awtomatikament u biex tintwera s-sezzjoni tal-mappa li taqbel mal-ambjent tal-madwar attwali, jiġifieri fil-medda magħżula mill-operatur.

(e)

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra, migbura permezz ta’ ħoloq ta’ komunikazzjoni bħall-AIS, għandha tintwera biss jekk hija aġġornata (kważi ħin reali) u preċiża. Il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastiment oħra permezz ta’

trijangolu orjentat jew

profil reali (bi skala)

m’għandhomx jiġu ppreżentati jekk id-direzzjoni ta’ dawn il-bastimenti l-oħra ma tkunx disponibbli. Simbolu ġeneriku huwa rrakkomandat.

Il-valuri tal-ħin li ġejjin huma rrakkomanddati (minn IEC 62388):

Kategorija ta’ bastiment

Intervall għar-rappurtar nominali

Valur massimu tal-ħin “time out”

Intervall għar-rappurtar nominali

Valur massimu tal-ħin “time out”

klassi A

klassi A

klassi B

klassi B

Bastiment ankrat jew fl-irmiġġ u mhux miexi b’iktar minn 3 mili nawtiċi (klassi B mhux miexi b’iktar minn 2 mili nawtiċi)

3 min

18 min

3 min

18 min

Bastiment ankrat jew fl-irmiġġ u miexi b’aktar minn 3 mili nawtiċi

10 s

60 s

3 min

18 min

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità minn 0 sa 14-il mil nawtiku

10 s

60 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità minn 0 sa 14-il mil-nawtiku u li jbiddel il-rotta

3 1/3 s

60 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità minn 14 sa 23 mil nawtiku

6 s

36 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità minn 14 sa 23 mil-nawtiku u li jbiddel il-rotta

2 s

36 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità ta’ aktar minn 23 mil-nawtiku

2 s

30 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità SOLAS, miexi b’veloċità ta’ aktar minn 23 mil nawtiku u li jbiddel il-rotta

2 s

30 s

30 s

180 s

Bastiment li qed jopera bil-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni

2 – 10 s

60 s

Il-miri taIS għandhom jiġu mmarkati bħala skaduti jekk l-informazzjoni tal-ippożizzjonar ta’ bastimenti mexjin hija eqdem minn 30 sekonda.

L-informazzjoni dwar l-intenzjoni (sinjal blu) jew in-numru ta’ koni blu ta’ bastimenti oħra, l-istatus tas-sinjali, it-twissijiet dwar it-temp (EMMA) u l-livell tal-ilma riċevuti permezz tal-AIS Interna jistgħu jintwerew. L-informazzjoni dwar l-intenzjoni (sinjal blu) għandha tintwera biss fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu, jekk id-direzzjoni tal-bastiment hija disponibbli. Jekk l-ebda l-informazzjoni dwar id-direzzjoni hija disponibbli l-informazzjoni għandha tintwera biss f’forma indipendenti mid-direzzjoni. It-tabella li ġejja tipprovdi eżempju għad-displej:

Visualisation of Blue Sign status 0 to 2 and dangerous goods

Blue sign

Not connected or not available

Not Set

Set

Blue cones

no

1 to 3

no

1 to 3

no

1 to 3

Heading

No

Symbol

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Yes

Symbol

Image

Image

Image

Image

Image

Image

True shape

Image

Image

Image

Image

Image

Image

5.2.   Modalità tan-navigazzjoni

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, id-displej tal-ECDIS Interna għandu jiġi integrat mal-informazzjoni tar-radar tal-bastiment proprju. L-informazzjoni tar-radar għandha tkun tingħaraf b’mod ċar mill-informazzjoni tal-SENC.

(b)

Id-displej integrat għandu jkun skont ir-rekwiżiti tar-radar għal passaġġi fuq l-ilma interni kif stipulati fit-Taqsima 4, tal-Kapitolu 4.14 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(c)

Il-mappa u l-immaġni tar-radar għandhom ikunu jaqblu fid-daqs, fil-pożizzjoni u fl-orjentazzjoni fil-limiti speċifikati fit-Taqsima 4, tal-Kapitoli 3.4 u 8.3.2 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(d)

Id-Displej Integrat għandu jiġi ppreżentat biss fl-orjentazzjoni li tħares ‘il fuq (head up). Orjentazzjonijiet oħra huma permessi f’sistemi b’approvazzjoni tat-tip addizzjonali tal-ECDIS marittima. Jekk sistema bħal din tintuża fil-modalità ta’ moviment reali u/jew li tħares lejn it-tramuntana fuq passaġġi interni fuq l-ilma fl-Ewropa, tiġi meqjusa li qed taħdem fil-modalità tal-informazzjoni.

(e)

Għandu jkun possibbli għall-operatur li jaġġusta l-valuri tal-ispostament (off-set) bejn il-pożizzjonijiet tas-sensur tal-ippożizzjonar u l-antenna tar-radar tal-bastiment sabiex id-displej tal-SENC jaqbel mal-immaġni tar-radar.

(f)

Għandu jkun possibbli li titneħħa kemm l-ECDIS kif ukoll l-informazzjoni tar-radar temporanjament permezz ta’ azzjoni waħda tal-operatur.

(g)

Il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tittieħed permezz ta’ sistema kontinwa ta’ ppożizzjonar bi preċiżjoni li tkun konsistenti mar-rekwiżiti tan-navigazzjoni sikura.

(h)

Il-modalità tan-navigazzjoni għandha tindika meta jkun hemm waqfien fis-sistema tal-iffissar tal-pożizzjoni. Il-modalità tan-navigazzjoni għandha wkoll tirrepeti, dejjem bħala indikazzjoni biss, kwalunkwe allarm jew indikazzjoni li tingħata minn sistema tal-iffissar tal-pożizzjoni.

(i)

Is-sistema tal-ippożizzjonar u l-SENC għandhom ikunu bbażati fuq l-istess datum ġeodetiku.

(j)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, id-dejta skont il-Kapitolu 3.1.c ta’ din it-Taqsima għandha tkun dejjem viżibbli u ma għandhiex tkun moħbija b’oġġetti oħra.

(k)

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħrajn, miġbura permezz ta’ ħoloq oħra ta’ komunikazzjoni barra r-radar tal-bastiment proprju, tista’ tintwera biss jekk hija aġġornata (kważi ħin reali) u hija preċiża skont kif meħtieg għas-sostenn tal-funzjonijiet tattiċi u operattivi tan-navigazzjoni. Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment proprju li jiġi riċevut minn stazzjon “repeater” m’għandhiex tintwera.

(l)

Billi l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-lokalizzazzjoni (pereżempju l-AIS) ta’ bastimenti oħra hija utli għall-ippjanar tal-mogħdija maġenb xulxin, iżda bla ebda utilità waqt li fil-fatt ikun qegħdin jgħaddu, is-simboli tal-monitoraġġ u tal-lokalizzazzjoni (tal-IAS), m’għandhomx ifixxklu l-immaġni tar-radar waqt il-mogħdija u għalhekk m’għandhomx jidhru. L-applikazzjoni għandha, preferibbilment tippermetti lill-kaptan biex jiddefinixxi ż-żona fejn is-simbolu ma jibqax jidher.

(m)

Il-preżentazzjoni tal-pożizzjoni u tal-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra permezz ta’

trijangolu orjentat jew

profil reali (bi skala)

hija permessa biss jekk id-direzzjoni ta’ dawn il-bastimenti l-oħra hija disponibbli. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, ma għandux jintuża ċirku għal applikazzjonijiet li huma ċċertifikati skont l-istandards marittimi).

(n)

L-informazzjoni li bastiment ieħor qed iġorr koni jew dwal blu tista’ tintwera b’kulur differenti mis-simbolu tal-bastiment. L-għadd ta’ koni/dwal blu għandu jintwera biss fir-rapport tal-għażla (pick report).

(o)

L-informazzjoni dwar l-intenzjoni ta’ bastiment ieħor li jgħaddi fuq in-naħa tal-lemin (sinjal blu) tista’ tintwera biss fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu tat-trijangolu orjentat jew tal-forma skalata jekk id-direzzjoni ta’ dan il-bastiment hija disponibbli. Jekk l-ebda l-informazzjoni dwar id-direzzjoni ma hija disponibbli l-informazzjoni għandha tintwera biss f’forma indipendenti mid-direzzjoni.

(p)

L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ stazzjonijiet ta’ bażi tal-AIS, tal-għajnuniet għan-navigazzjoni tal-AIS (AIDS to Navigation/ATON) u tat-trażmettituri ta’ tiftix u salvataġġ tal-AIS (Search and Rescue Transmitters/SART) tista’ tintwera, jekk is-simboli jkunu jingħarfu minn simboli oħra (pereżempju s-simboli 2.10 u 2.11 tal-IEC 62288, Edizzjoni 1, it-Tabella A.1).

5.3.   Elementi ta’ operat u ta’ kontroll

(a)

L-ECDIS Interna għandha tiġi ddisinjata skont il-prinċipji ergonomiċi li ġejjin għat-tħaddim faċli mill-utent.

(b)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jkollu minimu ta’ elementi ta’ operat u ta’ kontroll (ara t-Taqsima 4 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi).

(c)

L-elementi ta’ operat u ta’ kontroll, u l-indikaturi għal sensuri konnessi, jistgħu jiġu integrati fl-ECDIS Interna.

(d)

Il-parametri, kemm dawk standard kif ukoll dawk definiti mill-utent għandhom ikunu jistgħu jinsabu faċilment.

6.   KONNESSJONIJIET MA’ TAGĦMIR IEĦOR

(a)

L-ECDIS Interna m’għandhiex teffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir ikkonnettjat. Hekk ukoll il-konnessjoni ta’ tagħmir fakultattiv ieħor ma għandhiex tnaqqas il-prestazzjoni tal-ECDIS Interna.

(b)

L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi tiġġenera informazzjoni lil sistemi oħrajn, pereżempju għall-iskop ta’ rappurtar elettroniku.

(c)

Għandhom jitħarsu r-rekwiżiti rilevanti tal-kontrolli u l-indikaturi għal tagħmir ikkonnettjat.

7.   INDIKAZZJONIJIET U ALLARMI

7.1.   Tagħmir tal-Ittestjar Integrat (Built in Test Equipment/BITE)

L-ECDIS Interna għandu jkollha mezzi biex tagħmel testijiet abbord tal-funzjonijiet ewlenin, kemm dawk awtomatiċi kif ukoll manwali. Jekk ikun hemm xi ħsara, għandu jiġi indikat il-modulu li ma jaħdimx.

7.2.   Malfunzjonijiet

L-ECDIS Interna għandha tipprovdi allarm jew indikazzjoni adegwata ta’ sistemi li ma jaħdmux tajjeb (irreferi għat-Taqsima 4, tal-Kapitolu 9 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

8.   ARRANĠAMENTI AWŻILJARJI

8.1.   Preċiżjoni insuffiċjenti tal-ippożizzjonar tal-SENC

Fil-modalità tan-navigazzjoni l-SENC għandu jintefa’ awtomatikament, jekk l-ippożizzjonar tal-SENC ma jkunx jaqbel mal-immaġni tar-radar fil-limiti stipulati fit-Taqsima 4, il-Kapitoli 5.1 u 5.2 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

8.2.   Difetti

(a)

Jekk is-sistema tal-ECDIS Interna jkollha difett evidenti, għandha tagħti allarm adegwat (irreferi għat-Taqsima 4, tal-Kapitoli 4.16 u 9 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi).

(b)

Għandhom jiġu pprovduti sistemi li jiffaċilitaw it-trasferiment sikur tal-funzjonijiet tal-ECDIS Interna f’każ li ma taħdimx, biex ikun żġurat li din il-ħsara ma tikkawżax sitwazzjoni kritika.

9.   PROVVISTA TAL-ELETTRIKU FIL-MODALITÀ TAN-NAVIGAZZJONI

L-ECDIS Interna għandu jkollha provvista tal-elettriku separata għaliha bil-fjusis.

TAQSIMA 2:   STANDARD TAD-DEJTA GĦALL-ENCs INTERNI

1.   INTRODUZZJONI

(a)

Dan l-Istandard tad-Dejta tal-ENCs Interni jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintużaw

għall-iskambju tad-dejta idrografika diġitali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-passaġġi fuq l-ilma interni u

għad-distribuzzjoni tagħha lill-manifatturi, lill-kaptani u lil utenti oħrajn.

(b)

Dan l-Istandard tad-Dejta għandu jintuża għall-produzzjoni tal-ENCs Interni. It-trasferiment u d-distribuzzjoni għandhom isiru b’tali mod li l-ebda informazzjoni ma tintilef.

(c)

Dan l-Istandard tad-Dejta huwa bbażat fuq “IHO Transfer Standard for Digital Hydrographic Data”, Pubblikazzjoni Speċjali Nru. 57, Edizzjoni 3.1, Suppliment Nru 2, bl-Appendiċi u l-Annessi kollha (ara t-tabella tat-tqabbil fl-Appendiċi 1 fl-aħħar ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna), fil-qosor l-“S-57”.

(d)

Dan l-Istandard tad-Dejta jiddeskrivi l-addizzjonijiet u l-kjarifiki meħtieġa għall-S-57 u l-applikazzjoni tal-S-57 għall-iskop tal-użu fl-applikazzjonijiet tal-ECDIS Interna.

(e)

Dan l-Istandard tad-Dejta jinkludi referenza għal standards u regolamenti applikabbli indikati fit-Taqsima 1§ 2.h.

2.   MUDELL TEORETIKU TAD-DEJTA

Id-deskrizzjoni tal-mudell teoretiku tad-dejta fl-S-57, il-Parti 2, għandha tapplika għall-mudell teoretiku tad-dejta tal-ENCs Interni.

3.   STRUTTURA TAD-DEJTA

Id-deskrizzjoni tal-istruttura tad-dejta fl-S-57, il-Parti 3, għandha tapplika għall-istruttura tad-Dejta tal-ENCs Interni.

4.   SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT GĦALL-ENCs INTERNI

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni hija serje ta’ speċifikazzjonijiet intenzjonata biex tgħin lill-produtturi tal-mapep sabiex jipproduċu ENC Interna konsistenti, u lill-manifatturi sabiex jużaw dik id-dejta b’mod effiċjenti f’ECDIS Interna li tissodisfa l-Istandard tal-Prestazzjoni tal-ECDIS Interna (it-Taqsima 1 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi).

Id-dejta għall-ENCs għandha tkun disponibbli għall-manifatturi kollha tal-applikazzjonijiet. L-ENC Interna għandha tiġi stabbilita skont ir-regoli stipulati fir-Riżoluzzjoni tal-UNECE dwar l-ECDIS Interna msemmija fit-Taqsima 1 § 2.h u għandha tiġi kkodifikata bl-użu ta’:

(a)

il-Katalogu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna u

(b)

ir-regoli deskritti fil-Gwida għall-Kodifikazzjoni tal-ENC’s Interni msemmija hemmhekk.

L-ENCs Interni Uffiċjali għandhom jiġu stabbiliti skont l-aħħar verżjoni tal-‘Istandard tad-Dejta’ inkluż l-‘Ispeċifikazzjoni tal-Prodott’. L-ENCs Interni Uffiċjali, li ġew stabbiliti skont l-Edizzjoni 1.02 tal-Istandard tal-ECDIS Interna u qabel ma ddaħħlu fis-seħħ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jibqgħu validi sakemm edizzjonijiet ġodda tal-ENCs Interni Uffiċjali jiġu ppubblikati skont dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

5.   DEFINIZZJONIJIET GĦAT-TAQSIMA 2

Id-definizzjonijiet tat-termini jinsabu fid-dokumenti li ġejjin

(a)

Il-“IHO Transfer Standard for Digital Hydrographic Data” l-S-57 imsemmi fit-Taqsima 1, § 2.a, il-parti 1, klawżola 5.

(b)

Il-“Glossary of ECDIS Related Terms” l-Appendiċi 1 ta’ S-32 imsemmi fit-Taqsima 1, § 2.g

(c)

il-“Glossarju tat-Termini” fit-Taqsima 5 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

TAQSIMA 2A:   KODIĊIJIET GĦAL PRODUTTURI U PASSAĠĠI FUQ L-ILMA (FLIMKIEN MAL-KODIĊIJIET GĦALL-PRODUTTURI IHO–S-62 TAL-ENC)

Il-kodiċijiet għall-produtturi tal-ENCs Interni kif ukoll il-proċedura ta’ reġistrazzjoni huma dawk msemmija fl-IHO S-62.

L-amministrazzjonijiet ta’ kumpaniji privati li jipproduċu ENCs Interni u li mhumiex diġà msemmija fl-IHO-S-62 u l-amministrazzjonijiet jew il-kumpaniji privati li jiddeċiedu jipproduċu ENCs Interni għandhom jirreġistraw kodiċi tal-produtturi fir-reġistru S-100 tal-IHO li jinsab fuq http://registry.iho.int/s100_gi_registry/home.php.

Billi kodiċi tal-produtturi waħdu mhuwiex biżżejjed sabiex wieħed jiġġudika jekk ENC Interna, hix xierqa għall-modalità tan-navigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/44/KE għandhom iżommu u jipprovdu permezz tas-sit elettroniku uffiċjali tagħhom lista aġġornata tal-ENCs Interni Uffiċjali approvati għall-modalità tan-navigazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-lista għandha tinkludi l-isem tal-fajl taċ-ċellola, il-firxa tal-passaġġ fuq l-ilma intern koperta, in-numru tal-edizzjoni, id-data tal-pubblikazzjoni u lista tal-fajls ta’ aġġornament disponibbli għall-edizzjoni valida u attwali, flimkien mad-dati tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-lista għandha tinkludi kull ENC Interna li magħha ċ-ċellola tikkonforma fir-rigward tar-rekwiżiti u fir-rigward tal-kontenut minimu u għalhekk hija approvata għall-modalità tan-navigazzjoni.

In-notifika tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/44/KE għandha tinkludi informazzjoni dwar iż-żona ġeoġrafika ta’ responsabbiltà u s-sit elettroniku uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil.

Il-Kodiċijiet għall-Passaġġi fuq l-Ilma li ġejjin huma rrakkomandati għall-użu fil-fajl bl-isem tal-IENCs:

Kodiċi għall-Passaġġ fuq l-Ilma

Isem il-Passaġġ fuq l-Ilma

Rimarka

BA

Balaton

 

BK

Boudewijn Kanaal

 

BSK

Berlin-Spandauer Schifffahrtskanal

inkluż Westhafenkanal u Charlottenburger Verbindungskanal

BZ

Beneden Zeeschelde

 

D

Danube

(inkluża l-fergħa ta’ Sulina)

DA

Danube Chilia branch

 

DB

Dunare Borcea

 

DCC

Danube Cernovoda canal

 

DE

Dortmund-Ems Kanal

 

DD

Desna

 

DN

Dnipro

 

DNP

Prypiat

 

DNS

Sula

 

DNV

Vorskla

 

DR

Drava

 

DUK

Ráckevei-Duna

 

DUM

Mosoni-Duna

 

DUS

Szentendrei-Duna

 

DV

Dunarea Veche

 

EL

Elbe

 

EH

Elbe-Havel-Kanal

 

EMS

Ems

 

ES

Elbe-Seiten-Kanal

 

EV

Estuaire Vaart

Trasport marittimu fl-estwarju bejn Zeebrugge u l-fruntiera Olandiża

GA

Sf. Gheorghe-Arm

 

HO

Havel-Oder-Wasserstraße

inkluż Westoder

KGT

Kanaal Gent-Terneuzen

 

MA

Main

 

MD

Main-Donau-Kanal

 

ME

Mueritz-Elde- Wasserstraße

 

ML

Mittelland-Kanal

 

MO

Mosel

 

NE

Neckar

 

NOK

Nord-Ostsee-Kanal

 

OD

Oder

 

OL

Olt

 

PK

Plassendale Kanaal

 

RH

Rhine

 

RHK

Rhein-Herne-Kanal

 

RL

Nederrijn/Lek

 

RU

Ruhr

 

SA

Sava

 

SE

Schelde

 

SI

Sió-cshatorna

 

SL

Saale

 

SO

Spree-Oder-Wasserstraße

 

SR

Saar

Attwalment jintuża SA; dan se jinbidel għal SR fl-edizzjoni li jmiss

TI

Tisza

 

UH

Untere Havel-Wasserstraße

 

UWE

Unterweser

minn Uwe 0,00 km

WA

Waal

 

WE

Mittelweser

sa 366,65 km/UWe 0,00

Kodiċijiet addizzjonali tal-passaġġi fuq l-ilma jistgħu jiġu rreġistrati fuq http://ienc.openecdis.org.

TAQSIMA 3:   STANDARD TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA

1.   INTRODUZZJONI

(a)

Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintużaw għall-preżentazzjoni tad-dejta tal-ECDIS Interna. Il-preżentazzjoni għandha ssir b’tali mod li ma jintilef xejn mill-informazzjoni.

(b)

Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni huwa bbażat fuq id-dokument “S-52, Specification for Chart Content and Display Aspects of ECDIS” tal-IHO, Edizzjoni 6, Marzu 2010, flimkien mal-Appendiċi u l-Annessi kollha tiegħu (ara l-Appendiċi 1).

(c)

Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni jiddeskrivi l-addizzjonijiet u l-kjarifiki meħtieġa għall-S-52 u l-applikazzjoni tal-S-52 għall-iskop tal-użu fl-applikazzjonijiet tal-ECDIS Interna.

(d)

Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni jinkludi referenza għal Standards u Regolamenti applikabbli indikati fit-Taqsima 1§ 2.i.

(e)

Id-definizzjonijiet tat-termini jinsabu

fl-IHO-S-57, il-Parti 1, klawżola 5,

fil-“Glossary of ECDIS-Related Terms” fl-Appendiċi 1 tal-S-32,

fil-“Glossarju għall-ECDIS Interna” fit-Taqsima 5 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna.

2.   LIBRERIJA TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA

Is-serji tad-dejta tal-S-57 ma fihom l-ebda informazzjoni dwar kif id-dejta se tiġi ppreżentata. Il-preżentazzjoni tal-mappa hija ġġenerata onlajn fl-applikazzjoni tal-ECDIS Interna. L-applikazzjoni tal-ECDIS Interna, għal dak l-iskop, tuża struzzjonijiet bis-simbolizzazzjoni li jinqraw minn magni għal kull karatteristika, li titpinġa fuq l-iskrin. Għall-preżentazzjon tal-ENCs, l-istandard S-52 tal-IHO huwa obbligatorju. L-istandard S-52 fih ir-regoli kollha meħtieġa għas-simbolizzazzjoni u għall-preżentazzjoni tal-ENCs fuq l-iskrin.

Billi l-karatteristiċi, l-attribwiti u l-valuri tal-attribwiti tal-ENCs ġew estiżi għall-ENCs Interni, hemm il-ħtieġa ta’ estensjoni tal-istandard S-52 sabiex ikunu jistgħu jintwerew ukoll il-karatteristiċi speċifiċi għan-navigazzjoni interna. Kull estensjoni tapplika għall-Edizzjoni 3.4 tal-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS tal-IHO (l-Anness A tal-S-52).

2.1.   Komponenti tal-S-52 u tal-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-ECDIS Interna

2.1.1

Il-komponenti ewlenin tal-librerija tal-preżentazzjoni tal-S-52 huma:

Librerija ta’ simboli, ta’ stili ta’ linji (line styles) u ta’ stili ta’ mili (fill styles)

Skema ta’ kodifikazzjoni tal-kuluri (colour coding scheme) li tinkludi t-tabelli tal-kuluri tal-IHO għal binhar, għall-għabex u għal billejl

Serje ta’ kliem ta’ kmand tas-simboloġija (symbology command words) li minnha jistgħu jinġabru struzzjonijiet li jinqraw minn magni. Dan jirriżulta fi struzzjoni tas-simboloġija (symbology instruction), li mbagħad tiġi pproċessata biex tissimbolizza karatteristiċi tal-ENC.

Serje ta’ proċeduri ta’ simboloġija kondizzjonali (conditional symbology procedures) li jiddeċiedu s-simbolizzazzjoni adattata f’każijiet determinati mill-għażla tan-navigant (pereżempju profil tas-sikurezza) jew għal simboli kumplessi (pereżempju sinjali tal-wiċċ (top marks) għal fuq bagi u stazzjonijiet ta’ sinjalar (beacons))

Serje ta’ tabelli ta’ konsultazzjoni li jgħaqqdu d-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi mill-ENC mal-istruzzjonijiet tas-simboloġija skont jekk:

il-konnessjoni hijiex ċara, jiġifieri relazzjoni diretta bejn deskrizzjoni ta’ karatteristika u l-preżentazzjoni tagħha, bħal baga jew erja ta’ art. F’dan il-każ, it-tabella ta’ konsultazzjoni tipprovdi l-istruzzjoni tassimboloġija ta’ kif jintwera simbolu, kif timtela żona, jew stil ta’ linja.

il-konnessjoni hijiex kondizzjonali, i.e. tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi, pereżempju żona ta’ fond, li l-kulur li timtela bih jiddependi fuq l-għażla tal-profil tas-sikurezza. F’dan il-każ it-tabella ta’ konsultazzjoni tirreferi d-deċiżjoni lill-proċedura ta’ simboloġija kondizzjonali li tagħżel l-istruzzjonijiet tas-simboloġija adattati aktar tard.

2.1.2

L-ECDIS Interna għandha tuża l-komponenti kollha tal-S-52 flimkien ma’ estensjonijiet:

fit-Tabelli ta’ konsultazzjoni

fil-Librerija tas-simboli

fil-Proċeduri ta’ simboloġija kondizzjonali

L-estensjonijiet huma deskritti fl-Appendiċi 2 tal-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna tar-Riżoluzzjoni tal-UNECE dwar l-ECDIS Interna kif imsemmi fit-Taqsima 1 § 2.i.

2.2.   Tabelli ta’ konsultazzjoni

2.2.1

Hemm tabella ta’ konsultazzjoni separata għal kull tip ta’ ġeometrija (punt, linja, żona). Kull entrata f’tabella ta’ konsultazzjoni tikkonsisti fis-sezzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kodiċi ta’ 6 karattri tal-klassi tal-karatteristika (akronimu)

(b)

Taħlita ta’ attribwiti

(c)

Struzzjonijiet għas-simbolizzazzjoni

(d)

Prijorità tad-displej, 0-9 (li tista’ titqabbel ma’ saffi tat-tpinġija)

(e)

Kodiċi għar-radar

(f)

Kategorija tad-displej (Bażi tad-displej, standard, u li jibqa’)

(g)

“Grupp ta’ viżwalizzazzjoni”, klassifikazzjoni tal-karatteristiċi aktar irfinita mill-kategoriji tad-displej

Grafika 1

Eżempju ta’ entrata f’tabella ta’ konsultazzjoni

"LNDMRK","CATLMK17|","SY(TOWERS01)","7","O","OTHER","32250"

F’dan il-każ il-karatteristika LNDMRK tidher bis-simbolu TOWERS01 bil-prijorità 7, jekk l-attribwit CATLMK huwa ekwivalenti għal 17. Il-karrateristika qiegħda fuq ir-radar.

Il-preżentazzjoni ta’ karatteristiċi f’żona speċifika li jinsabu f’ċelloli differenti tal-istess użu ssegwi l-entrati fit-tabelli ta’ konsultazzjoni.

2.2.2

Il-Librerija tal-Preżentazzjoni tipprovdi ħames tabelli ta’ konsultazzjoni:

simboli għal punti fuq il-mappa tal-karta

simboli għal punti simplifikati

simboli ta’ linji

simboli ta’ konfini ta’ żona watja

simboli ta’ konfini ta’ żona simbolizzata

2.3.   Proċeduri ta’ simboloġija kondizzjonali (Conditional Symbology/CS)

Is-Simboloġija Kondizzjonali hija ġġenerata għall-karatteristiċi li s-simbolizzazzjoni tagħhom

tiddependi fuq il-parametri tal-applikazzjoni, pereżempju profil tas-sikurezza,

tiddependi fuq karatteristiċi oħra, pereżempju sinjali tal-wiċċ (top marks) u l-istruttura tagħhom,

hija kumplessa wisq biex tiġi ddefinita b’entrata diretta f’tabella ta’ konsultazzjoni.

Proċeduri CS, li se jiġu modifikati jew implimentati f’ECDIS Interna b’żieda mal-Proċeduri CS tal-S-52 huma deskritti fl-Appendiċi 2 tal-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna, tar-Riżuluzzjoni tal-UNECE dwar l-ESDIS Interna, kif imsemmi fit-Taqsima 1 § 2.i.

2.4.   Kuluri

Il-kuluri użati fl-ECDIS huma ddefiniti f’manjiera assoluta li ma tiddependix fuq il-moniter (koordinati tas-CIE). Dan jiżgura li l-mapep tal-ECDIS jidhru simili fuq moniters ta’ fornituri differenti. Permezz ta’ softwer għall-kalibrazzjoni tal-kulur li jrid jintuża mill-manifatturi, il-valuri tas-CIE huma mibdula f’valuri tal-RGB.

Id-displejs kummerċjali li ta’ spiss jintużaw f’dan is-settur jitqiesu li jilħqu dawn ir-rekwiżiti.

Minħabba l-kondizzjonijiet differenti ta’ dawl fuq il-briġġ ta’ bastiment, jeħtieġ li jkun hemm preżentazzjonijiet b’luminożità differenti. Teżisti tabella separata tal-kuluri għal kull livell.

L-iskema tal-kuluri rrappreżentata għandha tintagħżel fuq il-bażi ta’ fatturi ergonomiċi u fiżjologiċi u r-rappreżentazzjoni ta’ indikazzjonijiet b’kuluri differenti ma għandhiex tirriżulta f’kuluri mħallta billi jitqiegħdu fuq xulxin (sovrappostazzjoni).

2.5.   Preżentazzjoni tas-sinjali ta’ avviżi

Is-sinjali ta’ avviżi li jinsabu max-xatt ta’ xmara huma rrappreżentati fil-mappa bid-displej ta’ simboli ġeneriċi (notmrk01, notmrk02 u notmrk03). Dan ma japplikax għas-sinjali ta’ avviżi fuq pontijiet.

Barra minn hekk hemm bżonn ta’ applikazzjonijiet biex ikun jista’ jintwera s-simbolu dettaljat, li huwa simili għall-indikazzjoni fid-dinja reali, u s-sett sħiħ tal-informazzjoni tal-oġġetti ta’ sinjal ta’ avviż magħżul mill-utent.

Is-sinjali ta’ avviżi li jinsabu ma’ pontijiet, għandhom ikunu ssimbolizzati skont l-orjentazzjoni tal-pont.

Is-sinjali ta’ avviżi li jispeċifikaw distanzi jew veloċità ma għandhomx jiġu simbolizzati bin-numru nnifsu, iżda biss b’dak is-simbolu li jagħti r-regolament jew tagħrif ġenerali.

TAQSIMA 4:   REKWIŻITI DWAR L-OPERAT U L-PRESTAZZJONI, METODI TA’ TTESTJAR U RIŻULTATI TA’ TESTIJIET MEĦTIEĠA

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Suġġett ta’ din it-Taqsima

Din it-Taqsima tispeċifika r-rekwiżiti minimi li jinsabu fit-Taqsima 1 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tiddeskrivi l-proċeduri tat-testijiet u r-riżultati meħtieġa dwar il-ħardwer, is-softwer, il-funzjonijiet, l-operat, id-displej u dwar l-interfaċċji ma’ tagħmir ieħor abbord bastimenti.

1.2.   Referenzi normattivi

F’dan id-dokument, flimkien mar-referenzi fit-Taqsima 1, il-Kapitolu 2.2 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, isiru referenzi għal dawn id-dokumenti normattivi li ġejjin:

EN 60945 (2002):

Marine navigational equipment; General requirements - Methods of testing and required test results

IEC 61174 Edizzjoni 3.0:

ECDIS - Operational and performance requirements, methods of testing and required test results

ISO 9000 (2005):

Quality management and quality assurance standard

Id-Direttiva-UE 2006/87/KE:

L-Anness IX, il-Parti III sa VI: Rekwiżiti applikabbli għal installazzjonijiet tar-radar u għal indikaturi tar-rata tad-dawran.

Id-Deċiżjoni 2008-II-11 tas-CCNR:

Emenda li daħlet fis-seħħ fil-1.12.2009, għar-Regolamenti tal-Pulizija tar-Rhine u għar-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine fir-rigward tar-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-ittestjar tat-tagħmir tar-radar u tal-indikaturi tad-dawran fuq ir-Rhine u l-installazzjoni tiegħu, sabiex jiġu adattati d-direttivi Ewropej dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika u l-istandards Ewropej rilevanti u madwar id-dinja u jiġu ristrutturati r-Regolamenti tal-Kummissjoni Ċentrali, mal-Appendiċi 1 u 2.

Id-Direttiva-UE 1999/5/KE:

Tagħmir tar-Radju u Tagħmir Terminali ta’ Telekomunikazzjonijiet u r-Rikonoxximent Reċiproku tal-Konformità tagħhom

2.   MODALITAJIET TAL-OPERAT U KONFIGURAZZJONI TAS-SISTEMA

2.1.   Modalitajiet tal-operat

(a)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna jiddistingwu bejn żewġ modalitajiet tal-operat: il-modalità tan-navigazzjoni u l-modalità tal-informazzjoni.

(b)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna ddisnijat għall-operat fil-modalità tan-navigazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards dwar it-tagħmir tar-radar navigazzjonali u l-indikaturi tar-rata tad-dawran li jiġu ppruvati permezz ta’ testijiet għall-konformità.

(c)

Għat-tagħmir tal-ECDIS Interna ddisinjat għall-modaltià tal-informazzjoni biss, ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima 4 għandhom jinftiehmu bħala rakkomandazzjoni.

2.2.   Konfigurazzjonijiet tas-sistema

2.2.1.   Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija weħidha (stand-alone) mingħajr konnessjoni mar-radar

F’din il-konfigurazzjoni l-operat fil-modaltià tal-informazzjoni biss huwa possibbli (ara t-Taqsima 4B, Grafika 1).

2.2.2.   Tagħmir tal-ECDIS Interna, installazzjoni parallela u konnessjoni mar-radar

Din il-konfigurazzjoni tippermetti l-operat kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni (ara t-Taqsima 4B, Grafika 2).

2.2.3.   Tagħmir tal-ECDIS Interna, moniter komuni konness ma’ tagħmir tar-radar

F’dan il-każ, il-monitor tat-tagħmir tar-radar jinqasam mat-tagħmir tal-ECDIS Interna. Prerekwiżit għal din il-modalità huma parametri grafiċi korrispondenti kemm għas-sinjali tal-vidjow kif ukoll għas-swiċċ tal-vidjow, li jippermetti li s-sorsi tal-vidjow jinbidlu malajr (ara t-Taqsima 4B B, Grafika 3).

Din il-konfigurazzjoni tippermetti l-operat kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni.

2.2.4.   Tagħmir tar-radar b’funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata.

Din hija installazzjoni tar-radar b’funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata li tista’ titħaddem kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni (ara s-Settur 4B, Grafika 4).

3.   REKWIŻITI DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.1.   Prestazzjoni tal-ħardwer

(a)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jiġi ddisinjat u mmanifatturat biex jiflaħ għal kondizzjonijiet ambjentali tipiċi abbord bla ebda tnaqqis fil-kwalità u l-affidibbiltà. Barra minn hekk, ma għandux ifixkel tagħmir ieħor ta’ komunikazzjoni u ta’ navigazzjoni.

(b)

Fil-konfigurazzjoni kif deskritta fil-Kapitolu 2.2.4 ta’ din it-Taqsima, il-komponenti kollha tat-tagħmir tal-ECDIS Interna li jinsabu installati fil-kabina tat-tmun, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi b) tagħmir “protett mit-temp” kif speċifikat fl-istandard EN 60945 bl-eċċezzjoni li l-firxa tat-test tat-temperatura hija limitata għal minn 0 °C sa + 40 °C (filwaqt li l-firxa tat-test tat-temperatura fl-EN 60945 hija speċifikata minn – 15 °C sa + 55 °C) sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Għall-konfigurazzjonijiet deskritti fil-Kapitoli 2.2.2 u 2.2.3 ta’ din it-Taqsima l-konformità mal-KE hija biżżejjed.

3.2.   Prestazzjoni tas-softwer

Is-softwer għall-operat, għall-viżwalizzazzjoni u għall-funzjonalità tat-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jkun imfassal, żviluppat, implimentat u ttestjat skont ir-rekwiżiti tas-softwer deskritti fit-Taqsima 4 A ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

3.3.   Prestazzjoni tal-kontrolli tal-operat

(a)

L-operat tas-sistema għandu jkun faċli, adattat u konformi ma’ standards komuni applikabbli għall-interfaċċji tal-utenti.

(b)

In-numru ta’ kontrolli tal-operat għandu jkun baxx kemm jista’ jkun u ristrett għan-numru meħtieġ.

(c)

Kontrolli telekomandati bla wajer ma jistgħux jintużaw.

(d)

Is-swiċċ biex tixgħel u titfi jrid ikun jaħdem u għandu jkun imqiegħed b’tali mod li ma jkunx possibbli li jitħaddem bi żball.

(e)

Is-simboli tal-kontrolli tal-operat ma għandhomx ikunu karattri iżgħar minn 4 mm u għandu jkun possibbli li jinqraw fi kwalunkwe kondizzjoni li tista’ teżisti f’kabina tat-tmun.

(f)

Il-luminożità u l-mod kif jinxtegħlu l-kontrolli tal-operat għandhom ikunu aġġustabbli għall-valur meħtieġ.

3.4.   Prestazzjoni tad-displej

3.4.1.   Dimensjonijiet tad-displej

Fil-modalità tan-navigazzjoni l-erja minima tad-displej tal-mappa u tar-radar għandha tkun ta’ tal-inqas 270 mm × 270 mm.

3.4.2.   Orjentazzjoni tad-displej

(a)

Displej kwadru jista’ jittella’ f’orjentazzjoni mimduda (landscape) jew wieqfa (portrait) dejjem jekk il-prerekwiżit li d-dimensjonijiet minimi msemmija hawn fuq jintlaħqu.

(b)

Minħabba l-ispazju limitat li jinsab f’kabina tat-tmun tipika ta’ bastiment tan-navigazzjoni interna u l-fatt li bastiment normalment isegwi l-assi tal-kanal navigabbli, preferibbilment id-displej għandu jiġi installat fl-orjentazzjoni wieqfa (portrait).

3.4.3.   Riżoluzzjoni tad-displej

Hija meħtieġa riżoluzzjoni tad-displej ta’ 5 m fil-medda ta’ 1 200 m. Din twassal għal dimensjoni massima ta’ pixel ta’ 2,5 m × 2,5 m, jiġifieri madwar 1 000 pixels fuq il-ġenb dejjaq tal-iskrin.

3.4.4.   Kuluri tad-displej

Is-sistema għandha tkun kapaċi turi kombinazzjonijiet ta’ kuluri pprovati ergonomikament għal binhar u billejl.

3.4.5.   Luminożità tad-displej

Il-luminożità tad-displej għandha tkun aġġustabbli għal kull valur operattiv meħtieġ. Dan huwa validu speċjalment għall-valur l-aktar baxx waqt tħaddim bil-lejl.

3.4.6.   Tiġdid tal-immaġni

(a)

Ir-rata tat-tiġdid tal-immaġni ma għandhiex tkun iżgħar minn dik tal-immaġni tar-radar (≥ 24 immaġni kull minuta).

(b)

Bejn żewġ tiġdidiet konsekuttivi, il-luminożità ma għandhiex tvarja.

(c)

Fid-displejs tar-“raster scan”, ir-rata ta’ repetizzjoni tal-kwadru ma għandhiex tkun aktar baxxa minn 60 Hz.

3.4.7.   Teknoloġija tad-displej

Preferibbilment għandhom jintużaw sistemi tad-displej li mhumiex sensittivi għall-firxiet manjetiċi li jistgħu jinsabu fil-kabina tat-tmun ta’ bastiment tan-navigazzjoni interna.

4.   FUNZJONIJIET OPERATTIVI

4.1.   Modalità tal-operat

(a)

Jekk it-tagħmir ikun jista’ jitħaddem fiż-żewġ modalitajiet tal-operat għandu jippermetti l-possibbiltà li jaqleb bejn il-modaltià tan-navigazzjoni u l-modalità tal-informazzjoni.

(b)

Għandha tintwera l-modalità tal-operat li tkun qed tintuża.

(c)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ma tkunx tista’ tintefa bi żball il-modalità tan-navigazzjoni.

4.2.   Parametri predefiniti tat-tagħmir (store/recall)

(a)

Wara li jintalab, it-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jittella’ b’luminożità moderata predefintia li la tagħma f’ambjent imdallam u lanqas ma tirrendi l-immaġni inviżibbli f’ambjent imdawwal.

(b)

Parametri oħra jistgħu jintwerew bil-valuri tagħhom kif kienu qabel ma ntefa t-tagħmir jew bil-valuri ssettjati li kienu ssejvati.

4.3.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni tal-SENC

(a)

L-immaġni tar-radar għandha tkun tingħaraf b’mod ċar mill-mappa, indipendentament mit-tabella tal-kuluri magħżula.

(b)

Huwa permess biss preżentazzjoni monokroma tal-immaġni tar-radar reali.

(c)

Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni kartografika ma għandhiex taħbi jew tiddegrada partijiet importanti tal-immaġni tar-radar. Dan irid jiġi żgurat permezz ta’ entrati adegwati fit-tabelli ta’ konsultazzjoni (irreferi għat-Taqsima 3 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-Kapitolu 2.2, qasam “kodiċi tar-radar”).

(d)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-preżentazzjoni tal-mapep u tal-immaġni tar-radar għandu jkollha l-istess skala.

(e)

Il-linja tad-direzzjoni trid tkun dejjem viżibbli.

(f)

Barra minn hekk, għandhom ikunu jistgħu jiddaħħlu l-profil tal-bastiment proprju tan-navigant u l-profili tas-sikurezza.

4.4.   Orjentazzjoni, ippożizzjonar u tibdil tal-mapep

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-preżentazzjonijiet tal-orjentazzjoni tal-mappa b’moviment relattiv li tħares ‘il fuq (“relative motion, head-up”), u “fin-nofs” jew “lil hinn miċ-ċentru” biss, kif meħtieġ għall-immaġni tar-radar, huma permessi.

(b)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, huma rrakkomandati bħala minimu l-orjentazzjonijiet tal-mappa ‘tramuntana’ (“north-up”) u ‘parallela mal-assi tal-passaġġi fuq l-ilma’ kif ukoll l-ippożizzjonar. Billi jitqabbad sensur ta’ ppożizzjonar, il-parti tal-mappa murija tista’ ssegwi awtomatikament il-pożizzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant.

4.5.   Pożizzjoni u orjentazzjoni tal-bastiment proprju

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-pożizzjoni tal-bastiment proprju għandha tkun dejjem viżibbli fl-immaġni tad-displej, kemm ‘fin-nofs jew ‘lil hinn miċ-ċentru’, kif stipulat fir-rekwiżiti tar-radar tas-CCNR.

(b)

Il-linja tad-direzzjoni, li twassal miċ-ċentru tad-displej sa fuq u li trid tkun dejjem viżibbli, għandha tirrappreżenta d-direzzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant.

4.6.   Densità tal-informazzjoni

Id-densità tal-informazzjoni trid tkun bħala minimu aġġustabbli bejn it-tliet livelli: “Minimu”, “Standard” u “Informazzjoni Kollha”. Tal-aħħar jippermetti li jintwerew il-karatteristiċi l-oħra kollha individwalment flimkien mad-displej “Standard”, kif mitlub. Il-karatteristiċi viżibbli kollha li jikkorrispondu huma ddefiniti fl-“Istandard tal-Prestazzjoni” u fl-“Istandard tal-Preżentazzjoni”, (inkluż il-“Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna”) (Taqsimiet 1 u 3 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi).

4.7.   Meded/Ċrieki ta’ distanza

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, skont ir-regolamenti tar-radar huma preskritti dawn il-meded u ċrieki ta’ distanza li ġejjin:

Medda

Ċrieki ta’ distanza

500 m

100 m

800 m

200 m

1 200 m

200 m

1 600 m

400 m

2 000 m

400 m

4 000 m

800 m

(b)

Meded iżgħar u akbar b’minimu ta’ erba’ u b’massimu ta’ sitt ċrieki ta’ distanza huma permessi.

(c)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni għandu jkollu ċrieki ta’ distanza fissi fl-intervalli msemmija hawn fuq u minimu ta’ markatur varjabbli wieħed tad-distanza (Variable Range Marker/VRM).

(d)

Il-markaturi tad-distanza fissi jew varjabbli għandhom jinxtegħlu jew jintfew indipendentement minn xulxin u d-displej tagħhom għandu jkun identifikabbli b’mod ċar.

(e)

Il-pożizzjoni tal-VRM u d-distanza murija korrispondenti għandhom jużaw l-istess stadji u riżoluzzjoni.

(f)

Il-funzjonijiet tal-VRM u tal-linja tal-orjentazzjoni elettronika (Electronic Bearing Line/EBL) jistgħu wkoll jinkisbu permezz ta’ “cursor” u b’displej numeriku korrispondenti, li juri l-medda u l-orjentazzjoni tal-“cursor”.

(g)

L-istess meded huma rrakkomandati għall-modalità tan-navigazzjoni.

4.8.   Luminożità tal-immaġni

(a)

Il-luminożità tad-displej għandha tkun aġġustabbli għall-valur operattiv meħtieġ. Dan japplika, b’mod partikolari, għall-użu fid-dlam.

(b)

Il-mappa u l-immaġni tar-radar għandu jkollhom kontrolli separati tal-luminożità.

(c)

Minħabba d-differenza kbira fil-luminożità tal-ambjent ta’ binhar imdawwal u ta’ billejl mudlam, għandu jkun hemm kontroll ieħor għal-luminożità bażika tad-displej flimkien mat-tabelli tal-kuluri fil-menu.

4.9.   Kuluri tal-immaġni

Għandu jkun hemm tal-anqas il-kombinazzjonijiet ta’ kuluri inklużi fil-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-IHO-S-52, il-Kapitoli 4 u 13 (tabelli tal-kuluri) għal binhar imdawwal, għal binħar bi sfond abjad, għal binhar bi sfond iswed, għall-għabex u għal billejl.

4.10.   Rapport tal-għażla

(a)

Fil-modalità tan-navigazzjoni, għandu jkun possibbli li tinġieb l-informazzjoni fundamentali testwali u/jew grafika kollha dwar l-għażliet li jagħmel l-utent mill-karatteristiċi murija fil-mappa.

(b)

Din l-informazzjoni testwali u/jew grafika addizzjonali ma għandhiex tfixkel id-dehra tal-passaġġ fuq l-ilma fil-mappa tan-navigazzjoni.

4.11.   Karatteristiċi ta’ kejl

(a)

Jeħtieġ karatteristiċi ta’ kejl ta’ distanzi u ta’ orjentazzjoni.

(b)

Ir-riżoluzzjoni u l-preċiżjoni għandhom ikunu tal-anqas l-istess bħal tad-displej, iżda ma jistgħux jissuġġerixxu valuri aħjar minn dawk tad-dejta tal-mapep.

4.12.   Dħul u editjar tal-entrati fil-mappa proprja (own chart) tal-kaptan

(a)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jippermettu d-dħul, il-ħażna u l-modifika ta’ informazzjoni addizzjonali tal-mapep mill-kaptan (karatteristiċi proprji tal-kaptan/skippers’ own features).

(b)

Dawn l-entrati fil-mappa proprja għandhom jingħarfu mid-dejta tal-SENC, u ma għandhomx jissovrappostaw jew jiddegradaw l-immaġni tar-radar.

4.13.   Lowding u aġġornar tal-SENCs

(a)

L-attivitajiet manwali kollha li jikkonċernaw il-lowding jew l-aġġornar tal-mapep għandu jkun possibbli biss barra l-modalità tan-navigazzjoni.

(b)

L-aġġornament awtomatiku ma għandux inaqqas il-prestazzjoni tad-displej tan-navigazzjoni.

(c)

Funzjoni ta’ repetizzjoni għandha tkun implimentata biex tippermetti li terġa tittella’ l-aħħar kombinazzjoni funzjonali.

4.14.   Preżentazzjoni u sovrappostazzjoni tal-immaġni tar-radar

(a)

Ir-rappreżentazzjoni tal-immaġni tar-radar hija obbligatorja għall-użu fil-modalità tan-navigazzjoni.

(b)

Id-dimensjonijiet, ir-riżoluzzjoni u l-attribwiti tal-preżentazzjoni tar-radar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-radar.

(c)

L-immaġni tar-radar ma għandhiex tiġi ddegradata b’kontenuti oħra tal-immaġni (ara wkoll il-Kapitolu 4.3.c ta’ din it-Taqsima).

(d)

Sakemm ir-rekwiżiti funzjonali jintlaħqu, jistgħu jiġu sovrapposti saffi differenti ta’ informazzjoni.

(e)

Is-sovrappostazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra tista’ ssir biss meta:

l-informazzjoni hija aġġornata (kważi ħin reali) u

l-età tal-informazzjoni ma taqbiżx il-valuri tal-ħin massimu mogħtija fit-tabella fil-punt 5.1 (e) tat-Taqsima 1, Standard ta’ Prestazzjoni tal-ECDIS Interna. Is-simboli għandhom jiġu mmarkati bħala skaduti, jekk l-età tal-informazzjoni taqbeż 30 sekonda għal bastimenti mexjin. L-informazzjoni tal-ippożizzjonar tal-bastiment proprju ma għandhiex tintwera, jekk dan jirċeviha minn stazzjon ta’ repetizzjoni.

(f)

L-informazzjoni sovrapposta li toħroġ mill-apparat ta’ monitoraġġ u ta’ lokalizzazzjoni fir-rigward tal-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra għandha titħassar f’medda definita mill-utent.

(g)

Il-preżentazzjoni tal-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra permezz ta’

trijangolu orjentat jew

profil reali (bi skala)

hija permessa biss jekk id-direzzjoni ta’ dawn il-bastimenti l-oħra hija disponibbli. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, ċirku għandu jintuża għall-applikazzjonijiet interni biss).

(h)

Għandu jkun possibbli li jintfew il-mappa u kwalunkwe saff ta’ informazzjoni ieħor u li tintwera l-immaġni tar-radar biss permezz ta’ element ta’ kontroll wieħed li jintlaħaq faċilment jew ta’ post fil-menu.

(i)

Jekk il-monitoraġġ ta’ kwalità u kredibbiltà tat-tagħmir tal-ECDIS Interna jindikaw li l-mappa ma tistax tiġi orjentata u/jew ippożizzjonata bil-preċiżjoni meħtieġa minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għandu jiġi ppreżentat allarm fuq id-displej u l-mappa għandha tintefa awtomatikament.

4.15.   Funzjonijiet tal-ECDIS Interna b’aċċess immedjat

(a)

Dawn il-funzjonijiet tal-operat li ġejjin jeħtieġu aċċess dirett

MEDDA

LUMINOŻITÀ

KULURI

DENSITÀ TAL-INFORMAZZJONI

(b)

Dawn il-funzjonijiet għandu jkollhom jew elementi ta’ kontroll proprju (own control) tagħhom jew postijiet fil-menu proprju (own menu), li huma rranġati fuq l-ogħla livell tal-menu u li huma dejjem viżibbli.

4.16.   Parametri ta’ funzjoni li huma dejjem viżibbli

Il-parametri ta’ funzjoni li ġejjin għandhom ikunu dejjem viżibbli:

MEDDA attwali

STATUS ta’ sensur (issettjar tar-radar, kwalità ta’ pożizzjoni, allarmi)

LIVELL tal-ILMA magħżul (jekk disponibbli)

FOND TA’ SIKUREZZA magħżul (jekk disponibbli)

DENSITÀ TAL-INFORMAZZJONI magħżula

5.   FUNZJONIJIET TA’ MANUTENZJONI

Il-funzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom jiġu mħarsa minn paswerd jew miżuri oħra adattati kontra l-aċċess mhux awtorizzat u ma għandhomx ikunu jistgħu jintgħażlu fil-modalità tan-navigazzjoni.

5.1.   Korrezzjoni statika tal-pożizzjoni tal-mappa

(a)

Il-pożizzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant għandha tiġi ppreżentata “fin-nofs” jew “lil hinn miċ-ċentru” fid-displej skont ir-rekwiżiti tar-radar. Il-pożizzjoni fuq il-mappa trid taqbel mal-immaġni tar-radar. Bl-ipotesi ta’ dħul ta’ pożizzjoni assoluta, id-differenza statika permissibbli ta’ bejn il-pożizzjoni attwali tar-radar u ċ-ċentru tar-radar li qed jintwera ma għandhiex taqbeż 1 m.

(b)

Għandu jkun possibbli li żball “offset” jista’ jiġi kkoreġut (id-distanza bejn il-pożizzjonijiet tas-sensur tal-ippożizzjonar u s-sensur tar-radar).

5.2.   Korrezzjoni statika tal-orjentazzjoni tal-mappa

(a)

Id-differenza bejn l-orjentazzjoni tal-linja tad-direzzjoni u l-assi tal-bastiment ma għandhiex tkun aktar minn ± 1,0 grad.

(b)

L-immaġni tal-mappa u tar-radar għandu jkollhom l-istess orjentazzjoni. L-iżball direzzjonali statiku ta’ bejn il-linja tad-direzzjoni u l-orjentazzjoni tal-mappa għandu jkun anqas minn ± 0,5 grad.

5.3.   Konfigurazzjoni ta’ interfaċċji

(a)

Għandu jkun possibbli li jiġu kkonfigurati interfaċċji għal sensuri, atturi u sinjali mqabbda [Attur jittrasforma kwantità elettrika fi kwantità fiżika (pereżempju ottika). Attur huwa l-oppost ta’ sensur].

(b)

L-interfaċċji jridu jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet eżistenti ta’ interfaċċji bħall-istandard tal-NMEA 01/83 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċji għal indikaturi tar-rata tad-dawran (20 mV/grad/min).

6.   TEST TAL-ĦARDWER U ĊERTIFIKATI MEĦTIEĠA

(a)

It-test għandu jikkonsisti billi jitqabbel it-tagħmir soġġettat għat-test (Equipment Under Test/EUT) mar-rekwiżiti ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(b)

Testijiet ekwivalenti pprovati, u riżultati ta’ testijiet ipprovati u ddokumentati għandhom jiġu aċċettati mingħajr aktar testijiet ġodda.

6.1.   Kompatibbiltà mar-rekwiżiti ambjentali

(a)

It-tagħmir tal-ECDIS Interna, kif deskritt fil-Kapitolu 2.2.4 ta’ din it-Taqsima, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Istandard EN 60945 dwar il-kundizzjonijiet ambjentali (umdità, vibrazzjoni u temperatura); din tal-aħħar imnaqqsa skont il-Kapitolu 3.1 ta’ din it-Taqsima) u dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika.

(b)

Il-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jibgħat dikjarazzjoni ta’ konformità rilevanti minn laboratorju akkreditat.

6.2.   Dokumentazzjoni ta’ tagħmir

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi ċċekkjata li hi kompluta, adattata, u li tinftiehem, u li hija suffiċjenti għall-installazzjoni, il-konfigurazzjoni u l-operat tat-tagħmir mingħajr probemi.

6.3.   Interfaċċji

(a)

Kull interfaċċja għandha tiġi ddokumentata b’mod korrett u komplut.

(b)

Iċ-ċirkwiti elettroniċi għandhom jiġu mfassla b’mod li ma jkollhomx ħsara, kemm mekkanikament u elettronikament, u ma għandux ikollhom effetti li jiddegradaw tagħmir imqabbad magħhom.

6.4.   Karatteristiċi tal-kontrolli tal-operat

Kull kontroll tal-operat għandu jiġi ċċekkjat skont il-modalità ergonomika u funzjonali tal-operat u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

6.5.   Karatteristiċi tad-displej

Id-displej għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tad-dimensjoni, tal-kuluri li jintwerew, tar-riżoluzzjoni u tal-varjazzjoni tal-luminożità.

7.   TEST TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-MAPPA, TAL-OPERAT U TAL-FUNZJONALITÀ

7.1.   Preparazzjoni tat-Tagħmir Soġġettat għat-Test (EUT)

L-EUT għandu jiġi installat, mibni u mqabbad skont il-manwal ta’ installazzjoni. Wara li jinxtegħel, it-test tal-SENC jrid jittella’.

7.2.   Test tal-modalitajiet tal-operat

Il-modalitajiet tal-operat kollha kif deskritti fil-manwal tal-operat għandhom jittellgħu wieħed wara l-ieħor u jiġu ttestjati. Ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 ta’ din it-Taqsima għandhom jiġu sodisfatti.

7.3.   Test tal-karatteristiċi murija

Għandu jiġi ttestjat jekk il-karatteristiċi inklużi fit-test tal-SENC humiex viżibbli u murija b’mod korrett. Għal dan it-test, id-densità tal-informazzjoni għandha tinqaleb għal “karatteristiċi kollha”. Is-sistema għandha tkun kapaċi turi bħala minimu l-karatteristiċi kollha skont l-Istandard tal-Preżentazzjoni tal-ECDIS Interna (Taqsima 3 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi). Flimkien ma’ dawn jistgħu jintużaw serji ta’ simboli oħrajn magħżula mill-utent.

Jekk simboli li jiddevjaw mill-Appendiċi 2 tar-Riżoluzzjoni tal-UNECE dwar l-ECDIS Interna msemmija fit-taqsima 1 § Nru 2.i, il-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna, jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni kartografika, mela għandhom:

ikunu jistgħu jinqraw faċilment;

ikunu ċerti u mhux ambigwi fit-tifsiriet tagħhom;

ikunu ta’ daqs suffiċjenti biex jappoġġjaw id-distanza tal-vista nominali.

Simboli miżjuda mal-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS għandhom ikunu jistgħu jingħarfu b’mod ċar mis-simboli tal-Librerija tal-Preżentazzjoni.

7.4.   Test tad-densità tal-informazzjoni li tiddependi fuq l-iskala (Scale Dependent Information Density/SCAMIN)

(a)

Għandu jiġi ttestjat jekk il-funzjonalità tal-iSCAMIN (l-iskala minima li fiha tista’ tintuża l-karatteristika għall-preżentazzjoni tal-ECDIS) ġietx installata b’mod korrett.

(b)

Għal dan it-test, għandha tintuża l-medda li fiha l-karatteristika hija viżibbli skont l-enumerazzjoni tagħha tal-iSCAMIN (irreferi għall-Appendiċi 1.1 tar-Riżoluzzjoni tal-UNECE dwar l-ECDIS Interna msemmija fit-Taqsima 1 § 2.h, il-Katalogu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna u għall-Manwal għall-Utenti tal-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-IHO-S-52, Kapitolu 8.4).

7.5.   Test tal-varjazzjoni fil-luminożità

It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jitħaddem f’kamra mudlama u l-luminożità għandha titniżżel għal-livell l-aktar baxx tagħha. Il-luminożità tal-karatteristiċi ma għandhiex taqbeż valur ta’ 15 cd/m2, u l-isfond valur ta’ 0,5 cd/m2.

7.6.   Test tal-kuluri

Kull tabella tal-kuluri tal-S-52 li tista’ tintgħażel mill-utent trid tiġi ttestjata waħda wara l-oħra li hija konformi ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

7.7.   Test tal-funzjonijiet ta’ kejl

(a)

Kull valur numeriku muri tal-linja ta’ orjentazzjoni elettronika (electronic bearing line/EBL) u tal-markatur tad-distanza varjabbli (variable range marker/VRM), għandu jkun jaqbel eżatt mal-pożizzjonijiet analogi tal-EBL u tal-VRM (jew jikkorrispondi mal-koordinati tal-“cursor”).

(b)

Ir-riżoluzzjoni u l-istadji tad-displej numeriku għandhom ikunu identiċi mal-valuri analogi tal-EBL u tal-VRM.

7.8.   Test tal-funzjoni tal-aġġornar tal-mappa

Qabel u wara kull pass tat-test għandhom jitfakkru in-numri tal-verżjoni tal-SENCs lowdjati u tal-aġġornamenti kif deskritti fil-manwal tal-operat u murija fid-displej.

Pass 1: Jittella’ t-test tal-SENC,

Pass 2: Aġġornament tat-test tal-SENC,

Pass 3: Test tal-funzjoni ta’ repetizzjoni (roll-back),

Pass 4: Jittella SENC ġdid.

Wara aġġornament, għandu jkun possibbli li titfakkar u tintwera kull karatteristika konċernata.

7.9.   Test tal-karatteristiċi murija f’aktar minn ċellola waħda għall-istess żona

(a)

Għandu jiġi ttestjat jekk il-karatteristiċi kollha inklużi fit-test tal-SENC u fit-test addizzjonali sovrappost tal-SENC humiex viżibbli u murija b’mod korrett. Għal dan it-test, id-densità tal-informazzjoni għandha tinqaleb għal “karatteristiċi kollha”.

(b)

Għandu jiġi ttestjat jekk hux possibbli li tintgħażel ċellola speċifika waħda jew aktar għall-preżentazzjoni jekk ikun hemm diversi ċelloli minn produtturi differenti għall-istess żona bl-istess użu.

8.   TEST GĦALL-PREŻENTAZZJONI U L-OPERAT TAL-IMMAĠNI TAR-RADAR

8.1.   Preparazzjonijiet

(a)

Għall-iskopijiet tat-test, il-manifattur jew il-fornitur għandu jipprovdi interfaċċja tas-serje fis-sistema li se tiġi approvata (Equipment under test/EUT) li jagħti l-istess valuri reali (fil-forma ta’ sensiliet tal-NMEA 01/83) ta’ pożizzjoni u ta’ direzzjoni li jintużaw għall-ippożizzjonar u għall-orjentazzjoni tal-mappa.

(b)

Matul it-test, għandha tintuża sistema ta’ referenza li l-valuri tal-pożizzjoni u d-direzzjoni tagħha jitqabblu ma’ dawk tal-EUT.

(c)

L-EUT għandha titqabbad ma’ kull tagħmir tar-radar ta’ tip approvat (skont l-għażla tal-fornitur).

(d)

L-immaġni tar-radar għandha tiġi aġġustata fil-medda u fl-orjentazzjoni skont il-linja tad-direzzjoni.

8.2.   Test tal-immaġni tar-radar mingħajr mappa sottostanti

(a)

Jekk it-tagħmir tal-ECDIS Interna juri l-immaġni tar-radar iżda l-kontroll tal-operat tar-radar jibqa’ fit-tagħmir tar-radar (Taqsima 4B, grafiċi 2 u 3), l-immaġni tar-radar tat-tagħmir tal-ECDIS Interna tiġi kkunsidrata bħala d-“displej sekondarju” ta’ oġġett ta’ tagħmir tar-radar. F’dak il-każ, l-immaġni tar-radar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tad-dispej u ta’ rilevanza għall-immaġni tar-rekwiżiti dwar ir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran.

(b)

Jekk l-EUT hija stallazzjoni tar-radar b’funzjonalità integrata tal-ECDIS Interna (Taqsima 4B, grafika 4), kull rekwiżit tal-istandards għal tagħmir tar-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran għandu jiġi sodisfatt.

8.3.   Test tal-immaġni tar-radar, tal-informazzjoni sovrapposta minn bastimenti oħra u tal-mappa sottostanti

It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jiġi installat f’ambjent ta’ referenza. Dan jista’ jkun reali (fuq bastiment) jew simulat. L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra (skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-AIS Interna) għandha tiġi applikata bil-livelli differenti tal-età tal-informazzjoni.

8.3.1.   Test tas-sovrappostazzjoni tar-radar

(a)

L-immaġni tar-radar ma għandhiex tiġi ddegradata bl-immaġni tal-mappa (irreferi għall-Kapitolu 4.3.c ta’ din it-Taqsima).

(b)

Is-sovrappostazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra tista’ tintwera biss meta:

l-informazzjoni hija aġġornata (kważi ħin reali), u

L-età tal-informazzjoni ma taqbiżx il-valuri tal-ħin massimu (time-out) mogħtija fit-tabella fil-punt 5.1 (e) tat-Taqsima 1, Standard tal-Prestazzjoni għall-ECDIS Interna. Is-simboli għandhom jiġu mmarkati bħala skaduti, jekk l-età tal-informazzjoni taqbeż 30 sekonda għal bastimenti mexjin. L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment proprju m’għandhiex tintwera, jekk dan jirċeviha minn stazzjon ta’ repetizzjoni.

(c)

L-informazzjoni sovrapposta li toħroġ mill-apparat ta’ monitoraġġ u ta’ lokalizzazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastimenti oħra għandha titħassar f’distanza definita mill-utent.

(d)

Il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ bastiment oħra permezz ta’

trijangolu orjentat jew

profil reali (bi skala)

għandhom jintwerew biss meta d-direzzjoni ta’ dawn il-bastimenti l-oħra hija disponibbli. Għall-bastimenti l-oħra kollha għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, ċirku għandu jintuża għall-applikazzjonijiet interni biss).

(e)

Għandu jkun possibbli li jintfew il-mappa u kwalunkwe saff ta’ informazzjoni ieħor u li tintwera l-immaġni tar-radar biss permezz ta’ element ta’ kontroll wieħed li jintlaħaq faċilment jew ta’ post fil-menu.

(f)

L-immaġni tal-mappa għandha tiġġeded mhux aktar tard mill-istess ħin tal-immaġni tar-radar.

8.3.2.   Test tal-ippożizzjonar u tal-orjentazzjoni tal-mapep

(a)

L-“offset” statiku tal-pożizzjoni tal-mappa għandu ikun anqas minn ± 5 m għall-meded kollha sa 2 000 m.

(b)

L-iżball “offset” tal-orjentazzjoni ażimuth statika ta’ bejn l-immaġni tar-radar u tal-mappa għandu jkun anqas minn ± 0,5 grad.

(c)

Fil-modalità manutenzjoni għandu jintwera kif jiġu kkoreġuti dawn il-parametri.

(d)

Id-devjazzjoni dinamika tal-orjentazzjoni tal-mappa f’rati tad-dawran ta’ inqas minn ± 60 grad/minimu għandha tkun anqas minn ± 3 gradi.

(e)

Dawn it-testijiet għandhom isiru b’mod viżwali jew b’evalwazzjoni tad-dejta mkejla.

8.3.3.   Test tal-konformità tal-skala

L-informazzjoni tal-mappa għandha tiġi mqabbla ma’ punti ta’ referenza magħrufin sew li jinsabu fl-immaġni tar-radar sabiex jiġi ttestjat jekk l-iskala tal-mappa hijiex konformi mal-iskala tar-radar b’mod suffiċjenti.

9.   TEST TAL-ALLARMI U TAL-INDIKAZZJONIJIET

(a)

L-allarmi ġġenerati mit-tagħmir tal-ECDIS Interna nnifsu kif ukoll l-allarmi mogħtija permezz tas-sensuri mqabbda mal-ECDIS għandhom jiġu ttestjati.

(b)

Il-proċedura ta’ ttestjar għandha tkopri s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

kwalunkwe żball fit-tagħmir tal-ECDIS Interna (Built-In Test Equipment/BITE),

sinjal tal-ippożizzjonar nieqes,

sinjal tar-radar nieqes,

sinjal tar-rata tad-dawran nieqes,

sinjal tad-direzzjoni nieqes,

tqabbil mhux possibbli tal-mapep tar-radar.

10.   TEST TAL-ARRANĠAMENTI AWŻILJARJI

(a)

Dan it-test għandu juri r-reazzjoni tat-tagħmir tal-ECDIS Interna għal ħsara ta’ kwalunkwe komponent intern jew estern u l-azzjonijiet possibbli u meħtieġa mill-operatur.

(b)

Barra minn hekk, il-manwal tal-operat għandu jiġi ċċekkjat biex jiġi determinat jekk il-miżuri meħtieġa mill-operatur humiex deskritti b’mod adegwat u b’mod xieraq.

TAQSIMA 4A:   MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TAL-KWALITÀ TAS-SOFTWER

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

Is-softwer użat fil-modalità tan-navigazzjoni huwa parti rilevanti għas-sikurezza ta’ sistema tan-navigazzjoni. Il-fornituri ta’ sistemi tan-navigazzjoni għandhom jiżguraw li kull komponent ta’ softwer użat fil-modalità tan-navigazzjoni jippermetti navigazzjoni sikura fi kwalunkwe sitwazzjoni.

1.1.   Rekwiżiti dwar id-disinn tas-softwer

Il-komponenti tas-softwer għandhom ikunu ddisinjati b’mod ċar permezz ta’ metodi stabbiliti tad-disinn tas-softwer. L-ispeċifikazzjoni tad-disinn għandha tindika kif jiġu indirizzati rekwiżiti ta’ sikurezza fid-disinn tas-softwer.

Għandha tiġi pprovduta gwida għal stil ta’ softwer li tispeċifika stil ta’ kodiċi ta’ kitba, stil ta’ dokumentazzjoni, modularizzazzjoni, analiżi ta’ konflitti u ttestjar ta’ komponenti tas-softwer. Hemm ħtieġa ta’ dokumenti li jiddeskrivu l-ispeċifikazzjoni u d-disinn għal kull komponent tas-softwer.

1.2.   Rekwiżiti dwar l-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni tal-moduli tas-softwer għandha ssir minn żviluppaturi kwalifikati, li jifhmu kompletament ir-rekwiżiti tad-disinn u tas-sikurezza.

Jekk iktar minn żviluppatur wieħed ikun qed jaħdem fuq softwer għal sistema tan-navigazzjoni, għandha tintuża sistema ta’ kontroll tal-verżjonijiet li tiggarantixxi żvilupp mingħajr kunflitti.

L-implimentazzjoni għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni tad-disinn u skont il-gwida tal-istil tas-softwer. Barra minn hekk, għandhom jiġu indirizzati l-problemi ta’ implimentazzjoni l-aktar magħrufin (skont il-lingwa użata) waqt l-implimentazzjoni. Dawn jinkludu, bla ebda restrizzjoni:

trattament tal-vleġġa null (null pointer handling),

varjabbli li mhumiex inizjalati (uninitialised variables),

iċċekkjar tal-meded (range checking),

verifikazzjoni tad-dimensjoni tal-matriċi (array size verification),

allokazzjoni tal-memorja u t-tneħħija tagħha (memory allocation and de-allocation),

trattament tal-eċċezzjonijiet (exception handling).

Jekk jintuża pproċessar parallel (pereżempju sensiliet, xogħlijiet jew proċessi multipli) il-problemi ta’ pproċessar mingħajr kunflitt għandhom jiġu indirizzati waqt l-implimentazzjoni. Dawn jinkludu, bla ebda restrizzjoni:

kundizzjonijiet ta’ funzjonament (race conditions),

problemi ta’ rientratura (re-entrance problems),

taqlib ta’ prijorità (priority inversion),

imblokki (deadlocks).

1.3.   Rekwiżiti tat-test

Il-moduli tas-softwer għandhom jiġu ttestjati skont l-ispeċifikazzjoni tad-disinn. Ir-riżultati tat-test għandhom jitqabblu mal-linji gwida tad-disinn u għandhom jiġu ddokumentati fir-rapporti tat-testijiet.

It-testijiet għandhom jinkludu testijiet kemm tal-moduli kif ukoll tas-sistemi. Il-fornituri ta’ sistema tan-navigazzjoni għandhom jużaw testijiet estensivi bbażati fuq simulatur biex jiżguraw l-istabbiltà tas-sistema tagħhom. Is-simulatur għandu jippermetti s-simulazzjoni ta’ ambjent komplet tan-navigazzjoni inklużi s-sensuri esterni kollha meħtieġa.

1.4.   Rekwiżiti dwar il-komponenti ta’ terza persuna

Il-komponenti ta’ terza persuna (Original Equipment Manufacturer/OEM) jinkludu softwer li mhux żviluppat mill-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni. Dawn jinkludu, bla ebda restrizzjoni:

libreriji li għandhom konnessjoni statika jew dinamika (static or dynamic linked libraries),

għodod ta’ disinn megħjuna bil-kompjuter u ta’ inġinerija li jipproduċu kodiċi ta’ sors jew ta’ oġġett (kompjuter aided design and engineering tools producing source or object code),

sistemi tal-operat (operating systems).

Il-komponenti tas-softwer ta’ terza persuna għandhom jintgħażlu skont ir-rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza. Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni għandu jagħti prova li l-komponenti ta’ terza persuna jilħqu l-istandards għoljin meħtieġa għal navigazzjoni sikura, jew billi jipprovdi ċertifikati ta’ kwalità aċċettabbli jew billi jittestja l-komponenti b’mod estensiv u li jista’ jiġi ppruvat.

1.5.   Rekwiżiti dwar servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni

Is-sistemi tan-navigazzjoni jistgħu jappoġġjaw servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni jekk dawn huma utli. Dawn is-servizzi ma għandhomx ifixklu l-modalità tan-navigazzjoni.

Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni huwa responsabbli għat-tagħmir tal-ittestjar addizzjonali, meħtieg biex jivverifika l-ispeċifikazzjoni tal-interfaċċja, l-ispeċifikazzjoni tal-protokoll u t-testijiet tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna.

1.6.   Lingwa

Il-verżjonijiet nazzjonali addizzjonali ta’ ECDIS Interna tat-tip approvat għandhom jerġgħu japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip biex jiġu ċċekkjati għat-traduzzjoni tal-interfaċċja tal-utent.

1.7.   Rekwiżiti dwar id-dokumentazzjoni għall-utenti

Id-dokumentazzjoni (manwali) għandu jkollhom informazzjoni komprensiva dwar l-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tas-sistema tan-navigazzjoni. Il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-utent għandha tkun ċara, tinftiehem u mingħajr termini teknici li mhumiex meħtieġa. Il-manwal tal-utent għandu jkun disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż. Id-dokumentazzjoni teknika tista’ tkun disponibbli bl-Ingliż biss.

2.   METODI TA’ TTESTJAR U RIŻULTATI MEĦTIEĠA

2.1.   Test tal-operat tal-modalità tan-navigazzjoni

2.1.1.   Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni

Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stimi affidabbli dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni. Barra minn hekk, l-istimi dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni għandhom jiġu ċċekkjati mis-sistema għall-konformità mal-preċiżjoni mitluba.

L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni għandha tiġi kkalkulata u murija għall-istess pożizzjoni ta’ referenza. Normalment dan għandu jkun iċ-ċentru tal-antenna tar-radar. Stima ġdida tal-pożizzjoni għandha tkun disponibbli tal-anqas għal kull revoluzzjoni tal-antenna tar-radar.

2.1.1.1.   Pożizzjoni

Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stima u turi l-pożizzjoni tal-bastiment. Ir-rekwiżiti minimi li ġejjin għandhom jintlaħqu f’kundizzjonijiet tal-operat normali:

(a)

L-istima medja tal-pożizzjoni ma għandhiex tvarja aktar minn 5 metri mill-pożizzjoni proprja u għandha tkopri kull żball sistematiku.

(b)

Id-devjazzjoni standard σ għandha tkun anqas minn 5 metri u għandha tkun ibbażata fuq żbalji aċċidentali biss.

(c)

Is-sistema għandha tkun kapaċi tindividwa devjazzjonijiet ta’ aktar minn 3σ fi 30 sekonda.

Dawn ir-riżultati għandhom jiġu vverifikati b’test realistiku ta’ tal-anqas 60 minuta.

2.1.1.2.   Direzzjoni

Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stima u turi d-direzzjoni tal-bastiment. Għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti minimi:

(a)

L-istima medja tal-angolu tad-direzzjoni ma ma għandhiex tvarja aktar minn grad (1) mid-direzzjoni tar-radar kif indikata u għandha tkopri kull żball sistematiku. L-“offset” bejn id-direzzjoni tal-bastiment u tar-radar għandu jkun anqas minn grad 1.

(b)

Id-devjazzjoni standard σ għandha tkun anqas minn 2 gradi u għandha tkun ibbażata fuq żbalji aċċidentali biss.

Dawn ir-riżultati għandhom jiġu vverifikati b’test realistiku ta’ tal-anqas 60 minuta.

2.1.2.   Ħsara ta’ sensuri

Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tivverifika onlajn it-tħaddim tajjeb tal-istimi tal-pożizzjoni u tad-direzzjoni. Il-problemi għandhom jigu indikati fi 30 sekonda. Fil-każ ta’ ħsara, is-sistema tan-navigazzjoni għandha tinforma lill-utent bil-problema u bil-konsegwenzi tagħha fuq in-navigazzjoni.

Jekk allarm kritiku tas-sensur jissinjalizza, li dik il-pożizzjoni jew id-direzzjoni ma tilħaqx il-preċiżjoni meħtieġa, il-mappa tan-navigazzjoni għandha tintefa.

2.1.3.   Interfaċċja tat-test tal-prestazzjoni

Fornitur ta’ sistema tan-navigazzjoni għandu jgħammar sistemi tan-navigazzjoni waqt it-test tal-konformità b’interfaċċja standard tal-NMEA li tibgħat informazzjoni dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni użata mis-sistema tan-navigazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkodifikata f’sentenzi tal-NMEA magħrufa bħala GGA u HDT. Sentenzi addizzjonali bħal RMC, ROT u VTG huma aċċettati.

Dawn is-sensiliet għandhom jintbagħtu preferibbilment kull 0.1 sekonda, tal-inqas kull seconda. Il-pożizzjoni u d-direzzjoni għandhom ikunu skont id-definizjonijiet tal-Kapitolu 2.1.1.1 u tal-Kapitolu 2.1.1.2 ta’ din it-Taqsima.

2.2.   Testijiet ġenerali tas-softwer

2.2.1.   Dokumentazzjoni tat-tagħmir

Għall-aċċettazzjoni għandhom jiġu pprovduti dawn id-dokumenti li ġejjin u għandhom jintbagħtu ma’ kull sistema tan-navigazzjoni:

Manwal għall-utenti,

Manwal għall-installazzjoni,

Manwal għall-manutenzjoni.

Matul il-proċedura tal-aċċettazzjoni għandhom jiġu pprovduti dawn id-dokumenti u l-fajls iżda mhumiex meħtieġa għall-utenti finali:

speċifikazzjoni tad-disinn,

gwida tal-istil tas-softwer,

ċertifikati tal-komponenti tas-softwer ta’ terza persuna jew protokolli ta’ testijiet u ta’ simulazzjoni.

Id-dokumenti u l-fajls ipprovduti għandhom jippermettu verifika kompluta tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna.

2.2.2.   Test tar-reżistenza

Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tgħaddi minn test ta’ kemm tiflaħ li jikkonsisti minn operat għal 48 siegħa bla waqfien f’kundizzjonijiet normali ta’ operat. Is-sistema għandha tipprovdi interfaċċji standard għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tar-riżorsi matul l-operat. Il-monitoraġġ tas-sistema ma għandux juri indikazzjoni ta’ instabbiltà tas-sistema, telf ta’ memorja jew kwalunkwe tip ta’ telf ta’ prestazzjoni matul iż-żmien. Is-sistemi tan-navigazzjoni li jappoġġjaw servizzi addizzjonali waqt li jkunu fil-modalità tan-navigazzjoni għandhom jipprovdu t-tagħmir meħtieġ għat-testijiet inkluż kwalunkwe dokument imsemmi fil-Kapitolu 1.7 ta’ din it-Taqsima.

3.   TIBDILIET FIS-SISTEMI ĊERTIFIKATI

3.1.   Rekwiżiti ġenerali

Is-sistemi tan-navigazzjoni installati abbord għandu jkollhom funzjoni ekwivalenti għal sistema ċertifikata mill-awtoritajiet. Ma’ kull sistema l-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni għandu jibgħat dikjarazzjoni ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna u l-ekwivalenza funzjonali tagħha mas-sistema ċertifikata.

L-awtorità kompetenti hija intitolata li fi kwalunkwe ħin tiċċekkja l-konformità tas-sistemi installati mal-ECDIS Interna.

3.2.   Tibdil fis-softwer u fil-ħardwer

Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni jista’ jibdel is-softwer u l-ħardwer sakemm iżomm il-konformità mal-ECDIS Interna. It-tibdiliet għandhom ikunu ddokumentati kollha u mibgħuta lill-awtorità kompetenti flimkien ma’ spjegazzjoni tal-effetti ta’ dawn it-tibdiliet fuq is-sistema tan-navigazzjoni. L-awtorità kompetenti tista’ teżiġi li ċ-ċertifikazzjoni tiġi mġedda kompletament jew parzjalment jekk dan jiġi kkunsidrat meħtieġ. Dan li ntqal qabel japplika wkoll għall-użu ta’ ECDIS Interna approvata ma’ verżjoni nazzjonali oħra tas-sistema operattiva.

Dawn it-tibdiliet li ġejjin ma jaffettwawx iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema u jeħtieġu biss notifika lill-awtorità kompetenti:

tibdiliet minuri fil-komponenti ta’ terza persuna (pereżempju s-sistema operattiva jew aġġornamenti tal-librerija),

użu ta’ komponenti ekwivalenti jew aħjar ta’ ħardwer (pereżempju mikroproċessur aktar veloċi, reviżjonijiet aktar reċenti ta’ ċippa, kard grafika ekwivalenti, eċċ),

tibdiliet minuri fil-kodiċi tas-sors jew dokumentazzjoni.

SEZZJONI 4B:   KONFIGURAZZJONIJIET TAS-SISTEMA (GRAFIĊI)

Grafika 1

Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija weħidha mingħajr ma titqabbad ma’ radar

Image

Grafika 2

Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija weħidha mingħajr ma titqabbad ma’ radar

Image

Grafika 3

Tagħmir tal-ECDIS Interna mqabbad ma’ radar u moniter komuni

Image

Grafika 4

Tagħmir ta’ radar għan-navigazzjoni b’funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata

Image

TAQSIMA 5   GLOSSARJU TAT-TERMINI

Sorsi użati sabiex jiġu ddefiniti t-termini u l-abbrevjazzjonijiet provduti fit-test:

1.

Riżoluzzjoni IMO MSC.232(82)

2.

IHO S-52 u IHO S-32 Appendiċi 1 “Glossary of ECDIS-related Terms”.

3.

IHO S-57 (speċjalment il-Parti 1 “General Introduction”, klawżola 5 “Definitions”)

4.

Speċifikazzjonijiet Tekniċi għall-ECDIS Interna

4.1.

Taqsima 1: Standard tal-Prestazzjoni għall-ECDIS Interna

4.2.

Taqsima 2: Standard tad-Dejta għall-ENCs Interni

4.3.

Taqsima 2 a Kodiċijiet għal Produtturi u Passaġġi fuq l-Ilma

4.4.

Taqsima 3: Standard tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna

4.5.

Taqsima 4: Rekwiżiti dwar l-Operat u l-Prestazzjoni, Metodi ta’ Ttestjar u Riżultati ta’ Testijiet Meħtieġa inkluż it-Taqsimiet 4 A u 4B tagħha

5.

Dominju IENC (IENC Domain) fir-Reġistru S-100

6.

IEHG Product Specification for Inland ENCs (Speċifikazzjoni tal-Prodott tal-IEHG għall-ENCs Interni)

7.

IEHG Inland ENC Feature Catalogue (Katalogu ta’ Karatteristiċi tal-IEHG tal-ENC Interna

8.

IEC Guideline 61174, Edizzjoni 3.0

9.

L-Anness IX, il-Parti III sa VI, tad-Direttiva-UE 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1): Rekwiżiti applikabbli għal installazzjonijiet tar-radar u għal indikaturi tar-rata tad-dawran.

10.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) (2)

Id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u tal-attributi jistgħu jinkisbu mill-Katalogu ta’ Karatteristiċi tal-ENCs Interni tar-Riżoluzzjoni tal-UNECE dwar l-ECDIS Interna msemmija fit-Taqsima 1 § 2.h

Terminu jew Abbrevjazzjoni

Definizzjoni

Sors

Akronimu

kodiċi ta’ 6 karattri tal-karatteristika/tal-attribut

3

AIS

Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni (Automatic Identification System): Sistema awtomatika ta’ komunikazzjoni u ta’ identifikazzjoni maħsuba biex ittejjeb is-sikurezza fin-navigazzjoni billi tgħin fl-operazzjoni effiċjenti tas-servizzi tat-traffiku ta’ bastimenti (Vessel Traffic Services/VTS), irrappurtar ta’ bastimenti, operazzjonijiet ta’ bastiment għall-bastiment (vessel-to-vessel) u ta’ bastiment għax-xatt (vessel-to-vessel).

2

Densità tal-informazzjoni massima (all information display)

Densità tal-Informazzjoni massima (displej sħiħ) tfisser l-ammont massimu tal-informazzjoni tal-SENC. Hawnhekk, jintwerew il-karatteristiċi l-oħra kollha individwalment flimkien mad-displej standard, kif mitlub.

4.1

Attribut (attribute)

Karatteristika definita ta’ entità (pereżempju l-kategorija ta’ dawl, il-limiti tas-settur, il-karatteristiċi tad-dawl, eċċ.).

3

Attribut ikkopjat (copied attribute)

Attribwiti tal-S-57/S-100 (bil-lista kompluta tagħhom ta’ valuri għal attribwiti) li ġew estiżi skont ir-rekwiżiti tal-ECDIS Interna. L-attribwiti l-ġodda kollha għandhom l-istess isem tas-sors tagħhom, iżda miktuba b’ittri zgħar.

7

CCNR/ZKR

Central Commission for Navigation on the Rhine (Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni tar-Rhine); kummissjoni internazzjonali bbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Mannheim. L-Istati Membri attwalment huma l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvizzera L-għanijiet l-aktar importanti u permanenti tas-CCNR huma:

 

Il-prosperità tan-navigazzjoni interna fuq ir-Rhine u fl-Ewropa

 

Iż-żamma tal-livell għoli ta’ sikurezza fin-navigazzjoni interna u tal-madwar

 

Ċellola (ċellola ta’ mappa)

Ċellola hija żona ġeografika li fiha dejta tal-ENC Interna

3

Kalibrazzjoni tal-kuluri tas-CIE (CIE colour calibration)

Proċedura ta’ konferma li l-kulur speċifikat fl-IHO S-52 huwa riprodott b’mod korrett fid-displej tal-ECDIS

2

Karatteristika ta’ kollezzjoni (collection feature)

Tip ta’ karatterestika li fiha informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn karatteristiċi oħra.

3

Skala ta’ kompilazzjoni (compilation scale)

L-iskala li biha l-informazzjoni kartografika tilħaq ir-rekwiżiti tal-IHO għall-preċiżjoni tal-mapep. Hija stabbilita mill-Uffiċċju idrografiku li jipproduċiha u tiġi kkodifikata fl-ENC.

6

Datum

Serje ta’ parametri li tispeċifika l-wiċċ ta’ referenza jew is-sistema ta’ koordinati ta’ referenza użata għall-kontroll ġeodetiku, fil-kalkolu ta’ koordinati ta’ punti fuq il-globu. Ġeneralment id-datums huma definiti bħala datums orizzontali jew vertikali separatament. Għall-użu prattiku tad-datum jeħtieġ li jkun hemm punt wieħed jew aktar distinti b’mod tajjeb b’koordinati mogħtija f’dak id-datum.

2

Datum, orizzontali

Serje ta’ parametri li tispeċifika r-referenza għal kontroll orizzontali ġeodesiku, ġeneralment id-dimensjonijiet u l-lokazzjoni ta’ ellissojdu ta’ referenza. (Id-datum orizzontali jrid ikun WGS 84.)

6

Datum, vertikali

Wiċċ li għandu referenzi ta’ elevazzjonijiet u/jew ta’ fondijiet (tkejjil tal-fond tal-ilma u tal-għoli tal-marea). Għall-elevazzjonijiet, ġeneralment wiċċ fil-wita (ekwipotenzjali), il-livell medju tal-baħar jintuża b’approssimità, għall-fondijiet bosta drabi ta’ marea baxxa.

6

GPS Differenzjali (Differential GPS/DGPS)

Forma ta’ GPS li l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tagħha jittejbu billi jintbagħat messaġġ li jikkoreġi d-differenza fil-ħin minn riċevitur ta’ monitoraġġ tal-GPS (modalità differenzjali) f’pożizzjoni magħrufa fuq ix-xatt. Il-korrezzjonijiet jiddaħħlu awtomatikament fir-riċevitur tal-GPS abbord u jintużaw biex jikkalkolaw pożizzjoni mtejba.

4

Bażi tad-displej (display base)

Densità tal-informazzjoni minima, tfisser l-ammont minimu ta’ informazzjoni tal-SENC li hija ppreżentata u li ma tistax tiġi mnaqqsa mill-operatur, li tikkonsisti minn informazzjoni meħtieġa fi kwalunkwe ħin, f’kull żona ġeografika u f’kull ċirkustanza.

1

Skala tad-displej (display scale)

Il-proporzjon bejn distanza fuq l-iskrin u distanza fuq l-art, normalizzata u espressa bħala proporzjoni, pereżempju 1:10 000 .

2

EBL

Electronic Bearing Line

4.5

ECDIS

Electronic Chart Display and Information System (ECDIS) tfisser sistema tal-informazzjoni tan-navigazzjoni li bis-saħħa ta’ arranġamenti awżiljarji suffiċjenti tista’ tiġi aċċettata bħala konformi mal-mappa aġġornata kif meħtieġ mir-regolamenti V/19 u V/27 tal-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, billi turi informazzjoni magħżula minn mappa elettronika tan-navigazzjoni ta’ sistema (SENC) b’informazzjoni pożizzjonali minn sensuri tan-navigazzjoni biex jgħinu lin-navigant fl-ippjanar u fil-monitoraġġ tar-rotta, u jekk meħtieġ turi informazzjoni addizzjonali relatata man-navigazzjoni.

1

Xifer (edge)

Oġġett spazjali b’dimensjoni waħda, lokalizzat minn żewġ pari jew aktar ta’ koordinati (jew żewġ punti nodali konnessi) u parametri ta’ interpolazzjoni fakultattivi.

3

Mappa elettronika (electronic chart)

Terminu wiesa’ ħafna biex jiddeskrivi d-dejta, is-softwer, u s-sistema elettronika, bil-kapaċità li juru l-informazzjoni kartografika. Mappa elettronika tista’ tkun ekwivalenti jew le għall-mappa tal-karta meħtieġa mis-SOLAS.

2

ENC

Electronic Navigational Chart; Il-bażi tad-dejta, b’kontenut, struttura u format standardizzati, ippubblikata għall-użu mal-ECDIS bl-awtorità ta’ uffiċċji idrografiċi awtorizzati tal-istat. L-ENC fiha l-informazzjoni kartografika kollha għal navigazzjoni sikura u jista’ jkollha wkoll informazzjoni supplimentari flimkien ma’ dik li tinsab fil-mappa tal-karta (pereżempju direzzjonijiet ta’ tbaħħir) li tista’ tkun ikkunsidrata meħtieġa għal navigazzjoni sikura.

1

Ċellola tal-ENC (ENC cell)

Id-diviżjoni ġeografika tad-dejta tal-ENC għal skopijiet ta’ distribuzzjoni.

8

Enumerazzjoni (enumeration)

Kwalità jew kwantità speċifika mogħtija lil attribut (pereżempju “dawl li jidderiġi”, l-angoli ta’ limiti, il-kodiċi li jispeċifika l-kulur tad-dawl – ara attribut).

7

Format ta’ skambju (exchange format)

Speċifikazzjoni għall-istruttura u l-organizzazzjoni tad-dejta biex tiffaċilita skambju bejn sistemi tal-kompjuter.

2

Serje ta’ skambju (exchange set)

Serje ta’ fajls li jirrappreżentaw trasferiment komplut tad-dejta għal skop waħdieni (i.e. speċifiku skont il-prodott). Pereżempju, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-ENC jiddefinixxi serje ta’ skambju li fiha fajl ta’ katalogu wieħed u tal-anqas fajl wieħed ta’ serje tad-dejta.

2

Karatteristika (feature)

Serje identifikabbli ta’ informazzzjoni. Karatteristika jista’ jkollha attribut u tista’ tkun relatata ma’ karatteristiċi oħra.

Rappreżentazzjoni diġitali ta’ entità sħiħa jew parti minnha permezz tal-karatteristiċi (attribwiti) tagħha, ġeometrija, u (b’mod fakultattiv) ir-relazzjonijiet tagħha ma’ karatteristiċi oħrajn (pereżempju id-deskrizzjoni diġitali ta’ settur tad-dawl li jispeċifika fost oħrajn, il-limiti ta’ settur, il-kulur tad-dawl, il-medda ta’ viżibbiltà, eċċ, u konnessjoni ma’ fanal, jekk teżisti).

2

Katalogu ta’ karatteristiċi (feature catalogue)

Il-lista komprensiva attwali ta’ karatteristiċi identifikati, attribwiti u enumerazzjonijiet li huma permessi għall-użu fl-ENCs Interni.

7

Karatteristika kkopjata

Karatteristiċi tal-S-57 (bis-serje kompluta tagħhom ta’ attribwiti) li ġew estiżi skont ir-rekwiżiti tal-ECDIS Interna. Il-karatteristiċi l-ġodda kollha għandhom l-istess isem tas-sors tagħhom, iżda huma miktuba b’ittri zgħar.

7

Dizzjunarju tad-Dejta tal-Karatteristiċi (Feature Data Dictionary)

Dizzjunarju tad-dejta tal-karatteristiċi jispeċifika serji indipendenti ta’ karatteristiċi u attribwiti li jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu informazzjoni ġeografika f’kuntest partikolari.

Dizzjunarju tad-dejta ta’ karatteristiċi jista’ jintuża biex jiżviluppa katalogu ta’ karatteristiċi.

 

Fajl

Serje identifikata ta’ reġistri tal-S-57 miġbura flimkien għal-skop speċifiku. Il-kontentut u l-istruttura tal-fajl jridu jkunu ddefiniti minn speċifkazzjoni ta’ prodott.

2

Karatteristika Ġeo (Geo Feature)

Tip ta’ karatteristika li fiha il-karatteristiċi deskrittivi ta’ entità reali tad-dinja.

2

Primitiva Ġeometrika

Waħda minn tliet unitajiet ġeometriċi bażiċi ta’ rappreżentazzjoni: punt, linja u żona.

2

Direzzjoni (heading)

Id-direzzjoni li lejh qed iħares l-assi lonġitudinali ta’ vapur, ġeneralment espress bħal distanza angulari mit-tramuntana li ddur skont l-arloġġ 360 gradi (ġeografika, manjetika jew kumpass).

2

Displej b’orjentazzjoni li tħares ‘il fuq (head-up display)

L-informazzjoni murija fuq l-iskrin (radar jew ECDIS) għandha dik id-direzzjoni li tippermetti li d-direzzjoni tal-bastiment tkun dejjem immirata ‘l fuq. Din l-orjentazzjoni tikkorrispondi għad-dehra viżwali mill-pont fid-direzzjoni ta’ fejn sejjer il-bastiment. Din l-orjentazzjoni tista’ teħtieġ rotazzjonijiet tal-kontenuti tad-displej ta’ sikwit. Tibdil fir-rotta tal-bastiment jew fil-jaw, jista’ jirriżulta f’modalità ta’ orjentazzjoni instabbli li ma tistax tinqara.

2

IEC

International Electrotechnical Commission: Organizzazzjoni internazzjonali (mhux governattiva) li tipproduċi standards dinjija għall-inġinerija elettrika u elettronika bil-għan li tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali.

2

IHO

International Hydrographic Organization: Tikkoordina l-attivitajiet tal-uffiċċji idrografiċi nazzjonali; tippromwovi standards u tagħti parir lil pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-oqsma tas-sorveljanza idrografika u tal-produzzjoni tal-mapep u l-pubblikazzjonijiet tan-navigazzjoni.

2

Reġistru tal-IHO

IHO Geospatial Information Infrastructure Registry. Reġistru huwa s-sistema tal-informazzjoni li fiha jinżamm reġistru. Fil-każ tal-S-100, l-IHO jospita reġistru li jipprovdi faċilità għall-ħażna ta’ reġistri varji ta’ informazzjoni relatata mal-idrografija.

5

(IHO-) S-32, Appendiċi 1

Hydrographic Dictionary - Glossary of ECDIS Related Terms.

2

(IHO-) S-52

Specifications for chart content and display aspects of ECDIS.

2

(IHO-) S-52, Appendiċi 1

Gwida dwar l-aġġornar tal-Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni

2

(IHO-) S-57

Standard tal-IHO għat-Trasferiment tad-dejta idrografika diġitali.

3

(IHO-) S-57, Appendiċi A

Katalogu tal-Oġġetti tal-IHO.

3

(IHO-) S-57, Appendiċi B

Speċifikazzjonijiet tal-Prodott tal-ENC.

3

(IHO-) S-62

Kodiċijiet għal Produtturi tal-ENC.

 

IMO

International Maritime Organization: Qabel kienet imsejħa IMCO. L-IMO hija l-aġenzija speċjalizzatta tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli għas-sikurezza marittima, għall-effiċjenza tan-navigazzjoni u għall-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu minn bastimenti.

2

Modalità tal-Informazzjoni

tfisser l-użu tal-ECDIS Interna għal skopijiet ta’ informazzjoni biss mingħajr l-immaġni tar-radar sovrapposta.

4.1

AIS Interna (Inland AIS)

AIS għall-użu fin-navigazzjoni interna u interoperabbli mal-AIS (marittima) – li hija ffaċilitata teknikament minn emendi u estensjonijiet għall-AIS (marittima)

 

ECDIS Interna (Inland ECDIS)

Sistema tad-Displej tal-Mapep Elettroniċi u tal-Informazzjoni għan-navigazzjoni interna, li turi informazzjoni magħżula minn Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta’ Sistema Interna (SENC Interna) u b’mod fakultattiv, informazzjoni minn sensuri oħra tan-navigazzjoni.

4.1

ENC Interna (Inland ENC/IENC)

Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni Interna (Inland Electronic Navigational Chart/IENC) tfisser il-bażi tad-dejta, standardizzata fir-rigward tal-kontenut, tal-istruttura u tal-format, għall-użu ma’ sistemi tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni mħaddma abbord bastimenti li jagħmlu tranżitu fuq passaġġi fuq l-ilma interni. L-IENC huwa maħruġ minn jew bl-awtorità kompetenti ta’ aġenzija tal-gvern, u tikkonforma mal-istandards żviluppati inizjalment mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Idrografika (International Hydrographic Organization/IHO) u żviluppati mill-Grupp għall-Armonizzazzjoni tal-ENC Interna (Inland ENC Harmonization Group). L-IENC fiha l-informazzjoni kollha tal-mapep għal navigazzjoni sikura fuq passaġġi tal-ilma interni u jista’ jkollha wkoll informazzjoni supplimentari flimkien ma’ dik li tinstab fil-mappa tal-karta (pereżempju direzzjonijiet ta’ tbaħħir, skedi tal-operat li jistgħu jinqraw minnmagna, eċċ.) li tista’ tkun ikkunsidrata meħtieġa għal navigazzjoni sikura.

4.1

Dominju tal-ENC Interna (Inland ENC domain)

Dominju fi ħdan ir-Reġistru tal-Infrastruttura tal-IHO tal-Informazzjoni Ġeospazjali (IHO Geospatial Information Infrastructure Registry) iddedikat għall-entrati relatati mal-ENC Interna.

5

SENC Interna (Inland SENC)

Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta’ Sistema Interna: Bażi tad-dejta li tirriżulta mit-trasformazzjoni tal-ENC Interna mill-ECDIS Interna għall-użu adattat, taġġorna l-ENC Interna permezz ta’ mezzi adattati u dejta oħra miżjuda min-navigant. Hija din il-bażi tad-dejta li effettivament tiġi aċċessjata mill-ECDIS Interna għall-ġenerazzjoni tad-displej u ta’ funzjonijiet oħra tan-navigazzjoni. L-SENC Interna jista’ jkun fiha wkoll informazzjoni minn sorsi oħrajn.

4.1

INT 1

Mappa internazzjonali 1: Speċifikazzjoni tas-simboli, tal-abbrevjazzjonijiet u tat-termini li jintużaw fl-“International Chart Series” tal-IHO. (Tipprovdi lill-utent tal-mappa gwida għal simboli, abbrevjazzjonijiet u termini uzati f’mapep ikkompilati skont il-“Chart Specifications of the IHO”).

Fiha entrati ta’ deskrizzjoni għal karatteristiċi u attribwiti. Tista’ titqies bħala r-referenza għat-tifsir tal-mapep tal-karti.

2

Displej integrat

tfisser immaġni, li tħares ‘il fuq, b’moviment relattiv (head-up, relative-motion picture) u li tikkonsisti mill-SENC Interna bl-immaġni tar-radar sovrapposta bi skala, “offset” u orjentazzjoni li jaqblu.

4.1

Tabella ta’ konsultazzjoni

Tabella li turi struzzjonijiet simboloġiċi biex tifforma konnessjoni bejn l-oġġetti tal-SENC ma’ simbolizzazzjoni ta’ punt, linja jew żona u li tipprovdi prijorità tad-displej, prijorità tar-radar, kategorija tal-IMO u grupp ta’ spettaturi fakultattiv.

2

M-4

Jagħti speċifikazzjonijiet tal-mapep tal-IHO biex jittellgħu mapep tan-navigazzjoni, flimkien ma’ simboli miftiehma u abbrevjazzjonijiet adottati għall-użu ġenerali mill-Istati Membri. Tipprovdi wkoll regolamenti għal Mapep tal-INT.

Fiha entrati ta’ deskrizzjoni għal karatteristiċi u attribwiti.

3

Metaoġġett (Meta object)

Karatteristika li fiha informazzjoni dwar karatteristiċi oħrajn.

2

Modalità tan-navigazzjoni (navigation mode)

Tfisser l-użu tal-ECDIS Interna b’immaġni tar-radar sovrapposta meta użata għat-treġija tal-bastiment.

4.1

Displej li jħares lejn it-tramuntana (North-up display)

Informazzjoni murija fuq id-displej (radar jew ECDIS) fid-direzzjoni tat-tramuntana tħares ‘il fuq.

2

Informazzjoni tan-navigazzjoni oħra

Informazzjoni tan-navigazzjoni li ma tinstabx fl-SENC, li tista’ tiġi murija minn ECDIS, bħal informazzjoni tar-radar.

2

Skala Mkabbra (Overscale)

Id-displej tad-dejta bi skala akbar minn dik li ġiet kompilata għaliha.

2

Bastiment proprju (Own-vessel)

It-terminu li jidentifika l-bastiment li fuqu qiegħda taħdem l-ECDIS.

2

Il-profil tas-sikurezza tal-bastiment proprju (own vessel’s safety contour)

Il-profil relatat mal-bastiment proprju magħżul min-navigant mill-profili pprovduti fl-SENC, li se jiġi użat mill-ECDIS biex tindividwa fid-displej bejn ilma sikur u ilma mhux sikur, u biex tiġġenera allarmi kontra l-inkaljar.

2

Standard tal-Prestazzjoni għall-ECDIS (Performance standard for ECDIS)

Standard żviluppat taħt l-awtorità tal-IMO biex jiddeskrivi r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni għal apparat tan-navigazzjoni u tagħmir ieħor meħtieġ mill-Konvenzjoni ta’ SOLAS.

Adottat mill-IMO fil-5 ta’ Diċembru 2006 u ppubblikat bħala MSC.232(82).

2

Rapport tal-għażla, rapport tal-karatteristiċi (pick report, feature report)

Ir-riżultat tal-interrogazzjoni dwar simbolu ta’ punt, dwar linja jew dwar żona murija għall-kisba ta’ aktar informazzjoni mill-bażi tad-dejta li mhix rappreżentata mis-simbolu.

2

Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS (Presentation library for ECDIS)

Serje ta’ speċifikazzjonijiet ġeneralment diġitali, komposti minn libreriji ta’ simboli, skemi ta’ kuluri, tabelli ta’ konsultazzjoni u regoli, li jlaqqgħu flimkien kwalunkwe karatteristika u attribut tal-SENC mal-preżentazzjoni adattata tad-displej tal-ECDlS. Ippubblikata mill-IHO bħala Appendiċi A tal-Pubblikazzjoni Speċjali Nru. 52 (S-52).

2

Speċifikazzjoni tal-prodott (product specification)

Sottoserje definita ta’ speċifikazzjoni intiera flimkien ma’ regoli, imfassla għall-użu intenzjonat tat-trasferiment tad-dejta.

(L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-ENC tistipula l-kontentut, l-istruttura u l-aspetti obbligatorji oħra tal-ENC).

2

Medda tar-radar (radar range)

Id-distanza mill-antenna tar-radar. Il-medda tar-radar għan-navigazzjoni interna għandha tkun tista’ tinxtegħel b’sekwenza skont ir-Regolamenti tar-Radar tas-CCNR.

9

Displej ta’ moviment relattiv (relative motion display)

Displej ta’ moviment relattiv juri l-informazzjoni kartografika u l-miri tar-radar f’moviment relattiv għall-pożizzjoni tal-bastiment iffissata fuq l-iskrin.

2

Ippjanar tar-rotta (route planning)

Funzjoni tal-ECDIS li fiha hija murija ż-żona li hija meħtieġa għall-istudju tar-rotta ppjanata, biex tintgħażel it-treġija intenzjonata tal-bastiment u biex timmarkaha, kif ukoll il-punti tar-rotta u n-noti tan-navigazzjoni.

1

SCAMIN

L-iskala minima li fiha tista’ tintuża l-karatteristika pereżempju, għall-preżentazzjoni tal-ECDIS.

3

SENC

System Electronic Navigational Chart: Bażi tad-dejta li tirriżulta mit-trasformazzjoni tal-ENC mill-ECDIS għal użu adattat, taġġorna l-ENC Interna permezz ta’ mezzi adattati u dejta oħra miżjuda min-navigant. Hija din il-bażi tad-dejta li effettivament tiġi aċċessjata mill-ECDIS għall-ġenerazzjoni tad-displej u ta’ funzjonijiet oħra tan-navigazzjoni. L-SENC jista’ jkun fiha wkoll informazzjoni minn sorsi oħrajn.

2

Oġġett spazjali (spatial object)

Oġġett li fih informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta’ entitatijiet tad-dinja reali.

2

Displej standard (standard display)

Densità tal-Informazzjoni Standard tfisser l-ammont ta’ informazzjoni tal-SENC li tkun viżibbli meta l-mappa tidher għall-ewwel darba fuq l-ECDIS.

4.1

Monitoraġġ u Lokalizzazzjoni [ta’ Bastimenti] ([Vessel] Tracking and Tracing)

Il-funzjoni li żżomm aġġornata l-informazzjoni tal-istatus tal-bastiment – u flimkien jekk meħtieġ – mal-informazzjoni dwar tagħbija u konsenji [monitoraġġ] u

it-teħid tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni tal-bastiment – u flimkien jekk meħtieġ – mal-informazzjoni dwar tagħbija, konsenji u tagħmir [lokalizzazzjoni].

10

Displej tal-moviment reali (true motion display)

Displej li fih il-bastiment proprju u kull mira tar-radar jimxu bil-moviment reali tiegħu, waqt li l-pożizzjoni tal-informazzjoni kartografika kollha tibqa’ fissa.

2

Parametri definiti mill-utent (user-defined settings)

Tfisser il-possibbiltà tal-użu u l-ħażna ta’ profil tal-parametri tal-kontrolli għad-displej u l-operat.

4.1

VRM

Variable Range Marker.

4.5

WGS 84

WORLD GEODETIC SYSTEM: Il-bażi ġeodatika għall-“Navigational Satellite Timing and Ranging - Global Positioning System” (NAVSTAR-GPS), li tiffaċilita l-istudju topografiku tad-dinja u tal-entitajiet tagħha u li ġiet żviluppata mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika. Din is-sistema ta’ referenza ġeodetika globali hija rrakkomandata mill-IHO għall-użu idrografiku u kartografiku.

6


(1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 105, 23.4.2007, p. 1.

Appendiċi 1

Tqabbil tal-istrutturi tal-istandard għall-ECDIS (Marittima) u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ECDIS Interna

ECDIS (Marittima)

ECDIS Interna

OPEN ECDIS FORUM

http://ienc.openecdis.org

IMO MSC.232(82) Standards tal-Prestazzjoni għall-ECDIS riveduti, Diċembru 2006

Taqsima 1:

Standard tal-Prestazzjoni (Presentation Standard)

 

Appendiċi 1:

Dokumenti ta’ Referenza (Reference Documents)

Appendiċi 2:

Informazzjoni tal-SENC disponibbli għad-displej waqt l-ippjanar tar-rotot u l-monitoraġġ tar-rotot (SENC Information available for display during route planning and route monitoring)

Appendiċi 3:

Elementi u Parametri tan-Navigazzjoni(Navigational Elements and Parameters)

Appendiċi 4:

Żoni li għalihom jeżistu kundizzjonijiet speċjali (Areas for which special conditions exist)

Appendiċi 5:

Allarmi u Indikaturi (Alarms and Indicators)

Appendiċi 6:

Rekwiżiti ta’ Arranġamenti awżiljarji (Back-up requirements)

Appendiċi 7:

Modalità tal-operat tal-RCDS (RCDS mode of operation)

IHO S-57: Transfer Standard for Digital Hydrographic Data, Edizzjoni 3.1, Suppliment Nru. 2, Ġunju 2009

Taqsima 2:

Standard tad-Dejta għall-ENCs Interni (Data Standard for Inland ENCs)

 

Parti 1:

Daħla Ġenerali (General Introduction)

Parti 2:

Mudell Teoretiku tad-Dejta (Theoretical Data Model)

Parti 3:

Struttura tad-dejta (Data Structure)

Appendiċi A:

Katalogu tal-Oġġetti tal-IHO (IHO Object catalogue)

Katalogu tal-Karatteristiċi tal-IEHG tal-ENC Interna (IEHG Inland ENC Feature Catalogue)

Introduzzjoni (Introduction)

 

Kapitolu 1:

Klassijiet tal-Oġġetti (Object Classes)

Kapitolu 2:

Attributi (Attributes)

Anness B:

Attributi/Kontroreferenza tal-Klassijiet tal-Oġġetti (Attributes/Object Classes Cross Reference)

 

Appendiċi B:

Speċifikazzjonijiet tal-prodott (Product specifications)

Speċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni

Appendiċi B.1:

Speċifikazzjoni tal-Prodott tal-ENC (ENC Product Specification)

Anness A:

Użu tal-Katalogu tal-Oġġetti tal-ENC (Use of The Object Catalogue for ENC)

Gwida tal-Kodifikazzjoni tal-IENC (IENC Encoding Guide)

Anness B:

Eżempju ta’ kodifikazzjoni CRC (Example of CRC Coding)

 

Appendiċi B.2:

Katalogu tad-Dizzjunarju tad-dejta tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (IHO Object Catalogue Data Dictionary Product Specification)

IHO S-62 ENC Producer Codes, Edizzjoni 2.5, Diċembru 2009

Taqsima 2a

Kodiċijiet għal Produtturi u Passaġġi fuq l-Ilma (Codes for Producers and Waterways)

OEF (https://http://registry.iho.int/s100_gi_registry/home.php):

Kodiċijiet għal Produtturi u Passaġġi fuq l-Ilma (Codes for Producers and Waterways)

(mhux parti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna)

IHO S-52 Specification for Chart Content and Display Aspects of ECDIS,

Taqsima 3:

Standard tal-Preżentazzjoni

 

Edizzjoni 6, Marzu 2010

Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna

Anness A:

Il-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS tal-IHO (IHO ECDIS Presentation Library)

Tabelli ta’ Konsultazzjoni

Anness B:

Proċedura għall-kalibrazzjoni inizjali tad-displejs tal-kulur (Procedure for initial calibration of colour displays)

Simboli

Anness C:

Proċedura għaż-żamma tal-kalibrazzjoni tad-displejs (Procedure for maintaining the calibration of displays)

Proċeduri ta’ Simboloġija Kondizzjonali

Appendiċi 1:

Gwida dwar l-Aġġornar tal-Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni (Guidance on Updating the Electronic Chart)

 

Anness A:

Definizzjonijiet u Akronimi (Definitions and Acronyms)

Anness B:

Prattika Attwali għall-Aġġornar tal-Mapep tal-Karti (Current Updating Practice for Paper Charts)

Anness D:

Stima tal-Volum tad-Dejta (Estimate of Data Volume)

IEC 61174 Edizzjoni 3.0: ECDIS - Operational and Performance Requirements, Methods of Testing and Required Test Results, 2008-09

Taqsima 4:

Rekwiżiti dwar l-Operat u l-Prestazzjoni, Metodi ta’ Ttestjar u Riżultati ta’ Testijiet Meħtieġa

 

Taqsima 4 A

Miżuri għall-Iżgurar tal-Kwalità tas-Softwer Kwalità

Taqsima 4 B

Konfigurazzjonijiet tas-Sistema

S-32 Appendiċi 1: Dizzjunarju Idrografiku — Glossarju tat-Termini relatati mal-ECDIS

Taqsima 5:

Glossarju tat-Termini