21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/104


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE biex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għas-spapen, ix-xampus u l-conditioners tax-xagħar

(notifikata bid-dokument C(2013) 9223)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/793/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE tal-21 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għas-spapen, shampoos u conditioners tax-xagħar (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

(2)

Saret valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadji differenti tal-proċess ta’ reviżjoni għal dik id-Deċiżjoni, jixraq li jittawwal il-perjodu tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati li din stabbilixxiet. Il-perjodu tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/506/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/506/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/506/KE jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘spapen, xampus u conditioners tax-xagħar’ kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 36.