10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/44


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi l-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart

(notifikata bid-dokument C(2013) 8641)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/727/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u partikolarment l-Artikolu 33(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu pjan għall-immaniġġjar tal-iskart wieħed jew iktar li jkopri/u t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat.

(2)

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE.

(3)

Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali ta’ dawk il-pjanijiet u programmi, għandu jiġi adottat il-format għan-notifika ta’ informazzjoni bħal din.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formats stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni tal-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


ANNESS I

FORMAT GĦAN-NOTIFIKA TAL-INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI U R-REVIŻJONIJIET SOSTANZJALI TAL-PJANIJIET GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART

Isem il-pjan:

Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) responsabbli mill-adozzjoni/reviżjoni tal-pjan:

Indirizz elettroniku għal sit tal-Internet aċċessibbli għall-pubbliku tal-pjan:

Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) li għandu f’idejh il-koordinazzjoni tal-informazzjoni pprovduta f’din il-formola:

Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa applikabbli:

Adozzjoni ta’ pjan ġdid ta’ mmaniġġjar tal-iskart

Reviżjoni sostanzjali ta’ pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart

(Importanti: Jekk jogħġbok indika n-numru/i tal-paġna/i rilevanti tal-pjan notifikat u/jew tad-dokument ta’ referenza għal kull mistoqsija)

1.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

Data tal-adozzjoni/reviżjoni (xahar/sena):

1.2.

Il-pjan ikopri t-territorju kollu tal-Istat Membru?

Iva

Le

Jekk le, jekk jogħġbok indika liema partijiet tat-territorju mhumiex koperti u agħti r-raġunijiet:

1.3.

X’inhu l-ambitu tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart?

Il-flussi kollha tal-iskart

Skart solidu muniċipali

Skart perikoluż

Flussi ta’ skart speċifiku Jekk jogħġbok speċifika:

Jekk il-pjan ma jkoprix il-flussi kollha tal-iskart, jekk jogħġbok indika l-pjanijiet addizzjonali rilevanti:

1.4.

Il-pjan huwa konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE?

Iva

Le

Jekk le, jekk jogħġbok indika r-raġunijiet:

1.5.

Il-pjan huwa mfassal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE?

Iva

Le

Jekk le, jekk jogħġbok speċifika mil-liema flussi tal-iskart il-pjan qed jiddevja mill-ġerarkija tal-iskart u r-raġunijiet għal dawn id-devjazzjonijiet:

1.6.

Il-pjan jinkludi programmi għall-prevenzjoni tal-iskart?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-indirizzi tal-Internet rilevanti:

1.7.

Kif ipparteċipaw il-partijiet interessanti u l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku ġenerali fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart?

2.   Informazzjoni dwar l-iskemi ta’ ġbir u l-istallazjonijiet tat-trattament tal-iskart

2.1.

Il-pjan jivvaluta l-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir u stallazjonijiet ewlenin għar-rimi/irkupru u investimenti relatati?

Iva

Le

2.2.

Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-post tar-rimi ppjanat jew l-istallazjonijiet ta’ rkupru ewlenin u l-kriterji tal-għażla ta’ dak il-post?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika fejn huma stabbiliti dawn il-kriterji fil-pjan:

3.   Informazzjoni dwar miri relatati tal-iskart:

3.1.

L-imballaġ u l-iskart tal-imballaġ huma koperti mill-pjan (l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (1))?

Iva

Le

3.2.

Il-pjan jistabbilixxi strateġiji jew miżuri għall-implementazzjoni tat-tnaqqis tal-iskart bijodegradabbli li jintefa’ fil-miżbliet (l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (2))?

Iva

Le

3.3.

Il-pjan jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri ta’ diverżjoni bijodegradabbli tal-miżbla?

Iva

Le

3.4.

Il-pjan jevalwa l-utilità u l-adekwatezza tal-istrumenti ekonomiċi u strumenti oħrajn, eż. it-taxxi tal-miżbliet, fl-indirizzar tal-kwistjonijiet tal-iskart?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema strumenti ekonomiċi u miżuri relatati ġew inklużi fil-pjan:


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(2)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.


ANNESS II

FORMAT GĦAN-NOTIFIKA TAL-INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI U R-REVIŻJONIJIET SOSTANZJALI TAL-PROGRAMMI GĦALL-PREVENZJONI TAL-ISKART

Isem il-programm

Indirizz elettroniku għal sit tal-Internet aċċessibbli għall-pubbliku għal dan il-programm:

Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) responsabbli mill-adozzjoni/reviżjoni tal-programm:

Korp amministrattiv (isem, indirizz, posta elettronika, u dettalji oħra tal-kuntatt kif meħtieġ) li għandu f’idejh il-koordinazzjoni ta’ dawn it-tweġibiet:

Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa applikabbli:

Adozzjoni ta’ pjan ġdid ta’ prevenzjoni tal-iskart

Reviżjoni sostanzjali ta’ programm ta’ prevenzjoni tal-iskart (1)

F’każ ta’ notifika ta’ reviżjoni sostanzjali ta’ programm ta’ prevenzjoni tal-iskart, liema pjan/programm tirreferi għalih din ir-reviżjoni?

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor l-ambitu u l-elementi ewlenin tar-reviżjoni, billi tindika fejn jistgħu jinstabu l-elementi riveduti fil-programm ta’ prevenzjoni tal-iskart:

(Importanti: Jekk jogħġbok indika n-numru/i tal-paġna/i rilevanti tal-programm notifikat u/jew id-dokument ta’ referenza relatat ma’ kull mistoqsija)

1.   Tagħrif ġenerali

1.1.

Data tal-adozzjoni/reviżjoni (xahar/sena):

1.2.

Il-programm ikopri t-territorju kollu tal-Istat Membru tiegħek?

Iva

Le

Jekk le, jekk jogħġbok indika liema partijiet tat-territorju mhumiex koperti u agħti r-raġunijiet:

1.3.

Il-programm huwa integrat fi pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-pjan(ijiet) ta’ mmaniġġjar tal-iskart:

1.4.

Il-programm huwa inkluż fi programm(i) ta’ politika ambjentali ieħor/oħrajn?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika l-programm(i):

2.   Informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart

2.1.

Il-programm jiddeskrivi miżuri ta’ prevenzjoni eżistenti?

Iva

Le

2.2.

Il-programm jistabillixxi miri ta’ prevenzjoni tal-iskart?

Iva

Le

2.3.

Sa liema punt dawn l-għanijiet u miżuri għandhom fil-mira id-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni tal-iskart?

2.4.

Il-programm jispeċifika punti ta’ riferiment kwantitattivi u/jew kwalitattivi għall-miżuri adottati ta’ prevenzjoni tal-iskart?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk humiex kwalitattivi u/jew kwantitattivi u n-numru/i rilevanti tal-paġna/i:

2.5.

Il-programm jiddetermina miri u indikaturi kwalitattivi u/jew kwantitattivi speċifiċi?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika jekk humiex kwalitattivi u/jew kwantitattivi u n-numru/i rilevanti tal-paġna/i:


(1)  Applikabbli biss jekk ikun diġà ġie notifikat programm ta’ prevenzjoni tal-iskart lill-Kummissjoni Ewropea.