31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/71


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2013

li tikkonferma l-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja tal-2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/632/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tiegħu u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, kull sena l-Kummissjoni jeħtieġ li tikkonferma l-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal kull konsorzju ta’ manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(1) ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-manifatturi u l-konsorzji jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-miri jorbtu lill-manifatturi u lill-konsorzji b’effett mill-2012. Il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi għall-2012 huwa kkalkulat skont it-tieni paragrafu ta’ dak l-Artikolu u jqis 65 % mill-karozzi l-ġodda tal-manifattur irreġistrati matul dik is-sena.

(3)

Id-dejta ddettaljata li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-punt 1 tal-Parti A u fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Id-dejta tittieħed miċ-ċertifikati tal-konformità maħruġin mill-manifatturi jew minn dokumenti li jipprovdu tagħrif ekwivalenti skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2).

(4)

L-Istati Membri kollha ressqu d-dejta tal-2012 lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza, li kienet it-28 ta’ Frar 2013, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. F’każijiet fejn il-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni wriet biċ-ċar li ċerta dejta kienet nieqsa jew li ċerta dejta żgur li ma kenitx korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u aġġustat jew ikkompletat id-dejta kif xieraq, dejjem bil-qbil ta’ dawk l-Istati Membri. F’każijiet fejn ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta’ dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(5)

Fit-30 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 85 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-valuri medji tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tagħhom fl-2012 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu n-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament u skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010. Tmien manifatturi aċċettaw id-dejta preliminari mingħajr korrezzjonijiet filwaqt li 40 manifattur bagħtu notifiki ta’ żbalji sad-data ta’ skadenza mogħtija.

(6)

Id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-valuri medji tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-37 manifattur l-ieħor li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew li ma bagħtu l-ebda tweġiba mod ieħor għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(7)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li nnotifikawlha l-manifatturi u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi tagħhom kif indikati permezz tal-kodiċijiet tal-iżbalji mogħtija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 u s-sett tad-dejta ġie aġġustat kif xieraq.

(8)

Fil-każ tar-rekords li l-manifatturi identifikaw bil-kodiċi tal-iżbalji B, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, irid jitqies il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords b’mod xieraq minħabba li jkun hemm parametri ta’ identifikazzjoni neqsin jew mhux korretti. Għalhekk, għandu jiġi applikat marġni ta’ żball għall-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa mogħtija f’dawk ir-rekords.

(9)

Il-marġni ta’ żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija bħala l-valur medju tal-emissjonijiet imnaqqas mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati meta jiġu inklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi u meta dawn jiġu esklużi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva u kemm jekk tkun negattiva, il-marġni ta’ żball għandu dejjem itejjeb id-distanza mill-mira tal-manifattur.

(10)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, manifattur għandu jitqies li huwa konformi mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament meta l-valur medju tal-emissjonijiet tiegħu indikat f’din id-Deċiżjoni jkun inqas mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, valur mogħti bħala distanza negattiva mill-mira. F’każ li l-valur medju tal-emissjonijiet ta’ manifattur jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, għandu jiġi impost fuqu primjum għall-eċċess ta’ emissjonijiet skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sakemm il-manifattur ikkonċernat ma jibbenefikax minn eżenzjoni minn dik il-mira jew sakemm huwa ma jkunx membru ta’ konsorzju, skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, li jkun konformi mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

(11)

Il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2012, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri li ġejjin, li qed jingħataw fl-Anness, huma kkonfermati għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta’ manifatturi għas-sena kalendarja tal-2012:

(a)

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;

(b)

il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, aġġustat bil-marġni tal-iżball rilevanti fejn hu xieraq;

(ċ)

id-differenza bejn il-valuri msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea;

(e)

il-valur medju tal-massa għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).


ANNESS

It-Tabella numru 1

Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 65 %) ikkoreġut

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Id-distanza mill-mira

Id-distanza mill-mira aġġustata

Il-valur medju tal-massa

Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 100 %)

ALPINA BURKARD BOVENSIEPEN GMBH & CO. KG

 

459

156,768

152,125

4,643

4,643

1 856,13

183,037

ARTEGA AUTOMOBIL GMBH & CO. KG

 

4

223,000

126,024

96,976

96,976

1 285,00

223,000

ASTON MARTIN LAGONDA LTD

D

1 549

296,355

320,000

–23,645

–23,645

1 774,48

321,944

AUDI AG

P12

657 068

122,411

139,473

–17,062

–17,110

1 579,29

137,786

AUDI HUNGARIA MOTOR KFT

P12

11 241

137,324

133,613

3,711

3,573

1 451,07

149,057

AUTOMOBILES CITROEN

 

654 993

108,718

129,703

–20,985

–20,985

1 365,51

122,566

AUTOMOBILES PEUGEOT

 

773 864

107,648

130,413

–22,765

–22,765

1 381,03

121,489

AVTOVAZ JSC

P8

2 298

207,903

125,748

82,155

82,155

1 278,96

213,899

BENTLEY MOTORS LTD

P12

1 992

310,230

181,440

128,790

128,790

2 497,60

338,040

BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG

P1

762 027

123,643

138,696

–15,053

–15,111

1 562,28

137,515

BMW M GMBH

P1

6 375

231,079

151,103

79,976

78,034

1 833,77

247,941

BUGATTI AUTOMOBILES S.A.S.

P12

2

539,000

156,689

382,311

382,311

1 956,00

539,000

CATERHAM CARS LIMITED

D

139

174,178

210,000

–35,822

–35,822

704,32

188,921

CECOMP S.P.A.

 

1 001

0,000

123,282

– 123,282

– 123,282

1 225,00

0,000

CHEVROLET ITALIA SPA

P5

4 948

110,000

114,681

–4,681

–4,681

1 036,80

110,284

CHRYSLER GROUP LLC

P3

57 034

177,442

159,650

17,792

17,295

2 020,79

192,882

CNG-TECHNIK GMBH

P4

75

113,938

118,091

–4,153

–4,153

1 111,40

113,960

AUTOMOBILE DACIA S.A.

P8

232 256

125,132

126,664

–1,532

–1,534

1 299,01

136,899

DAIHATSU MOTOR CO. LTD

P11

3 397

131,952

120,887

11,065

11,065

1 172,58

148,590

DAIMLER AG

P2

631 475

123,873

139,576

–15,703

–15,716

1 581,53

142,842

DONGFENG MOTOR CORPORATION

 

2

184,000

118,758

65,242

65,242

1 126,00

187,000

DR MOTOR COMPANY SRL

 

645

126,489

122,520

3,969

3,969

1 208,33

141,574

FERRARI S.P.A.

D

2 330

298,539

303,000

–4,461

–4,461

1 733,67

316,739

FIAT GROUP AUTOMOBILES S.P.A.

P3

686 449

109,841

118,886

–9,045

–9,171

1 128,80

117,233

FISKER AUTOMOTIVE INC.

 

166

53,000

181,778

– 128,778

– 128,778

2 505,00

53,000

FORD-WERKE GMBH

P4

917 725

116,480

127,832

–11,352

–11,359

1 324,57

128,685

FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD.

ND

29 381

150,266

164,616

–14,350

–14,350

1 561,77

160,599

GENERAL MOTORS COMPANY

P5

2 673

130,061

154,444

–24,383

–24,383

1 906,87

253,869

GM ITALIA SRL

P5

2

119,000

123,968

–4,968

–4,968

1 240,00

119,000

GM KOREA COMPANY

P5

161 153

124,248

131,444

–7,196

–7,196

1 403,59

141,050

GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED

D

309

168,000

195,000

–27,000

–27,000

1 184,23

169,049

HONDA AUTOMOBILE CHINA CO., LTD

P6

17 668

123,408

119,912

3,496

3,496

1 151,26

124,855

HONDA MOTOR CO., LTD

P6

71 717

121,571

130,995

–9,424

–9,424

1 393,77

138,965

HONDA TURKIYE AS

P6

2 207

154,787

128,725

26,062

26,062

1 344,10

157,874

HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD.

P6

40 779

139,093

136,324

2,769

2,769

1 510,38

156,169

HYUNDAI MOTOR COMPANY

 

416 987

118,808

128,266

–9,458

–9,458

1 334,05

132,203

IVECO S.P.A.

P3

6

143,333

224,310

–80,977

–80,977

3 435,67

146,667

JAGUAR

ND; P10

22 621

150,844

178,025

–27,181

–27,409

1 910,74

168,970

JIANGLING MOTOR HOLDING CO., LTD

 

39

144,480

130,348

14,132

14,132

1 379,62

147,897

KIA MOTORS CORPORATION

 

329 474

114,489

127,175

–12,686

–12,686

1 310,18

129,464

KTM-SPORTMOTORCYCLE AG

D

18

180,000

200,000

–20,000

–20,000

875,00

183,000

AUTOMOBILI LAMBORGHINI S.P.A.

P12

413

343,683

144,315

199,368

199,021

1 685,23

364,295

LAND ROVER

ND; P10

98 731

167,445

178,025

–10,580

–10,583

2 123,81

190,922

LOTUS CARS LIMITED

D

335

163,447

280,000

– 116,553

– 116,553

1 181,82

185,857

MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD

P9

84 045

118,669

120,317

–1,648

–1,654

1 160,12

128,118

MAHINDRA & MAHINDRA LTD

D

64

179,000

205,000

–26,000

–26,000

1 915,08

182,234

MARUTI SUZUKI INDIA LTD

P9

21 574

101,217

109,891

–8,674

–8,674

931,97

102,884

MASERATI S.P.A.

P3

883

343,492

158,286

185,206

184,578

1 990,95

351,072

MAZDA MOTOR CORPORATION

 

113 565

128,793

129,494

–0,701

–0,701

1 360,93

141,779

MCLAREN AUTOMOTIVE LIMITED

D

335

279,000

285,000

–6,000

–6,000

1 511,50

279,475

MERCEDES-AMG GMBH

P2

2 939

177,053

151,465

25,588

25,305

1 841,70

222,641

MG MOTOR UK LIMITED

D

755

176,147

184,000

–7,853

–7,853

1 585,69

178,914

MIA ELECTRIC S.A.S

 

494

0,000

107,916

– 107,916

– 107,916

888,76

0,000

MICRO-VETT S.P.A.

 

5

0,000

130,091

– 130,091

– 130,091

1 374,00

0,000

MITSUBISHI MOTORS CORPORATION (MMC)

P7

48 688

126,281

140,924

–14,643

–15,397

1 611,04

151,332

MITSUBISHI MOTORS EUROPE BV (MME)

P7

18 604

117,601

118,511

–0,910

–0,981

1 120,59

126,014

MITSUBISHI MOTORS (THAILAND) CO., LTD. (MMTH)

P7

15

97,778

123,575

–25,797

–26,331

1 231,40

125,667

MORGAN MOTOR CO LTD

D

398

156,050

180,000

–23,950

–23,950

1 120,11

184,078

NISSAN INTERNATIONAL SA

 

423 818

122,253

131,177

–8,924

–8,924

1 397,75

137,341

OMCI SRL

 

21

148,000

116,656

31,344

31,344

1 080,00

156,667

ADAM OPEL AG

P5

814 229

119,708

133,821

–14,113

–14,114

1 455,62

133,002

PERODUA MANUFACTURING SDN BHD

 

372

136,934

113,647

23,287

23,287

1 014,16

140,785

DR ING HCF PORSCHE AG

P12

42 299

187,954

152,535

35,419

35,419

1 865,10

205,379

PERUSAHAAN OTOMOBIL NASIONAL SDN BHD

D

206

146,511

185,000

–38,489

–38,489

1 311,58

154,942

QUATTRO GMBH

P12

3 904

219,136

147,404

71,732

70,977

1 752,84

243,966

RADICAL MOTORSPORT LTD

 

6

229,000

106,145

122,855

122,855

850,00

229,000

RENAULT S.A.S

P8

800 674

105,396

126,744

–21,348

–21,353

1 300,76

120,796

ROLLS-ROYCE MOTOR CARS LTD

P1

417

317,376

181,976

135,400

135,377

2 509,34

329,930

SAAB AUTOMOBILE AB

 

1 297

151,696

144,382

7,314

7,314

1 686,71

170,266

SEAT SA

P12

252 173

114,757

127,124

–12,367

–12,521

1 309,07

127,191

SECMA S.A.S

 

40

131,000

97,370

33,630

33,630

658,00

131,000

SHIJIAZHUANG SHUANGHUAN AUTOMOBILE COMPANY

 

10

269,667

154,130

115,537

115,537

1 900,00

269,800

SKODA AUTO AS

P12

460 603

120,028

126,655

–6,627

–7,026

1 298,81

132,247

SPYKER AUTOMOBIELEN BV

D

2

340,000

340,000

0,000

0,000

1 730,00

340,000

SSANGYONG MOTOR COMPANY

D

4 967

167,641

180,000

–12,359

–12,359

1 812,62

186,532

SUZUKI MOTOR CORPORATION

P9

46 255

131,108

124,115

6,993

6,891

1 243,22

148,213

TATA MOTORS LIMITED

ND; P10

592

134,367

178,025

–43,658

–43,658

1 336,03

141,978

TESLA MOTORS LTD

 

159

0,000

128,309

– 128,309

– 128,309

1 335,00

0,000

THINK

 

52

0,000

118,360

– 118,360

– 118,360

1 117,29

0,000

TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA

P11

515 028

103,613

127,912

–24,299

–24,371

1 326,30

121,862

VEHICULES ELECTRIQUES PININFARINA-BOLLORE S.A.S.

 

542

0,000

123,282

– 123,282

– 123,282

1 225,00

0,000

VOLKSWAGEN AG

P12

1 535 755

119,343

131,203

–11,860

–11,952

1 398,32

132,965

VOLVO CAR CORPORATION

 

204 539

121,944

144,736

–22,792

–22,792

1 694,44

142,116

WIESMANN GMBH

D

53

284,294

274,000

10,294

10,294

1 490,38

289,566

ZHEJIANG ZOTYE AUTOMOBILE MANUFACTURING CO., LTD

 

2

0,000

128,172

– 128,172

– 128,172

1 332,00

75,000


It-Tabella numru 2

Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-konsorzji kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 65 %) ikkoreġut

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Id-distanza mill-mira

Id-distanza mill-mira aġġustata

Il-valur medju tal-massa

Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 100 %)

BMW GROUP

P1

768 819

123,824

138,822

–14,998

–15,052

1 565,05

138,535

DAIMLER AG

P2

634 414

123,949

139,630

–15,681

–15,694

1 582,73

143,212

FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA

P3

744 372

110,597

122,056

–11,459

–11,468

1 198,18

123,307

FORD-WERKE GMBH

P4

917 800

116,479

127,832

–11,353

–11,361

1 324,55

128,684

GENERAL MOTORS

P5

983 005

119,853

133,391

–13,538

–13,539

1 446,21

134,536

HONDA MOTOR EUROPE LTD

P6

132 371

125,014

131,120

–6,106

–6,106

1 396,5

142,697

MITSUBISHI MOTORS

P7

67 307

122,126

134,725

–12,599

–13,121

1 475,39

144,328

POOL RENAULT

P8

1 035 228

109,427

126,724

–17,297

–17,301

1 300,32

124,615

SUZUKI

P9

151 874

115,511

119,993

–4,482

–4,498

1 153,02

130,654

TATA MOTORS LTD, JAGUAR CARS LTD, LAND ROVER

P10

121 944

162,825

178,025

–15,200

–15,307

2 080,46

186,612

TOYOTA -DAIHATSU GROUP

P11

518 425

103,694

127,865

–24,171

–24,239

1 325,29

122,037

VW GROUP PC

P12

2 965 450

120,108

132,353

–12,245

–12,508

1 423,48

134,841

Noti ta’ spjega għat-Tabella numru 1 u għat-Tabella numru 2

Il-kolonna A:

Fit-Tabella numru 1, “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

Fit-Tabella numru 2, “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju ddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Il-kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma’ manifattur ta’ volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“ND” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma’ manifattur li jipproduċi għal suq ristrett skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta’ konsorzju (imniżżel fit-Tabella numru 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2012.

Il-kolonna C:

“L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta’ karozzi ġodda rreġistrati mill-Istati Membri f’sena kalendarja, bla ma jingħaddu dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma’ rekords li ma jinkludux il-valuri tal-massa u/jew tal-emissjonijiet tas-CO2 u bla ma jingħaddu dawk ir-rekords li ma jkunux rikonoxxuti mill-manifattur (li jkunu identifikati fin-notifika tal-iżbalji bil-kodiċi tal-iżbalji C, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010). L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jitbiddel mod ieħor.

Il-kolonna D:

“Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 65 %) ikkoreġut” tfisser il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li jkun ġie kkalkulat abbażi tal-65 % tal-vetturi fil-flotta tal-manifattur li jkollhom l-inqas emissjonijiet, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 finali. Fejn kien xieraq, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ġie aġġustat biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2.

Il-kolonna E:

“Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-valur medju tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Il-kolonna F:

“Id-distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi mogħti fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna E. Meta l-valur mogħti fil-kolonna F ikun wieħed pożittiv, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi jkun jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi.

Il-kolonna G:

“Id-distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f’din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri mogħtija f’dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati sabiex jitqies il-marġni ta’ żball. Il-marġni ta’ żball jintuża biss jekk il-manifattur ikun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe rekord bil-kodiċi tal-iżbalji B, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010. Il-marġni ta’ żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Formula

AC1= il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, inklużi l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati (hekk kif stabbilit fil-kolonna D);

TG1= il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati (hekk kif stabbilit fil-kolonna E);

AC2= il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, minbarra l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati;

TG2= il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, minbarra l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati.

Il-kolonna I:

“Il-valur medju tal-emissjonijiet tas-CO2 (għal 100 %)” tfisser il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li jkun ġie kkalkulat abbażi ta’ 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn kien xieraq, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ġie aġġustat biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2 iżda ma jqisux is-superkrediti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.