11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1171/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ prodotti tessili mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, jibqa’ joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett tessili maħdum għall-ħażna ta’ oġġetti żgħar.

L-oġġett huwa magħmul minn żewġ biċċiet ta’ drapp tessili meħjuta kważi rettangolari, tal-istess daqs, li huma superimposti u meħjuta flimkien minn tliet naħat.

Fuq nett, it-truf huma mdawra u meħjuta sabiex jiffurmaw mina, b’lazz li jinġibed u qafla bħala element ta’ ssikkar. Fil-qiegħ, għandu żewġ trufijiet tondi.

Meta ssikkati, l-oġġett jikseb il-forma ta’ basket, b’tul ta’ madwar 12,5 ċm u wisa’, imkejjel fil-qiegħ, ta’ madwar 6,5 ċm u li jidjieq ’il fuq.

(ara r-ritratt nru 665) (*)

6307 90 10

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(f) u 8(a) tat-Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90  u 6307 90 10 .

L-oġġett mhux iddiżinjat biex jikkontjeni xi element speċifiku. La għandu forma speċjali u lanqas mgħammra minn ġewwa. Billi mid-disinn tal-oġġett ma jistax jiġi deċiż għal-liema skop iservi, dan l-oġġett ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “kontenitur simili” skont it-tifsira tal-intestatura 4202 . Konsegwentament, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4202 hija eskluża.

Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 , bħala “oġġett ieħor magħmul mit-tessili tal-malja”.

Image

(*)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta’ tagħrif biss.