30.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1117/2012
tad-29 ta’ Novembru 2012
li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK tad-29 ta' Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (IE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(2) Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
I. |
L-entrati għall-persuni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati segwenti. A. Persuni
B. Entitajiet
|
II. |
Il-persuna elenkata hawn taħt għandha titneħħa mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Il-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali |