18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 826/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1), u b 'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 11(3) u 16(3) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi reġim uniformi għas-sottomissjoni tan-notifiki u l-informazzjoni minn investituri lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew minn dawn l-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). Peress li l-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ishma eżentati huwa marbut mill-qrib ukoll mal-għoti ta' informazzjoni dwar ishma fejn iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar tagħhom huwa fl-Unjoni, huwa għandu jkun ukoll kopert minn dan ir-Regolament. Biex jiżguraw koerenza bejn tali dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f' Regolament wieħed.

(2)

Fir-rigward tan-notifiki ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana skoperti u d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti fuq ishma, għandhom ikunu speċifikati regoli uniformi rigward id-dettalji tal-informazzjoni, inkluż l-istandard komuni biex jintuża fin-notifika sabiex jiżguraw konsistenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' notifika fl-Unjoni, biex titrawwem l-effiċjenza fil-proċess tar-rappurtar u biex tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli għall-pubbliku.

(3)

Biex tiżgura l-identifikazzjoni xierqa tad-detenturi tal-pożizzjoni, in-notifika għandha, fejn disponibbli, tinkludu kodiċi li jista' jikkomplementa l-isem tad-detentur tal-pożizzjoni. Sakemm ikun disponibbli identifikatur globali ta’ entità legali rikonoxxut pubblikament, uniku u robust, huwa neċessarju li joqgħodu fuq il-kodiċjiet eżistenti li xi detenturi tal-pożizzjoni jista’ jkollhom, bħal tal-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Bank.

(4)

Bl-iskop li twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2), l-Awtorità għandha tingħata tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi trimestrali fir-rigward tan-notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti, kif ukoll b’tagħrif addizzjonali dwar l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq talba tagħha.

(5)

Sabiex tali informazzjoni tintuża b’mod effiċjenti, b'mod partikolari rigward l-objettiv li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni, l-informazzjoni trimestrali għandha tkun standardizzata, stabbli maż-żmien u jkollha dettaljar suffiċjenti, fil-forma ta' xi dejta aggregata kuljum, li tippermetti l-Awtorità biex jipproċessawha u biex tagħmel riċerka u analiżi.

(6)

L-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li tiddetermina minn qabel l-informazzjoni speċifika li tista' teħtieġ minn awtorità kompetenti peress li dik l-informazzjoni, tista’ tiġi determinata biss fuq bażi ta' każ b'każ u tista’ tinkludi input differenti bħalma huma d-dejta aggregata jew individwali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti jew dwar pożizzjonijiet skoperti fis-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. Madankollu, huwa importanti li tkun stabbilita informazzjoni ġenerali li għandha tkun ipprovduta f'dan ir-rigward.

(7)

Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-fatturat, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’ċentri tan-negozjar barra l-Unjoni, biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta' sehem, kull awtorità kompetenti relevanti jeħtieġ li tiddetermina s-sorsi rilevanti ta' informazzjoni biex tidentifika u tkejjel in-negozjar fuq sehem speċifiku. Bħalissa la hemm rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ tranżazzjonijiet armonizzati fl-Unjoni għal ishma ammessi biss fuq faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali u lanqas standards internazzjonali fir-rigward ta’ statistika kummerċjali dwar ishma individwali fiċ-ċentri tan-negozjar, li jistgħu juru varjazzjonijiet rilevanti. Għalhekk, huwa neċessarju li titħalla xi ftit flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dak il-kalkolu.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Madankollu, sabiex il-persuni naturali u ġuridiċi jkollhom biżżejjed ħin biex jipproċessaw il-lista ta’ ishma eżentati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, il-preparazzjoni ta' dik il-lista u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità għandha ssir biżżejjed qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għalhekk, il-metodu stipulat għall-kalkolu tal-fatturat biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem,għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2012 irrikonoxxa li standards tekniċi vinkolanti għandhom ikunu adottati qabel ma dak ir-Regolament ikun jista’ jkun applikat b’mod utli, u peress li huwa essenzjali li jkunu speċifikati qabel l-1 ta’ Novembru 2012, l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tkun faċilitata l-konformità mill-parteċipanti tas-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw is-segwenti:

(a)

id-dettalji tal-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u divulgati lill-pubbliku minn persuna naturali jew ġuridika skont l-Artikoli 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(b)

id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem l-“ESMA”) mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(c)

il-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

KAPITOLU II

DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI BIEX JIĠU NNOTIFIKATI U DIVULGATI

[L-ARTIKOLU 9 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 2

Notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Notifika magħmula skont l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

In-notifika għandha ssir bl-użu ta' formola maħruġa mill-awtorità kompetenti rilevanti li għandha tieħu l-format stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Meta l-awtorità kompetenti jkollha stabbiliti sistemi siguri li jippermettulha li tidentifika b’mod sħiħ lill-persuna li tkun tippreżenta n-notifika u d-detentur tal-pożizzjoni, inkluża l-informazzjoni kollha misjuba fl-oqsma 1 sa 7 tat-Tabella 1 tal-Anness I, l-oqsma korrispondenti fil-formola jistgħu jitħallew vojta fil-formola tan-notifika.

3.   Persuna naturali jew ġuridika li tkun ippreżentat in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 li fiha żball għandha tibgħat, malli ssir konxja tal-iżball, kanċellazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Il-kanċellazzjoni għandha ssir billi tintuża formola maħruġa minn dik l-awtorità kompetenti li għandu jkollha l-format stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Il-persuna naturali jew ġuridika konċernata għandha tissottometti notifika ġdida f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 jekk meħtieġ.

Artikolu 3

Divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma

Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 ta' pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma li tilħaq, jew ladarba tkun laħqet, sussegwentement taqa' taħt livell limitu ta’ notifika [pubblikazzjoni] rilevanti, għandu jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA LILL-AWTORITÀ FIR-RIGWARD L-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI

[L-ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 4

Informazzjoni perjodika

Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni li ġejja fuq bażi trimestrali:

(a)

il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata ta’ kuljum fuq kull sehem individwali fl-indiċi tal-ekwità nazzjonali ewlieni kif identifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti;

(b)

it-tmiem ta’ kwart ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata għal kull sehem individwali li mhux fl-indiċi msemmi fil-punt (a);

(c)

il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata kuljum għal kull emittent sovran individwali;

(d)

fejn applikabbli, pożizzjonijiet skoperta aggregati kuljum fuq swaps tal-inadempjenza tal-kreditu ta’ emittent sovran.

Artikolu 5

Informazzjoni fuq talba

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn awtorità kompetenti rilevanti fuq bażi ad hoc skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba speċifikata mill-Awtorità li qabel ma kinitx sottomessa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

IL-METODU TAL-KALKOLU TAL-FATTURAT BIEX IKUN DETERMINAT IĊ-ĊENTRU PRINĊIPALI TAN-NEGOZJAR TA’ SEHEM

[L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 6

Kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar ta’ sehem

1.   Fil-kalkolu tal-fatturat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, awtorità kompetenti relevanti għandha tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli, li tista’ tinkludi:

(a)

informazzjoni disponibbli pubblikament;

(b)

dejta tat-tranżazzjoni miksuba skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(c)

informazzjoni minn ċentri tan-negozjar fejn ikun innegozjat is-sehem rilevanti;

(d)

informazzjoni provduta minn awtorità kompetenti oħra, inkluża awtorità kompetenti ta' pajjiż terz;

(e)

informazzjoni pprovduta mill-emittent tas-sehem rilevanti;

(f)

informazzjoni minn terzi partijiet oħra, inklużi l-fornituri tad-dejta.

2.   Fid-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi l-aħjar informazzjoni disponibbli, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiżgura safejn ikun raġonevolment possibbli li:

(a)

tuża l-informazzjoni disponibbli pubblikament bi preferenza għal sorsi oħra ta’ informazzjoni;

(b)

l-informazzjoni tkopri sessjonijiet tan-negozjar kollha matul il-perjodu relevanti, irrispettivament jekk sehem kienx innegozjat matul is-sessjonijiet kollha;

(c)

tranżazzjonijiet li jkunu waslu u li huma inklużi fil-kalkoli jingħaddu darba biss;

(d)

tranżazzjonijiet rapportati permezz ta’ ċentru tan-negozjar iżda eżegwiti lil hinn minnu ma ġewx magħduda.

3.   L-għadd ta’ skambji ta' sehem f‘ċentru tan-negozjar għandu jitqies li huwa żero meta s-sehem ma jkunx għadu ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar anki jekk is-sehem kien ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar matul il-perjodu ta’ kalkolu rilevanti.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 li għandu japplika mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

TABELLA 1

Lista ta’ oqsma għall-fini ta’ notifika (l-Artikolu 2)

Identifikatur tal-qasam

Deskrizzjoni

1.

Id-detentur tal-pożizzjoni

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

2.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-persuna ġuridika

Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank, jekk disponibbli

3.

L-indirizz tad-detentur tal-pożizzjoni

L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż

4.

Id-dettalji tal-kuntatt tad-detentur tal-pożizzjoni

In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika

5.

Il-persuna li tirrapporta

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

6.

L-indirizz tal-persuna li tirrapporta

L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni

7.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tirrapporta

In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni

8.

Id-data tar-rapport

Id-data li fiha tiġi sottomessa n-notifika skont l-istandard ISO 8601: 2004(ssss-xx-jj)

9.

L-identifikazzjoni tal-emittent

Għal ishma: isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar

Għal dejn sovran: isem sħiħ tal-emittent

Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-isem sħiħ tal-emittent sovran

10.

ISIN

Għal ishma biss: ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta' preferenzja (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenzja ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn)

11.

Il-kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż emittent sovran skont l-istandard ISO 3166-1

12.

Id-data tal-pożizzjoni

Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

13.

Il-perċentwali tal-pożizzjoni bin-nieqes netta.

Għal ishma biss: il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ, espress f’termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ –”

14.

L-ammont ekwivalenti għall-pożizzjoni bin-nieqes netta

Għal ishma: l-għadd totali ta’ ishma ekwivalenti

Għal dejn sovran: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro

Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro

Ċifri espressi f'termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ - ” u l-valuta espressa skont l-istandard ISO 4217

15.

Id-data tan-notifika ta' qabel

Id-data li fiha kienet innotifikata l-aħħar pożizzjoni rrappurtata mid-detentur tal-pożizzjoni fir-rigward tal-istess emittent. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

16.

Id-data tal-kanċellazzjoni

Id-data li fiha tiġi sottomessa l-formola tal-kanċellazzjoni biex tiġi kkanċellata notifika żbaljata sottomessa qabel. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

17.

Kummenti

Test liberu — mhux obbligatorju


TABELLA 2

Lista ta’ oqsma bl-iskop ta’ divulgazzjoni pubblika (Artikolu 3)

Identifikatur tal-qasam

Deskrizzjoni

1.

Id-detentur tal-pożizzjoni

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

2.

L-isem tal-emittent

l-isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar

3.

ISIN

ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta’ preferenza (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenza ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn)

4.

Il-perċentwali tal-pożizzjoni bin-nieqes netta.

Il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ

5.

Id-data tal-pożizzjoni

Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)


ANNESS II

Format tal-formola ta' notifika għall-pożizzjonijiet bin-nieqes netti (L-Artikolu 2)

POŻIZZJONI TAD-DETENTUR

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Kodiċi BIC

(jekk id-detentur ikollu wieħed)

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


PERSUNA LI TIRRAPPORTA

(jekk differenti):

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi ISIN

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.   

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

4.1

Għadd ta’ ishma ekwivalenti

 

4.2

Il-perċentwal ta’ kapital azzjonarju maħruġ

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


IL-POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


ANNESS III

Format tal-formola tal-kanċellazzjoni għal notifiki żbaljati (l-Artikolu 2)

IL-POŻIZZJONI TAD-DETENTUR

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Kodiċi BIC

(jekk id-detentur ikollu wieħed)

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


IL-PERSUNA LI TIRRAPPORTA

(jekk differenti)

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA KANĊELLATA

1.

Id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi ISIN

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.   

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

4.1

Għadd ta’ ishma ekwivalenti

 

4.2

Il-perċentwal ta’ kapital azzjonarju maħruġ

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun kanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN KANĊELLATA

1.

id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI KANĊELLATI

1.

Id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun kanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti