3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 708/2012

tat-2 ta’ Awwissu 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX għalih.

(2)

Sabiex jiġu ċċarati l-kriterji għall-elenkar ta l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX għal dan ir-Regolament, hija meħtieġa emenda għall-Artikolu 23.

(3)

Dan ir-Regolament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex jiġi implimentat hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat b’dan il-mod.

(5)

Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 23, il-punt (e) tal-paragrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

huma persuna, entità jew korp ġuridiku, li huwa proprjetà jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isimhom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.