11.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2012
tal-10 ta’ Lulju 2012
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha żewġ listi ta' klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi. It-Tabella 3.1 telenka l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi bbażati fuq il-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. It-Tabella 3.2 telenka l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi (2). Dawk iż-żewġ listi jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jinkludu klassifikazzjonijiet aġġornati għal sustanzi li huma diġà suġġetti għal dawk il-klassifikazzjonijiet armonizzati u biex jinkludu klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda. |
(2) |
Il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħareġ opinjonijiet fuq proposti għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi li kienu ġew ippreżentati lill-ECHA skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Skont dawk l-opinjonijiet, kif ukoll il-kummenti riċevuti mill-partijiet ikkonċernati, huwa approprjat li l-Anness VI jiġi emendat għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 sabiex jiġu armonizzati l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' ċerti sustanzi. |
(3) |
Il-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b'dan ir-Regolament, ma għandhomx japplikaw immedjatament, għaliex ikun meħtieġ ċertu perjodu ta' żmien sabiex jippermetti lill-operaturi jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda u biex ibigħu l-istokkijiet eżistenti. Barra minn hekk, ikun meħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex jippermetti lill-operaturi jikkonformaw mal-obbligi ta' reġistrazzjoni li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda għal sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, il-kategoriji 1A u 1B (Tabella 3.1) u l-kategoriji 1 u 2 (Tabella 3.2), jew bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkawżaw effetti fit-tul fl-ambjent akkwatiku, b'mod partikolari b'dawk stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (3). |
(4) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri għandu jkollhom il-possibilità li japplikaw il-klassifikazzjoni armonizzata stipulata fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendata b’dan ir-Regolament, u li skont dan jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ fuq bażi volontarja qabel l-1 ta' Diċembru 2013. |
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
It-Tabella 3.1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
It-Tabella 3.2 hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2013.
Il-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b'dan ir-Regolament, jistgħu jiġu applikati qabel l-1 ta' Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.
(3) ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
ANNESS I
Nru tal-Indiċi |
Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika |
Nru tal-KE |
Nru tal-CAS |
Klassifikazzjoni |
Tikkettar |
Limiti Speċifiċi ta' Konċentrazzjoni, Fatturi-M |
Rimarki |
|||
Kodiċi(jiet) tal-Klassi u tal-Kategorija tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tal-Pittogrammi u tal-Kliem ta' Twissija |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu supplementari |
||||||
"009-016-00-2 |
trisodium hexafluoroaluminate [1] |
237-410-6 [1] |
13775-53-6 [1] |
STOT RE 1 Acute Tox. 4 Aquatic Chronic 2 |
H372 H332 H411 |
GHS07 GHS08 GHS09 Dgr |
H372 H332 H411 |
|
|
|
trisodium hexafluoroaluminate (cryolite) [2] |
239-148-8 [2] |
15096-52-3 [2] |
||||||||
603-012-00-X |
2-ethoxyethanol; ethylene glycol monoethyl ether |
203-804-1 |
110-80-5 |
Flam. Liq. 3 Repr. 1B Acute Tox. 3 Acute Tox. 4 |
H226 H360FD H331 H302 |
GHS02 GHS08 GHS06 Dgr |
H226 H360FD H331 H302 |
|
|
|
603-025-00-0 |
tetrahydrofuran |
203-726-8 |
109-99-9 |
Flam. Liq. 2 Carc. 2 Eye Irrit. 2 STOT SE 3 |
H225 H351 H319 H335 |
GHS02 GHS07 GHS08 Dgr |
H225 H351 H319 H335 |
EUH019 |
STOT SE 3; H335: C ≥ 25 % Eye Irrit.2; H319: C ≥ 25 % |
|
613-016-00-3 |
fuberidazole (ISO); 2-(2-furyl)-1H-benzimidazole |
223-404-0 |
3878-19-1 |
Carc. 2 Acute Tox. 4 STOT RE 2 Skin Sens. 1 Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1 |
H351 H302 H373 (heart) H317 H400 H410 |
GHS07 GHS08 GHS09 Wng |
H351 H302 H373 (heart) H317 H410 |
|
M = 1 |
|
617-001-00-2 |
di-tert-butyl peroxide |
203-733-6 |
110-05-4 |
Org. Perox. E Flam. Liq. 2 Muta. 2 |
H242 H225 H341 |
GHS02 GHS08 Dgr |
H242 H225 H341" |
|
|
|
ANNESS II
Nru tal-Indiċi |
Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika |
Nru tal-KE |
Nru tal-CAS |
Klassifikazzjoni |
Tikkettar |
Limiti Speċifiċi ta' Konċentrazzjoni, Fatturi-M |
Rimarki |
|||
Kodiċi(jiet) tal-Klassi u tal-Kategorija tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tal-Pittogrammi u tal-Kliem ta' Twissija |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu |
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu supplementari |
||||||
“015-199-00-X |
tris[2-chloro-1-chloromethyl)ethyl] phosphate |
237-159-2 |
13674-87-8 |
Carc. 2 |
H351 |
GSH08 Wng |
H351 |
|
|
|
015-200-00-3 |
indium phosphide |
244-959-5 |
22398-80-7 |
Carc. 1B Repr. 2 STOT RE 1 |
H350 H361f H372 (lungs) |
GHS08 Dgr |
H350 H361f H372 (lungs) |
|
STOT RE 1; H372: C ≥ 0,1 % Carc 1B; H350: C ≥ 0,01 % STOT RE 2; H373: 0,01 % ≤ C < 0,1 % |
|
015-201-00-9 |
trixylyl phosphate |
246-677-8 |
25155-23-1 |
Repr. 1B |
H360F |
GHS08 Dgr |
H360F |
|
|
|
015-202-00-4 |
tris(nonylphenyl) phosphite |
247-759-6 |
26523-78-4 |
Skin Sens. 1 Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1 |
H317 H400 H410 |
GHS07 GHS09 Wng |
H317 H410 |
|
|
|
015-203-00-X |
diphenyl(2,4,6-trimethylbenzoyl)phosphine oxide |
278-355-8 |
75980-60-8 |
Repr. 2 |
H361f (causing atrophy of the testes) |
GHS08 Wng |
H361f (causing atrophy of the testes) |
|
|
|
602-109-00-4 |
Hexabromocyclododecane [1] |
247-148-4 [1] |
25637-99-4[1] |
Repr. 2 Lact. |
H361 H362 |
GHS08 Wng |
H361 H362 |
|
|
|
1,2,5,6,9,10-hexabromocyclododecane [2] |
221-695-9[2] |
3194-55-6[2] |
||||||||
606-143-00-0 |
abamectin (combination of avermectin B1a and avermectin B1b) (ISO) [1] |
_ [1] |
71751-41-2 [1] |
Repr. 2 Acute Tox. 2 Acute Tox. 1 STOT RE 1 Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1 |
H361d H300 H330 H372 (nervous system) H400 H410 |
GHS06 GHS08 GHS09 Dgr |
H361d H300 H330 H372 (nervous system) H410 |
|
STOT RE 1; H372: C ≥ 5 % STOT RE 2; H373: 0,5 % ≤ C < 5 % M = 10 000 |
|
avermectin B1a (purity ≥ 80 %); [2] |
265-610-3 [2] |
65195-55-3 [2] |
||||||||
606-144-00-6 |
acequinocyl (ISO); 3-dodecyl-1,4-dioxo-1,4-dihydronaphthalen-2-yl acetate |
— |
57960-19-7 |
Skin Sens. 1 STOT SE 1 STOT RE 2 Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1 |
H317 H370 (lung) (inhalation) H373 (blood system) H400 H410 |
GHS07 GHS08 GHS09 Dgr |
H317 H370 (lung) (inhalation) H373 (blood system) H410 |
|
M = 1 000 |
|
607-698-00-1 |
4-tert-butylbenzoic acid |
202-696-3 |
98-73-7 |
Repr. 1B STOT RE 1 Acute Tox. 4 |
H360F H372 H302 |
GHS07 GHS08 Dgr |
H360F H372 H302 |
|
|
|
612-281-00-2 |
leucomalachite green; N,N,N',N'-tetramethyl-4,4'-benzylidenedianiline |
204-961-9 |
129-73-7 |
Carc. 2 Muta. 2 |
H351 H341 |
GHS08 Wng |
H351 H341 |
|
|
|
616-205-00-9 |
Metazachlor (ISO); 2-chloro-N-(2,6-dimethylphenyl)-N-(1H-pyrazol-1-ylmethyl)acetamide |
266-583-0 |
67129-08-2 |
Skin Sens. 1B Carc. 2 Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1 |
H317 H351 H400 H410 |
GHS07 GHS08 GHS09 Wng |
H317 H351 H410 |
|
M = 100 M = 100” |
|
ANNESS III
Nru tal-Indiċi |
Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika |
Nru tal-KE |
Nru tal-CAS |
Klassifikazzjoni |
Tikkettar |
Limiti ta’ konċentrazzjoni |
Rimarki |
“009-016-00-2 |
trisodium hexafluoroaluminate [1] |
237-410-6 [1] |
13775-53-6 [1] |
Xn; R20 T; R48/23/25 N; R51-53 |
T; N R: 20-48/23/25-51/53 S: (1/2-)22-37-45-61 |
|
|
trisodium hexafluoroaluminate (cryolite) [2] |
239-148-8 [2] |
15096-52-3 [2] |
|||||
603-012-00-X |
2-ethoxyethanol; ethylene glycol monoethyl ether |
203-804-1 |
110-80-5 |
R10 Repr. Cat. 2; R60-61 Xn; R20/22 |
T R: 60-61-10-20/22 S: 53-45 |
|
E |
603-025-00-0 |
tetrahydrofuran |
203-726-8 |
109-99-9 |
F; R11-19 Carc. Cat. 3; R40 Xi; R36/37 |
F; Xn R: 11-19-40-36/37 S: (2-)(13-)16-29-33-36-37(-46) |
Xi; R36/37: C ≥ 25 % |
|
613-016-00-3 |
fuberidazole (ISO); 2-(2-furyl)-1H-benzimidazole |
223-404-0 |
3878-19-1 |
Carc. Cat. 3; R40 Xn; R48/22 Xn; R22 Xi; R43 N; R50-53 |
Xn; N R: 40-48/22-22-43-50/53 S: (2)-22-36/37-60-61 |
N; R50-53: C ≥ 25 % N; R51-53: 2,5 % ≤ C < 25 % R52-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 % |
|
617-001-00-2 |
di-tert-butyl peroxide |
203-733-6 |
110-05-4 |
O; R7 F; R11 Muta. Cat. 3, R68 |
O; F; Xn R: 7-11-68 S: (2-)3/7-14-16-23-36/37/39” |
|
|
ANNESS IV
Nru tal-Indiċi |
Identifikazzjoni Internazzjonali tas-Sustanza Kimika |
Nru tal-KE |
Nru tal-CAS |
Klassifikazzjoni |
Tikkettar |
Limiti ta’ konċentrazzjoni |
Rimarki |
"015-199-00-X |
tris[2-chloro-1-chloromethyl)ethyl] phosphate |
237-159-2 |
13674-87-8 |
Carc. Cat. 3; R40 |
Xn R: 40 S: (2-)36/37 |
|
|
015-200-00-3 |
indium phosphide |
244-959-5 |
22398-80-7 |
Carc. Cat. 2; R45 Repr. Cat. 3; R62 T; R48/23 |
T R: 45–48/23–62 S: 45- 53 |
T; R48/23: C ≥0,1% Carc Cat 2; R45: C ≥0,01% Xn; R48/20: 0,01%≤ C < 0,1% |
E |
015-201-00-9 |
trixylyl phosphate |
246-677-8 |
25155-23-1 |
Repr. Cat. 2; R60 |
T R: 60 S: 53-45 |
|
|
015-202-00-4 |
tris(nonylphenyl) phosphite |
247-759-6 |
26523-78-4 |
Xi; R43 N; R50-53 |
Xi; N R: 43-50/53 S: 24-37-60-61 |
|
|
015-203-00-X |
diphenyl(2,4,6-trimethylbenzoyl)phosphine oxide |
278-355-8 |
75980-60-8 |
Repr. Cat. 3; R62 |
Xn R: 62 S: (2)-22-36/37. |
|
|
602-109-00-4 |
Hexabromocyclododecane [1] |
247-148-4 [1] |
25637-99-4[1] |
Repr. Cat. 3; R63 R64 |
Xn R: 63-64 S: 36/37-53 |
|
|
1,2,5,6,9,10-hexabromocyclododecane [2] |
221-695-9[2] |
3194-55-6[2] |
|||||
606-143-00-0 |
abamectin (combination of avermectin B1a and avermectin B1b) (ISO) [1] |
_ [1] |
71751-41-2 [1] |
Repr. Cat. 3; R63 T+; R26/28 T; R48/23/25 N; R50-53 |
T+; N R: 63-26/28-48/23/25-50/53 S: 28-36/37-45-60-61 |
T; R48/23: C ≥ 5% Xn; R48/20: 0,5% ≤ C <5% N; R50-53: C ≥ 0,0025% N; R51-53: 0,00025% ≤ C <0,0025% R52-53: 0,000025% ≤ C<0,00025% |
|
avermectin B1a (purity ≥80%); [2] |
265-610-3 [2] |
65195-55-3 [2] |
|||||
606-144-00-6 |
acequinocyl (ISO); 3-dodecyl-1,4-dioxo-1,4-dihydronaphthalen-2-yl acetate |
— |
57960-19-7 |
T; R39/23 Xi; R43 N; R50-53 |
T; N R: 39/23-43-50/53, S: (2-)24-37-38-60-61 |
N; R50-53: C ≥ 0,025% N; R51-53: 0,0025% ≤ C < 0,025% R52-53: 0,00025% ≤ C < 0,0025% |
|
607-698-00-1 |
4-tert-butylbenzoic acid |
202-696-3 |
98-73-7 |
Repr. Cat. 2; R60 T; R48/23/24/25 Xn; R22 |
T R: 60-22-48/23/24/25 S: 53-45 |
|
E |
612-281-00-2 |
leucomalachite green N,N,N',N'-tetramethyl-4,4'-benzylidenedianiline |
204-961-9 |
129-73-7 |
Carc. Cat. 3; R40 Muta. Cat. 3; R68 |
Xn R: 40-68 S: (2-)36/37 |
|
|
616-205-00-9 |
Metazachlor (ISO); 2-chloro-N-(2,6-dimethylphenyl)-N-(1H-pyrazol-1-ylmethyl)acetamide |
266-583-0 |
67129-08-2 |
R43 Carc. Cat. 3; R40 N; R50-53 |
Xn; N R: 40-43-50/53 S: (2-)36-37-60-61 |
N; R50-53: C ≥ 0,25% N; R51-53: 0,025% ≤ C < 0,25% R52-53: 0,0025% ≤ C < 0,025%" |
|