15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) fiha tliet żbalji li għandhom jiġu kkoreġuti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Rumena.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.