25.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/24


Rettifika għad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 315 tal-14 ta' Novembru 2012 )

F’paġna 22, Artikolu 15(5):

minflok:

“5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mir-rilaxx tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:

(a)

jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(b)

jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(c)

meta jirrilaxxaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu rilaxx prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u rilaxx mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess prijoritarju jew jirrilaxxaw il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew ir-rilaxx prijoritarji għall-enerġija minn sorsi differenti ta' enerġija rinnovabbli ma jkunux imfixkla.”;

aqra:

“5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mid-dispaċċ tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:

(a)

jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(b)

jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(c)

meta jiddispaċċaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu dispaċċ prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u dispaċċ mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess jew dispaċċ prijoritarju għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew id-dispaċċ prijoritarji għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u varjabbli ma jkunux imfixkla.”.

F’paġna 46, Anness XI, il-punt 2(d):

minflok:

“(d)

il-konnessjoni u r-rilaxx ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;”;

aqra:

“(d)

il-konnessjoni u d-dispaċċ ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;”.