12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li tikkonferma l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/770/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-Kummissjoni jeħtieġ li tikkonferma kull sena l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni, kif ukoll għal kull konsorzju ta’ manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(7) ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. Fejn ikun jidher biċ-ċar li manifattur jew konsorzju jkun naqas milli jilħaq il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni jeħtieġ li, mill-2013 ‘il quddiem u skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, timponi l-ħlas ta’ primjums fuq l-emissjonijiet żejda permezz ta’ deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-manifatturi jew lill-maniġers tal-konsorzji kkonċernati.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-miri huma vinkolanti għall-manifatturi u l-konsorzji b’effett mill-2012. Għas-snin kalendarji 2010 u 2011, il-Kummissjoni għandha, madankollu, tikkalkula miri indikattivi u, skont l-Artikolu 8(6) ta’ dak ir-Regolament, tinnotifika lil dawk il-manifatturi u l-konsorzji li l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħhom tkun taqbeż il-miri indikattivi tagħhom. Peress li l-miri għall-2010 u l-2011 se jservu bħala indikaturi għall-manifatturi tal-isforz meħtieġ biex tintlaħaq il-mira mandatorja fl-2012, huwa xieraq li tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi għall-2010 u l-2011 skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li jitqiesu biss il-65 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet għal kull manifattur.

(3)

Id-dejta li għandha tintuża għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Id-dejta tittieħed miċ-ċertifikati tal-konformità li jinħarġu mill-manifatturi jew minn dokumenti li jipprovdu informazzjoni ekwivalenti skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Id-dejta għall-2011 intbagħtet lill-Kummissjoni sal-iskadenza tat-28 ta’ Frar 2012 speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 minn maġġoranza tal-Istati Membri. Madankollu, minħabba li tliet Stati Membri bagħtu d-dejta tard, il-Kummissjoni kellha tistenna sa tmiem Mejju biex ikollha s-sett kollu tad-dejta disponibbli.

(5)

Fejn, b’riżultat tal-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni, kien evidenti li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta’ dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata kif xieraq. Fejn ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim, id-dejta provviżorja ta’ dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(6)

F’Settembru 2012, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li madwar 200 000 reġistrazzjoni tal-2011 kienu tħallew barra mis-sett tad-dejta sottomess lill-Kummissjoni fi Frar 2012. Fid-dawl tal-iskeda stretta taż-żmien li d-dejta kellha tiġi kkonfermata fiha, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti aktar żmien lill-manifatturi biex jivverifikaw dawk ir-reġistrazzjonijiet neqsin. Minħabba f’hekk, id-dejta ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet ma tistax tiġi inkluża fis-sett tad-dejta finali u ma tistax titqies għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi kkonċernati jew tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom.

(7)

Fl-20 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 84 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħhom fl-2011 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Tmienja u tletin manifattur issottomettew notifiki ta’ żbalji fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur. Żewġ manifatturi infurmaw lill-Kummissjoni li kien hemm xi żbalji fis-settijiet tad-dejta, iżda naqsu milli jinnotifikaw il-korrezzjonijiet skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010.

(9)

Fil-każ tas-46 manifattur li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew li ma għamlux in-notifika skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(10)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li ġew innotifikati mill-manifatturi u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi tagħhom kif indikati permezz tal-kodiċijiet tal-iżbalji speċifikati fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 u s-sett tad-dejta ġie aġġustat kif xieraq.

(11)

Fil-każ tad-dejta li ġiet identifikata mill-manifatturi bil-kodiċi tal-iżbalji B, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, irid jitqies il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dik id-dejta b’mod xieraq minħabba li jkun hemm parametri ta’ identifikazzjoni neqsin jew mhux korretti. Għalhekk, għandu jiġi applikat marġni ta’ żball għall-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-massa mogħtija f’dik id-dejta.

(12)

Il-marġni ta’ żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi espressi bħala l-medja tal-emissjonijiet imnaqqsa mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati meta jiġu inklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi, u meta dawn jiġu esklużi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta’ żball għandu dejjem itejjeb id-distanza mill-mira tal-manifattur.

(13)

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri li ġejjin speċifikati fl-Anness huma kkonfermati għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta’ manifatturi fir-rigward tas-sena kalendarja 2011:

(a)

il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;

(b)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, fejn xieraq aġġustata bil-marġni ta’ żball rilevanti;

(c)

id-differenza bejn il-valuri msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni;

(e)

il-medja tal-massa għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


ANNESS

Tabella 1:

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)

Alpina Burkard Bovensiepen GmbH + Co. KG

 

572

177,439

147,733

29,706

29,706

1 760,03

203,024

Aston Martin Lagonda Ltd

D

1 306

293,478

320,000

–26,522

–26,522

1 778,25

320,737

Audi AG

P8

617 058

126,995

139,414

–12,419

–13,108

1 578,00

144,669

Audi Hungaria Motor KFT

P8

14 853

136,758

133,273

3,485

3,344

1 443,62

148,573

Automobiles Citroën

 

741 890

112,738

127,624

–14,886

–14,886

1 320,01

125,666

Automobiles Dangel

 

45

145,103

137,974

7,129

7,129

1 546,49

148,267

Automobiles Peugeot

 

871 307

115,971

129,369

–13,398

–13,398

1 358,19

128,318

Avtovaz JSC

 

2 877

206,591

125,487

81,104

81,104

1 273,25

214,379

Bayerische Motoren Werke AG

 

723 001

129,243

139,011

–9,768

–9,768

1 569,17

144,289

Bentley Motors Ltd

P8

1 281

385,470

181,852

203,618

203,618

2 506,62

389,560

BMW M GmbH

 

32 688

128,168

141,763

–13,595

–13,595

1 629,39

153,267

Caterham Cars Limited

D

146

164,936

210,000

–45,064

–45,064

707,19

182,973

Chongqing Lifan Passenger Vehicle CO Ltd

 

41

174

123,282

50,718

50,718

1 225,00

174,000

Chevrolet Italia

 

11 747

110,522

117,194

–6,672

–6,672

1 091,78

113,295

Chrysler Group LLC

 

40 418

172,738

158,926

13,812

13,812

2 004,95

192,096

CNG Technik

P1

126

114,000

118,073

–4,073

–4,073

1 111,01

114,000

Automobile Dacia SA

 

235 036

132,368

126,693

5,675

5,674

1 299,64

142,774

Daihatsu Motor Co. Ltd

P7

9 603

128,506

118,136

10,370

10,370

1 112,40

145,796

Daimler AG Stuttgart

P2

626 079

132,125

139,031

–6,906

–6,985

1 569,61

152,765

Dr Motor Company SRL

 

2 783

121,075

118,756

2,319

2,319

1 125,95

134,736

Ferrari

D

2 318

299,849

303,000

–3,151

–3,151

1 721,13

321,016

Ford Motor Company

P1

651

117,104

120,917

–3,813

–3,858

1 173,24

123,097

Fiat Group Automobiles SpA

 

836 642

109,885

119,406

–9,521

–9,593

1 140,19

118,279

Ford-Werke GmbH

P1

1 004 863

119,012

127,825

–8,813

–8,895

1 324,41

131,951

Fuji Heavy Industries Ltd

ND

26 702

158,145

164,616

–6,471

–6,471

1 582,48

170,332

General Motors Company

 

958

224,111

153,828

70,283

70,283

1 893,39

293,342

GM Korea Company

 

156 775

125,945

127,643

–1,698

–1,698

1 320,43

142,195

GM Italia SRL

 

1 497

113,238

121,524

–8,286

–8,286

1 186,53

117,716

Great Wall Motor Company Limited

D

1 734

219,029

195,000

24,029

24,029

1 894,19

220,578

Honda Automobile China CO

P3

20 699

123,950

119,659

4,291

4,279

1 145,71

125,329

Honda Automobile Thailand CO

P3

203

146,221

120,814

25,407

25,407

1 171,00

150,567

Honda Motor CO

P3

80 194

123,371

130,019

–6,648

–6,970

1 372,42

142,092

Honda of the UK Manufacturing

P3

37 627

146,211

133,571

12,640

12,409

1 450,15

161,127

Honda Turkiye AS

P3

1 051

151,798

125,595

26,203

26,203

1 275,60

155,955

Hyundai Motor Company

 

363 165

118,966

126,578

–7,612

–7,612

1 297,12

132,139

Iveco SpA

 

51

213,636

179,988

33,648

33,648

2 465,84

220,510

Jaguar Cars Ltd

ND

P6

21 980

169,666

178,025

–8,359

–8,359

1 899,75

189,103

KIA Motors Corporation

 

279 401

122,048

129,147

–7,099

–7,099

1 353,33

136,944

KTM — Sportmotorcycle AG

D

31

181,7

200,000

–18,300

–18,300

875,00

184,161

Automobili Lamborghini SpA

P8

270

322,109

141,622

180,487

179,992

1 626,30

341,804

Land Rover

ND

P6

68 080

188,659

178,025

10,634

10,634

2 291,53

210,911

Lotus Cars Limited

D

522

179,209

280,000

– 100,791

– 100,791

1 280,82

198,571

Magyar Suzuki Corporation Ltd

P5

96 175

118,469

120,435

–1,966

–1,966

1 162,71

127,816

Mahindra & Mahindra Ltd

D

12

236

205,000

31,000

31,000

2 012,50

238,000

Maruti Suzuki India Ltd

P5

22 813

102,997

109,967

–6,970

–6,970

933,65

104,430

Maserati SpA

 

1 330

351,103

158,453

192,650

192,650

1 994,61

360,656

Mazda Motor Corporation

 

125 367

131,622

130,645

0,977

0,724

1 386,11

146,625

McLaren Automotive Ltd

D

76

279,000

285,000

–6,000

–6,000

1 514,20

282,342

Mercedes — AMG GmbH, Affalterbach

P2

1 507

307,578

145,071

162,507

162,494

1 701,79

307,768

MG Motor UK Limited

D

426

183,156

184,000

–0,844

–0,844

1 513,43

183,667

MIA Electric SAS

 

249

0

108,388

– 108,388

– 108,388

899,09

0,000

Micro — Vett SpA

 

4

0

129,772

– 129,772

– 129,772

1 367,00

0,000

Mitsubishi Motors Corporation (MMC)

P4

78 039

128,395

139,904

–11,509

–12,224

1 588,71

153,864

Mitsubishi Motor Europe BV (MME)

P4

19 270

117,472

115,081

2,391

2,387

1 045,55

120,139

Morgan Motor Co. Ltd

D

452

155,382

180,000

–24,618

–24,618

1 113,11

176,626

Nissan International SA

 

443 400

127,348

130,153

–2,805

–2,805

1 375,34

142,469

O.M.C.I. SRL

 

51

156,061

119,537

36,524

36,524

1 143,04

169,431

Adam Opel AG

 

952 117

122,860

132,649

–9,789

–9,790

1 429,97

134,205

OSV — Opel Special Vehicles GmbH

 

2

133

136,581

–3,581

–3,581

1 516,00

135,500

Perodua Manufacturing Sdn Bhd

 

526

136,941

114,004

22,937

22,937

1 021,98

141,848

PGO Automobiles

 

66

184,738

113,598

71,140

71,140

1 013,09

188,015

Dr,Ing,h,c,F, Porsche AG

P8

37 201

202,993

152,904

50,089

50,089

1 873,19

221,560

Potenza Sports Cars

 

22

178

99,975

78,025

78,025

715,00

178,000

Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd

D

442

144,78

185,000

–40,220

–40,220

1 394,86

154,495

Quattro GmbH

P8

3 307

232,028

149,311

82,717

81,792

1 794,57

258,705

Renault

 

1 004 850

114,816

126,391

–11,575

–11,580

1 293,02

128,566

Rolls-Royce Motors Cars Ltd

 

409

316,238

182,073

134,165

134,165

2 511,46

334,760

Saab Automobile AB

 

12 570

134,632

144,930

–10,298

–10,298

1 698,70

155,341

Santana Motor SA

 

22

217,929

149,065

68,864

68,864

1 789,18

245,591

Seat

P8

293 241

114,132

126,196

–12,064

–12,110

1 288,76

124,878

Secma

 

43

131,000

97,370

33,630

33,630

658,00

137,140

Shanghai Maple Automobile Co Ltd

 

15

212

154,130

57,870

57,870

1 900,00

216,200

Shijiazhuang Shuanghuan Automobile Company

 

51

269,242

153,977

115,265

115,265

1 896,67

269,510

Skoda Auto AS

P8

448 804

122,323

127,444

–5,121

–5,453

1 316,07

134,649

Sovab

 

9

211,8

163,955

47,845

47,845

2 115,00

215,000

Ssangyong Motor Company

D

6 258

165,95

180,000

–14,050

–14,050

1 820,03

184,144

Suzuki Motor Corporation

P5

58 442

129,792

124,059

5,733

5,733

1 241,99

148,166

Tata Motors Limited

ND

P6

2 075

132,499

178,025

–45,526

–45,526

1 323,63

145,692

Tesla Motors Ltd

 

76

0

128,354

– 128,354

– 128,354

1 335,99

0,000

Think

 

224

0

119,830

– 119,830

– 119,830

1 149,47

0,000

Toyota Motor Europe NV SA

P7

522 865

109,293

128,141

–18,848

–18,905

1 331,32

126,194

Volkswagen AG

P8

1 574 053

121,739

131,971

–10,232

–10,399

1 415,14

134,918

Volvo Car Corporation

 

225 326

132,245

145,021

–12,776

–12,776

1 700,69

151,452

Wiesmann GmbH

D

5

270,333

274,000

–3,667

–3,667

1 434,60

277,000


Tabella 2:

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-konsorzji kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)

Ford Werke GMBH

P1

1 005 640

119,007

127,82

–8,813

–8,893

1 324,29

131,943

Daimler AG

P2

627 586

132,189

139,045

–6,856

–6,933

1 569,93

153,137

Honda Motor Europe Ltd

P3

139 774

127,001

129,394

–2,393

–2,703

1 358,75

144,850

Mitsubishi Motors

P4

97 309

123,768

134,988

–11,220

–11,651

1 481,15

147,185

Suzuki

P5

177 430

116,184

120,283

–4,099

–4,099

1 159,37

131,512

Tata Motors Ltd, Jaguar Cars Ltd, Land Rover

P6

92 135

177,629

178,025

–0,396

–0,396

2 176,27

204,240

Toyota-Daihatsu Group

P7

532 468

109,496

127,96

–18,464

–18,506

1 327,37

126,547

VW Group PC

P8

2 990 068

121,99

132,57

–10,580

–10,707

1 428,23

137,316

Noti ta’ spjega għat-Tabelli 1 u 2:

Kolonna A:

Fit-Tabella 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

Fit-Tabella 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur ta’ volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“ND” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur li jipproduċi għal suq ristrett skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta’ konsorzju (elenkat fit-tabella 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna C:

“Għadd ta’ reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta’ karozzi ġodda rreġistrati mill-Istati Membri f’sena kalendarja, bla ma jingħaddu dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma’ dejta li ma tinkludix il-valuri tal-massa u tal-emissjonijiet ta’ CO2 u ma’ dejta li ma tkunx irrikonoxxuta mill-manifattur (identifikati fin-notifika tal-iżbalji bil-kodiċi tal-iżbalji C, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010). L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jitbiddel mod ieħor.

Kolonna D:

“Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi tal-65 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 finali. Fejn xieraq, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet ta’ CO2.

Kolonna E:

“Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur, billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna F:

“Distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi indikata fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi indikata fil-kolonna E. Meta s-sinjal “-” jippreċiedi l-valur fil-kolonna F, dan ifisser li l-medja tal-emissjonijiet tkun inqas mill-mira.

Kolonna G:

“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f’din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f’dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies il-marġni ta’ żball. Marġni ta’ żball jintuża għal dik id-dejta li tkun ġiet inkluża fil-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u fil-kalkolu tal-mira iżda li l-manifattur, minħabba n-nuqqas ta’ identifikaturi xierqa, ma jkunx jista’ jivverifika l-korrettezza tagħha. Il-marġni ta’ żball jintuża biss jekk il-manifattur ikun innotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe dejta bil-kodiċi tal-iżbalji B, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010. Il-marġni ta’ żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

 

Żball = valur assolut ta’ [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

 

AC1 = il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna D);

 

TG1 = il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E);

 

AC2 = il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli;

 

TG2 = il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli.

Kolonna I:

“Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta’ 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn xieraq, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet ta’ CO2.