30.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/7


REGOLAMENT (UE) Nru 1337/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar stħarriġ statistiku ta’ żoni tad-dwieli (2) u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott (3) ġew emendati diversi drabi. Billi issa jinħtieġu aktar emendi u semplifikazzjonijiet, dawk l-atti, għall-finijiet ta’ ċarezza u skont l-approċċ il-ġdid għas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u r-regolamentazzjoni aħjar, għandhom jiġu sostitwiti b’att wieħed.

(2)

Sabiex twettaq il-funzjoni mogħtija lilha bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, jeħtieġ li l-Kummissjoni dejjem ikollha informazzjoni preċiża dwar il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti speċji ta’ għelejjel permanenti fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-politika agrikola komuni titmexxa kif xieraq, il-Kummissjoni teħtieġ li d-dejta dwar l-għelejjel permanenti tiġi pprovduta regolarment fuq perjodu ta’ ħames snin.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (4) jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jirrikjedi konformità mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u nfiq effettiv.

(4)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jikkontribwixxu għat-tfassil u l-pubblikazzjoni tal-istatistika Ewropea.

(5)

Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-istatistika Ewropea għandhom jitqiesu rakkomandazzjonijiet internazzjonali u l-aħjar prattiki.

(6)

L-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti għandha tkun disponibbli sabiex tiżgura li l-potenzjal ta’ produzzjoni u l-qagħda tas-suq jistgħu jiġu sorveljati. Flimkien mal-informazzjoni mogħtija fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Uniku, l-informazzjoni dwar l-analiżi reġjonali tal-istatistika hi essenzjali. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-Istati Membri jiġbru din l-informazzjoni u jibagħtuha lill-Kummissjoni f’ċerti dati fissi.

(7)

L-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti hi essenzjali għall-immaniġġjar tas-swieq fil-livell tal-Unjoni. Huwa wkoll essenzjali li l-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti tkun koperta flimkien mal-istatistika annwali dwar l-oqsma u l-produzzjoni regolati b’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tikkonċerna l-istatistika.

(8)

Sabiex jiġi evitat li jitqiegħed piż bla bżonn fuq il-farms u l-amministrazzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti li jeskludu l-entitajiet mhux rilevanti mill-entitajiet bażiċi li fil-konfront tagħhom għandha tinġabar l-istatistika dwar għelejjel permanenti.

(9)

Biex tiġi garantita l-armonizzazzjoni tad-dejta, jeħtieġ li jiġu ddikjarati b’mod ċar l-aktar definizzjonijiet importanti, il-perjodi ta’ referenza u r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li għandhom jiġu applikati fil-produzzjoni ta’ statistika strutturali dwar għelejjel permanenti.

(10)

Biex tiġi garantita d-disponibbiltà ta’ din l-istatistika għall-utenti fil-perijodu ta’ żmien meħtieġ, għandha tiġi stabbilita skeda taż-żmien għat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni.

(11)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (5), l-istatistika kollha tal-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni li hi mqassma skont l-unità territorjali għandha tuża l-klassifikazzjoni NUTS. Għaldaqstant, biex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli dwar għelejjel permanenti, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti skont il-klassifikazzjoni NUTS. Madankollu, minħabba li għal immaniġġjar sod tas-settur tal-inbid u tad-dwieli, jinħtieġ numru ta’ analiżi territorjali oħra, jistgħu jiġu speċifikati unitajiet territorjali differenti għal dak is-settur.

(12)

Ir-rapporti metodoloġiċi u ta’ kwalità huma essenzjali sabiex tiġi eżaminata l-kwalità tad-dejta u biex jiġu analizzati r-riżultati, u tali rapporti għandhom għalhekk jiġu pprovduti fuq bażi regolari.

(13)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(14)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-reġim applikabbli taħt id-Direttiva 2001/109/KE, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-għotja ta’ deroga lill-Istati Membri fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sistemi nazzjonali tagħhom tal-istatistika tirrikjedi bidliet ewlenin u probabbilment twassal għal problemi prattiċi sinifikanti.

(15)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emenda tal-analiżi tal-ispeċi skont il-gruppi, il-klassijiet ta’ densità u l-klassijiet tal-età stipulati fl-Anness I u l-varjabbli/karatteristiċi, il-klassijiet ta’ daqs, il-grad ta’ speċjalizzazzjoni ul-varjetajiet ta’ dwieli stipulati fl-Anness II, ħlief rigward in-natura fakultattiva tal-informazzjoni meħtieġa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tħejjija tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(16)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhomjiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

(17)

Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE għandhom jitħassru.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwita’ ta’ attivitajiet previsti fil-qafas għall-istatistika Ewropea, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzoni tiegħu u japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(19)

Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti li ġejjin:

(a)

Siġar tat-tuffieħ għad-deżerta

(b)

Siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali

(c)

Siġar tal-lanġas għad-deżerta

(d)

Siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali

(e)

Siġar tal-berquq

(f)

siġar tal-ħawħ għad-deżerta

(g)

Siġar tal-ħawħ għall-ipproċessar industrijali

(h)

Siġar tal-larinġ

(i)

Siġar tal-frott taċ-ċitru żgħir

(j)

Siġar tal-lumi

(k)

Siġar taż-żebbuġ

(l)

Dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-għeneb li jittiekel

(m)

Dwieli għal skopijiet oħra.

2.   Il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (b), (d), (g) u (l) tal-paragrafu 1 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“għelejjel permanenti” tfisser għelejjel mhux imkabbra b’rotazzjoni, għajr għal bur permanenti, li jokkupaw il-ħamrija għal żmien twil u jagħtu ħsad fuq diversi snin;

(2)

“raba’ mħawwel” tfisser raba’ agrikolu, kif definit fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (7), imħawwel b’waħda mill-għelejjel permanenti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament;

(3)

“żona mħawla” tfisser li ż-żona tar-raba’ mħawwel bi pjantaġġun omoġenju tal-għelejjel permanenti rilevanti, mqarrba sal-eqreb 0,1 ettaru;

(4)

“sena tal-ħsad” tfisser is-sena kalendarja li matulha jibda l-ħsad;

(5)

“densità” tfisser in-numru ta’ pjanti għal kull ettaru;

(6)

“perjodu ta’ tħawwil tas-soltu” tfisser il-perjodu tas-sena meta l-għelejjel permanenti s-soltu jiġu mħawla li jibda f’nofs il-ħarifa u jintemm sa nofs ir-rebbiegħa tas-sena ta’ wara;

(7)

“sena ta’ tħawwil” tfisser l-ewwel sena fejn il-pjanta jkollha żvilupp veġetattiv wara l-jum li fih tiġi installata fil-post ta’ produzzjoni definittiv tagħha;

(8)

“età” tfisser in-numru ta’ snin mis-sena ta’ tħawwil, li għandha titqies bħala s-sena 1;

(9)

“siġra tat-tuffieħ għad-deżerta, siġra tal-lanġas għad-deżerta u siġra tal-ħawħ għad-deżerta” tfisser pjantaġġunti tas-siġar tat-tuffieħ, pjantaġġuni tas-siġar tal-lanġas u pjantaġġuni tas-siġar tal-ħawħ, għajr dawk maħsuba speċifikament għall-ipproċessar industrijali. Meta ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-pjantaġġuni maħsuba għall-ipproċessar industrijali, iż-żoni korrispondenti għandhom jiġu inklużi taħt din il-kategorija;

(10)

“dwieli għal skopijiet oħra” tfisser iż-żoni kollha tad-dwieli li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru tal-vinji kif stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (8);

(11)

“għeneb għal użu doppju” tfisser l-għeneb minn varjetajiet ta’ dwieli fil-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli mfassla mill-Istati Membri skont l-Artikolu 120a (2) sa (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (9) li huma prodotti, għall-istess unità amministrattiva, kemm bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid kif ukoll, skont il-każ, bħala varjetajiet ta’ għeneb li jittiekel, varjetajiet għall-produzzjoni ta’ għeneb imnixxef jew varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti tal-inbid;

(12)

“għelejjel ikkombinati” tfisser kombinazzjoni ta’ għelejjel li jokkupaw ħabel raba’ fl-istess żmien.

Artikolu 3

Kopertura

1.   L-istatistika li trid tiġi pprovduta għall-għelejjel permanenti msemmija taħt il-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandha tirrappreżenta mill-inqas 95 % taż-żona mħawla kollha li jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq ta’ kull għalla permanenti msemmija f’kull Stat Membru.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeskludu azjendi iżgħar mil-limitu ta’ 0,2 ettari għal kull għalla permanenti li jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq f’kull Stat Membru. Jekk iż-żona koperta minn tali azjenda hija inqas minn 5 % tat-total ta’ żona mħawla tal-għalla individwali, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-limitu sakemm dan ma jwassalx għall-esklużjoni ta’ aktar minn 5 % addizzjonali tat-total taż-żona mħawla tal-għalla individwali

3.   Iż-żona ta’ għelejjel ikkombinati għandha tkun distribwita bejn l-għelejjel differenti fi proporzjon mal-medda ta’ art li jieħdu.

4.   L-istatistika għall-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ipprovduta bl-użu tad-dejta disponibbli fir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 185a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-azjendi kollha inklużi f’dan ir-reġistru, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009.

Artikolu 4

Produzzjoni tad-dejta

1.   Ħlief meta l-fakulta’ msemmija fl-Artikolu 1(2) tiġi eżerċitata, l-Istati Membri li għandhom minimu ta’ żona mħawla ta’ 1 000 ettaru ta’ kull għalla individwali msemmi fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproduċu matul l-2012, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, id-dejta msemmija fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri li għandhom minimu ta’ żona mħawla ta’ 500 ettaru ta’ kull għalla individwali msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproduċu, matul l-2015 u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, id-dejta msemmija fl-Anness II.

3.   Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 11 dwar l-emenda ta’:

l-analiżi tal-ispeċi skont il-gruppi, il-klassijiet ta’ densità u l-klassijiet tal-età stipulati fl-Anness I, u

il-varjabbli/karatteristiċi, il-klassijiet ta’ daqs, il-grad ta’ speċjalizzazzjoni u l-varjetajiet ta’ dwieli stipulati fl-Anness II,

ħlief rigward in-natura fakultattiva tal-informazzjoni meħtieġa.

Matul l-eżerċitar ta’ din is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.

Artikolu 5

Sena ta’ referenza

1.   L-ewwel sena ta’ referenza għad-dejta msemmija fl-Anness I fir-rigward tal-istatistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a)-(l) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun l-2012.

2.   L-ewwel sena ta’ referenza għad-dejta msemmija fl-Anness II fir-rigward tal-istatistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun l-2015.

3.   L-istatistika għelejjel permanenti pprovduta għandha tirreferi għaż-żona mħawla wara l-perjodu ta’ tħawwil tas-soltu.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ preċiżjoni

1.   L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ kampjunarju biex jiksbu l-istatistika dwar għelejjel permanenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-koeffiċjent ta’ varjazzjoni tad-dejta ma għandux jaqbeż, fil-livell nazzjonali, 3 % għaż-żona mħawla għal kull waħda mill-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1(1).

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw sorsi ta’ informazzjoni statistika għajr għall-istħarriġ, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miksuba minnhom tkun mill-inqas tal-istess kwalità tal-informazzjoni miksuba mill-istħarriġ statistiku.

3.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw sors amministrattiv biex jipprovdu l-istatistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minn qabel u għandhom jipprovdu d-dettalji dwar il-metodu li għandu jintuża u l-kwalità tad-dejta miksuba minn dak is-sors amministrattiv.

Artikolu 7

Statistika Reġjonali

1.   Id-dejta fir-rigward ta’ statistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, u speċifikati aktar fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi analizzata mill-unitajiet territorjali tan-NUTS 1 kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, ħlief fejn tiġi speċifikata analiżi anqas dettaljata fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Id-dejta fir-rigward ta’ statistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament u speċifikata aktar fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi analizzata mill-unitajiet territorjali tan-NUTS 2 kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, ħlief fejn tiġi speċifikata analiżi anqas dettaljata fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Trażmissjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta stabbilita fl-Annessi I u II sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ referenza.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format tekniku xieraq għat-trażmissjoni tad-dejta stipulata fl-Annessi I u II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmi fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 9

Rapporti metodoloġiċi u ta’ kwalità

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità li jridu japplikaw għad-dejta li se tkun trażmessa, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   Sat-30 ta’ Settembru 2013, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Sat-30 ta’ Settembru 2016, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Ir-rapporti għandhom jiddeskrivu:

(a)

l-organizzazzjoni tal-istħarriġ kopert b’dan ir-Regolament u l-metodoloġija applikata;

(b)

il-livell ta’ preċiżjoni u l-kopertura miksuba għall-istħarriġ kampjunarju msemmi f’dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

il-kwalità ta’ sorsi, għajr għall-istħarriġ, li jintużaw. bl-użu tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 1.

5.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull bidla metodoloġika jew tibdil ieħor li jista’ jkollu effett konsiderevoli fuq l-istatistika dwar għelejjel permanenti, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla.

6.   Għandu jitqies il-prinċipju li l-ispejjeż u l-piżijiet addizzjonali jibqgħu f’limiti raġonevoli.

Artikolu 10

Deroga

1.   Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sistema statistika nazzjonali ta’ Stat Membri teħtieġ emendi maġġuri u probabbilment tikkawża problemi prattiċi sinifikanti rigward l-għejjelel permanenti msemmija fil-punti a) sa l) tal-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu deroga mill-applikazzjoni tagħha lil dak l-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, Stat Membru għandu jippreżenta talba debitament motivata lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2012.

3.   Dawk l-Istati Membri li jibbenefikaw minn deroga għandhom jibqgħu japplikaw id-Direttiva 2001/109/KE.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.   Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tittawwal taċitament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.   Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien xahrejn min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se jopponu. Dak il-perjodu jiġġedded b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deciżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE tal-31 ta’ Lulju li tistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (10). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2018 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk huwiex neċessarju li tiġi prodotta d-dejta kollha msemmija fl-Artikolu 4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li xi parti minn dik id-dejta m’għadhiex meħtieġa, hija għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 11, bit-tħassir ta’ ċerta dejta mill-Annessi I u II.

Artikolu 14

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

Referenzi għar-Regolament u d-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Regoli transitorji

B’deroga mill-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2001/109/KE għandha tibqa’ applikabbli taħt il-kundizzjonijiet pprovduti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. SZPUNAR


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011.

(2)  ĠU L 54, 5.3.1979, p. 124.

(3)  ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21.

(4)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(5)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(8)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.

(9)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(10)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1 (Edizzjoni speċjali bl-Ingliż: Serje I Kapitolu 1972(III), p. 838).


ANNESS I

Dejta statistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ

1.   Analiżi tal-ispeċi skont il-“Gruppi”

Speċi

Analiżi

Siġar tat-tuffieħ għad-deżerta

Grupp Boskoop rouge

Grupp Braeburn

Grupp Cox Orange

Grupp Cripps Pink

Grupp Elstar

Grupp Fuji

Grupp Gala

Grupp Golden Delicious

Grupp Granny Smith

Grupp Idared

Grupp Jonagold/Jonagored

Grupp Morgenduft

Grupp Red Delicious

Grupp Reinette blanche du Kanada

Grupp Shampion

Grupp Lobo

Grupp Pinova

Oħrajn

Siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv)

Siġar tal-lanġas għad-deżerta

Grupp Conference

Grupp William

Grupp Abate

Grupp Rocha

Grupp Coscia-Ercolini

Grupp Guyot

Grupp Blanquilla

Grupp Decana

Grupp Kaiser

Oħrajn

Siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv)

Siġar tal-ħawħ għad-deżerta

Ħawħ għajr għal nuċiprisk u ħawħ għall-ipproċessar

Laħma safra

Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju

Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju

Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu

Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu

Laħma bajda

Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju

Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju

Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu

Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu

Ħawħa ċatta (doughnut peach)

Nuċiprisk

Laħma safra

Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju

Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju

Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu

Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu

Laħma bajda

Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju

Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju

Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu

Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu

Siġar tal-ħawħ għall-ipproċessar industrijali (inkluż grupp ta’ Pavie) (fakultattiv)

Siġar tal-berquq

Bikri ħafna: ħsad sal-31 ta’ Mejju

Bikri: ħsad bejn l-1 u t-30 ta’ Ġunju

Medju: ħsad bejn l-1 u l-31 ta’ Lulju

Tard: jinħasad wara l-1 ta’ Awwissu

Siġar tal-larinġ

Navel

Bikri: ħsad bejn Ottubru u Jannar.

Medju: ħsad bejn Diċembru u Marzu

Tard: ħsad bejn Jannar u Mejju

Blancas

Bikri: ħsad bejn Diċembru u Marzu

Tard: ħsad bejn Marzu u Mejju

Larinġ tad-demm

Oħrajn

Siġar tal-frott taċ-ċitru żgħir

Satsumas

Satsumas bikrin aktar min-normal: ħsad bejn Settembru u Novembru

Satsumas oħra: ħsad bejn Ottubru u Diċembru

Klementini

Klementini bikrin: ħsad bejn Settembru u Diċembru

Klementini medji: ħsad bejn Novembru u Jannar

Klementini tard: ħsad bejn Jannar u Marzu

Ċitru żgħir ieħor inklużi l-ibridi

Siġar tal-lumi

Varjetajiet tax-xitwa: ħsad bejn Ottubru u April

Varjetajiet tas-sajf: ħsad bejn Frar u Settembru

Siġar taż-żebbuġ

Għaż-żebbuġ li jittiekel, żebbuġ għaż-żejt jew għal fini doppju

Dwieli tal-għeneb li jittiekel (fakultattiv)

 

Bojod

Bla żerriegħa

Normali

Ħomor

Bla żerriegħa

Normali

2.   Klassijiet ta’ densità

 

Klassijiet ta’ densità

Siġar tat-Tuffieħ u tal-Lanġas

Siġar tal-Ħawħ, tan-Nuċiprisk u tal-Berquq

Siġar tal-Larinġ, taċ-Ċitru żgħir u tal-Lumi

Siġar taż-żebbuġ

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Densità (f’numru ta’ siġar/ettaru)

1

< 400

< 600

< 250

< 140

< 1 000

2

400-1 599

600-1 199

250-499

140-399

1 000 -1 499

3

1 600 -3 199

≥ 1 200

500-749

≥ 400

≥ 1 500

4

≥ 3 200

 

≥ 750

 

 

3.   Klassijiet ta’ età

 

Klassijiet ta’ età

Siġar tat-Tuffieħ u tal-Lanġas

Siġar tal-Ħawħ, tan-Nuċiprisk u tal-Berquq

Siġar tal-Larinġ, taċ-Ċitru żgħir u tal-Lumi

Siġar taż-żebbuġ

Dwieli tal-għeneb li jittiekel

Età (snin mis-sena tat-tħawwil)

1

0-4

0-4

0-4

0-4

0-3

2

5-14

5-14

5-14

5-11

3-9

3

15-24

15 sena u aktar

15-24

12-49

9-19

4

25 sena u aktar

 

25 sena u aktar

50 sena u aktar

20 sena u aktar

4.   Taqsira

4.1.   Żona skont il-klassijiet tal-età u d-densità għal kull speċi f’livell nazzjonali

Stat Membru:

Speċi:

 

Total

Klassi ta’ età 1

Klassi ta’ età 2

Klassi ta’ età 3

Klassi ta’ età 4

Total

 

 

 

 

 

Klassi ta’ densità 1

 

 

 

 

 

Klassi ta’ densità 2

 

 

 

 

 

Klassi ta’ densità 3

 

 

 

 

 

Klassi ta’ densità 4

 

 

 

 

 


4.2.   Żona skont il-klassijiet tal-età u r-reġjuni għal kull speċi u grupp (l-ebda analiżi skont il-klassi tad-densità)

Stat Membru:

Speċi:

Grupp:

 

Total

Klassi ta’ età 1

Klassi ta’ età 2

Klassi ta’ età 3

Klassi ta’ età 4

Total

 

 

 

 

 

Reġjun (NUTS 1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


4.3.   Żona skont il-klassijiet tad-densità u r-reġjuni għal kull speċi u grupp (l-ebda analiżi skont il-klassi tal-età)

Stat Membru:

Speċi:

Grupp:

 

Total

Klassi ta’ densità 1

Klassi ta’ densità 2

Klassi ta’ densità 3

Klassi ta’ densità 4

Total

 

 

 

 

 

Reġjun (NUTS 1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Dejta statistika dwar il-vinji

Tifsira tal-abbrevjazzjonijiet:

—   Nru— numru

—   Azj jew azj— azjenda

—   Ha jew ha— ettaru

—   Aħm— aħmar/rosé

—   Abj jew abj— abjad

—   mkb— mhux klassifikat band’oħra

—   DOP— denominazzjoni ta’ oriġini protetta

—   IĠP— indikazzjoni ġeografika protetta

Tabella 1:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont it-tip ta’ produzzjoni  (1)

Varjabbli/Karatteristiċi

Nru tal-azjendi

Żona

(ha)

Żoni tad-dwieli, total (qed tipproduċi/għadha ma bdietx tipproduċi)

Total

 

 

Żoni tad-dwieli li qed jipproduċu mħawla bi:

varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’DOP

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’IĠP

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed mingħajr DOP jew IĠP

 

 

li jinkludu “għeneb għal użu doppju”

 

 

għeneb imnixxef

 

 

Total

 

 

Żoni tad-dwieli li għadhom ma bdewx jipproduċu, imħawla bi:

għeneb tal-inbid (inkluż “għeneb għal użu doppju”)

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’DOP

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’IĠP

 

 

li jinkludu dawk adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed mingħajr DOP jew IĠP

 

 

li jinkludu “għeneb għal użu doppju”

 

 

għeneb imnixxef

 

 

Total

 

 

Dwieli (qed jipproduċu/għadhom ma bdewx jipproduċu) maħsuba biex jipproduċu:

materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli

 

 

dwieli oħra mhux klassifikati band’oħra (mkb)

 

 

Tabella 2:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassi ta’ daqs f’livell nazzjonali

Tabella 2.1:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, vinja totali

Klassijiet ta’ daqs ta’

(ha)

Nru tal-azj.

Żona

(ha)

< 0,10 (*)

 

 

0,10 – < 0.50

 

 

0,50 – < 1

 

 

1 – < 3

 

 

3 – < 5

 

 

5 – < 10

 

 

≥ 10

 

 

Tabella 2.2:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid - Total

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.2.1:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid adattati għall-produzzjoni tal-inbid b’DOP

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.2.2:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid adattati għall-produzzjoni tal-inbejjed b’IĠP

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.2.3:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid ta’ “użu doppju”

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.2.4:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb maħsuba biex jipproduċu nbejjed mingħajr DOP u/jew IĠP

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.3:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb li jrid jitnixxef

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 2.4:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli mhux klassifikati band’oħra (mkb)

Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.

Tabella 3:   Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-grad ta’ speċjalizzazzjoni u l-klassijiet ta’ daqs f’livell nazzjonali

Klassijiet ta’ daqs (f’kolonna): ara l-linji tat-Tabella 2 (< 0,1 ha/0.,10 - < 0,50 ha/eċċ.).

Grad ta’ speċjalizzazzjoni

< 0,10 ha

Nru tal-azj.

Żona

(ha)

Nru tal-azj.

Żona

(ha)

Azjendi bid-dwieli

 

 

 

 

Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-inbid

 

 

 

 

li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta’ nbid b’DOP u/jew IĠP

 

 

 

 

li minnhom huma PDO biss

 

 

 

 

li minnhom huma IĠP biss

 

 

 

 

li minnhom huma DOP u IĠP

 

 

 

 

li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta’ nbid mingħajr DOP u/jew IĠP

 

 

 

 

li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ nbejjed

 

 

 

 

Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-għeneb imnixxfa

 

 

 

 

Azjendi li jkollhom żoni oħra bid-dwieli

 

 

 

 

Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għal diversi tipi ta’ produzzjoni

 

 

 

 

Tabella 4:   Varjetajiet ta’ dwieli ewlenin  (2)

L-analiżi tad-dejta għandha tiġi pprovduta biss meta t-total taż-żona tal-varjetà jkun tal-anqas 500 ettaru.

Il-varjetajiet li jridu jiġu identifikati fit-tabelli huma dawk inklużi fil-lista tal-varjetajiet ewlenin u taż-żoni korrispondenti kkomunikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (1) (Anness XIII, Tabella 16).

Klassijiet ta’ età li jridu jintużaw:

 

< 3 snin

 

3 - 9 snin

 

10 - 29 sena

 

≥ 30 sena

Varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid skont il-klassi tal-età

Varjetà tad-dielja

< 3 snin

Nru tal-azj.

Żona

(ha)

Nru tal-azj.

Żona

(ha)

Azjendi bid-dwieli

 

 

 

 

1.

li jinkludu varjetajiet ħomor, total

 

 

 

 

1.1.

li jinkludu varjetà 1

 

 

 

 

1.2.

li jinkludu varjetà 2

 

 

 

 

1.3.

li jinkludu varjetà…

 

 

 

 

 

 

 

 

1.N. li jinkludu varjetajiet imħallta ħomor oħra

 

 

 

 

2.

li jinkludu varjetajiet bojod, total

 

 

 

 

2.1.

li jinkludu varjetà 1

 

 

 

 

2.2.

li jinkludu varjetà 2

 

 

 

 

2.3.

li jinkludu varjetà…

 

 

 

 

 

 

 

 

2.N. li jinkludu varjetajiet imħallta bojod oħra

 

 

 

 

3.

li jinkludu varjetajiet ta’ kuluri differenti, total

 

 

 

 

3.1.

li jinkludu varjetà 1

 

 

 

 

3.2.

li jinkludu varjetà 2

 

 

 

 

3.3.

li jinkludu varjetà…

 

 

 

 

 

 

 

 

3.N. li jinkludu varjetajiet imħallta oħra ta’ kuluri mħallta oħra

 

 

 

 

4.

li jinkludu varjetajiet mingħajr kulur speċifikat

 

 

 

 


(1)  Stati Membri kkonċernati mill-analiżi reġjonali: BG, CZ, DE, IT, EL, ES, FR, HU, AT, PT, RO, SI u SK.

(*)  Għall-Istati Membri kkonċernati biss.

(2)  Stati Membri kkonċernati mill-analiżi reġjonali: BG, CZ, DE, IT, EL, ES, FR, HU, AT, PT, RO, SI u SK.

(1)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.