23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1207/2011

tat-22 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni tat mandat lill-Eurocontrol skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) biex tiżviluppa rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-EATMN). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tad-9 ta’ Lulju 2010 li rriżulta minn dan il-mandat.

(2)

Il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet jiddependi fuq il-koerenza tar-rekwiżiti minimi għad-distanza bejn l-inġenji tal-ajru applikati fl-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-interoperabilità, għandhom ikunu applikati prinċipji komuni meta jkun hemm skambju tad-dejta ta’ sorveljanza bejn is-sistemi. Barra minn hekk, għandhom jiġu identifikati l-kapaċitajiet u l-prestazzjonijiet minimi applikabbli għall-komponenti tas-sistemi ta’ sorveljanza li jinġarru fl-ajru.

(4)

Il-kapaċitajiet tal-komponenti li jinġarru fl-ajru tas-sistemi ta’ sorveljanza għandhom jagħtu l-flessibilità lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru biex jagħżlu s-soluzzjonijiet għas-sorveljanza mill-art li jkunu l-aktar xierqa għall-ambjenti partikolari tagħhom.

(5)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ applikazzjonijiet u teknoloġiji oħra ta’ sorveljanza li jagħtu benefiċċji f’ambjenti speċifiċi.

(6)

L-operaturi jeħtieġ li jkunu avżati biżżejjed bil-quddiem biex ikunu jistgħu jarmaw l-inġenji tal-ajru l-ġodda u l-flotot eżistenti b’kapaċitajiet ġodda. Dan għandu jitqies meta jkunu qed jiġu ddefiniti d-dati għat-tagħmir mandatorju.

(7)

Għandhom jiġu identifikati l-kriterji għal eżenzjoni potenzjali, ibbażati b’mod partikolari fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew tekniċi konvinċenti, biex l-operaturi jitħallew ma jarmawx, eċċezzjonalment, ċerti tipi ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi b’uħud mill-kapaċitajiet meħtieġa. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet f’dan ir-rigward.

(8)

L-indirizz ICAO ta’ inġenju tal-ajru ta’ 24 bit għandu jkun assenjat u mħaddem f’konformità mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-ICAO) sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-ajru u tal-art.

(9)

Il-bażi stabbilita permezz tal-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ADS-B “Out” mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tippermetti l-użu tal-applikazzjonijiet fuq l-art u għandha tiffaċilita wkoll l-użu ta’ applikazzjonijiet li jinġarru fl-ajru tal-ġejjieni.

(10)

Is-sistemi tal-EATMN għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ kunċetti avvanzati, miftehma u vvalidati ta’ operazzjoni għall-fażijiet kollha tat-titjira, b’mod partikolari kif previst fil-Pjan Komprensiv tal-ATM għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR).

(11)

Il-prestazzjoni tas-sistemi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u tal-komponenti tagħhom għandhom jiġu vvalutati regolarment filwaqt li jitqies l-ambjent lokali li joperaw fih.

(12)

L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fl-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew hija kruċjali biex jinkisbu l-interoperabilità u l-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet.

(13)

L-ispettru użat mis-sistemi ta’ sorveljanza għandu jkun protett biex ikunu evitati interferenzi li jagħmlu l-ħsara. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward.

(14)

Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(15)

Bil-għan li jinżammu jew jisseddqu l-livelli tas-sikurezza tal-operazzjonijiet li diġà jeżistu, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jwettqu valutazzjoni tas-sikurezza, inklużi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskji u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi għas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi tas-sikurezza għar-rekwiżiti kollha tal-interoperabilità u l-prestazzjoni.

(16)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li jridu jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti, kif ukoll għall-verifika tas-sistemi.

(17)

Fil-każ tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru pprovduti primarjament lil inġenji tal-ajru li jtiru bħala traffiku tal-ajru ġenerali taħt sorveljanza militari, il-limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist jistgħu jostakolaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għas-sistemi li jikkontribwixxu għall-għoti ta’ dejta ta’ sorveljanza, għall-komponenti tagħhom u għall-proċeduri assoċjati magħhom sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni tal-prestazzjoni, l-interoperabilità u l-effiċjenza ta’ dawn is-sistemi fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-EATMN) u sabiex ikun hemm koordinazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-katina ta’ sorveljanza kkostitwita minn:

(a)

sistemi ta’ sorveljanza li jinġarru fl-ajru, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(b)

sistemi ta’ sorveljanza bbażati fuq l-art, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(c)

sistemi ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom;

(d)

sistemi ta’ komunikazzjoni mill-art għall-art użati għad-distribuzzjoni tad-dejta ta’ sorveljanza, il-komponenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru previst fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 7(3) u 7(4) li għandhom japplikaw għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru bbażati fuq id-dejta ta’ sorveljanza, u għall-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza li joperaw is-sistemi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“dejta ta’ sorveljanza” tfisser kwalunkwe element tad-dejta, stampat bil-ħin jew le, fi ħdan is-sistema ta’ sorveljanza li għandha x’taqsam:

(a)

mal-pożizzjoni 2D tal-inġenju tal-ajru;

(b)

mal-pożizzjoni vertikali tal-inġenju tal-ajru;

(c)

mal-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru;

(d)

mal-identità tal-inġenju tal-ajru;

(e)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(f)

mal-intenzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(g)

mal-veloċità tal-inġenju tal-ajru;

(h)

mal-aċċellerazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(2)

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata fi jew li toffri li timpenja ruħha f’operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru;

(3)

“ADS-B” tfisser sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tax-xandir, li hija teknika ta’ sorveljanza li permezz tagħha l-inġenju tal-ajru awtomatikament jipprovdi, permezz tat-trażmissjoni tad-dejta, id-dejta miksuba mis-sistemi ta’ navigazzjoni u ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni mmuntati fih;

(4)

“ADS-B Out” tfisser l-għoti ta’ dejta ta’ sorveljanza ADS-B mill-perspettiva tat-trażmissjoni mill-inġenju tal-ajru;

(5)

“interferenza ta’ ħsara” tfisser interferenza li timpedixxi l-ksib tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

(6)

“katina ta’ sorveljanza” tfisser sistema magħmula mill-aggregazzjoni ta’ komponenti li jinġarru fl-ajru u bbażati fuq l-art użati biex ikunu stabbiliti l-elementi rispettivi tad-dejta ta’ sorveljanza ta’ inġenju tal-ajru, inkluża s-sistema ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza, jekk tkun qed tintuża;

(7)

“katina ta’ sorveljanza kooperattiva” tfisser katina ta’ sorveljanza li tirrikjedi kemm komponenti tal-art kif ukoll li jinġarru fl-ajru biex ikunu stabbiliti l-elementi tad-dejta ta’ sorveljanza;

(8)

“sistema ta’ pproċessar tad-dejta ta’ sorveljanza” tfisser sistema li tipproċessa d-dejta kollha mdaħħla dwar is-sorveljanza li tkun waslet biex tiġi ffurmata l-aħjar stima tad-dejta ta’ sorveljanza attwali tal-inġenju tal-ajru;

(9)

“identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru” tfisser grupp ta’ ittri, ċifri jew kombinazzjoni tagħhom li huwa identiku għall-kodiċi tal-inġenju tal-ajru li għandu jintuża fil-komunikazzjonijiet bejn l-ajru u l-art, u li jintuża biex ikun identifikat l-inġenju tal-ajru fil-komunikazzjonijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru mill-art għall-art jew li huwa l-ekwivalenti kkodifikat tiegħu;

(10)

“inġenju tal-ajru tal-Istat” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru użat għal finijiet militari, doganali u ta’ pulizija;

(11)

“inġenju tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport” tfisser inġenju tal-ajru tal-Istat bil-ġwienaħ fissi li huwa ddisinjat biex fuqu jinġarru l-persuni u/jew il-merkanzija;

(12)

“estrapolata” tfisser li dejta magħrufa tkun ipproġettata, imbassra jew estiża fuq il-bażi tal-valuri fi ħdan intervall taż-żmien osservat diġà;

(13)

“coasted” tfisser estrapolata għal perjodu itwal mill-perjodu ta’ aġġornament tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-art;

(14)

“ħin tal-applikabilità” tfisser il-ħin li fih ikun tkejjel l-element tad-dejta mill-katina ta’ sorveljanza jew il-ħin li għalih dan ikun ġie kkalkulat mill-katina ta’ sorveljanza;

(15)

“preċiżjoni” tfisser il-grad ta’ konformità tal-valur ta’ element tad-dejta pprovdut mal-valur attwali tiegħu fil-ħin meta l-element tad-dejta jirriżulta mill-katina ta’ sorveljanza;

(16)

“disponibilità” tfisser il-grad ta’ kemm sistema jew komponent ikun operattiv u aċċessibbli meta jkun hemm bżonn jintuża;

(17)

“integrità” tfisser il-grad ta’ nuqqas ta’ konformità mhux innutat (fil-livell tas-sistema) tal-valur tad-dħul tal-element tad-dejta mal-valur tal-ħruġ tiegħu;

(18)

“kontinwità” tfisser il-probabilità li sistema twettaq il-funzjoni meħtieġa minnha mingħajr interruzzjoni mhux skedata, jekk wieħed jassumi li s-sistema tkun disponibbli meta tinbeda l-operazzjoni intenzjonata;

(19)

“puntwalità” tfisser id-differenza bejn il-ħin tal-ħruġ ta’ element tad-dejta u l-ħin tal-applikabilità ta’ dak l-element tad-dejta.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-prestazzjoni

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabilità tagħhom u fil-konfini ma’ spazji tal-ajru li jmissu magħhom billi japplikaw rekwiżiti minimi xierqa għad-distanza bejn l-inġenji tal-ajru.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jintużaw kif meħtieġ biex jappoġġaw ir-regoli minimi għad-distanza applikati skont il-paragrafu 1.

3.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li r-riżultat tal-katina ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 2(1) ikun konformi mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni mniżżla fl-Anness I dejjem jekk il-funzjonijiet tal-komponenti li jinġarru fl-ajru użati jkunu konformi mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness II.

4.   Jekk fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jidentifika inġenju tal-ajru li l-avjonika tiegħu turi anomalija funzjonali, huwa għandu jinforma lill-operatur tat-titjira bid-devjazzjoni mir-rekwiżiti tal-prestazzjoni. L-operatur għandu jinvestiga l-kwistjoni qabel tinbeda t-titjira sussegwenti u kwalunkwe rettifika meħtieġa għandha titwettaq skont il-manutenzjoni normali u skont il-proċeduri korrettivi għall-inġenju tal-ajru u l-avjonika tiegħu.

Artikolu 5

Rekwiżiti tal-interoperabilità

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li d-dejta ta’ sorveljanza kollha ttrasferita mis-sistemi tagħhom identifikati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lill-fornituri l-oħra tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tkun konformi mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness III.

2.   Meta jittrasferixxu d-dejta ta’ sorveljanza mis-sistemi tagħhom identifikati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħra tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jistabbilixxu arranġamenti formali magħhom għall-iskambju tad-dejta skont ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness IV.

3.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2020, il-katina ta’ sorveljanza kooperattiva jkollha l-kapaċità meħtieġa li tippermettilhom jistabbilixxu l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru individwali permezz tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru mniżżla b’mod elettroniku mgħoddija mill-inġenji tal-ajru mgħammra skont l-Anness II.

4.   L-operaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

l-inġenji tal-ajru b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta’ dak l-Anness;

(c)

l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Jannar 2015 jew wara, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta’ dak l-Anness.

5.   L-operaturi għandhom jiżguraw li sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2017:

(a)

l-inġenji tal-ajru li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b’ċertifikat individwali ta’ ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II;

(b)

l-inġenji tal-ajru b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti B ta’ dak l-Anness;

(c)

l-inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2), b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabilità li jkun inħareġ għall-ewwel darba qabel it-8 ta’ Jannar 2015, ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċitajiet imniżżla fil-Parti C ta’ dak l-Anness.

6.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru mgħammra skont il-paragrafi 4 u 5 u li jkollhom massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar joperaw b’diversi antenni kif preskritt fil-paragrafu 3.1.2.10.4 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, Volum IV, ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85.

7.   L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti tat-trasport skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-punt (b) tal-paragrafu 5 għall-inġenji tal-ajru kollha li joperaw it-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 2(2) f’żoni fejn is-servizzi ta’ sorveljanza li jużaw id-dejta ta’ sorveljanza identifikata fil-Parti B tal-Anness II jkunu pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

8.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li, qabel jibdew jużaw is-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), huma jkunu qed jimplimentaw is-soluzzjonijiet ta’ użu l-aktar effiċjenti filwaqt li jqisu l-ambjenti operattivi, il-limitazzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali kif ukoll il-kapaċitajiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-ispettru

1.   Sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru li jkun qed itir fuq Stat Membru ma jkunx soġġett għal interrogazzjonijiet eċċessivi trażmessi mill-interrogaturi tas-sorveljanza bbażati fuq l-art u li jew jesiġu tweġiba jew li għalkemm ma jesiġux tweġiba jkunu qawwija biżżejjed biex jaqbżu l-livell minimu tal-limitu tar-riċevitur tat-transponder tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-għadd totali ta’ tali interrogazzjonijiet m’għandux iwassal sabiex it-transponder tar-radar sekondarju ta’ sorveljanza jaqbeż ir-rati tat-tweġibiet kull sekonda, minbarra kwalunkwe trażmissjoni tat-tip squitter, speċifikati fil-paragrafu 3.1.1.7.9.1 għat-tweġibiet tal-Mod A/C u fil-paragrafu 3.1.2.10.3.7.3 għat-tweġibiet tal-Mod S tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, Volum IV, ir-Raba’ Edizzjoni.

3.   Sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ trażmettitur ibbażat fuq l-art operat fi Stat Membru ma joħloqx interferenza ta’ ħsara fuq sistemi oħra ta’ sorveljanza.

4.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu l-kwistjoni lill-Kummissjoni għal azzjoni.

Artikolu 7

Proċeduri assoċjati

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jivvalutaw il-livell tal-prestazzjoni tal-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art qabel ma jibdew iħaddmuha kif ukoll b’mod regolari waqt li jkunu qed iħaddmuha, skont ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness V.

2.   L-operaturi għandhom jiżguraw li jitwettaq kontroll mill-inqas kull sentejn u kull meta tkun innutata anomalija fuq inġenju tal-ajru speċifiku, sabiex l-elementi tad-dejta mniżżla fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness II, fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness II u fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness II, jekk ikunu applikabbli, jiġu pprovduti b’mod korrett fir-riżultati mogħtija mit-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza installati abbord l-inġenji tal-ajru tagħhom. Jekk xi wieħed mill-elementi tad-dejta ma jiġix ipprovdut b’mod korrett, l-operatur għandu jinvestiga l-kwistjoni qabel tinbeda t-titjira sussegwenti u għandha titwettaq kwalunkwe rettifika meħtieġa skont il-manutenzjoni normali u skont il-proċeduri korrettivi għall-inġenju tal-ajru u l-avjonika tiegħu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għoti tal-indirizzi ICAO ta’ 24 bit tal-inġenji tal-ajru lil inġenji tal-ajru mgħammra bi transponder tal-Mod S ikun konformi mal-Kapitolu 9 u mal-appendiċi tiegħu tal-Anness 10 tal-Konvenzjonii ta’ Chicago, Volum III, it-Tieni Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85.

4.   L-operaturi għandhom jiżguraw li abbord l-inġenju tal-ajru li huma qed joperaw, kwalunkwe transponder tal-Mod S jopera b’indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru li jkun jikkorrispondi għar-reġistrazzjoni mogħtija mill-Istat li fih huwa rreġistrat l-inġenju tal-ajru.

Artikolu 8

Inġenji tal-ajru tal-Istat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2017, l-inġenji tal-ajru tal-Istat li joperaw skont l-Artikolu 2(2) ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, l-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li joperaw skont l-Artikolu 2(2), ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li, minbarra li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċità mniżżla fil-Parti B u l-Parti C ta’ dak l-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2016, il-lista tal-inġenji tal-ajru tal-Istat li ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, flimkien mal-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2018, il-lista tal-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b’kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B u l-Parti C tal-Anness II, flimkien mal-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir.

Il-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tagħmir għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

raġunijiet tekniċi konvinċenti;

(b)

inġenji tal-ajru tal-Istat li joperaw skont l-Artikolu 2(2) li se jitneħħew mis-servizz operattiv sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020;

(c)

limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist.

4.   Meta l-inġenji tal-ajru tal-Istat ma jistgħux ikunu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza kif speċifikat fil-paragrafi 1 jew 2 għar-raġuni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-ġustifikazzjoni l-pjanijiet tagħhom tal-akkwist dwar dawn l-inġenji tal-ajru.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru tal-Istat identifikati fil-paragrafu 3 jkunu jistgħu jiġu akkomodati, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ttrattati b’mod sikur fi ħdan il-kapaċità tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

6.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-proċeduri biex jiġu ttrattati l-inġenji tal-ajru tal-Istat li mhumiex mgħammra skont il-paragrafi 1 jew 2 fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tal-informazzjoni ajrunawtika.

7.   Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jikkomunikaw, fuq bażi annwali, lill-Istat Membru li ħatarhom, il-pjanijiet tagħhom biex jittrattaw l-inġenji tal-ajru tal-Istat li mhumiex mgħammra skont il-paragrafi 1 jew 2. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu ddefiniti billi jitqiesu l-limiti tal-kapaċità assoċjati mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 9

Rekwiżiti tas-sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2015, titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza mill-partijiet ikkonċernati għas-sistemi kollha eżistenti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma ssir kwalunkwe bidla fis-sistemi eżistenti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) jew qabel ma jiddaħħlu sistemi ġodda, ssir valutazzjoni tas-sikurezza mill-partijiet ikkonċernati, li tkun tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli u l-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji.

3.   Matul il-valutazzjonijiet identifikati fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jitqiesu, bħala minimu, ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness VI.

Artikolu 10

Il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti

Qabel ma tinħareġ dikjarazzjoni KE ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-manifatturi tal-komponenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fl-Unjoni għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu ta’ dawk il-komponenti f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness VII.

Madankollu, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-komponenti jekk ikunu jinkludu l-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Verifika tas-sistemi

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jistgħu juru jew li wrew li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness VIII għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fil-Parti A tal-Anness IX.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li ma jistgħux juru li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness VIII għandhom jagħtu b’subappalt lil korp innotifikat il-verifika tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1). Din il-verifika għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti mniżżla fil-Parti B tal-Anness IX.

3.   Il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-verifika tas-sistemi jekk ikunu jinkludu l-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Rekwiżiti addizzjonali

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-persunal kollu kkonċernat ikun mgħarraf kif xieraq bir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li huwa jkun imħarreġ b’mod adegwat biex jaqdi l-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-persunal kollu kkonċernat jkun jista’ japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u li dawn jinżammu aġġornati u jiżguraw li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal ġestjoni kif xierqa tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(c)

jiżguraw li l-metodi tax-xogħol u l-proċeduri tal-operat ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal li jħaddem it-tagħmir ta’ sorveljanza u li jagħmel il-manutenzjoni tiegħu, ikun mgħarraf kif xieraq bid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, li huwa jkun imħarreġ b’mod adegwat biex jaqdi l-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu, u li struzzjonijiet dwar kif jintuża dan it-tagħmir ikunu disponibbli fil-kabina tal-pilota, fejn dan ikun fattibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir ta’ sorveljanza fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali tal-informazzjoni ajrunawtika.

Artikolu 13

Eżenzjonijiet marbutin mal-katina ta’ sorveljanza kooperattiva

1.   Għall-każ speċifiku taż-żoni tal-approċċ fejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru huma pprovduti minn unitajiet militari jew taħt sorveljanza militari u meta l-limitazzjonijiet marbuta mal-akkwist jimpedixxu l-konformità mal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, id-data tal-konformità tal-katina ta’ sorveljanza kooperattiva, li m’għandhiex tkun aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2025.

2.   Wara konsultazzjoni mal-Maniġer tan-Netwerk u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-eżenzjonijiet ikkomunikati skont il-paragrafu 1 li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-EATMN.

Artikolu 14

Eżenzjonijiet marbutin mal-inġenji tal-ajru

1.   Inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom inħareġ qabel it-8 ta’ Jannar 2015 u li għandhom massa ta’ tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar, li m’għandhomx is-sett sħiħ tal-parametri deskritti fil-Parti C tal-Anness II disponibbli fuq bus diġitali abbord l-inġenju tal-ajru jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (c) tal-Artikolu 5(5).

2.   Inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom inħareġ qabel l-1 ta’ Jannar 1990 u li għandhom massa ta’ tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ aktar minn 250 mil tal-baħar jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(6).

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, l-informazzjoni dettaljata li tiġġustifika l-ħtieġa li jingħataw eżenzjonijiet lil dawk it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-kriterji mogħtija fil-paragrafu 5.

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talbiet għal eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, għandha tadotta deċiżjoni.

5.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru li jkunu resqin lejn tmiem il-ħajja produttiva tagħhom;

(b)

it-tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru li jkunu qed jiġu prodotti f’numri limitati;

(c)

spejjeż sproporzjonati ta’ modernizzazzjoni.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 7(1) għandhom japplikaw minn tta-13 ta' Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.


ANNESS I

Rekwiżiti tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

1.   Rekwiżiti tad-dejta ta’ sorveljanza

1.1.

Il-ktajjen kollha ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jipprovdu, bħala minimu, id-dejta ta’ sorveljanza li ġejja:

(a)

dejta dwar il-pożizzjoni 2D (il-pożizzjoni orizzontali tal-inġenju tal-ajru);

(b)

l-istatus tad-dejta ta’ sorveljanza:

kooperattiv/mhux kooperattiv/ikkombinat,

coasted jew le,

il-ħin tal-applikabilità tad-dejta dwar il-pożizzjoni 2D.

1.2.

Barra minn hekk, il-ktajjen kollha ta’ sorveljanza kooperattiva msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jipprovdu, bħala minimu, id-dejta ta’ sorveljanza li ġejja:

(a)

dejta dwar il-pożizzjoni vertikali (ibbażata fuq l-altitudni skont il-pressjoni li jibgħat l-inġenju tal-ajru);

(b)

dejta ta’ identifikazzjoni operattiva (l-identità tal-inġenju tal-ajru li jibgħat l-inġenju tal-ajru bħall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u/jew il-kodiċi tal-Mod A);

(c)

indikaturi supplimentari:

indikaturi ta’ emerġenza (jiġifieri interferenza illegali, ħsara fir-radju u emerġenza ġenerali),

indikatur ta’ pożizzjoni speċjali;

(d)

l-istatus tad-dejta ta’ sorveljanza (il-ħin tal-applikabilità tad-dejta dwar il-pożizzjoni vertikali).

2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-dejta ta’ sorveljanza

2.1.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-preċiżjoni, id-disponibilità, l-integrità, il-kontinwità u l-puntwalità tad-dejta ta’ sorveljanza pprovduta mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 4(3) u użata biex jitħallew jitwettqu l-applikazzjonijiet ta’ sorveljanza.

2.2.

L-evalwazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni orizzontali pprovduta mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tinkludi, bħala minimu, il-valutazzjoni tal-iżbalji fil-pożizzjoni orizzontali.

2.3.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ddefiniti skont il-punti 2.1 u 2.2.

2.4.

Il-verifika tal-konformità għandha titwettaq fuq il-bażi tad-dejta ta’ sorveljanza pprovduta fl-aħħar tal-katina tas-sorveljanza lill-utent tad-dejta ta’ sorveljanza.


ANNESS II

Parti A:   Il-kapaċitajiet tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(a) u (5)(a), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(1) u (2)

1.

Il-kapaċità minima għat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza għandha tkun il-Livell 2s tal-Mod S, iċċertifikat skont il-paragrafi 2.1.5.1.2, 2.1.5.1.7 u 3.1.2.10 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, Volum IV (ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85).

2.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

3.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-Mod S u skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(b)

il-kodiċi tal-Mod A;

(c)

l-altitudni skont il-pressjoni;

(d)

l-istatus tat-titjira (fuq l-art jew fl-ajru);

(e)

ir-rapport dwar il-kapaċità tad-dejta għall-konnessjoni;

il-kapaċità tas-sistema għall-prevenzjoni ta’ ħabtiet fl-ajru (ACAS),

il-kapaċità tas-servizzi speċifiċi tal-Mod S,

il-kapaċità tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru,

il-kapaċità ta’ trażmissjoni tat-tip squitter,

il-kapaċità tal-identifikatur tas-sorveljanza,

ir-rapport dwar il-kapaċità tal-Komunikazzjonijiet-B mibdija mill-art (GICB) użati b’mod komuni (indikazzjoni tal-bidliet),

in-numru tal-verżjoni tas-subnetwerk tal-Mod S;

(f)

ir-rapport dwar il-kapaċità tal-GICB użati b’mod komuni;

(g)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(h)

l-indikazzjoni ta’ pożizzjoni speċjali (SPI);

(i)

l-istatus ta’ emerġenza (emerġenza ġenerali, ebda komunikazzjoni, interferenza illegali), inkluż l-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tal-Mod A biex ikunu indikati l-istati differenti ta’ emerġenza;

(j)

parir attiv ta’ riżoluzzjoni tal-ACAS meta l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar bis-Sistema ta’ Twissija tat-Traffiku u għall-Prevenzjoni ta’ Ħabtiet II (TCAS II).

4.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

5.

L-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 4 għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-Mod S biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S.

6.

Il-kontinwità tal-funzjonalità tat-transponder li tappoġġa l-protokoll tal-Mod S għandha tkun ta’ 2. 10-4 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas (jiġifieri ż-żmien medju bejn il-ħsarat għandu jkun daqs 5 000 siegħa tajran jew iktar).

Parti B:   Il-kapaċitajiet tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(b), (5)(b) u (7), fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(3)

1.

Il-kapaċità minima għat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza għandha tkun il-Livell 2es tal-Mod S, iċċertifikat skont il-paragrafi 2.1.5.1.2, 2.1.5.1.6, 2.1.5.1.7 u 3.1.2.10 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, Volum IV (ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha san-Nru 85).

2.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

3.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-Verżjoni 2 tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter (ES)”, skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

mal-indirizz ICAO ta’ 24 bit tal-inġenju tal-ajru;

(b)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(c)

il-kodiċi tal-Mod A;

(d)

l-indikazzjoni ta’ pożizzjoni speċjali (SPI), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(e)

l-istatus ta’ emerġenza (emerġenza ġenerali, ebda komunikazzjoni, interferenza illegali), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(f)

in-numru tal-verżjoni tal-ADS-B (ugwali għal 2);

(g)

il-kategorija tal-emittent tal-ADS-B;

(h)

il-pożizzjoni ġeodetika orizzontali skont il-latitudni u l-lonġitudni tar-reviżjoni tal-1984 tas-Sistema Ġeodetika Dinjija (WGS84), kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art;

(i)

l-indikaturi tal-kwalità tal-pożizzjoni ġeodetika orizzontali (li jikkorrispondu għall-kategorija tal-konteniment tal-integrità (NIC), għall-kategorija ta’ 95 % preċiżjoni fin-navigazzjoni tal-pożizzjoni (NACp), għal-livell ta’ integrità tas-sors (SIL) u għal-livell tal-assigurazzjoni tad-disinn tas-sistema (SDA));

(j)

l-altitudni skont il-pressjoni, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A;

(k)

l-altitudni ġeometrika skont ir-reviżjoni tal-1984 tas-Sistema Ġeodetika Dinjija (WGS84), ipprovduta b’żieda mal-altitudni skont il-pressjoni u kkodifikata bħala d-differenza meta mqabbla magħha;

(l)

il-preċiżjoni vertikali ġeometrika (GVA);

(m)

il-veloċità fuq l-art, kemm waqt li jkun fl-ajru (il-veloċità fuq l-art meta jkun fl-ajru mil-Lvant għall-Punent u mit-Tramuntana għan-Nofsinhar) kif ukoll waqt li jkun fl-art (id-direzzjoni tal-wiċċ/ir-rotta fuq l-art u l-moviment);

(n)

l-indikatur tal-kwalità tal-veloċità, li jikkorrispondi għall-kategorija tal-preċiżjoni tan-navigazzjoni għall-veloċità (NACv);

(o)

it-tul u l-wisa’ kkodifikati tal-inġenju tal-ajru;

(p)

spostament tal-antenna tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS);

(q)

ir-rata vertikali: ir-rata vertikali barometrika, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fl-element tad-dejta fil-punt 2(g) tal-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S, jew ir-rata vertikali tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS);

(r)

altitudni magħżula tal-panil tal-kontroll tal-mod/tal-unità tal-kontroll tat-titjira (MCP/FCU), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S;

(s)

l-issettjar tal-pressjoni barometrika (800 hectoPascals taħt iż-żero), bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti C meta l-inġenju tal-ajru jkun meħtieġ u jkun kapaċi jittrażmetti dan l-element tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S;

(t)

parir attiv ta’ riżoluzzjoni tal-ACAS meta l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar bit-TCAS II, bl-użu tal-istess sors bħal dak użat għall-istess parametru speċifikat fil-Parti A.

4.

L-elementi tad-dejta ta’ sorveljanza (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h), (k) u (m)) u l-elementi tad-dejta tal-indikatur tal-kwalità tagħhom (l-elementi tad-dejta fil-punti 3(i), (l) u (n)) għandhom jiġu pprovduti lit-transponders fuq l-istess interfaċċja fiżika.

5.

Is-sors tad-dejta mqabbad mat-transponder u li jipprovdi l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i) għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-integrità tad-dejta li ġejjin:

(a)

il-livell ta’ integrità tas-sors (SIL, espress fir-rigward tan-NIC) tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)) għandu jkun ta’ 10-7 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas;

(b)

il-ħin għal twissija dwar l-integrità (li jwassal għal bidla fl-indikatur tal-kwalità tan-NIC) tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)), jekk il-kontroll abbord ikun meħtieġ jissodisfa l-livell ta’ integrità tas-sors tal-pożizzjoni orizzontali, għandu jkun ta’ 10 sekondi jew inqas.

6.

Is-sors primarju tad-dejta li jipprovdi l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i) għandu jkun mill-inqas kompatibbli mar-riċevituri tal-GNSS li jwettqu l-kontroll awtonomu tal-integrità tar-riċevituri (RAIM) u l-kxif u l-esklużjoni tal-ħsarat (FDE), flimkien mar-riżultat tal-informazzjoni korrispondenti dwar l-istatus tal-kejl, kif ukoll l-obbligu tal-konteniment tal-integrità u l-indikazzjonijiet tal-obbligu ta’ preċiżjoni ta’ 95 %.

7.

Il-livell ta’ integrità tas-sistema tas-sorsi tad-dejta li jipprovdu l-elementi tad-dejta fil-punt 3(f), (g), (k) sa (p) għandha tkun ta’ 10-5 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas.

8.

L-informazzjoni tal-indikatur tal-kwalità (NIC, NACp, SIL, SDA, NACv u GVA) (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(i), (l) u (n)) għandha tesprimi l-prestazzjoni attwali tas-sors tad-dejta magħżul kif tkun valida fil-ħin tal-applikabilità tal-kejl tal-elementi tad-dejta fil-punt (3(h), (k) u (m)).

9.

Fir-rigward tal-ipproċessar tal-elementi tad-dejta fil-punt 3(a) sa (t), il-livell ta’ integrità tas-sistema tat-transponder għall-protokoll tal-ADS-B “extended squitter”, inkluż kwalunkwe avjonika li tkun interkonnessa mat-transponder, għandu jkun ta’ 10-5 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas.

10.

Id-dewmien totali tad-dejta tal-pożizzjoni orizzontali (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(h) u (i)) għandu jkun ta’ 1,5 sekondi jew inqas f’95 % tat-trażmissjonijiet kollha.

11.

Id-dewmien mhux ikkumpensat tad-dejta tal-pożizzjoni orizzontali (l-element tad-dejta fil-punt 3(h)) għandu jkun ta’ 0,6 sekondi jew inqas f’95 % tal-każijiet u għandu jkun ta’ 1,0 sekonda jew inqas f’99,9 % tat-trażmissjonijiet kollha.

12.

Id-dewmien totali tal-elementi tad-dejta tal-veloċità fuq l-art (l-elementi tad-dejta fil-punt 3(m) u (n)) għandu jkun ta’ 1,5 sekondi jew inqas f’95 % tat-trażmissjonijiet kollha.

13.

Jekk it-transponder ikun issettjat biex juża kodiċi ta’ viżibilità tal-Mod A ta’ 1000, allura x-xandir tal-informazzjoni tal-kodiċi tal-Mod A permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter” għandu jkun imblukkat.

14.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

15.

Għajr għall-formati riżervati għall-militar, l-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 14 għandhom jiġu trażmessi mit-transponder permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter” biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-ADS-B “extended squitter”.

16.

Il-kontinwità tal-funzjonalità tat-transponder li tappoġġa l-protokoll tal-ADS-B għandha tkun ta’ 2. 10-4 għal kull siegħa ta’ tajran jew inqas (jiġifieri ż-żmien medju bejn il-ħsarat għandu jkun daqs 5 000 siegħa tajran jew iktar).

Parti C:   Il-kapaċità addizzjonali tad-dejta ta’ sorveljanza tat-transponders tar-radars sekondarji ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4)(c) u (5)(c), fl-Artikolu 7(2), fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 14(1)

1.

Kull reġistru ta’ transponder implimentat għandu jkun konformi mat-taqsima korrispondenti tad-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni).

2.

L-elementi tad-dejta li ġejjin għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder u għandhom jiġu trażmessi mit-transponder hekk kif mitlub mill-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art, permezz tal-protokoll tal-Mod S u skont il-formati speċifikati fid-dokument 9871 tal-ICAO (it-tieni edizzjoni):

(a)

l-altitudni magħżula tal-MCP/FCU;

(b)

l-angolu tal-qlib;

(c)

l-angolu veru tar-rotta;

(d)

il-veloċità fuq l-art;

(e)

id-direzzjoni manjetika;

(f)

il-veloċità fl-ajru indikata (IAS) jew in-numru Mach;

(g)

ir-rata vertikali (barometrika jew baroinerzjali);

(h)

l-issettjar tal-pressjoni barometrika (800 hectoPascals taħt iż-żero);

(i)

ir-rata tal-angolu tar-rotta jew il-veloċità vera fl-ajru jekk ir-rata tal-angolu tar-rotta ma tkunx disponibbli.

3.

Elementi oħra tad-dejta jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tat-transponder.

4.

L-elementi tad-dejta msemmija fil-punt 3 għandhom jiġu trażmessi mit-trasponder permezz tal-protokoll tal-Mod S biss jekk il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir ikopri t-trażmissjoni ta’ dawn l-elementi tad-dejta permezz tal-protokoll tal-Mod S.


ANNESS III

Rekwiżiti marbutin mal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 5(1)

1.

Id-dejta ta’ sorveljanza skambjata bejn is-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) għandha tkun soġġetta għal format tad-dejta li jkunu qablu fuqu l-partijiet ikkonċernati.

2.

Id-dejta ta’ sorveljanza ttrasferita ‘l barra mis-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħrajn tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandha tippermetti:

(a)

l-identifikazzjoni tas-sors tad-dejta;

(b)

l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dejta.

3.

Id-dejta ta’ sorveljanza ttrasferita ‘l barra mis-sistemi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) lil fornituri oħrajn tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandha tkun stampata bil-ħin, li għandu jingħata bħala l-ħin universali kkoordinat (UTC).


ANNESS IV

Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ arranġamenti formali msemmi fl-Artikolu 5(2)

L-arranġamenti formali bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għall-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza għandhom jinkludu l-kontenut minimu li ġej:

(a)

il-partijiet fl-arranġamenti;

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-arranġamenti;

(c)

l-ambitu tad-dejta ta’ sorveljanza;

(d)

is-sorsi tad-dejta ta’ sorveljanza;

(e)

il-format tal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza;

(f)

il-mezzi ta’ komunikazzjoni użati għall-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza;

(g)

il-punt tal-kunsinna tas-servizz tad-dejta ta’ sorveljanza;

(h)

ir-rekwiżiti tal-kwalità għad-dejta ta’ sorveljanza f’termini tal-affarijiet li ġejjin:

l-indikaturi jew il-parametri tal-prestazzjoni użati għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-metodi u l-istrumenti li għandhom jiġu applikati biex tiġi evalwata l-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-frekwenza tal-evalwazzjoni tal-kwalità tad-dejta ta’ sorveljanza,

il-proċeduri ta’ rappurtar dwar il-kwalità tad-dejta,

għal kull indikatur tal-prestazzjoni għandha tiġi ddefinita l-firxa aċċettabbli tal-valuri flimkien mal-proċedura li għandha tiġi applikata jekk il-valur ikun ‘il barra minn dik il-firxa ddefinita,

l-identifikazzjoni tal-parti li hija responsabbli biex tiċċekkja u tiżgura li r-rekwiżiti tal-kwalità jkunu sodisfatti;

(i)

il-livelli tas-servizz li sar qbil fuqhom f’termini tal-affarijiet li ġejjin:

is-sigħat ta’ disponibilità,

il-kontinwità,

l-integrità,

iż-żmien medju bejn il-ħsarat,

iż-żmien tar-reazzjoni fil-każ ta’ interruzzjoni tas-servizz,

il-proċeduri għall-ippjanar u t-twettiq ta’ manutenzjoni preventiva,

(j)

il-proċeduri għall-ġestjoni tal-bidliet;

(k)

l-arranġamenti għar-rappurtar fir-rigward tal-prestazzjoni u d-disponibilità inkluż fil-każ ta’ interruzzjoni mhux prevista tas-servizz;

(l)

l-arranġamenti għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni;

(m)

l-arranġamenti għas-salvagwardja tal-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art u l-arranġamenti għan-notifiki.


ANNESS V

Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni tal-ktajjen ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 7(1)

1.

Il-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni kontinwa tas-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq fil-volum tal-ispazju tal-ajru fejn isir l-għoti korrispondenti tas-servizzi ta’ sorveljanza li jużaw dawk is-sistemi.

2.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jikkontrollaw perjodikament is-sistema u l-komponenti tagħha u jiżviluppaw u jsaħħu sistema ta’ validazzjoni tal-prestazzjoni. Għandu jkun hemm qbil fuq il-perjodiċità mal-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza u għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sistema u tal-komponenti tagħha.

3.

Qabel l-implimentazzjoni ta’ modifika tad-disinn tal-ispazju tal-ajru, is-sistemi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandhom jiġu vverifikati sabiex ikun ikkontrollat li huma jkun għadhom jissodisfaw il-livelli ta’ prestazzjoni meħtieġa fil-volum ġdid tal-operat.


ANNESS VI

Rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9

1.

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fl-Artikolu 4.

2.

Ir-rekwiżiti tal-interoperabilità speċifikati fl-Artikolu 5(2), (3) u (7).

3.

Ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ispettru speċifikati fl-Artikolu 6.

4.

Ir-rekwiżiti tal-proċeduri assoċjati speċifikati fl-Artikolu 7.

5.

Ir-rekwiżit tal-inġenji tal-ajru tal-Istat speċifikat fl-Artikolu 8(5).

6.

Ir-rekwiżiti addizzjonali speċifikati fl-Artikolu 12(3).

7.

Ir-rekwiżiti marbutin mal-iskambju tad-dejta ta’ sorveljanza mniżżla fil-punt 3 tal-Anness III.


ANNESS VII

Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità jew tal-adegwatezza għall-użu tal-komponenti msemmija fl-Artikolu 10

1.

L-attivitajiet marbutin mal-verifika tal-konformità għandhom juru l-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-komponenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament waqt li dawn il-komponenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent tat-test.

2.

Il-manifattur għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jistabbilixxi l-ambjent xieraq għall-ittestjar;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-komponenti fl-ambjent tat-test;

(c)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

3.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-komponenti msemmija fl-Artikolu 10, integrati fl-ambjent tal-ittestjar, jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

4.

Wara li l-verifika tal-konformità jew tal-adegwatezza għall-użu tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti, il-manifattur għandu jfassal, taħt ir-responsabilità tiegħu, id-dikjarazzjoni KE ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu u jispeċifika, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament li l-komponent jissodisfa u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati miegħu, skont il-punt 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


ANNESS VIII

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (2)

1.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid ikollu fis-seħħ metodi ta’ rrappurtar fi ħdan l-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika.

2.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jwettaq il-kontrolli bl-ikbar integrità professjonali possibbli u bl-ikbar kompetenza teknika possibbli u li huwa ħieles minn kull pressjoni jew inċentiv, b’mod partikolari ta’ tip finanzjarju, li jista’ jaffettwa l-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu, b’mod partikolari min-naħa ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li huma affettwati mir-riżultati tal-kontrolli.

3.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li bih ikun jista’ jwettaq kif xieraq il-kontrolli meħtieġa.

4.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, tagħrif sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jrid iwettaq, esperjenza adegwata ta’ tali operazzjonijiet u l-abilità meħtieġa biex ifassal id-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-verifiki jkunu twettqu.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu b’imparzjalità. Ir-rimunerazzjoni tiegħu m’għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ tali kontrolli.


ANNESS IX

Parti A:   Rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(1)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament, f’ambjent ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-istrumenti tat-testijiet użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) irid ikollhom il-funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet li saru qabel ma s-sistema bdiet titħaddem.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jistabbilixxi l-ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku adattat, li jirrifletti l-ambjent operattiv;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku;

(c)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(e)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(f)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(g)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

6.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), imħaddma f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

7.

Wara li l-verifika tal-konformità tkun tlestiet b’mod sodisfaċenti, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni KE ta’ verifika tas-sistema u jissottomettuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza, flimkien mal-fajl tekniku, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.

Parti B:   Rekwiżiti għall-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(2)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament, f’ambjent ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha titwettaq skont prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-istrumenti tat-testijiet użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) irid ikollhom funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

(b)

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet li saru qabel ma s-sistema bdiet titħaddem.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jistabbilixxi l-ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku adattat li jirrifletti l-ambjent operattiv u għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ verifika jitwettqu minn korp innotifikat.

6.

Il-korp innotifikat għandu jiġġestixxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu, b’mod partikolari:

(a)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv u tekniku;

(b)

jivverifika li l-pjan tal-ittestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan tal-ittestjar;

(d)

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, il-persunal, l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tal-ittestjar;

(e)

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan tal-ittestjar;

(f)

jikteb ir-rapport li jippreżenta r-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

7.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 2(1), imħaddma f’ambjent ta’ valutazzjoni operattiv, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

8.

Wara li l-kompiti ta’ verifika jkunu tlestew b’mod sodisfaċenti, il-korp innotifikat għandu jfassal ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-kompiti li jkun wettaq.

9.

Imbagħad, il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jfassal id-dikjarazzjoni KE ta’ verifika tas-sistema u jissottomettiha lill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni, flimkien mal-fajl tekniku, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.