2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2011
tal-1 ta' Marzu 2011
dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura kif provdut fid-Direttiva. |
(2) |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ħarġet ir-rakkomandazzjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura. |
(3) |
L-annessi għad-dikjarazzjoni tal-konformità skont it-tip għandhom jipprovdu evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbi u r-regoli nazzjonali nnotifikati tkomplew, u għandhom jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità, ir-regoli nazzjonali u dispożizzjonijiet oħrajn. L-awtorizzazzjoni tat-tip, li hija identifikata bin-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni, għandha tipprovdi tagħrif dwar ir-rekwiżiti legali kollha li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tat-tip fi Stat Membru. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip, imsemmi fl-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2008/57/KE jidher stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-2 ta' Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, minbarra Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
ANNESS
MUDELL TA' DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ MA' TIP AWTORIZZAT TA' VETTURA
Aħna,
Applikant (1) [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
Rappreżentant Awtorizzat: [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
tal-applikant [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
Niddikjaraw taħt ir-responsabbiltà assoluta tagħna, li l-vettura [Numru Ewropew tal-Vettura] (2) li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni
— |
hija konformi ma' vettura ta' tip [identifikazzjoni skont ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi Awtorizzati ta' Vettura (ERATV)] awtorizzat fl-Istati Membri li ġejjin:
|
— |
hija konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabilità, u r-regoli nazzjoni applikabbli, kif indikat fl-Annessi għal din id-dikjarazzjoni, |
— |
għaddiet mill-proċeduri kollha ta' verifika meħtieġa biex jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni. |
Lista tal-annessi (3)
[titli tal-annessi]
Iffirmat għal u f'isem [isem l-applikant]
Magħmul fi [post], [data JJ/XX/SSSS]
[isem, kariga] [firma]
Kaxxa riżervata għall-NSA: EVN allokat lill-vettura: [EVN] |
(1) L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan l-Unjoni.
(2) Jekk fil-waqt li tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni, il-vettura ma jkunx għadu ngħatalha Numru Ewropew tal-Vettura (EVN), il-vettura għandha tiġi identifikata skont sistema ta' identifikazzjoni oħra miftiehma bejn l-applikant u l-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà (NSA) kompetenti. F'dan il-każ, meta jingħata EVN lill-vettura, l-NSA għandha timla l-parti riservata għal dan it-tagħrif.
(3) L-Annessi għandhom jinkludu kopji tad-dokumenti li juru evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE), u r-regoli nazzjonali tkomplew.