16.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/69


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fi Franza

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8095)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/743/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għal kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Dik il-lista tinkludi partijiet mit-territorju tad-Dipartimenti ta’ Bas-Rhin u Moselle fi Franza.

(2)

Franza infurmat lill-Kummissjoni dwar żviluppi riċenti fir-rigward ta’ dik il-marda tal-ħnieżer selvaġġi fit-territorju tar-reġjun tal-Vosgues tat-Tramuntana u b’mod partikolari fil-parti tad-Dipartimenti ta’ Bas-Rhin u Moselle li jinsabu fil-punent tar-Rhine.

(3)

Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi nqered fid-Dipartimenti ta’ Bas Rhin u Moselle. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/855/KE m’għandhomx japplikaw iżjed għal dawn id-Dipartimenti u l-entrata għal Franza fil-lista tal-Anness tagħha għandha titħassar. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Article 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 2 tal-Parti I hu mħassar.

Article 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.