8.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Ġunju 2011
dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3751)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/332/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/554/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika. Wara l-analiżi tal-kriterji stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE (3) stabbilixxiet kriterji riveduti li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011. |
(4) |
Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Fid-dawl tal-analiżi, huwa xieraq li tiġi modifikata d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda. Dawk il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2002/741/KE għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza. |
(6) |
Għandu jitħalla perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta għall-karta tal-ikkupjar u l-karta grafika abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE, biex ikollhom żmien suffiċjenti sabiex jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” għandu jinkludi folji jew rollijiet ta’ karta vojta mhux stampata u mhux konvertita, u kartonċin mhux konvertit sa piż bażi ta’ 400 gm/m2.
2. Ma għandux jinkludi karta tal-gazzetti, karta termalment sensittiva, karta fotografika u karta mingħajr karbonju, karta tal-imballaġġ u tat-tgeżwir kif ukoll karta bil-fwieħa.
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“fibri rriċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-kurrent ta’ skart waqt proċess ta’ manifattura jew iġġenerati mid-djar jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom. Huwa eskluż l-użu mill-ġdid ta’ materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu reklamati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (mill broke) – prodotti minnhom stess jew mixtrija).
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta’ karta għall-ikkupjar u karta grafika jrid ikun jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika”, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“karta għall-ikkupjar u karta grafika” għandu jkun “011”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2002/741/KE hija rrevokata.
Artikolu 7
1. B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” li jiġu sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2002/741/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” li jiġu sottomessi mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 2002/741/KE jew fuq il-kriterji stipulati f’din id-Deċiżjoni.
Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom ikunu bbażati.
3. Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE, dik l-Ekotikketta tal-UE tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 210, 10.8.1999, p. 16.
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jnaqqsu l-iskariki ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilma, inaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis tal-ożonu, tnaqqis tar-riżorsi mhux rinnovabbli) billi jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati fl-arja, jitnaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u jiġu applikati prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli sabiex jitħarsu l-foresti.
KRITERJI
Dawn il-kriterji huma stabbiliti għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:
1. |
Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja |
2. |
Użu tal-enerġija |
3. |
Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
4. |
Sustanzi kimiċi perikolużi |
5. |
Immaniġġjar tal-iskart |
6. |
Adegwatezza għall-użu |
7. |
Informazzjoni fuq l-imballaġġ |
8. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta |
Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni/materja prima rriċiklata tidħol fil-fabbrika, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-fabbrika tal-polpa. Għall-proċessi ta’ produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha mit-taħbit tal-polpa (diżintegrazzjoni tal-karta rriċiklata) sat-tkebbib tal-karta fuq ir-rombli.
Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport, il-konverżjoni u l-imballaġġ tal-polpa, il-karta jew il-materja prima mhumiex inklużi.
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.
Fejn l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.
Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.
Korp kompetenti għandu jwettaq spezzjonijiet fil-post biex jivverifika l-konformità ma’ dawn il-kriterji.
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 – Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja
(a) COD, Kubrit (S), NOx, Fosforu (P)
Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom ikunu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat aktar ‘l isfel.
L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5.
L-għadd totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0.
Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt).
Għal kull polpa “i” li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta’ COD (COD polpa,i espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja —ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. L-emissjoni ppeżata ta’ COD għall-polpi mbagħad tiġi miżjuda mal-emissjoni mkejla ta’ COD mill-produzzjoni tal-karta sabiex tinkiseb emissjoni totali ta’ COD, COD totali.
Il-valur ta’ referenza ppeżat ta’ COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta’ referenza ppeżati għal kull polpa użata u jiżdied mal-valur ta’ referenza għall-produzzjoni tal-karta sabiex jagħti valur ta’ referenza totali ta’ COD, COD reftotal. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta huma mogħtija fit-tabella 1.
Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta’ COD għandha tiġi diviża bil-valur ta’ referenza totali ta’ COD kif ġej:
Tabella 1
Valuri ta’ referenza minn tipi differenti ta’ polpa u mill-produzzjoni tal-karta
Grad ta’ Polpa/Karta |
Emissjonijiet (kg/ADT) (*) |
|||
COD referenza |
S referenza |
NOx, referenza |
P referenza |
|
Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit) |
18,0 |
0,6 |
1,6 |
0,045 (*) |
Polpa Kimika bbliċjata (sulfit) |
25,0 |
0,6 |
1,6 |
0,045 |
Polpa kimika mhux ibbliċjata |
10,0 |
0,6 |
1,6 |
0,04 |
CTMP |
15,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
TMP/polpa ta’ njam mitħun |
3,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
Polpa ta’ fibra rriċiklata |
2,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
Karta (fabbriki tal-karti mhux integrati fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq) |
1 |
0,3 |
0,8 |
0,01 |
Karta (Fabbriki tal-karti oħra) |
1 |
0,3 |
0,7 |
0,01 |
F’każ ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku mill-istess fabbrika, l-emissjonijiet ta’ S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:
2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]
L-elettriku f’dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fil-fabbrika ta’ koġenerazzjoni.
Is-sħana f’dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(ossid.): EPA nru 8; S(imnaqqsa): EPA nru 16 A; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349.
Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Hija għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet konnessi mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bajli ta’ rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bajli tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Il-valuri rrappurtati ta’ emissjonijiet ta’ S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll l-emissjonijiet imnaqqsa ta’ S (sulfur tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfur tal-idroġenu eċċ.). L-emissjonijiet ta’ S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.
Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
(b) AOX
— |
Sal-31 ta’ Marzu 2013, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,20 kg/ADT. |
— |
Mill-1 ta’ April 2013 sakemm tispiċċa l-validità ta’ din id-Deċiżjoni, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0, 17 kg/ADT. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.
Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jiġi mkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta’ karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta’ polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.
Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
(c) CO2
L-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta’ karta prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-fabbriki tal-karti mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.
L-applikant għandu jagħti dejta tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post).
Il-fatturi ta’ emissjoni li ġejjin għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-fjuwils:
Tabella 2
Fjuwil |
Emissjoni ta’ CO2 fossili |
Unità |
Faħam |
95 |
g CO2 fossili/MJ |
Żejt mhux raffinat |
73 |
g CO2 fossili/MJ |
Żejt tal-fjuwil 1 |
74 |
g CO2 fossili/MJ |
Żejt tal-fjuwil 2-5 |
77 |
g CO2 fossili/MJ |
LPG |
69 |
g CO2 fossili/MJ |
Gass Naturali |
56 |
g CO2 fossili/MJ |
Elettriku mill-Grilja |
400 |
g CO2 fossili/kWh |
Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.
L-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) mixtrija u użati għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija fil-fatt tkun qiegħda tintuża fil-fabbrika tal-karti jew qiegħda tinxtara minn barra.
Kriterju 2 – Użu tal-enerġija
(a) Elettriku
Il-konsum ta’ elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat aktar ’l isfel.
L-għadd ta’ punti, PE, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.
Il-kalkolu ta’ PE għandu jsir kif ġej.
Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat ta’ elettriku (E pulp, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Epulp, i = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ
Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta’ elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Epaper) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Epaper = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PE) kif ġej:
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
(b) Fjuwil (sħana)
Il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat aktar ‘l isfel.
L-għadd ta’ punti, PF, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.
Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej.
Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat ta’ fjuwil (Fpulp, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fpulp, i = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament
Nota:
Fpulp, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, pulp) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika sakemm ma tkunx polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa.
L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq.
Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fpaper, espress f’kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fpaper = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PF) kif ġej:
Tabella 3
Valuri ta’ referenza għall-elettriku u l-fjuwil
Grad ta’ polpa |
Fjuwil kWh/ADT Freferenza |
Elettriku kWh/ADT Ereferenza |
Polpa kimika |
4 000 (Nota: għall-polpa tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa (admp), dan il-valur jista’ jogħla b’25 % għall-enerġija tat-tnixxif) |
800 |
Polpa mekkanika |
900 (Nota: dan il-valur huwa applikabbli biss għall-admp) |
1 900 |
CTMP |
1 000 |
2 000 |
Polpa ta’ fibra rriċiklata |
1 800 (Nota: għall-admp, dan il-valur jista’ jogħla b’25 % għall-enerġija tat-tnixxif) |
800 |
Grad ta’ karta |
Fjuwil kWh/tunnellata |
Elettriku kWh/tunnellata |
Karta fina bla njam mhux miksija Karta għar-rivisti (SC) |
1 800 |
600 |
Karta fina bla njam miksija Karta miksija għar-rivisti (LWC, MWC) |
1 800 |
800 |
Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata kollha ta’ sostenn. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta’ elettriku u fjuwil.
L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha ta’ enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-karta rriċiklata. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija.
L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Hija tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku - madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija totali tas-sħana.
L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma m’hemmx għalfejn jiġi inkluż.
Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0, 8 u jiżdied mal-konsum totali ta’ fjuwil.
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
Kriterju 3 – Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti
Il-materja prima tal-fibri fil-karta tista’ tkun fibra rriċiklata jew verġni.
Il-fibri verġni għandhom ikunu koperti minn ġestjoni sostenibbli valida tal-foresti u katina ta’ ċertifikati ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Madankollu, fejn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta’ materjal iċċertifikat u materjal mhux iċċertifikat fi prodott jew linja ta’ prodotti, il-proporzjon tal-materjal mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 50 %. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb b’mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta’ kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, kwantitajiet u oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta.
Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta’ ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ parti terza, bħall-PEFC, il-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta’ prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun inqas minn 50 fil-mija u jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb legalment u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Fejn jintużaw fibri rriċiklati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta’ gradi ta’ karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntużaw l-ebda karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (tiegħu stess jew mixtrija).
Kriterju 4 – Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħal SDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.
(a) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu speċifikati hawn taħt.
Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:
GHS Dikjarazzjoni ta’ Periklu (3) |
Frażi ta’ Riskju tal-UE (4) |
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R27 |
H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R24 |
H330 Fatali jekk jiġi inalat |
R23/26 |
H331 Tossiku jekk jiġi inalat |
R23 |
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
H361fd. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. |
R62-63 |
H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa |
R64 |
H370 Jikkawża ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/25/24/23 |
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/20/21/22 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku |
R29 |
EUH031 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidi jillibera gass tossiku |
R31 |
EUH032 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidi jillibera gass tossiku ħafna |
R32 |
EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn |
R39-41 |
Ma għandhom jintużaw l-ebda formulazzjoni ta’ żebgħa kummerċjali, sustanzi koloranti, aġenti għall-finitura tal-uċuħ, awżiljarji u materjali ta’ kisi fuq polpa jew karta li tkun ġiet assenjata jew li fil-ħin tal-applikazzjoni tista’ tiġi assenjata d-dikjarazzjoni ta’ periklu H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. |
R43 |
L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ periklu elenkati ta’ hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu, u għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta’ konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % ta’ piż skont il-piż.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(b) Sustanzi elenkati skont l-artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta għall-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw fil-każ li tkun aktar baxxa minn 0,1 %.
Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:
http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
Ir-referenza għal-lista għandha ssir fid-data tal-applikazzjoni.
L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(c) Kloru
Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta’ fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru.
(d) APEOs
Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, dispersanti jew kisjiet. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ dawn il-prodotti.
(e) Monomeri residwi
Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż l-akrilammida) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):
Dikjarazzjoni ta’ Periklu (5) |
Frażi ta’ Riskju (6) |
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50/50-53 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
L-akrilammida ma għandhiex tkun preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).
Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sustanzi kimiċi użati fit-trattament estern tal-ilma.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).
(f) Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka
L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli (ara l-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija hawn taħt).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwali ta’ degradazzjoni (inkluż l-adsorbiment) fi 28 ġurnata ta’ mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u mill-anqas 60 % għal 302 C.
(g) Bijoċidi:
Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew f’aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijokumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni stabbilit b’mod sperimentali (BCF) ta’ ≤ 100.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.
(h) Ażokoloranti
Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f’xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
|
(92-67-1) |
||
|
(92-87-5) |
||
|
(95-69-2) |
||
|
(91-59-8) |
||
|
(97-56-3) |
||
|
(99-55-8) |
||
|
(106-47-8) |
||
|
(615-05-4) |
||
|
(101-77-9) |
||
|
(91-94-1) |
||
|
(119-90-4) |
||
|
(119-93-7) |
||
|
(838-88-0) |
||
|
(120-71-8) |
||
|
(101-14-4) |
||
|
(101-80-4) |
||
|
(139-65-1) |
||
|
(95-53-4) |
||
|
(95-80-7) |
||
|
(137-17-7) |
||
|
(60-09-3) |
||
|
(90-04-0) |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(i) Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall
Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.
(j) Impuritajiet joniċi f’materjali koloranti
Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.
Kriterju 5 – Immaniġġjar tal-iskart
Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-karta għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
— |
il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-kurrent tal-iskart, |
— |
il-proċeduri għall-irkupru ta’ materjali għal użijiet oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu, |
— |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni). |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta’ kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
Kriterju 6 – Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi l-konformità mal-ambitu tal-kriterji. Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jikkonformaw ma’ wieħed mill-istandards li ġejjin:
— |
Karti għall-ikkupjar: EN 12281 – “Printing and business paper - Requirements for copy paper for dry toner imaging processes” |
— |
Karti kontinwi: EN 12858 – “Paper - Printing and business paper - Requirements for continuous stationery” |
Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-permanenza skont l-istandards applikabbli. Il-manwal tal-utent se jipprovdi l-lista tan-normi u l-istandards li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-permanenza.
Bħala alternattiva għall-użu tal-metodi ta’ hawn fuq, il-produtturi għandhom jiggarantixxu l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom billi jipprovdu dokumentazzjoni xierqa li turi l-kwalità tal-karta, skont l-istandard EN ISO/IEC 17050-1:2004, li jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumenti normattivi min-naħa tal-fornituri.
Kriterju 7 – Informazzjoni fuq l-imballaġġ
L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq l-imballaġġ tal-prodott:
“Jekk jogħġbok iġbor il-karta użata għar-riċiklaġġ”.
Barra minn hekk, jekk jintużaw fibri riċiklati, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-perċentwal minimu ta’ fibri rriċiklati ħdejn il-logo tal-Ekotikketta tal-UE.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.
Kriterju 8 – Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:
“— |
tniġġis baxx tal-arja u tal-ilma |
— |
użu ta’ fibri ċċertifikati U/JEW użu ta’ fibri rriċiklati [każ b’każ] |
— |
sustanzi perikolużi ristretti” |
Il-linji gwida għall-użu tat-tiketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta fuq is-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(*) eżenzjoni minn dan il-livell, sa livell ta’ 0,1 għandha tingħata meta jkun jista’ jintwera li l-livell ogħla ta’ P huwa dovut għal P li jseħħ b’mod naturali fil-polpa tal-injam
(1) Kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16)
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(5) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(6) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.