14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2011

dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2741)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/275/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi,

(1)

Skont l-Artikolu 2(e) u l-Anness II għad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja tinqasam f’subsistemi strutturali u funzjonali, inkluża subsistema tal-infrastruttura.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2006) 124 finali tad-9 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni tat mandat lill-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) biex tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) skont id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2). Skont it-termini tal-mandat, l-Aġenzija ntalbet tfassal l-abbozz ta’ STI relatata mas-subsistema tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) huma speċifikazzjonijiet adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE. Is-STI tal-Anness tkopri s-subsistema tal-infrastruttura bl-għan li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u li tiżgura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(4)

Is-STI tal-Anness ma tittrattax għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali kollha. Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-aspetti tekniċi li mhumiex koperti huma identifikati bħala punti mhux konklużi fl-Anness F ta’ din is-STI.

(5)

Is-STI tal-Anness għandha tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u għall-verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika li għandhom jintużaw għall-każijiet speċifiċi, kif ukoll dwar l-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.

(7)

Is-STI tal-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-STI rilevanti l-oħra li jistgħu jkunu applikabbli għas-subsistemi tal-infrastruttura.

(8)

Is-STI tal-Anness ma għandhiex timponi l-użu ta’ teknoloġiji jew soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi għajr fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea.

(9)

Skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI tal-Anness għandha tippermetti, għal perjodu limitat, li l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu inkorporati f’subsistemi mingħajr ċertifikazzjoni, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Sew biex tiġi inkoraġġuta l-innovazzjoni, kif ukoll biex titqies l-esperjenza miksuba, is-STI tal-Anness għandha tkun suġġetta għal reviżjoni kull tant żmien.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (“STI”) rigward is-subsistema tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea hija adottata mill-Kummissjoni.

Is-STI għandha tkun kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din is-STI għandha tkun applikabbli għal kull infrastruttura ġdida, aġġornata jew rinnovata tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, kif definit fl-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 3

1.   Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala punti mhux konklużi fl-Anness F tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistema koperta b’din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-punti mhux konklużi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.   L-Istat Membru għandu jiddefinixxi liema linji tan-netwerk tat-trasport konvenzjonali trans-Ewropew (“TEN-T”) kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huma maħsuba li jiġu kklassifikati bħala linji ewlenin tat-TEN jew linji oħra tat-TEN abbażi tal-kategoriji li jidhru fit-Taqsima 4.2.1 ta’ din is-STI. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Aġenzija u tal-Istati Membri, għandha tikkoordina l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, speċjalment fir-rigward tal-qsim tal-fruntieri u l-konsistenza tagħha mal-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni dwar is-Sistema Ewropea tal-Amministrazzjoni tat-Traffiku Ferrovjarju kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE (5).

3.   Il-klassifikazzjoni finali li tirriżulta minn din il-koordinazzjoni għandha tiġi analizzata mill-kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (6) u, wara diskussjoni, tiġi ppubblikata mill-Aġenzija.

4.   Meta jiddefinixxi l-pjan nazzjonali ta’ migrazzjoni, l-Istat Membru għandu jqis il-klassifikazzjoni ppubblikata mill-Aġenzija.

Artikolu 5

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u għall-verifika tal-KE stipulati fil-Kapitolu 6 tas-STI tal-Anness għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

Artikolu 6

1.   Għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin, għandu jkun possibbli li jinħareġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema li jkollha kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkollhomx Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew idoneità għall-użu, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 6.6 tal-Anness.

2.   Il-produzzjoni jew l-aġġornament/tiġdid tas-subsistema bl-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabilità mhux iċċertifikati għandha titlesta fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż it-tqegħid fis-servizz.

3.   Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

Ir-raġunijiet għalfejn il-kostitwenti tal-interoperabbiltà ma jiġux iċċertifikati jiġu identifikati sew fil-proċedura ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

Id-dettalji tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà li ma jiġux iċċertifikati u r-raġunijiet għalfejn ma ġewx iċċertifikati, inkluż l-applikazzjonijiet tar-regoli nazzjonali indikati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE, jiġu inklużi mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

4.   Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, u bl-eċċezzjonijiet li t-Taqsima 6.6.3 tippermetti għall-manutenzjoni, il-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom ikunu koperti permezz tad-Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew idoneità għall-użu qabel ma jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-subsistema.

Artikolu 7

Skont l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-Kapitolu 7 tas-STI fl-Anness, jistipula strateġija kif għandha sseħħ il-migrazzjoni lejn subsistema tal-infrastruttura li tkun totalment interoperabbli. Din il-migrazzjoni jeħtieġ li tiġi applikata flimkien mal-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva li jispeċifika l-prinċipji tal-applikazzjoni tas-STI għal proġetti ta’ tiġdid u aġġornament. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/57/KE. Dan ir-rapport jiġi diskuss fil-kuntest tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE u, fejn ikun xieraq, is-STI imsemmija fl-Anness tiġi adattata.

Artikolu 8

1.   Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala każijiet speċifiċi stipulati fil-Kapitolu 7 tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistemi koperti b’din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60.

(6)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(7)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

DIRETTIVA 2008/57/KE DWAR L-INTEROPERABILITÀ TAS-SISTEMA FERROVJARJA FIL-KOMUNITÀ

SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ

Subsistema tal-“Infrastruttura” għall-ferroviji konvenzjonali

1.

DAĦLA 62

1.1.

Ambitu Tekniku 62

1.2.

Ambitu Ġeografiku 62

1.3.

Kontenut ta’ din is-STI 62

2.

DEFINIZZJONI U AMBITU TAS-SUBSISTEMA 62

2.1.

Definizzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura 62

2.2.

Interfaces ta’ din is-STI ma’ STI oħrajn 63

2.3.

Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa 63

2.4.

Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji 63

2.5.

Inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes 63

3.

REKWIŻITI ESSENZJALI 63

4.

DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TAL-INFRASTRUTTURA 66

4.1.

Daħla 66

4.2.

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema 66

4.2.1.

Kategoriji tal-Linji tas-STI 66

4.2.2.

Parametri ta’ prestazzjoni 66

4.2.3.

Parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura 68

4.2.3.1.

Lista ta’ Parametri Bażiċi 68

4.2.3.2.

Rekwiżiti għall-Parametri Bażiċi 69

4.2.4.

Arranġament tal-linji 70

4.2.4.1.

Il-qies minimu tal-istrutturi 70

4.2.4.2.

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji 70

4.2.4.3.

Gradjenti massimi 70

4.2.4.4.

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali 70

4.2.4.5.

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali 71

4.2.5.

Parametri tal-binarji 71

4.2.5.1.

Qies standard nominali tal-binarju 71

4.2.5.2.

Pożizzjoni mżerżqa 71

4.2.5.3.

Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin) 71

4.2.5.4.

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa 71

4.2.5.4.1.

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fir-rotta diretta (through route) Ta’ punt ta’ qlib u ta’ qsim 72

4.2.5.4.2.

Bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju diverġenti ta’ punti ta’ qlib 72

4.2.5.5.

Koniċità ekwivalenti 72

4.2.5.5.1.

Valuri skont id-disinn tal-koniċità ekwivalenti 72

4.2.5.5.2.

Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz 73

4.2.5.6.

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi 73

4.2.5.7.

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja 74

4.2.5.7.1.

Linja sempliċi 74

4.2.5.7.2.

Rekwiżiti għall-qlib u għall-qsim 74

4.2.5.8.

Ebusija tal-binarji 74

4.2.6.

Punti tal-qlib u tal-qsim 74

4.2.6.1.

Mezzi ta’ llokkjar 74

4.2.6.2.

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz 74

4.2.6.3.

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss 75

4.2.7.

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati 75

4.2.7.1.

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali 75

4.2.7.2.

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji 75

4.2.7.3.

Reżistenza laterali tal-binarji 76

4.2.8.

Reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku 76

4.2.8.1.

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku 76

4.2.8.1.1.

Tagħbijiet vertikali 76

4.2.8.1.2.

Forzi ċentrifugali 77

4.2.8.1.3.

Forzi serriepa (nosing forces) 77

4.2.8.1.4.

Azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali) 77

4.2.8.1.5.

Liwja fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji 77

4.2.8.2.

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art 77

4.2.8.3.

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji 77

4.2.8.4.

Reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku 77

4.2.9.

Kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati 78

4.2.9.1.

Determinazzjoni tal-limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm 78

4.2.9.2.

Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju 78

4.2.9.3.

Limitu għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju 79

4.2.9.4.

Limitu għal azzjoni immedjata għall-pożizzjoni mżerżqa 80

4.2.10.

Pjattaformi 80

4.2.10.1.

Tul utilizabbli tal-pjattaformi 80

4.2.10.2.

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi 80

4.2.10.3.

Tmiem il-pjattaformi 80

4.2.10.4.

L-għoli tal-pjattaformi 80

4.2.10.5.

Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi 80

4.2.11.

Saħħa, sikurezza u ambjent 80

4.2.11.1.

Il-varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini 80

4.2.11.2.

Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni 81

4.2.11.3.

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku 81

4.2.11.4.

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji 81

4.2.11.5.

L-effett tar-rjieħ inkroċjati 81

4.2.12.

Miżuri għall-operazzjonijiet 81

4.2.12.1.

Markaturi tad-distanza 81

4.2.13.

Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji 81

4.2.13.1.

Ġenerali 81

4.2.13.2.

Mezzi biex jitbattal it-tojlit 81

4.2.13.3.

Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji 81

4.2.13.4.

Stokkjar mill-ġdid tal-ilma 81

4.2.13.5.

Provvista mill-ġdid tal-karburant 82

4.2.13.6.

Provvista ta’ puntali tal-elettriku 82

4.3.

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces 82

4.3.1.

Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji 82

4.3.2.

Interfaces mas-subsistema tal-enerġija 84

4.3.3.

Interfaces mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni 84

4.3.4.

Interfaces mas-subsistema tal-operat u tal-immaniġġjar tat-traffiku 84

4.4.

Regoli operattivi 84

4.4.1.

Kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ xogħlijiet ippjanati minn qabel 84

4.4.2.

Operazzjoni ddegradata 84

4.4.3.

Protezzjoni tal-ħaddiema mill-effetti aerodinamiċi 84

4.5.

Pjan ta’ manutenzjoni 85

4.5.1.

Qabel ma linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz 85

4.5.2.

Wara li linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz 85

4.6.

Kompetenzi professjonali 85

4.7.

Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza 85

4.8.

Reġistru tal-infrastruttura 85

5.

KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ 85

5.1.

Bażi li fuqha ntgħażlu l-kostitwenti tal-interoperabilità 85

5.2.

Lista ta’ kostitwenti 85

5.3.

Prestazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-kostitwenti 86

5.3.1.

Il-linja ferrovjarja 86

5.3.1.1.

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti 86

5.3.1.2.

Il-mument ta’ inerzja tas-sezzjoni trasversali tal-linja ferrovjarja 86

5.3.1.3.

L-ebusija tal-linja ferrovjarja 86

5.3.2.

Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji 86

5.3.3.

Fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji 86

6.

VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI 87

6.1.

Kostitwenti tal-Interoperabilità 87

6.1.1.

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità 87

6.1.2.

Applikazzjoni tal-moduli 87

6.1.3.

Soluzzjonijiet innovattivi għall-kostitwenti tal-interoperabilità 87

6.1.4.

Dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità għall-kostitwenti tal-interoperabilità 88

6.2.

Subsistema tal-infrastruttura 88

6.2.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali 88

6.2.2.

Applikazzjoni tal-moduli 88

6.2.3.

Soluzzjonijiet innovattivi 88

6.2.4.

Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal subsistema 89

6.2.5.

Soluzzjonijiet tekniċi li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità fil-fażi tad-disinn 90

6.3.

Verifika tal-KE meta l-veloċità tintuża bħala kriterju ta’ migrazzjoni 90

6.4.

Valutazzjoni tal-pjan ta’ manutenzjoni 90

6.5.

Valutazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura 91

6.6.

Subsistemi li fihom kostitwenti tal-interoperabilità li ma għandhomx dikjarazzjoni tal-KE 91

6.6.1.

Kundizzjonijiet 91

6.6.2.

Dokumentazzjoni 91

6.6.3.

Manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont it-taqsima 6.6.1. 91

7.

IMPLIMENTAZZJONI TAS-STI TAL-INFRASTRUTTURA 91

7.1.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali 91

7.2.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali ġodda 92

7.3.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali eżistenti 92

7.3.1.

Aġġornament ta’ linja 92

7.3.2.

Rinnovazzjoni ta’ linja 92

7.3.3.

Sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni 93

7.3.4.

Linji eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament 93

7.4.

Veloċità bħala kriterju ta’ migrazzjoni 93

7.5.

Kompatibilità tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji 93

7.6.

Każijiet speċifiċi 94

7.6.1.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Estonjan 94

7.6.2.

Karatteristiċi partikolari tan-Netwerk Finlandiż 94

7.6.3.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Elleniku 95

7.6.4.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Irlandiż 97

7.6.5.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Latvjan 98

7.6.6.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Litwan 98

7.6.7.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Pollakk 98

7.6.8.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Portugiż 99

7.6.9.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Rumen 101

7.6.10.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Spanjol 101

7.6.11.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Svediż 102

7.6.12.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Gran Brittanja 102

7.6.13.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Irlanda ta’ Fuq 103

Anness A –

Il-valutazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabilità 104

Anness B –

Il-valutazzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura 105

Anness C –

Ir-rekwiżiti ta’ kapaċità għall-istrutturi skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI fil-Gran Brittanja 108

Anness D –

L-elementi li għandhom ikunu inklużi fir-Reġistru tal-Infrastruttura 110

Anness E –

Ir-rekwiżiti tal-kapaċità għall-istrutturi skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI 111

Anness F –

Lista ta’ punti miftuħa 112

Anness G –

Glossarju 113

Anness H –

Lista ta’ standards imsemmija 119

1.   DAĦLA

1.1.   Ambitu Tekniku

Din l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) tikkonċerna s-subsistema tal-infrastruttura u parti mis-subsistema tal-manutenzjoni tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. Dawn huma inklużi fil-listi ta’ subsistemi fl-Anness II (1) għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.2.   Ambitu Ġeografiku

L-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI huwa s-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif ġiet deskritta fl-Anness I (1.1) għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.3.   Kontenut ta’ din is-StI

Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, din is-STI:

(a)

tindika l-għan maħsub tagħha (Kapitolu 2);

(b)

tippreskrivi rekwiżiti essenzjali għas-subsistema tal-infrastruttura (Kapitolu 3);

(ċ)

tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaces tagħha fir-rigward tas-subsistemi l-oħra (Kapitolu 4);

(d)

tiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaces li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jilħqu l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (Kapitolu 5);

(e)

tgħid, f’kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, min-naħa l-waħda, jew il-verifika tal-KE tas-subsistemi, min-naħa l-oħra (Kapitolu 6);

(f)

tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI (Kapitolu 7);

(g)

tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kompetenzi professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operat u għall-manutenzjoni tas-subsistema, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI (Kapitolu 4).

Skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-miżuri għal każijiet speċifiċi huma indikati fil-Kapitolu 7.

Fil-Kapitolu 4, din is-STI tistabbilixxi anki r-regoli operattivi u għall-manutenzjoni speċifiċi għall-ambitu indikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 iktar ‘il fuq.

2.   DEFINIZZJONI U AMBITU TAS-SUBSISTEMA

2.1.   Definizzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura

Din is-STI tkopri:

(a)

is-subsistema strutturali tal-infrastruttura

(b)

il-parti tas-subsistema funzjonali tal-manutenzjoni relatata mas-subsistema tal-infrastruttura (jiġifieri: l-impjanti tal-ħasil għat-tindif estern tal-ferroviji, l-istokkjar mill-ġdid tal-ilma, il-provvista mill-ġdid tal-karburant, l-installazzjonijiet fissi biex jitbattlu t-tojlits u l-provvisti ta’ puntali (shores) tal-elettriku).

L-elementi tas-subsistema tal-infrastruttura ġew deskritti fl-Anness II (2.1.Infrastruttura) għad-Direttiva 2008/57/KE.

L-ambitu ta’ din is-STI, għalhekk, jinkludi l-aspetti li ġejjin tas-subsistema tal-infrastruttura:

(a)

L-arranġament tal-linji,

(b)

Il-parametri tal-binarji,

(ċ)

Il-punti tal-qlib u tal-qsim,

(d)

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati,

(e)

Ir-reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku,

(f)

Il-kwalità ġeometrika tal-binarji u l-limiti għal difetti iżolati,

(g)

Il-pjattaformi,

(h)

Is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent,

(i)

Il-miżuri għall-operazzjonijiet,

(j)

L-installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji.

Iktar dettalji huma stabbiliti fit-Taqsima 4.2.3 ta’ din is-STI.

2.2.   Interfaces ta’ din is-STI ma’ STI oħrajn

It-Taqsima 4.3 ta’ din is-STI tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces mas-subsistemi li ġejjin, kif ġew iddefiniti fis-STI rilevanti:

(a)

Is-subsistema tal-vetturi ferrovjarji,

(b)

Is-subsistema tal-enerġija,

(ċ)

Is-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni,

(d)

Is-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku.

L-interfaces mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa (STI PRM) huma deskritti fit-Taqsima 2.3 iktar ‘l isfel.

L-interfaces mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji (STI SRT) huma deskritti fit-Taqsima 2.4 iktar ‘l isfel.

2.3.   Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa

Ir-rekwiżiti kollha relatati mas-subsistema tal-infrastruttura għall-aċċess tal-persuni b’mobilità mnaqqsa għas-sistema ferrovjarja huma stabbiliti fis-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa.

Din is-STI, għalhekk, ma tinkludix rekwiżiti relatati ma’ dan l-aspett tas-subsistema tal-infrastruttura.

2.4.   Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji

Ir-rekwiżiti kollha relatati mas-subsistema tal-infrastruttura għas-sikurezza fil-mini ferrovjarji huma stabbiliti fis-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji.

Din is-STI, għalhekk, ma tinkludix rekwiżiti relatati ma’ dan l-aspett tas-subsistema tal-infrastruttura.

2.5.   Inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes

L-ambitu ta’ din is-STI jeskludi l-mitigazzjoni tal-ħsejjes, sakemm tkun lesta l-proposta msemmija fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji – ħsejjes”, li tispeċifika dan li ġej:

“Speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘vetturi ferrovjarji - ħsejjes’

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005 (2006/66/KE).

Din id-Deċiżjoni għandha ssir applikabbli sitt xhur wara d-data tan-notifika tagħha.

7.2.   Reviżjoni tas-STI

… il-KE se tgħaddi lill-‘Kumitat tal-Artikolu 21’, mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI, rapport u, jekk ikun meħtieġ, proposta għal reviżjoni ta’ din is-STI rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:

5.

l-inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes f’koordinazzjoni mas-STI tal-Infrastruttura;”

3.   REKWIŻITI ESSENZJALI

It-tabella li ġejja tindika r-referenzi għall-ħtiġijiet [rekwiżiti] essenzjali stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2008/57/KE li jingħataw mir-rekwiżiti għall-parametri bażiċi stabbiliti fil-Kapitolu 4.

Tabella 1

Il-Parametri Bażiċi tas-subsistema tal-infrastruttura li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali

Taqsima

Parametri bażiċi tas-Subsistema INF CR

Sikurezza

Affidabilità u Disponibilità

Saħħa

Protezzjoni tal-ambjent

Kompatibilità teknika

4.2.4.1

Il-qies minimu tal-istrutturi

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.2

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

1.1.1

 

 

 

1.5

4.2.4.3

Gradjenti massimi

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.4

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.5

Ir-raġġ minimu ta’ kurva vertikali

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.1

Qies standard nominali tal-binarju

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.2

Pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

 

 

 

 

4.2.5.3

Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.4

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.5

Koniċità ekwivalenti

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5

4.2.5.6

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.7

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.8

L-ebusija tal-binarji

 

 

 

 

1.5

4.2.6.1

Il-mezzi ta’ llokkjar

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

 

4.2.6.2

Il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5

4.2.6.3

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5

4.2.7.1

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.7.2

Ir-reżistenza lonġitudinali tal-binarji

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.7.3

Ir-reżistenza laterali tal-binarji

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.1

Ir-reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.2

It-tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.3

Ir-reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.4

Ir-reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.9.1

Determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.2

Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.3

Limitu għal azzjoni immedjata għal varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.4

Limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.10.1

Tul utilizabbli tal-pjattaformi

 

 

 

 

1.5

4.2.10.2

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi

1.1.1

 

 

 

 

4.2.10.3

Tmiem il-pjattaformi

1.1.1

 

 

 

 

4.2.10.4

L-għoli tal-pjattaformi

1.1.1, 2.1.1-§3

 

 

 

1.5-§1

4.2.10.5

Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi

1.1.1, 2.1.1-§3

 

 

 

1.5-§1

4.2.11.1

Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini

2.1.1-§ 2, 2.1.1-§ 4

 

 

 

 

4.2.11.2

Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni

 

 

 

1.4.1, 1.4.4, 1.4.5

 

4.2.11.3

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

2.1.1-§3

 

 

 

 

4.2.11.4

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji

1.1.1, 1.1.4, 2.1.1-§1, 2.1.1-§4

 

1.3

1.4.2

 

4.2.11.5

L-effett tar-rjieħ inkroċjati

1.1.1

 

 

 

 

4.2.12.1

Markaturi tad-distanza

 

1.2

 

 

 

4.2.13.2

Il-mezzi biex jitbattal it-tojlit

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.3.

Il-faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji

 

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.13.4

L-istokkjar mill-ġdid tal-ilma

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.5

Il-provvista mill-ġdid tal-karburant

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.6

Provvista ta’ puntali tal-elettriku

 

1.2

 

 

1.5-§1

4.4.1

Kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ xogħlijiet ippjanati minn qabel

 

1.2

 

 

 

4.4.2

L-operazzjoni ddegradata

 

1.2

 

 

 

4.4.3

Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-effetti aerodinamiċi

2.1.1-§2

 

 

 

 

4.5

Pjan ta’ manutenzjoni

 

1.2

 

 

 

4.6

Il-kompetenzi professjonali

1.1.5

1.2

 

 

 

4.7

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza

2.1.1-§2, 2.1.1-§3, 2.1.1-§4

1.2

1.3

1.4.2

1.5

4.   DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TAL-INFRASTRUTTURA

4.1.   Daħla

(1)

Is-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, li għaliha tapplika d-Direttiva 2008/57/KE u li minnha jagħmlu parti s-subsistemi tal-infrastruttura u tal-manutenzjoni, hija sistema integrata li l-koerenza tagħha trid tiġi vverifikata sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistema fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali.

(2)

L-Artikolu 5(7) tad-Direttiva jipprovdi li: “[i] it-TSIs [is-STI] ma għandhomx ikunu ta” xkiel għad-deċiżjonijiet mill-Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs [mis-STI]’.

Għalhekk, meta tkun se tiġi ddisinjata linja konvenzjonali ġdida jew aġġornata, għandhom jiġu kkunsidrati l-ferroviji kollha li jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni biex jużaw il-linja.

(3)

Il-valuri ta’ limitu stabbiliti f’din is-STI mhumiex maħsuba biex ikunu imposti bħala valuri tas-soltu skont id-disinn. Madankollu, il-valuri skont id-disinn iridu jkunu fil-limiti stabbiliti f’din is-STI.

(4)

L-ispeċifikazzjonjiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema u tal-interfaces tagħha, kif ġew deskritti fit-Taqsimiet 4.2 u 4.3, ma jimponux l-użu ta’ teknoloġiji jew ta’ soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi, ħlief fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju konvenzjonali trans-Ewropew. Imma soluzzjonijiet innovattivi għall-interoperabilità jistgħu jeħtieġu speċifikazzjonijiet ġodda u/jew metodi ġodda ta’ valutazzjoni. Sabiex jingħata spazju għall-innovazzjoni teknoloġika, dawn l-ispeċifikazzjonijiet u dawn il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom jiġu żviluppati bil-proċess deskritt fit-Taqsima 6.2.3.

4.2.   Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema

4.2.1.   Kategoriji tal-Linji tas-STI

(1)

L-Anness I(1.1) għad-Direttiva jirrikonoxxi li n-netwerk ferrovjarju konvenzjonali jista’ jiġi suddiviż f’kategoriji differenti. Sabiex l-interoperabilità tiġi pprovduta b’mod li jkun effiċjenti mil-lat ekonomiku, din is-STI tiddefinixxi il-“Kategoriji tal-Linji tas-STI”. L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi ta’ din is-STI jvarjaw skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI.

(2)

Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mis-subsistema tal-infrastruttura huma speċifikati għal kull waħda mill-Kategoriji tal-Linji tas-STI tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea li ġejjin, kif ikun rilevanti. Dawn il-Kategoriji tal-Linji tas-STI jistgħu jintużaw għall-klassifikazzjoni ta’ linji eżistenti sakemm il-Parametri ta’ Prestazzjoni rilevanti jiġu ssodisfati skont il-pjan ta’ migrazzjoni nazzjonali.

Tabella 2

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI għas-subsistema tal-infrastruttura ferrovjarja konvenzjonali

Kategoriji tal-Linji tas-STI

Tipi ta’ Traffiku

Traffiku tal-passiġġieri (P)

Traffiku tal-merkanzija (F)

Traffiku mħallat (M)

Tipi ta’ Linji

Linja Ewlenija Ġdida tat-TEN (IV)

IV-P

IV-F

IV-M

Linja Ewlenija tat-TEN Aġġornata (V)

V-P

V-F

V-M

Linja Ġdida Oħra tat-TEN (VI)

VI-P

VI-F

VI-M

Linja Aġġornata Oħra tat-TEN (VII)

VII-P

VII-F

VII-M

(3)

Innota li ċ-ċentri għall-passiġġieri, iċ-ċentri għall-merkanzija u l-linji ta’ konnessjoni huma inklużi fil-Kategoriji tal-Linji tas-STI ta’ hawn fuq, kif inhu xieraq.

(4)

Il-Kategorija tal-Linji tas-STI għal kull sezzjoni tal-binarju għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.2.   Parametri ta’ prestazzjoni

(1)

Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-Kategoriji tal-Linji tas-STI ddefiniti fit-Taqsima 4.2.1 huma kkaratterizzati mill-Parametri ta’ Prestazzjoni li ġejjin:

(a)

il-qies standard (gauge),

(b)

it-tagħbija fuq il-fusijiet,

(ċ)

il-veloċità tal-linja,

(d)

it-tul tal-ferrovija.

(2)

Il-livelli ta’ prestazzjoni għal kull Kategorija ta’ Linja tas-STI huma stabbiliti fit-Tabella 3 hawn taħt.

Tabella 3

Il-Parametri ta’ Prestazzjoni għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI

 

qies standard

tagħbija fuq il-fusijiet

[t]

veloċità tal-linja

[km/h]

tul tal-ferrovija

[m]

Kategoriji tal-Linji tas-STI

IV-P

GC

22,5

200

400

+ IV-F

GC

25

140

750

IV-M

GC

25

200

750

V-P

GB

22,5

160

300

V-F

GB

22,5

100

600

V-M

GB

22,5

160

600

VI-P

GB

22,5

140

300

VI-F

GC

25

100

500

VI-M

GC

25

140

500

VII-P

GA

20

120

250

VII-F

GA

20

100

500

VII-M

GA

20

120

500

Noti:

(P) = traffiku tal-passiġġieri (F) = traffiku tal-merkanzija (M) = traffiku mħallat

(3)

L-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi:

“It-TSIs [is-STI] ma għandhomx ikunu ta’ xkiel għad-deċiżjonijiet mill-Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs [mis-STI].”

Għalhekk huwa permissibbli li jiġu ddisinjati linji ġodda u aġġornati b’tali mod li dawn jakkomodaw anki qisien standard ikbar, tagħbijiet ikbar fuq il-fusijiet, veloċitajiet ikbar u ferroviji itwal minn dawk speċifikati.

(4)

Huwa permissibbli għal postijiet spċifiċi fuq il-linja li jiġu ddisinjati għal veloċità ta’ linja u/jew tulijiet ta’ ferroviji inqas minn dawk stabbiliti fit-Tabella 3, fejn dan ikun iġġustifikat b’mod xieraq sabiex jissodisfa limitazzjonijiet ġeografiċi, urbani jew ambjentali.

(5)

L-infrastruttura ddisinjata skont ir-rekwiżiti minimi ta’ din is-STI ma tipprovdix il-kapaċità sabiex jintlaħqu kemm il-veloċità massima kif ukoll it-tagħbija massima fuq il-fusijiet flimkien. L-infrastruttura għandha biss il-kapaċità biex tintuża b’veloċità massima għal tagħbijiet fuq il-fusijiet li jkunu iċken mill-valur massimu stabbilit fit-Tabella 3, u bl-istess mod l-infrastruttura għandha biss il-kapaċità biex tintuża bit-tagħbija massima fuq il-fusijiet għal veloċitajiet iċken mill-valur massimu stabbilit fit-Tabella 3.

(6)

Il-Parametri ta’ Prestazzjoni effettivi għal kull sezzjoni tal-binarju għandhom ikunu pubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(7)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mat-tagħbija fuq il-fusijiet għandha tuża l-Kategoriji tal-Linji tal-EN u/jew il-Klassijiet tal-Lokomotivi ddefiniti fl-Annessi A, J u K għall-EN 15528:2008 flimkien mal-veloċità permessa. Jekk il-kapaċità għall-ġarr tat-tagħbijiet ta’ sezzjoni tal-binarju teċċedi l-medda tal-Kategoriji tal-Linji tal-EN u/jew tal-Klassijiet tal-Lokomotivi speċifikati, mela tista’ tingħata iktar informazzjoni li tiddefinixxi l-kapaċità għall-ġarr tat-tagħbijiet.

(8)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mal-qies standard għandha tiddikjara liema mill-qisien standard GA, GB jew GC huwa pprovdut. Barra minn hekk, l-informazzjoni ppubblikata għandha tinkludi qisien standard oħrajn iddefiniti fl-Anness D għall-EN 15273:2009 li huma pprovduti għal ftehimiet multinazzjonali. L-informazzjoni ppubblikata tista’ tinkludi l-qisien standard nazzjonali li huma pprovduti għal użu domestiku.

4.2.3.   Parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura

4.2.3.1.   Lista ta’ parametri Bażiċi

(1)

Il-Parametri Bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura, ragruppati skont l-aspetti elenkati fit-taqsima 2.1, huma:

A.   L-arranġament tal-linji:

(a)

Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1),

(b)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2),

(ċ)

Il-gradjenti massimi (4.2.4.3),

(d)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4),

(e)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva vertikali (4.2.4.5),

B.   Il-parametri tal-binarji:

(f)

Il-qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1),

(g)

Il-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.2),

(h)

Ir-rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin) (4.2.5.3),

(i)

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.4),

(j)

Il-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5),

(k)

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi (4.2.5.6),

(l)

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja (4.2.5.7),

(m)

L-ebusija tal-binarji (4.2.5.8),

C.   Il-punti tal-qlib u tal-qsim

(n)

Il-mezzi ta’ llokkjar (4.2.6.1),

(o)

Il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2),

(p)

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ punt ta’ qsim ottuż fiss (4.2.6.3),

D.   Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati

(q)

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali (4.2.7.1),

(r)

Ir-reżistenza lonġitudinali tal-binarji (4.2.7.2),

(s)

Ir-reżistenza laterali tal-binarji (4.2.7.3),

E.   Ir-reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku

(t)

Ir-reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1),

(u)

It-tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art (4.2.8.2),

(v)

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji (4.2.8.3),

(w)

Ir-reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.4),

F.   Il-kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati

(x)

Id-determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm (4.2.9.1),

(y)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju (4.2.9.2),

(z)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju (4.2.9.3),

(aa)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa (4.2.9.4),

G.   Il-pjattaformi

(bb)

It-tul utilizzabbli tal-pjattaformi (4.2.10.1),

(cc)

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi (4.2.10.2),

(dd)

Tmiem il-pjattaformi (4.2.10.3),

(ee)

L-għoli tal-pjattaformi (4.2.10.4),

(ff)

Id-distanza vertikali mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi (4.2.10.5),

H.   Is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent

(gg)

Il-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini (4.2.11.1),

(hh)

Limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u miżuri ta’ mitigazzjoni (4.2.11.2),

(ii)

Il-protezzjoni minn xokk tal-elettriku (4.2.11.3),

(jj)

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji (4.2.11.4),

(kk)

L-effett ta’ rjieħ inkroċjati (4.2.11.5),

I.   Il-miżuri għall-operazzjonijiet

(ll)

Markaturi tad-distanza (4.2.12.1),

J.   L-installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji

(mm)

Il-mezzi biex jitbattal it-tojlit (4.2.13.2),

(nn)

Il-faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji (4.2.13.3),

(oo)

L-istokkjar mill-ġdid tal-ilma (4.2.13.4),

(pp)

Il-provvista mill-ġdid tal-karburant (4.2.13.5),

(qq)

Il-provvista ta’ puntali tal-elettriku (4.2.13.6).

4.2.3.2.   Rekwiżiti għall-parametri Bażiċi

(1)

Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti fil-paragrafi li ġejjin, flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjoni partikolari li tista’ titħalla f’kull każ għall-parametri u għall-interfaces ikkonċernati.

(2)

Ir-rekwiżiti kollha tal-Kapitolu 4 ta’ din is-STI qed jingħataw għal linji mibnija bil-qies standard tal-binarji fl-Ewropa, kif inhu ddefinit fil-paragrafu 4.2.5.1 għal-linji li jkunu konformi ma’ din is-STI.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-pożizzjoni mżerżqa, għar-rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa, għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, għar-rata ta’ bidla fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, u għal-liwja fil-binarji huma applikabbli għal-linji li jkollhom qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 435 mm. Għal linja li jkollha qies standard nominali tal-binarju ieħor, il-limiti għal dawn il-parametri għandhom ikunu stabbiliti fi proporzjon għad-distanza nominali bejn il-linji ferrovjarji.

(4)

F’każ ta’ binarju b’linji ferrovjarji multipli, ir-rekwiżiti ta’ din is-STI għandhom jiġu applikati b’mod separat għal kull par linji ferrovjarji ddisinjat biex jintuża bħala binarju separat.

(5)

Ir-rekwiżiti għal-linji li jirrappreżentaw każijiet speċifiċi, inklużi l-linji mibnija skont qies standard ta’ binarju ieħor, huma deskritti fit-Taqsima 7.6.

(6)

Huwa permess li f’sezzjoni qasira mill-binarju jkun hemm apparati għat-tranżizzjoni bejn qisien standard nominali tal-binarju differenti. Il-post u t-tip ta’ tranżizzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(7)

Ġew deskritti r-rekwiżiti għas-subsistema f’kundizzjonijiet normali ta’ servizz. Il-konsegwenzi, jekk ikun hemm, tat-twettiq tax-xogħlijiet, li jistgħu jeħtieġu eċċezzjonijiet temporanji sa fejn għandha x’taqsam il-prestazzjoni tas-subsistema, jiġu ttrattati fit-Taqsima 4.4.

(8)

Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-ferroviji konvenzjonali jistgħu jittejbu billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħall-inklinazzjoni (tilting) tal-bodi tal-vettura. Huma permessi kundizzjonjiet speċjali biex jitħaddmu ferroviji ta’ din ix-xorta, sakemm ma jinvolvux restrizzjonijiet għal ferroviji oħrajn li mhumiex mgħammra b’sistemi ta’ din ix-xorta. Ir-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jirreġistra jekk kundizzjonijiet speċjali ta’ din ix-xorta jkunux applikabbli. Il-kundizzjonijiet speċjali għandhom ikunu pubblikament disponibbli.

4.2.4.   Arranġament tal-Linji

4.2.4.1.   Il-qies minimu tal-istrutturi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard stabbilit fit-Tabella 3 ta’ din is-STI.

(2)

Il-kalkoli tal-qies minimu tal-istrutturi għandhom isiru bil-metodu kinematiku skont ir-rekwiżiti tal-kapitoli 5, 7, 10 u l-Anness C tal-EN 15273-3:2009.

(3)

Fejn tkun ipprovduta elettrifikazzjoni fl-għoli, il-qisien standard tal-pantografi huma stabbiliti fis-STI ENE CR (is-STI tal-Enerġija Ferrovjarja Konvenzjonali).

4.2.4.2.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-qies standard stabbilit fit-Tabella 3 ta’ din is-STI.

(2)

Fejn ikun xieraq, id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tikkunsidra wkoll l-effetti aerodinamiċi. Ir-regoli biex jiġu kkunsidrati l-effetti aerodinamiċi u d-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji fejn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-effetti aerodinamiċi, għadhom qed jiġu diskussi.

(3)

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji ta’ sezzjoni ta’ linja għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.4.3.   Gradjenti massimi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P u VI-P

(1)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti weqfin daqs 35 mm/m, sakemm jiġu osservati r-rekwiżiti għall-“involukru” li ġejjin:

(a)

l-inklinazzjoni (slope) tal-profil medju li qed jiċċaqlaq fuq 10 km tkun inqas minn jew daqs 25 mm/m,

(b)

it-tul massimu ta’ gradjent kontinwu ta’ 35 mm/m ma jeċċedix 6 km.

(2)

Il-gradjenti tal-binarji mill-pjattaformi tal-passiġġieri ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2,5 mm/m, fejn ikun hemm il-ħsieb li l-vaguni għall-passiġġieri jitwaħħlu jew jinqalgħu regolarment.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M

(3)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti massimi weqfin daqs 12,5 mm/m.

(4)

Għal sezzjonijiet sa 3 km, huwa permess gradjent massimu ta’ 20 mm/m.

(5)

Għal sezzjonijiet sa 0,5 km, huwa permess gradjent massimu ta’ 35 mm/m f’postijiet fejn ma jkunx hemm il-ħsieb li l-ferroviji jieqfu u jistartjaw waqt operazzjoni normali.

(6)

Il-gradjenti tal-binarji mill-pjattaformi tal-passiġġieri ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2.5 mm/m, fejn ikun hemm il-ħsieb li l-vaguni għall-passiġġieri jitwaħħlu jew jinqalgħu regolarment.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M

(7)

Ma ġie speċfikat l-ebda valur għal-linji aġġornati, peress li l-gradjenti jiġu ddeterminati mill-kostruzzjoni oriġinali tal-linja kkonċernata.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(8)

Il-gradjenti tal-binarji għall-ipparkjar tal-ferroviji (stabling tracks) maħsuba għall-vetturi ferrovjarji li għandhom jiġu pparkjati ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2,5 mm/m sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi sabiex il-vetturi ferovjarji ma jitħallewx jiżżerżqu.

(9)

Il-gradjenti u l-postijiet tal-bidliet fil-gradjent għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(10)

Fil-każ tal-binarji għall-ipparkjar tal-ferroviji, il-gradjenti għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura biss meta jeċċedu t-2,5 mm/m.

4.2.4.4.   Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali skont id-disinn għandu jintgħażel billi tiġi kkunsidrata l-veloċità lokali tal-kurva skont id-disinn.

(2)

Għall-binarji jew għall-binarji żgħar maġenb il-binarji ewlenin (sidings) għall-ipparkjar tal-ferroviji, ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali skont id-disinn ma għandux ikun inqas minn 150 m.

(3)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali mill-pjattaformi huwa stabbilit fis-STI PRM.

(4)

Ir-reverse curves (sezzjonijiet tal-binarji fejn kurva lejn naħa tkun segwita minn kurva fin-naħa opposta, fi ftit kliem kurva f’forma ta’ ittra S) – għajr reverse curves f’wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji (marshalling yards) fejn il-vaguni jiġu mċaqilqa minn post għall-ieħor individwalment – b’raġġi ta’ bejn 150 m u 300 m għandhom ikunu ddisinjati skont it-Taqsima 8.4 tal-EN 13803-2:2006 sabiex ikun ipprevenut l-illokjar tal-molla mewwieta (buffer locking).

(5)

Ir-raġġ tal-iċken kurva orizzontali ta’ sezzjoni ta’ linja għandu jkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.4.5.   Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-raġġ tal-kurvi vertikali (ħlief għall-għeqiebi fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji) għandu jkun ta’ mill-inqas 600 m fuq ħotba jew 900 m f’ħofra.

(2)

Għall-għeqiebi fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji, ir-raġġ tal-kurvi vertikali għandu jkun ta’ mill-inqas 250 m fuq ħotba jew 300 m f’ħofra.

4.2.5.   Parametri tal-binarji

4.2.5.1.   Qies standard nominali tal-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju Ewropew għandu jkun ta’ 1 435 mm.

(2)

Il-qies standard nominali tal-binarju għal linja għandu jkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.5.2.   Pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn fil-binarji biswit il-pjattaformi tal-istazzjonijiet m’għandiex teċċedi l-110 mm.

(2)

L-ikbar pożizzjoni mżerżqa fuq sezzjoni ta’ linja għandha tkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, V-P, VI-P u VII-P

(3)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn għandha tkun limitata għal 180 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(4)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn għandha tkun limitata għal 160 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M

(5)

Fuq kurvi b’raġġ ta’ inqas minn 290 m, il-pożizzjoni mżerżqa għandha tkun ristretta għal-limitu mogħti mill-formola li ġejja

D ≤(R-50)/1.5

fejn D hija l-pożizzjoni mżerżqa f’mm u R huwa r-raġġ f’m.

4.2.5.3.   Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin)

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rata massima ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa fi tranżizzjoni għandha tkun ta’ 70 mm/s ikkalkolata bħala l-veloċità massima permessa għall-ferroviji li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ kumpens għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa.

(2)

Madankollu, jekk id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fi tmiem it-tranżizzjoni tkun inqas minn jew daqs 150 mm u r-rata ta’ bidla fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fi tranżizzjoni tkun inqas minn jew daqs 70 mm/s, huwa permissibbli li r-rata ta’ bidla massima fil-pożizzjoni mżerżqa tiġi miżjuda għal 85 mm/s.

4.2.5.4.   Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin huma applikabbli għal linji interoperabbli li jkollhom qies standard nominali tal-binarju kif ġie ddefinit fil-paragrafu 4.2.5.1 ta’ din is-STI.

4.2.5.4.1.   Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fir-rotta diretta (through route) Ta’ punt ta’ qlib u ta’ qsim

(1)

Id-defiċjenza massima fil-pożizzjoni mżerżqa li fiha l-ferroviji jitħallew jaħdmu għandha tikkunsidra l-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-vetturi kkonċernati, stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS (veloċità għolja) u CR (ferroviji konvenzjonali).

(2)

Għall-ferroviji li ma jkunux mgħammra b’sistemi ta’ kumpens għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa f’linji b’veloċitajiet sa u inklużi l-200 km/h m’għandiex teċċedi, mingħajr l-ebda wirja ulterjuri, dawn li ġejjin:

(a)

130 mm (jew 0,85 m/s2 ta’ aċċellerazzjoni laterali mhux ikkumpensata) għall-vetturi ferrovjarji approvati skont is-STI tal-Vaguni għall-Merkanzija (STI WAG);

(b)

150 mm (jew 1,0 m/s2 ta’ aċċellerazzjoni laterali mhux ikkumpensata) għall-vetturi ferrovjarji approvati skont is-STI RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri (STI LOC&PAS).

(3)

Huwa permissibbli għal ferroviji ddisinjati speċifikament biex jivvjaġġaw b’defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa (unitajiet multipli b’tagħbijiet iktar baxxi fuq il-fusijiet, ferroviji b’sistema li tikkumpensa d-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa) biex jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa, b’kundizzjoni li jintwera li dan jista’ jintlaħaq b’mod sikur.

4.2.5.4.2.   Bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju diverġenti ta’ punti ta’ qlib

(1)

Il-valuri massimi skont id-disinn ta’ bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarji diverġenti għandhom ikunu:

(a)

120 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 30 km/h ≤ V ≤ 70 km/h,

(b)

105 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 70 km/h < V ≤ 170 km/h,

(ċ)

85 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 170 km/h < V ≤ 200 km/h.

(2)

Għall-meded eżistenti ta’ disinji ta’ qlib tista’ tiġi aċċettata konċessjoni ta’ 20 mm fuq dawn il-valuri.

4.2.5.5.   Koniċità ekwivalenti

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-valuri ta’ limitu għall-koniċità ekwivalenti msemmija fit-Tabella 4 għandhom jiġu kkalkolati għall-estensjoni (y) tal-ispostament laterali tal-kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet (wheelset):

y = 3 mm

jekk (TG – SR) ≥ 7 mm

Formula

,

jekk 5 mm ≤ (TG – SR) < 7 mm

y = 2 mm

jekk (TG – SR) < 5 mm

fejn TG hija l-qies standard tal-binarju u SR hija d-distanza bejn l-uċuh ta’ kuntatt tal-flanġ tal-kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet. Għall-qlib u għall-qsim mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-koniċità ekwivalenti.

4.2.5.5.1.   Valuri skont id-disinn tal-koniċità ekwivalenti

(1)

Għal linja sempliċi għandhom jingħażlu valuri skont id-disinn tal-qies standard tal-binarju, tal-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti u tal-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja sabiex ikun żgurat li l-limiti għall-koniċità ekwivalenti stabbiliti fit-Tabella 4 ma jinqabżux.

Tabella 4

Il-valuri ta’ limitu skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Koniċità ekwivalenti

S 1002, GV 1/40

EPS

v ≤ 60

Valutazzjoni mhux meħtieġa

Valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

0,25

0,30

160 < v ≤ 200

0,25

0,30

(2)

Il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarji (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 426 mm

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 426 mm

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm.

4.2.5.5.2.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz

(1)

Ir-rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz għadhom qed jiġu diskussi.

(2)

Malli d-disinn inizjali tas-sistema tal-binarji jkun ġie stabbilit, parametru importanti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz huwa l-qies standard tal-binarju. Għalhekk, sakemm jingħalqu d-diskussjonijiet, il-valuri għal qies standard medju tal-binarju u r-rekwiżiti għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ instabilità fir-rikba stabbiliti iktar ‘l isfel għandhom jiġu rrispettati.

(3)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jżomm il-qies standard medju tal-binarju fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000 m fil-limitu stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt jew ‘il fuq minnu.

Tabella 5

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000 m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 430

160 < v ≤ 200

1 430

(4)

Jekk tkun irrapportata xi instabilità fir-rikba fuq binarju li jirrispetta r-rekwiżit tat-Taqsima 4.2.5.5 għal vetturi ferrovjarji li jkollhom kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-koniċità ekwivalenti stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR, għandha ssir investigazzjoni konġunta min-naħa tal-Impriża Ferrovjarja u tal-Amministratur Infrastrutturali sabiex tkun iddeterminata r-raġuni għal dan.

4.2.5.6.   Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Id-disinn tal-profili tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi għandu jinkludi:

(a)

inklinazzjoni laterali fuq in-naħa tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti angolata għal bejn il-vertikali u 1/16 b’referenza għall-assi vertikali tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti;

(b)

id-distanza vertikali bejn il-quċċata ta’ din l-inklinazzjoni vertikali u l-parti ta’ fuq tal-linja ferrovjarja għandha tkun ta’ inqas minn 15 mm;

(ċ)

raġġ ta’ mill-inqas 12 mm fir-rokna tal-qies standard;

(d)

id-distanza orizzontali bejn il-quċċata tal-linja ferrovjarja u l-punt tanġenzjali għandha tkun ta’ bejn 31 u 37 mm.

Grafika 1

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti

Image

4.2.5.7.   Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

4.2.5.7.1.   Linja sempliċi

(1)

Il-linja ferrovjarja għandha tkun inklinata lejn iċ-ċentru tal-binarju.

(2)

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja għal rotta partikolari għandha tingħażel mill-medda ta’ bejn 1/20 u 1/40.

(3)

Il-valur magħżul għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.5.7.2.   Rekwiżiti għall-qlib u għall-qsim

(1)

Il-linja ferrovjarja fil-qlib u fil-qsim għandha tkun iddisinjata biex jew tkun vertikali jew tkun inklinata.

(2)

Jekk il-linja ferrovjarja tkun inklinata, l-inklinazzjoni ddisinjata fil-qlib u fil-qsim għandha tkun l-istess bħal dik għal linja sempliċi.

(3)

L-inklinazzjoni tista’ tingħata mill-forma tal-parti attiva tal-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti.

(4)

Għal sezzjonijiet qosra ta’ linja sempliċi bejn qlib u qsim mingħajr inklinazzjoni, huwa permess li jitqiegħdu linji ferrovjarji mingħajr inklinazzjoni.

(5)

Hija permessa tranżizzjoni qasira minn linja ferrovjarja inklinata għal waħda vertikali.

4.2.5.8.   Ebusija tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għall-ebusija tal-binarji bħala sistema kompluta għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.6.   Punti tal-qlib u tal-qsim

4.2.6.1.   Mezzi ta’ llokkjar

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F, IV-M, VI-P, VI-F u VI-M

(1)

Il-partijiet kollha li jiċċaqilqu tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ llokkjar, ħlief fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji u f’binarji oħrajn li jintużaw biss biex il-ferroviji jiġu mċaqilqa minn post għall-ieħor.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M

(2)

Fejn il-veloċità massima tkun ta’ iktar minn 40 km/h, il-partijiet kollha li jiċċaqilqu tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ llokkjar, sakemm ma jintużawx esklużivament fid-direzzjoni tal-konverġenza.

4.2.6.2.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

F’dan il-paragrafu, is-STI tagħti valuri ta’ limitu mqiegħda fis-servizz li huma kompatibbli mal-karatteristiċi ġeometriċi tal-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet kif ġew iddefiniti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR. Għandu jkun il-kompitu tal-Amministratur Infrastrutturali li jiddeċiedi l-valuri skont id-disinn u li jiżgura, permezz tal-pjan ta’ manutenzjoni, li l-valuri mqiegħda fis-servizz ma jaqgħux lil hinn mil-limiti tas-STI. Dawn il-limiti huma ffissati bħala limiti għal azzjoni immedjata.

Grafika 2

Il-ġbid lura tal-qlib f’punt ta’ qsim komuni fiss

Image

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 380 mm.

Dan il-valur jista’ jiżdied jekk l-Amministratur Infrastrutturali juri li s-sistema ta’ attwazzjoni u ta’ llokkjar tal-punt ta’ qlib tkun tista’ tirreżisti l-forzi tal-impatt laterali ta’ kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 392 mm.

Dan il-valur jitkejjel 14 mm taħt is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti (running surface), u fuq il-linja teoretika ta’ referenza, f’distanza xierqa lura mill-punt effettiv (RP) tal-ponta kif ġie indikat fil-Grafika 2. Għal qsim bi ġbid lura tal-qlib, dan il-valur jista’ jitnaqqas. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali għandu juri li l-ġbid lura tal-qlib huwa suffiċjenti biex jiggarantixxi li r-rota ma tolqotx il-ponta fil-punt effettiv (RP).

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 356 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 380 mm.

(e)

Il-wisa’ minima tal-flangeway (parti miftuħa fil-linja jew fil-binarju li tipprovdi mogħdija minn fejn tgħaddi l-flanġ tar-rota): 38 mm.

(f)

Il-fond minimu tal-flangeway: 40 mm.

(g)

L-għoli żejjed massimu taċ-check rail: 70 mm.

(3)

Ir-rekwiżiti rilevanti kollha għall-qlib u għall-qsim huma applikabbli wkoll għal soluzzjonijiet tekniċi oħrajn li jużaw il-linji ferrovjarji tal-qlib, pereżempju, modifikaturi tal-ġnub (side modifiers) li jintużaw f’binarju b’linji ferrovjarji multipli.

4.2.6.3.   It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-valur skont id-disinn tat-tul massimu mhux iggwidat għandu jkun ekwivalenti għal 1 f’9 (tgα=0.11, α=6°20’) qsim ottuż b’check rail mgħolli ‘l fuq b’minimu ta’ 45 mm u assoċjat ma’ dijametru minimu tar-rota ta’ 330 mm f’rotti diretti u dritti.

4.2.7.   Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati

4.2.7.1.   Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat biex jirreżisti mill-inqas il-forzi li ġejjin:

(a)

it-tagħbija fuq il-fusijiet skont il-parametri ta’ prestazzjoni għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI kif ġew iddefiniti fit-Tabella 3;

(b)

il-forza dinamika massima tar-roti li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza dinamika massima tar-roti għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri;

(ċ)

il-forza kważi statika massima tar-roti li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza kważi statika massima tar-roti għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri.

4.2.7.2.   Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

4.2.7.2.1.   Forzi skont id-disinn

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat sabiex jirreżisti l-forzi lonġitudinali li jirriżultaw mill-ibbrejkjar. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu l-limiti għad-deċellerazzjoni li għandhom jintużaw sabiex ikunu ddeterminati l-forzi lonġitudinali li jirriżultaw mill-ibbrejkjar.

(2)

Il-binarju għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jirreżisti l-forzi termali lonġitudinali li jirriżultaw minn bidliet fit-temperatura fil-linja ferrovjarja u li jimminimizza l-probabilità li l-binarju jitgħattan taħt il-pressjoni tas-sħana.

4.2.7.2.2.   Kompatibilità mas-sistemi tal-ibbrejkjar

(1)

Il-binarju għandu jkun iddisinjat biex ikun kompatibbli mal-użu ta’ brejkijiet manjetiċi fuq il-binarji għal ibbrejkjar ta’ emerġenza.

(2)

Il-kompatibilità (jew in-nuqqas ta’ kompatibilità) tad-disinn tal-binarju adottat mal-użu ta’ sistemi ta’ bbrejkjar, indipendentement mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-roti mal-linja ferrovjarja għal ibbrejkjar ta’ servizz u għal ibbrejkjar ta’ emerġenza, għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura. Is-sistemi tal-ibbrejkjar indipendentement mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-roti mal-linja ferrovjarja, jinkludu l-brejkijiet manjetiċi fuq il-binarji u l-brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrent fuq il-binarji.

(3)

Fejn il-binarju jkun kompatibbli mal-użu ta’ sistemi ta’ bbrejkjar indipendenti mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni, ir-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jiddikjara kwalunkwe limitazzjoni għall-użu tas-sistemi ta’ bbrejkjar li fuqhom tiddependi l-kompatibilità, fejn jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u n-numru mistenni ta’ applikazzjonijiet ripetuti ta’ brejkijiet f’post partikolari.

4.2.7.3.   Reżistenza laterali tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat biex jirreżisti mill-inqas:

(a)

il-forza laterali dinamika massima u totali li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forzi laterali li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Ir-reżistenza laterali tal-binarju għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri,

(b)

il-forza ta’ gwida kważi statika li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza ta’ gwida kważi statika Yqst għal raġġi u għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza laterali tal-binarju għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri.

4.2.8.   Reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku

(1)

Ir-rekwiżiti tal-EN 1991-2:2003 u tal-Anness A2 għall-EN 1990:2002, maħruġa bħala EN 1990:2002/A1:2005, speċifikati f’dan il-kapitolu tas-STI għandhom jiġu applikati skont il-klawżoli korrispondenti fl-annessi nazzjonali għal dawn l-istandards, jekk jeżistu.

4.2.8.1.   Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda jew eżistenti biss

4.2.8.1.1.   Tagħbijiet vertikali

(1)

L-istrutturi għandhom ikunu ddisinjati biex isostnu t-tagħbijiet vertikali skont il-mudelli ta’ tagħbijiet li ġejjin, iddefiniti fl-EN 1991-2:2003:

(a)

Il-Mudell tat-Tagħbijiet 71, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.2 (2)P tal-EN 1991-2:2003

(b)

Barra minn hekk, għal pontijiet kontinwi, il-Mudell tat-Tagħbijiet SW/0, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.3 (3)P tal-EN 1991-2:2003

(2)

Il-mudelli tat-tagħbijiet għandhom ikunu mmultiplikati bil-fattur alfa (α) kif inhu stabbilit fil-paragrafi 6.3.2 (3)P u 6.3.3 (5)P tal-EN 1991-2:2003.

(3)

Il-valur ta’ alfa (α) għandu jkun daqs jew ikbar mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 6.

Tabella 6

Il-fattur alfa (α) għad-disinn ta’ strutturi ġodda

Tipi ta’ Linji jew Kategoriji tal-Linji tas-STI

Fattur alfa minimu (α)

IV

1,1

V

1,0

VI

1,1

VII-P

0,83

VII-F, VII-M

0,91

(4)

L-effetti tat-tagħbijiet mill-mudelli tat-tagħbijiet għandhom jitkabbru bil-fattur dinamiku phi (Φ) kif inhu stabbilit fil-paragafi 6.4.3 (1)P u 6.4.5.2 (2) tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.2.   Forzi ċentrifugali

(1)

Fejn binarju fuq pont ikun ikkurvat fuq it-tul kollu jew parzjali tal-pont, fid-disinn tal-istrutturi għandha tkun ikkunsidrata l-forza ċentrifuga kif inhu stabbilit fil-paragrafi 6.5.1 (2), (4)P, (7) tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.3.   Forzi serriepa (nosing forces)

(1)

Fid-disinn tal-istrutturi għandha tiġi kkunsidrata l-forza serriepa kif inhu stabbilit fit-Taqsima 6.5.2 tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.4.   Azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)

(1)

Fid-disinn tal-istrutturi, għandhom jiġu kkunsidrati l-forzi ta’ trazzjoni u ta’ bbrejkjar kif inhu stabbilit fil-paragafi 6.5.3 (2)P, (4), (5) u (6) tal-EN 1991-2:2003. Id-direzzjoni tal-forzi ta’ trazzjoni u ta’ bbrejkjar għandhom jikkunsidraw id-direzzjonijiet permessi tal-ivvjaġġar fuq kull binarju.

4.2.8.1.5.   Liwja fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji

Il-liwja massima u totali fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji ma’ għandhiex teċċedi l-valuri stabbiliti fil-klawżola A2.4.4.2.2(3)P fl-Anness A2 għall-EN 1990:2002 maħruġa bħala EN 1990:2002/A1:2005. Il-liwja totali fil-binarju skont id-disinn tinkludi kwalunkwe liwja li tista’ tkun preżenti fil-binarju meta l-pont ma jkunx suġġett għal azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linja ferrovjarja, flimkien mal-liwja fil-binarju minħabba d-deformazzjoni totali tal-pont li tirriżulta mill-azzjonijiet tat-traffiku fuq il-linji ferrovjarji.

4.2.8.2.   Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda u eżistenti biss

(1)

Ix-xogħlijiet tal-art għandhom ikunu maħsuba sabiex isostnu t-tagħbijiet vertikali skont il-Mudell tat-Tagħbijiet 71, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.6.4 tal-EN 1991-2:2003.

(2)

Il-Mudell tat-Tagħbijiet 71 għandu jkun immultiplat bil-fattur alfa (α), kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.2 (3)P tal-EN 1991-2:2003. Il-valur ta’ α għandu jkun daqs jew ikbar mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 6.

4.2.8.3.   Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda u eżistenti biss

(1)

L-azzjonijiet aerodinamiċi minn ferroviji li jkunu għaddejjin għandhom jiġu kkunsidrati kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.6 tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.4.   Reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda jew eżistenti biss

(1)

Il-pontijiet u x-xogħlijiet tal-art għandhom jinġiebu għal livell speċifikat ta’ interoperabilità, skont il-Kategorija tal-Linji tas-STI kif inhi ddefinita fit-Taqsima 4.2.1.

(2)

Ir-rekwiżiti minimi għall-kapaċità tal-istrutturi għal kull Kategorija tal-Linji tas-STI qed jingħataw fl-Anness E. Il-valuri jirrappreżentaw il-livell minimu fil-mira li l-istrutturi jridu jkunu kapaċi jilħqu biex il-linja ferrovjarja tkun iddikjarata interoperabbli.

(3)

Il-każijiet li ġejjin huma rilevanti:

(a)

Fejn struttura eżistenti tiġi sostitwita bi struttura ġdida, allura l-istruttura l-ġdida għandha tkun skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4.2.8.1 jew 4.2.8.2

(b)

Jekk il-kapaċità minima tal-istrutturi eżistenti espressa mill-Kategorija tal-Linji tal-EN ippubblikata flimkien mal-veloċità permessa tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness E, allura l-istrutturi eżistenti jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-interoperabilità.

(ċ)

Fejn il-kapaċità ta’ struttura eżistenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti fl-Anness E u qed isiru xogħlijiet (eż. tisħiħ) sabiex titkabbar il-kapaċità tal-istruttura ħalli jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ din is-STI (u l-istruttura ma għandhiex tiġi sostitwita bi struttura ġdida), allura l-istruttura għandha tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti fl-Anness E.

(4)

Għan-netwerk Brittaniku, fil-klawżoli (2) u (3) ta’ hawn fuq il-Kategorija tal-Linja EN tista’ tiġi ssostitwita bin-numru tad-Disponibilità tar-Rotta (RA) (mogħti skont ir-regola teknika nazzjonali nnotifikata għal dan il-għan) u konsegwentement ir-referenza għall-Anness E tiġi ssostitwita b’referenza għall-Anness C.

4.2.9.   Kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati

4.2.9.1.   Determinazzjoni tal-limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddetermina l-limiti xierqa għal azzjoni immedjata, intervent u allarm għall-parametri li ġejjin:

(a)

allinjament laterali – devjazzjonijiet standard (limitu għall-allarm biss),

(b)

livell lonġitudinali – devjazzjonijiet standard (limitu għall-allarm biss),

(ċ)

allinjament laterali – difetti iżolati – minn valuri medji sal-ogħla valuri,

(d)

livell lonġitudinali – difetti iżolati – minn valuri medji sal-ogħla valuri,

(e)

liwja fil-binarju – difetti iżolati – minn valur ta’ żero sal-ogħla valur bla ħsara għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.2,

(f)

varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju – difetti iżolati – minn qies standard nominali tal-binarju sal-ogħla valur suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.3,

(g)

qies standard medju tal-binarju tul kwalunkwe 100 m – minn qies standard nominali tal-binarju sal-valur medju suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.5.5.2,

(h)

pożizzjoni mżerżqa – minn valur skont id-disinn sal-ogħla valur suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.4.

(2)

Il-kundizzjonijiet tal-kejl għal dawn il-parametri huma stabbiliti fil-Kapitolu 5 tal-EN 13848-1:2003 + A1:2008.

(3)

Meta jiġi biex jiddetermina dawn il-limiti, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jikkunsidra l-limiti għall-kwalità tal-binarju li ntużaw bħala l-bażi għall-aċċettazzjoni tal-vettura. Ir-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni tal-vettura huma stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji CR u HS.

(4)

Il-limiti għal azzjoni immedjata, intervent u allarm adottati mill-Amministratur Infrastrutturali għandhom ikunu rreġistrati fil-pjan ta’ manutenzjoni meħtieġ skont it-Taqsima 4.5 ta’ din is-STI.

4.2.9.2.   Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju bħala difett iżolat jingħata bħala valur ta’ żero sal-ogħla valur. Il-liwja fil-binarju tiġi ddefinita bħala d-differenza alġebrajka bejn żewġ livelli inkroċjati meħuda f’distanza ddefinita minn xulxin, ġeneralment espressa bħala gradjent bejn iż-żewġ punti fejn jitkejjel il-livell inkroċjat. Il-livell inkroċjat jitkejjel fiċ-ċentri nominali tal-partijiet tal-linja ferrovjarja li jmissu mar-roti.

(2)

Il-limitu għal-liwja fil-binarju huwa funzjoni tal-bażi tal-kejl applikata (l) skont il-formola:

Liwja ta’ limitu = (20/l + 3)

(a)

fejn l huwa l-bażi tal-kejl (f’m), b’1.3 m ≤ l ≤ 20 m,

(b)

b’valur massimu ta’ 7 mm/m.

Grafika 3

Il-limitu għal-liwja fil-binarju għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

Image

(3)

Fil-pjan ta’ manutenzjoni, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jistabbilixxi l-bażi li fuqha se jkejjel il-binarju sabiex jikkontrolla l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Il-bażi tal-kejl għandha tinkludi mill-inqas bażi tal-kejl waħda ta’ bejn 2 u 5 m.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(4)

Jekk ir-raġġ ta’ kurva orizzontali jkun inqas minn 420 m u l-pożizzjoni mżerżqa D > (R – 100)/2, il-liwja fil-binarju għandha tkun limitata skont il-formola: Liwja ta’ limitu = (20/l + 1.5), b’valur massimu ta’ bejn 6 mm/m u 3 mm/m skont it-tul bażi tal-liwja kif jintwera fil-Grafika 4. difetti iżolati tal-liwja [mm/m]

Grafika 4

Il-limitu għal liwja fil-binarju għal linji tal-merkanzija u għal dawk imħalltin fuq kurvi żgħar

Image

4.2.9.3.   Limitu għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

Il-limiti għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju huma stabbiliti fit-Tabella 7.

Tabella 7

Il-limiti għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

Veloċità

[km/h]

Dimensjonijiet

[mm]

 

Minn qies standard nominali tal-binarju sal-ogħla valur

 

Qies standard minimu tal-binarju

Qies standard massimu tal-binarju

V ≤ 80

–9

+35

80 < V ≤ 120

–9

+35

120 < V ≤ 160

–8

+35

160 < V ≤ 200

–7

+28

4.2.9.4.   Limitu għal azzjoni immedjata għall-pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, V-P, VI-P u VII-P

(1)

Il-pożizzjoni mżerżqa mqiegħda fis-servizz għandha tinżamm fi +/– 20 mm tal-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn, imma l-pożizzjoni mżerżqa massima permessa mqiegħda fis-servizz hija ta’ 190 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(2)

Il-pożizzjoni mżerżqa mqiegħda fis-servizz għandha tinżamm fi +/– 20 mm tal-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn, imma l-pożizzjoni mżerżqa massima permessa mqiegħda fis-servizz hija ta’ 170 mm.

4.2.10.   Pjattaformi

(1)

Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu huma applikabbli biss għall-pjattaformi tal-passiġġieri fejn ikun hemm il-ħsieb li l-ferroviji li jkunu konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jieqfu waqt servizz normali.

4.2.10.1.   Tul utilizabbli tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tul tal-pjattaforma għandu jkun suffiċjenti sabiex jakkomoda l-itwal ferrovija interoperabbli li jkun hemm il-ħsieb li tieqaf mal-pjattaforma waqt servizz normali. Meta jkun se jiġi ddeterminat it-tul tal-ferroviji li jkun hemm il-ħsieb li jieqfu mal-pjattaforma, għandhom jiġu kkunsidrati kemm ir-rekwiżiti tas-servizz attwali kif ukoll ir-rekwiżiti tas-servizz raġonevolment prevedibbli għal tal-inqas għaxar snin wara li l-pjattaforma titqiegħed fis-servizz.

(2)

Huwa permissibbli li jinbena biss it-tul ta’ pjattaforma meħtieġ għar-rekwiżit ta’ servizz attwali sakemm jittieħdu miżuri passivi għar-rekwiżiti ta’ servizz futur raġonevolment prevedibbli.

(3)

It-tul utilizzabbli ta’ pjattaforma għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.10.2.   Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-wisa’ u għat-tmiem tal-pjattaforma.

4.2.10.3.   Tmiem il-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għal tmiem il-pjattaforma.

4.2.10.4.   L-għoli tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-għoli tal-pjattaforma.

4.2.10.5.   Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi.

4.2.11.   Saħħa, sikurezza u ambjent

4.2.11.1.   Il-varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini u fl-istrutturi ta’ taħt l-art tul il-parti fuq barra ta’ kwalunkwe ferrovija li tkun konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR u li jkun hemm il-ħsieb li tgħaddi mill-mina speċifika b’veloċitajiet ikbar minn 190 km/h ma għandhiex teċċedi l-10 kPa waqt il-ħin li l-ferrovija tieħu biex tgħaddi mill-mina, bil-veloċità massima permessa.

4.2.11.2.   Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-limiti għall-ħsejjes u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għadhom qed jiġu diskussi.

(2)

Il-limiti għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.11.3.   Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għal protezzjoni minn xokk tal-elettriku mis-sistema tal-kurrent ta’ trazzjoni huma żgurati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-STI ENE CR relatati mal-miżuri protettivi tas-sistemi tal-linji ta’ kuntatt fl-għoli.

4.2.11.4.   Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għas-sikurezza fil-mini ferrovjarji huma stabbiliti fis-STI SRT.

4.2.11.5.   L-effett tar-rjieħ inkroċjati

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti biex ikun mitigat l-effett tar-rjieħ inkroċjati għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.12.   Miżuri għall-operazzjonijiet

4.2.12.1.   Markaturi tad-distanza

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-markaturi tad-distanza għandhom ikunu pprovduti f’intervalli regoli tul il-binarju.

(2)

L-intervall nominali bejn il-markaturi tad-distanza għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.13.   Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji

4.2.13.1.   Ġenerali

(1)

Din it-Taqsima 4.2.13 tistabbilixxi l-elementi infrastrutturali tas-subsistema tal-manutenzjoni meħtieġa għas-servisjar tal-ferroviji.

(2)

Il-post u t-tip ta’ installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.13.2.   Mezzi biex jitbattal it-tojlit

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-installazzjonijiet fissi biex jitbattal it-tojlit għandhom ikunu kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema ta’ ritenzjoni tat-tojlit speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

4.2.13.3.   Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Fejn ikun pprovdut impjant għall-ħasil, dan għandu jkun jista’ jaħsel il-ġnub esterni ta’ ferroviji b’sular wieħed jew bi tnejn b’għoli ta’ bejn:

(a)

1 000 u 3 500 mm għal ferrovija b’sular wieħed,

(b)

500 u 4 300 mm għal ferroviji b’żewġ sulari.

(2)

L-impjant għall-ħasil għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-ferroviji jistgħu jinsaqu ġo fih bi kwalunkwe veloċità bejn it-2 km/h u l-5 km/h.

4.2.13.4.   Stokkjar mill-ġdid tal-ilma

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tagħmir fiss għall-istokkjar mill-ġdid tal-ilma għandu jkun kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema tal-ilma speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

(2)

It-tagħmir fiss għall-provvista tal-ilma fin-netwerk interoperabbli għandu jkun ipprovdut b’ilma tax-xorb li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 98/83/KE.

(3)

Il-mod ta’ operazzjoni tat-tagħmir għandu jiżgura li l-ilma kkonsenjat lill-vetturi ferrovjarji jkun konformi mal-kwalità speċifikata mid-Direttiva 98/83/KE.

4.2.13.5.   Provvista mill-ġdid tal-karburant

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tagħmir għall-provvista mill-ġdid tal-karburant għandu jkun kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema tal-karburant speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji CR.

4.2.13.6.   Provvista ta’ puntali tal-elettriku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Fejn tkun ipprovduta, il-provvista ta’ puntali tal-elettriku għandha tkun permezz ta’ sistema ta’ provvista tal-enerġija waħda jew iktar speċifikata fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

4.3.   Speċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces

Mill-perspettiva tal-kompatibilità teknika, l-interfaces tas-subsistema tal-infrastruttura mas-sistema l-oħra huma kif ġew deskritti fil-paragrafi li ġejjin.

4.3.1.   Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji

Tabella 8

Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji, is-STI “RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri”

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri Ferrovjarji Konvenzjonali

Qies standard tal-binarju

4.2.5.1

Qies standard nominali tal-binarju

4.2.5.6

Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

4.2.6.2

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

4.2.3.5.2.1

Karatteristiċi mekkaniċi u ġeometriċi ta’ kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet

4.2.3.5.2.2

Karatteristiċi mekkaniċi u ġeometriċi tar-roti

Qisien standard

4.2.4.1

Qies minimu tal-istrutturi

4.2.4.2

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.4.5

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

4.2.3.1.

Tiqjis standard

Tagħbija fuq il-fusijiet u spazjar tal-fusijiet

4.2.7.1

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

4.2.8.1

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.8.2

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

4.2.8.4

Reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.3.2

Tagħbija fuq il-fusijiet u tagħbija fuq ir-roti

Karatteristiċi tat-tħaddim

4.2.7.1

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

4.2.7.3

Reżistenza laterali tal-binarji

4.2.8.1.3

Forzi serriepa

4.2.3.4.2.1

Valuri ta’ limitu għal tħaddim sikur

4.2.3.4.2.2

Valuri ta’ limitu għat-tagħbija fuq il-binarji

Koniċità ekwivalenti

4.2.5.5

Koniċità ekwivalenti

4.2.3.4.3

Koniċità ekwivalenti

Azzjonijiet lonġitudinali

4.2.7.2

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

4.2.8.1.4

L-azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)

4.2.4.5

Prestazzjoni tal-ibbrejkjar

Raġġ minimu ta’ kurva

4.2.4.4

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

4.2.3.6

Raġġ minimu ta’ kurva

Raġġ ta’ kurva orizzontali

4.2.5.4

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

4.2.3.4.2.1

Valuri ta’ limitu għas-sikurezza fit-tħaddim

Aċċellerazzjoni tal-kurva vertikali

4.2.4.5

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

4.2.3.1

Tiqjis standard

Effett aerodinamiku

4.2.4.2

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.8.3

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

4.2.11.1

Varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

4.2.6.2.1

Effetti ta’ kurrent ta’ arja wara oġġett miexi (slipstream) fuq il-passiġġieri fuq il-pjattaformi

4.2.6.2.2

Effetti ta’ kurrent ta’ arja wara oġġett miexi fuq il-ħaddiema fil-ġenb tal-binarji

4.2.6.2.3

Polz tal-pressjoni tar-ras

4.2.6.2.4

Varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

Riħ inkroċjat

4.2.11.5

Effett ta’ rjieħ inkroċjati

4.2.6.2.5

Riħ inkroċjat

Installazzjonijiet għas-servisjar tal-ferroviji

4.2.13.2

Mezzi biex jitbattal it-tojlit

4.2.13.3

Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji

4.2.13.4

Stokkjar mill-ġdid tal-ilma

4.2.13.5

Provvista mill-ġdid tal-karburant

4.2.13.6

Provvista ta’ puntali tal-elettriku

4.2.11.3

Sistema biex jitbattal it-tojlit

4.2.11.2.2

Tindif estern minn ġo impjant għall-ħasil

4.2.11.4

Tagħmir għall-mili mill-ġdid tal-ilma

4.2.11.5

Interface għall-mili mill-ġdid tal-ilma

4.2.11.7

Tagħmir għall-provvista mill-ġdid tal-karburant

4.2.11.6

Rekwiżiti speċjali għall-ipparkjar tal-ferroviji


Tabella 9

Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji, is-STI “Vaguni għall-Merkanzija”

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-Vaguni Ferrovjarji Konvenzjonali tal-Merkanzija

Qies standard tal-binarju

4.2.5.1

Qies standard nominali tal-binarju

4.2.5.6

Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

4.2.6.2

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

4.2.3.4

Imġiba dinamika tal-vettura

Qisien standard

4.2.4.1

Qies minimu tal-istrutturi

4.2.4.2

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.4.5

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

4.2.3.1

Qies standard kinematiku

Tagħbija fuq il-fusijiet u spazjar tal-fusijiet

4.2.7.1

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

4.2.7.3

Reżistenza laterali tal-binarji

4.2.8.1

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.8.2

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

4.2.8.4

Reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.3.2

Tagħbija statika fuq il-fusijiet u tagħbija statika lineari

Karatteristiċi tat-tħaddim

4.2.7.1

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

4.2.7.3

Reżistenza laterali tal-binarji (b)

4.2.3.4

Imġiba dinamika tal-vettura

Azzjonijiet lonġitudinali

4.2.7.2

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

4.2.8.1.4

L-azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)

4.2.4.1

Prestazzjoni tal-ibbrejkjar

Raġġ minimu ta’ kurva

4.2.4.4

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

4.2.2.1.

Interface (eż. Akkoppjament) bejn vetturi, bejn sett ta’ vetturi u bejn ferroviji

Raġġ ta’ kurva orizzontali

4.2.5.4

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

4.2.3.5.

Forzi kompressivi lonġitudinali

Aċċellerazzjoni tal-kurva vertikali

4.2.4.5

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

4.2.3.1

Qies standard kinematiku

Effett aerodinamiku

4.2.4.2

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.8.3

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

4.2.11.1

Varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

4.2.6.2

Effetti aerodinamiċi

Riħ inkroċjat

4.2.11.5

Effett ta’ rjieħ inkroċjati

4.2.6.3

Rjieħ inkroċjati

4.3.2.   Interfaces mas-subsistema tal-enerġija

Tabella 10

Interfaces mas-subsistema tal-enerġija

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-Enerġija Ferrovjarja Konvenzjonali

Qisien standard

4.2.4.1

Qies minimu tal-istrutturi

4.2.14

Qies standard tal-pantografu

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

4.2.11.3

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

4.7.3

Miżuri protettivi tas-sistema tal-linji ta’ kuntatt fl-għoli

4.7.4

Miżuri protettivi tar- return circuit (ċirkwit b’fil konduttur li jreġġa’ lura l-kurrent elettriku mnejn beda) tal-kurrent

4.3.3.   Interfaces mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni

Tabella 11

interfaces mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni Ferrovjarji Konvenzjonali

Qies minimu tal-istrutturi ffissat għal installazzjonijiet tal-Kmand tal-Kontroll u Sinjalazzjoni (CCS)

4.2.4.1

Qies minimu tal-istrutturi

4.2.5

Interfaces tal-ispazji għall-arja tal-ETCS u tal-EIRENE

4.2.16

Viżibilità tal-effetti tal-kmand tal-kontroll fuq l-oġġetti tal-binarji

Użu ta’ brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrenti

4.2.7.2

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

Taqsima 5.2 tal-Appendiċi 1 għall-Anness A: Użu ta’ brejkijiet elettriċi/manjetiċi

4.3.4.   Interfaces mas-subsistema tal-operat u tal-immaniġġjar tat-traffiku

Tabella 12

interfaces mas-subsistema tal-operat u tal-immaniġġjar tat-traffiku

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-Operat u tal-Immaniġġjar tat-Traffiku Ferrovjarju Konvenzjonali

Użu ta’ brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrenti

4.2.7.2

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

4.2.2.6.2

Prestazzjoni tal-brejkijiet

Ir-regoli operattivi

4.4

Regoli operattivi

4.2.1.2.2.2

Elementi mmodifikati

4.2.3.6

Operazzjoni ddegradata

4.4.   Regoli operattivi

4.4.1.   Kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ xogħlijiet ippjanati minn qabel

(1)

Waqt xogħlijiet ippjanati minn qabel, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema tal-infrastruttura u tal-kostitwenti tal-interoperabilità tagħha ddefiniti fil-Kapitoli 4 u 5 ta’ din is-STI jiġu sospiżi temporanjament. Fis-STI tal-Operat u tal-Immaniġġjar tat-Traffiku CR huma stabbiliti dispożizzjonijiet operattivi speċifiċi.

4.4.2.   Operazzjoni ddegradata

(1)

Jistgħu jseħħu avvenimenti li jaffettwaw l-operazzjoni normali ta’ linja. Ir-regoli operattivi biex jiġu ġestiti avvenimenti ta’ din ix-xorta huma stabbiliti fis-STI tal-Operat u tal-Immaniġġjar tat-Traffiku CR.

4.4.3.   Protezzjoni tal-ħaddiema mill-effetti aerodinamiċi

(1)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddefinixxi l-mezzi biex il-ħaddiema jiġu protetti mill-effetti aerodinamiċi.

(2)

Għall-ferroviji li jkunu konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jikkunsidra l-veloċità effettiva tal-ferroviji u l-valur ta’ limitu tal-effetti aerodinamiċi mogħti mis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

4.5.   Pjan ta’ manutenzjoni

4.5.1.   Qabel ma linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz

(1)

Għandu jiġi ppreparat fajl ta’ manutenzjoni li tal-inqas jistabbilixxi:

(a)

sett ta’ valuri għal-limiti għal azzjoni immedjata,

(b)

il-miżuri li għandhom jittieħdu (restrizzjoni tal-veloċità, ħin tat-tiswija) meta l-valuri preskritti jinqabżu,

relatati mal-elementi li ġejjin:

i.

ir-rekwżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz,

ii.

il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz,

iii.

il-kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati,

iv.

it-tmiem tal-pjattaforma kif meħtieġ mis-STI tal-“Persuni b’mobilità mnaqqsa”.

4.5.2.   Wara li linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz

(1)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jkollu pjan ta’ manutenzjoni li jinkludi l-punti elenkati fit-Taqsima 4.5.1 flimkien ma’, tal-inqas, il-punti li ġejjin relatati mal-istess elementi:

(a)

sett ta’ valuri għal-limiti għal intervent u għal-limiti għal allarm,

(b)

dikjarazzjoni dwar il-metodi, il-kompetenzi professjonali tal-persunal u t-tagħmir għas-sikurezza protettiva personali li jeħtieġ li jintuża,

(ċ)

ir-regoli li għandhom jiġu applikati għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu fuq jew qrib il-binarju,

(d)

il-mezzi li jintużaw biex ikun ikkontrollat li l-valuri mqiegħda fis-servizz jkunu qed jiġu rrispettati.

4.6.   Kompetenzi professjonali

(1)

Il-kompetenzi professjonali meħtieġa għall-persunal li jżomm f’kundizzjoni tajba s-subsistema tal-infrastruttura għandhom jiġu elenkati b’mod dettaljat fil-pjan ta’ manutenzjoni (ara t-Taqsima 4.5.2).

4.7.   Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza

(1)

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza huma ttrattati fit-taqsimiet tal-konformità mar-rekwiżiti: 4.2.11.1 (Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini), 4.2.11.2 (Limiti għall-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni), 4.2.11.3 (Protezzjoni minn xokk tal-elettriku), 4.2.10 (Pjattaformi), 4.2.11.4 (Sikurezza fil-mini ferrovjarji), 4.2.13 (Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji), u 4.4 (Regoli operattivi).

4.8.   Reġistru tal-infrastruttura

(1)

Skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE, ir-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jindika l-karatteristiċi ewlenin tas-subsistema tal-infrastruttura.

(2)

L-Anness D għal din is-STI jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-infrastruttura għandha tkun inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura. L-informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura u li tkun meħtieġa għal subsistemi oħrajn hija stabbilita fis-STI kkonċernati.

5.   KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ

5.1.   Bażi li fuqha ntgħażlu l-kostitwenti tal-interoperabilità

(1)

Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3 huma bbażati fuq disinn tradizzjonali ta’ binarju mifrux fuq sodda ta’ żrar b’linja ferrovjarja Vignole (qiegħ ċatt) fuq fallakki riffieda tal-konkrit jew tal-injam u rbit li jipprovdi reżistenza għaż-żelqa (slip) lonġitudinali billi ssir forza fuq il-parti ta’ isfel tal-linja ferrovjarja (rail foot).

(2)

Il-komponenti u s-subassemblaġġi li jintużaw għall-kostruzzjoni ta’ disinji oħrajn ta’ binarji ma jiġux ikkunsidrati bħala kostitwenti tal-interoperabilità.

5.2.   Lista ta’ kostitwenti

(1)

Għall-finijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità, l-elementi tal-interoperabilità li ġejjin biss, irrispettivament minn jekk ikunux komponenti individwali jew subassemblaġġi tal-binarju, huma ddikjarati bħala “kostitwenti tal-interoperabilità”:

(a)

il-linja ferrovjarja (5.3.1),

(b)

is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji (5.3.2),

(ċ)

il-fallakki riffieda ta’ taħt il-binarju (5.3.3).

(2)

It-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għal kull wieħed minn dawn il-kostitwenti.

(3)

Il-linji ferrovjarji, l-irbit u l-fallakki riffieda ta’ taħt li jintużaw għal tul qasir tal-binarju għal finijiet speċifiċi, pereżempju f’punti ta’ qlib u ta’ qsim, f’apparati ta’ espansjoni, f’ċangaturi ta’ tranżizzjoni u fi strutturi speċjali, ma jiġux ikkunsidrati bħala kostitwenti tal-interoperabilità.

5.3.   Prestazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-kostitwenti

5.3.1.   Il-linja ferrovjarja

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwent tal-interoperabilità “il-linja ferrovjarja” huma dawn li ġejjin:

(a)

il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti,

(b)

il-mument ta’ inerzja tas-sezzjoni trasversali tal-linja ferrovjarja,

(ċ)

l-ebusija tal-linja ferrovjarja.

5.3.1.1.   Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti

(1)

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.5.6 “Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi”.

(2)

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandu jippermetti li r-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.5.5.1 għal “Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti” jiġu ssodisfati meta jintuża b’medda speċifikata ta’ qisien standard tal-binarju u ta’ inklinazzjonijiet tal-linji ferrovjarji li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti ta’ din is-STI.

5.3.1.2.   Il-mument ta’ inerzja tas-sezzjoni trasversali tal-linja ferrovjarja

(1)

Il-mument ta’ inerzja huwa rilevanti għar-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.7 “Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati”.

(2)

Il-valur ikkalkolat tal-mument ta’ inerzja (I) ta’ sezzjoni mil-linja ferrovjarja ddisinjata madwar l-assi orizzontali ewlieni miċ-ċentru tal-gravità għandu jkun tal-inqas ta’ 1 600 ċm4.

5.3.1.3.   L-ebusija tal-linja ferrovjarja

(1)

L-ebusija tal-linja ferrovjarja hija rilevanti għar-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.5.6 “Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi”.

(2)

L-ebusija tal-linja ferrovjarja mkejla fil-quċċata tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għandha tkun tal-inqas ta’ 200 HBW.

5.3.2.   Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji

(1)

Is-sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji hija rilevanti għar-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.7.2 għar-“Reżistenza lonġitudinali tal-binarji” u tat-Taqsima 4.2.7.3 għar-“Reżistenza laterali tal-binarji” u tat-Taqsima 4.2.7.1 għar-“Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali”.

(2)

Is-sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji għandha tkun konformi fil-kundizzjonijiet ta’ test fil-laboratorju mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-forza lonġitudinali meħtieġa biex il-linja ferrovjarja tibda tiżżerżaq (jiġifieri tiċċaqlaq b’mod mhux elastiku) minn assemblaġġ ta’ rbit tal-linja ferrovjarja wieħed għandha tkun tal-inqas ta’ 7kN,

(b)

l-irbit tal-linji ferrovjarji għandu jirreżisti l-applikazzjoni ta’ 3 000 000 ċiklu tat-tagħbija tipika applikata f’kurva li tbiddel id-direzzjoni f’daqqa waħda, biex b’hekk il-prestazzjoni tal-irbit f’termini ta’ forza ta’ kklampjar u ta’ trażżin lonġitudinali ma tkunx iddegradata b’iktar minn 20 % u l-ebusija vertikali ma tkunx iddegradata b’iktar minn 25 %. It-tagħbija tipika għandha tkun adattata:

i.

għat-tagħbija massima fuq il-fusijiet li s-sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji tkun iddisinjata biex takkomoda,

ii.

għall-kombinazzjoni tal-linja ferrovjarja, tal-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja, tal-kuxxinett tal-linja ferrovjarja u tat-tip ta’ fallakki riffieda ta’ taħt li magħhom tista’ tintuża s-sistema ta’ rbit.

5.3.3.   Fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji

(1)

Il-fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li meta jintużaw ma’ linja ferrovjarja speċifikata u ma’ sistema speċifikata ta’ rbit tal-linji ferrovjarji huma jkollhom proprjetajiet li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.5.1 għall-“Qies standard nominali tal-binarju”, tat-Taqsima 4.2.5.5.2 għar-“Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (Tabella 5: Il-valuri minimi tal-qies standard medju tal-binarju u f’kurvi b’raġġ R> 10 000 m)”, tat-taqsima 4.2.5.7 għall-“Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja” u tat-taqsima 4.2.7 għar-“Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati”.

6.   VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI

6.1.   Kostitwenti tal-Interoperabilità

6.1.1.   Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

(1)

Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità, kif ġew iddefiniti fil-Kapitolu 5 ta’ din is-STI, għandha ssir bl-applikazzjoni tal-moduli rilevanti.

6.1.2.   Applikazzjoni tal-moduli

    CA “Kontroll intern tal-produzzjoni”

    CB “Eżami tat-tip KE”

    CD “Konformità skont it-tip ibbażata fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni”

    CF “Konformità skont it-tip ibbażata fuq il-verifika tal-prodott”

    CH “Konformità ibbażata fuq sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa”

(1)

Għandhom jintużaw il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità li ġejjin:

(a)

(b)

(ċ)

(d)

(e)

(2)

Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom jintgħażlu minn dawk murija fit-Tabella 13.

Tabella 13

Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu applikati għall-kostitwenti tal-interoperabilità

Proċeduri

Linja ferrovjarja

Sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji

Fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji

Imqiegħda fis-suq tal-UE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI

CA jew CH

CA jew CH

Imqiegħda fis-suq tal-UE wara d-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI

CB + CD jew

CB + CF jew

CH

(3)

Fil-każ ta’ prodotti li tqiegħdu fis-suq qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-STI, għandu jiġi kkunsidrat li t-tip kien approvat u għalhekk m’hemmx għalfejn isir l-eżami tat-tip KE (modulu CB), sakemm il-manifattur juri li kien ikkunsidrat li t-testijiet u l-verifika tal-kostitwenti tal-interoperabilità rnexxew għall-applikazzjonijiet preċedenti f’kundizzjonijiet komparabbli u huma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din is-STI. F’dan il-każ, dawn il-valutazzjonijiet għandhom jibqgħu validi fl-applikazzjoni l-ġdida. Jekk ma jkunx possibbli li jintwera li s-soluzzjoni ġiet ipprovata b’mod pożittiv fl-imgħoddi, għandha tapplika l-proċedura għall-kostitwenti tal-interoperabilità mqiegħda fis-suq tal-UE wara l-pubblikazzjoni ta’ din is-STI.

(4)

Il-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif ġew indikati fit-Tabella 20 tal-Anness A għal din is-STI.

6.1.3.   Soluzzjonijiet innovattivi għall-kostitwenti tal-interoperabilità

(1)

Jekk għal kostitwent tal-interoperabilità, kif ġie ddefinit fit-Taqsima 5.2, tiġi proposta soluzzjoni innovattiva, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiddikjara d-devjazzjonijiet mill-klawżola rilevanti ta’ din is-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni biex jiġu analizzati.

(2)

F’każ li l-analiżi tirriżulta f’opinjoni favorevoli, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface xierqa għall-kostitwent u l-metodu ta’ valutazzjoni xieraq għandhom jiġu żviluppati taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li ġew prodotti b’dan il-mod għandhom ikunu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

(4)

Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

6.1.4.   Dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità għall-kostitwenti tal-interoperabilità

6.1.4.1.   Il-kostitwenti tal-interoperabilità suġġetti għal direttivi Komunitarji oħrajn

(1)

L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li “Meta l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu suġġetti għal direttivi oħra tal-Komunità li jkopru aspetti oħra, id-dikjarazzjoni ‘KE’ tal-konformità jew l-idoneità għall-użu għandha, f’każijiet bħal dawn, tgħid li l-kostitwenti tal-interoperabilità jilħqu wkoll il-ħtiġijiet [ir-rekwiżiti] ta’ dawk id-direttivi l-oħra.”

(2)

Skont l-Anness IV(3) għad-Direttiva 2008/57/KE, id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjoni għall-użu.

6.1.4.2.   Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għal-Linja Ferrovjarja

(1)

Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-medda tal-qisien standard tal-binarju u tal-inklinazzjonijiet tal-linji ferrovjarji li l-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti tagħha tippermetti li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-Taqsima 4.2.5.5.1.

6.1.4.3.   Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għas-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji

(1)

Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi:

(a)

il-kombinazzjoni tal-linja ferrovjarja, tal-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja, tal-kuxxinett tal-linja ferrovjarja u tat-tip ta’ fallakki riffieda ta’ taħt li magħhom tista’ tintuża s-sistema ta’ rbit

(b)

it-tagħbija massima fuq il-fusijiet li s-sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji hija ddisinjata biex takkomoda.

6.1.4.4.   Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għall-fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji

(1)

Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-kombinazzjoni tal-linja ferrovjarja, tal-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja u tat-tip ta’ sistema ta’ rbit tal-linji ferrovjarji li magħhom tista’ tintuża l-fallakka riffieda.

6.2.   Subsistema tal-infrastruttura

6.2.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(1)

Fuq it-talba tal-applikant, il-Korp Notifikat iwettaq il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-infrastruttura skont l-Artikolu 18 ta’ u l-Anness VI għad-Direttiva 2008/57/KE u skont id-dispożizzjonijiet tal-moduli rilevanti.

(2)

Jekk l-applikant juri li t-testijiet jew il-verifiki ta’ subsistema tal-infrastruttura rnexxew għal applikazzjonijiet preċedenti ta’ disinn f’ċirkustanzi simili, il-Korp Notifikat għandu jikkunsidra dawn it-testijiet u dawn il-verifiki għall-verifika tal-KE.

(3)

Il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-infrastruttura għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi indikati fit-Tabella 21 fl-Anness B għal din is-STI. Fit-Taqsima 6.2.4 huma inklużi proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal parametri bażiċi speċifiċi tas-subsistema tal-infrastruttura.

(4)

L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-KE għas-subsistema tal-infrastruttura skont l-Artikolu 18 ta’ u l-Anness V għad-Direttiva 2008/57/KE.

6.2.2.   Applikazzjoni tal-moduli

(1)

Għall-proċedura ta’ verifika tal-KE tas-subsistema tal-infrastruttura, l-applikant jista’ jagħżel jew:

(a)

Il-Modulu SG: verifika tal-KE bbażata fuq verifika ta’ unità, jew

(b)

Il-Modulu SH1: verifika tal-KE bbażata fuq sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità sħiħa flimkien ma’ eżami tad-disinn.

6.2.2.1.   L-applikazzjoni tal-modulu sg

(1)

F’każ fejn il-verifika tal-KE issir bl-iktar mod effettiv billi tintuża l-informazzjoni miġbura mill-Amministratur Infrastrutturali, mill-entità kontraenti jew mill-kuntratturi ewlenin involuti (pereżempju, dejta li tinkiseb billi tintuża l-vettura ta’ reġistrazzjoni tal-binarju (track recording vehicle) jew apparati ta’ kejl oħrajn), il-Korp Notifikat għandu jikkunsidra din l-informazzjoni biex jivvaluta l-konformità.

6.2.2.2.   L-applikazzjoni tal-modulu SH1

(1)

Il-modulu SH1 jista’ jintgħażel biss fejn l-attivitajiet li jagħtu kontribut lis-subsistema proposta li għandha tiġi vverifikata (disinn, manifattura, assemblaġġ, installazzjoni) huma suġġetti għal sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u għall-ittestjar tal-prodott finali, li jkunu approvati u eżaminati minn Korp Notifikat.

6.2.3.   Soluzzjonijiet innovattivi

(1)

Jekk is-subsistema tinkludi soluzzjoni innovattiva, kif imsemmi fit-taqsima 4.1, l-applikant għandu jiddikjara d-devjazzjoni mill-klawżoli rilevanti tas-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni.

(2)

F’każ ta’ opinjoni favorevoli, għandhom jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa għal din is-soluzzjoni.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li ġew prodotti b’dan il-mod imbagħad għandhom jiġu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

(4)

Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

6.2.4.   Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal subsistema

6.2.4.1.   Il-valutazzjoni tal-qies minimu tal-istrutturi

(1)

Il-valutazzjoni tal-qies minimu tal-istrutturi għandha ssir billi jintużaw ir-riżultati tal-kalkoli li saru mill-Amministratur Infrastrutturali jew mill-entità kontraenti fuq il-bażi tal-Kapitoli 5, 7 u 10 kif ukoll l-Anness C għall-EN 15273-3:2009.

6.2.4.2.   Il-valutazzjoni tad-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

(1)

Il-valutazzjoni tad-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha ssir billi jintużaw ir-riżultati tal-kalkoli li saru mill-Amministratur Infrastrutturali jew mill-entità kontraenti fuq il-bażi tal-Kapitolu 9 tal-EN 15273-3:2009.

6.2.4.3.   Il-valutazzjoni tad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

(1)

It-taqsima 4.2.5.4.1 tgħid illi “Huwa permissibbli għal ferroviji ddisinjati speċifikament biex jivvjaġġaw b’defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa (unitajiet multipli b’tagħbijiet iktar baxxi fuq il-fusijiet, ferroviji b’sistema li tikkumpensa d-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa) biex jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa, b’kundizzjoni li jintwera li dan jista’ jintlaħaq b'mod sikur”.

(2)

Il-wirja tas-sikurezza mhix suġġetta għal verifika tal-Korp Notifikat.

6.2.4.4.   Il-valutazzjoni tal-valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti

(1)

Il-valutazzjoni tal-valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti għandha ssir billi jintużaw ir-riżultati tal-kalkoli li saru mill-Amministratur Infrastrutturali jew mill-entità kontraenti fuq il-bażi tal-EN 15302:2008.

6.2.4.5.   Il-valutazzjoni tal-valur minimu tal-qies standard medju tal-binarju

(1)

Il-metodu ta’ kejl għall-qies standard tal-binarju ngħata fit-Taqsima 4.2.1 tal-EN 13848-1:2003 + A1:2008.

6.2.4.6.   Il-valutazzjoni tal-Varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

(1)

Il-valutazzjoni tal-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini (kriterju ta’ 10 kPa) għandha ssir billi jintużaw ir-riżultati tal-kalkoli li saru mill-Amministratur Infrastrutturali jew mill-entità kontraenti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet operattivi kollha bil-ferroviji kollha jkunu konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja u dawk konvenzjonali u maħsuba biex jgħaddu b’veloċitajiet ta’ iktar minn 190 km/h fil-mina speċifika li għandha tiġi vvalutata.

(2)

Il-parametri tal-input li għandhom jintużaw iridu jkunu tali li l-pressjoni distinta u karatteristika ta’ referenza tal-ferroviji stabbilita fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS tiġi ssodisfata.

(3)

Iż-żoni ta’ sezzjoni trasversali ta’ referenza tal-ferroviji interoperabbli li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom ikunu, indipendentement minn kull mutur jew vettura li qed tagħmilha ta’ trejler:

(a)

12 m2 għal vetturi maħsuba għal profil kinematiku ta’ referenza GC,

(b)

11 m2 għal vetturi maħsuba għal profil kinematiku ta’ referenza GC,

(ċ)

10 m2 għal vetturi maħsuba għal profili kinematiċi iċken.

(4)

Il-valutazzjoni tista’ tikkunsidra l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li jnaqqsu l-varjazzjoni fil-pressjoni (il-forma tad-daħla għall-mina, ix-xaftijiet, eċċ.) jekk ikun hemm, kif ukoll it-tul tal-mina.

6.2.4.7.   Il-valutazzjoni tal-Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim

(1)

Il-valutazzjoni tal-punti tal-qlib u tal-qsim fil-fażi tad-disinn hija meħtieġa biex ikun ivverifikat li l-valuri skont id-disinn użati jkunu konsistenti mal-valuri ta’ limitu mqiegħda fis-servizz stabbiliti fit-Taqsima 4.2.6.2.

(2)

Il-valutazzjoni tal-qsim ottuż fiss fil-fażi tad-disinn ukoll hija meħtieġa sabiex ikun ivverifikat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għat-tul mhux iggwidat fit-Taqsima 4.2.6.3.

6.2.4.8.   Il-valutazzjoni ta’ strutturi Ġodda

(1)

Il-valutazzjoni tal-istrutturi għandha ssir biss billi t-tagħbijiet tat-traffiku li ntużaw għad-disinn jiġu kkontrollati mar-rekwiżiti minimi tat-Taqsimiet 4.2.8.1, 4.2.8.2 u 4.2.8.3. Il-Korp Notifikat la huwa meħtieġ li jeżamina d-disinn u lanqas li jagħmel xi kalkoli. Meta jeżamina l-valur ta’ alfa li ntuża fid-disinn skont it-Taqsimiet 4.2.8.1 u 4.2.8.2, għandu jiġi kkontrollat biss li l-valur ta’ alfa jissodisfa t-Tabella 6.

6.2.4.9.   Il-valutazzjoni ta’ strutturi eżistenti

(1)

Il-valutazzjoni tal-istrutturi eżistenti għandha ssir billi jiġi kkontrollat li l-valuri tal-Kategoriji tal-Linji tal-EN (u jekk ikun rilevanti, tal-Klassijiet tal-Lokomotivi) flimkien mal-veloċità permessa ppubblikata mill-Amministratur Infrastrutturali għal-linji li jinkludu l-istrutturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness E għal din is-STI.

6.2.4.10.   Il-valutazzjoni ta’ installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji

(1)

Il-valutazzjoni tal-installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Istat Membru kkonċernat.

6.2.5.   Soluzzjonijiet tekniċi li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità fil-fażi tad-disinn

6.2.5.1.   Il-valutazzjoni tar-reżistenza tal-binarji għal linja sempliċi

(1)

Binarju b’linji sempliċi mifrux fuq sodda ta’ żrar li jkun konformi mal-karatteristiċi li ġejjin jiġi kkunsidrat bħala li ssodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4.2.7 relatati mar-reżistenza tal-binarji għal forzi lonġitudinali, vertikali u laterali:

(a)

Ir-rekwiżiti għall-komponenti tal-binarji, iddefiniti fil-Kapitolu 5 “Il-Kostitwenti tal-Interoperabilità” bħala l-kostitwenti tal-interoperabilità “il-linja ferrovjarja (5.3.1)”, “is-sistemi ta’ rbit tal-linji (5.3.2)” u “l-fallakki riffieda ta’ taħt (5.3.3)” ikunu ġew issodisfati;

(b)

Ikun hemm tal-inqas 1 500 rabta tal-linji ferrovjarji għal kull linja ferrovjarja, għal kull kilometru ta’ tul.

6.2.5.2.   Il-valutazzjoni tar-reżistenza tal-binarji għall-qlib u għall-qsim

(1)

Il-punti tal-qlib u tal-qsim f’binarju mifrux fuq sodda ta’ żrar li jkunu konformi mal-karatteristiċi li ġejjin jiġu kkunsidrati bħala li ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4.2.7 relatati mar-reżistenza tal-binarji għal forzi lonġitudinali, vertikali u laterali:

(a)

Ir-rekwiżiti ddefiniti fil-Kapitolu 5 “Il-kostitwenti tal-interoperabilità” għal-linja ferrovjarja (5.3.1) jiġu sodisfatti għal-linji ferrovjarji sempliċi fil-qlib u fil-qsim u jintużaw linji ferrovjarji tal-qlib u qsim korrispondenti;

(b)

Ir-rekwiżiti ddefiniti fil-Kapitolu 5 “Il-kostitwenti tal-interoperabilità” għas-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji (5.3.2) jiġu sodisfatti mill-irbit kollu, ħlief l-irbit li jintuża fil-partijiet li jiċċaqilqu tal-punti tal-qlib u tal-qsim;

(ċ)

Ikun hemm tal-inqas ekwivalenti għal 1 500 rabta tal-linji ferrovjarji għal kull linja ferrovjarja, għal kull kilometru ta’ tul b’medja kkalkolata fuq it-tul tal-punti tal-qlib u tal-qsim.

6.3.   Verifika tal-KE meta l-veloċità tintuża bħala kriterju ta’ migrazzjoni

(1)

It-Taqsima 7.4 tippermetti li linja titqiegħed fis-servizz f’veloċità iktar baxxa mill-veloċità aħħarija maħsuba. Din it-taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-verifika tal-KE f’din iċ-ċirkustanza.

(2)

Uħud mill-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-Kapitolu 4 jiddependu mill-veloċità maħsuba tar-rotta.

Il-konformità għandha tiġi vvalutata fil-veloċità aħħarija maħsuba; madankollu huwa permissibli li karatteristiċi dipendenti mill-veloċità jiġu vvalutati fil-veloċità iktar baxxa fil-waqt tat-tqegħid fis-servizz.

(3)

Il-konformità tal-karatteristiċi l-oħra għall-veloċità maħsuba tar-rotta tibqa’ valida.

(4)

Biex tkun iddikjarata l-interoperabilità f’din il-veloċità maħsuba, jeħtieġ biss li tiġi vvalutata l-konformità tal-karatteristiċi li ma ġewx rispettati temporanjament, meta jinġiebu għal-livell meħtieġ.

6.4.   Valutazzjoni tal-pjan ta’ manutenzjoni

(1)

It-Taqsima 4.5 teħtieġ li, għal kull linja konvenzjonali, l-Amministratur Infrastrutturali jkollu pjan ta’ manutenzjoni għas-subsistema tal-infrastruttura.

(2)

Il-Korp Notifikat għandu jikkonferma li l-fajl tal-manutenzjoni jeżisti u jinkludi l-elementi elenkati fit-Taqsima 4.5.1. Il-Korp Notifikat mhux responsabbli mill-valutazzjoni tal-idoneità tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti fil-fajl ta’ manutenzjoni.

(3)

Il-Korp Notifikat għandu jinkludi kopja tal-fajl ta’ manutenzjoni meħtieġ mit-Taqsima 4.5.1 ta’ din is-STI fil-fajl tekniku msemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.

6.5.   Valutazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura

(1)

It-Taqsima 4.8 teħtieġ li r-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jindika l-karatteristiċi ewlenin tas-subsistema tal-infrastruttura. Il-Korp Notifikat għandu r-responsabilità li jivvaluta li dawk il-karatteristiċi jkunu ġew ippreparati għar-Reġistru tal-Infrastruttura.

6.6.   Subsistemi li fihom kostitwenti tal-interoperabilità li ma għandhomx dikjarazzjoni tal-KE

6.6.1.   Kundizzjonijiet

(1)

Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni pprovdut fl-Artikolu 6 ta’ din id-Deċiżjoni, Korp Notifikat jitħalla joħroġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema, anki jekk uħud mill-kostitwenti tal-interoperabilità inkorporati fis-subsistema ma jkunux koperti mid-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti skont din is-STI, jekk ikun hemm konformità mal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-konformità tas-subsistema tkun ġiet ikkontrollata mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 u b’relazzjoni għall-Kapitoli 6.2 sa 7 (ħlief 7.6.“Każijiet Speċifiċi”) ta’ din is-STI mill-Korp Notifikat. Barra minn hekk, il-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità (IC) mal-Kapitoli 5 u 6.1 ma tapplikax, u

(b)

il-kostitwenti tal-interoperabilità li mhumiex koperti mid-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti, intużaw f’subsistema li diġà kienet approvata u tqiegħdet fis-servizz tal-inqas f’wieħed mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI.

(2)

Ma għandhomx isiru dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu għall-kostitwenti tal-interoperabilità li jiġu vvalutati b’dan il-mod.

6.6.2.   Dokumentazzjoni

(1)

Iċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE tas-subsistema għandu jindika b’mod ċar liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati mill-Korp Notifikat bħala parti mill-verifika tas-subsistema.

(2)

Id-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-KE tas-subsistema għandha tindika b’mod ċar:

(a)

Liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati bħala parti mis-subsistema;

(b)

Konferma li s-subsistema tinkludi kostitwenti tal-interoperabilità identiċi għal dawk ivverifikati bħala parti mis-subsistema;

(ċ)

Għal dawk il-kostitwenti tal-interoperabilità, ir-raġuni(jiet) għaliex il-manifattur ma pprovdiex dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu qabel l-inkorporazzjoni tagħhom fis-subsistema, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali nnotifikati skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE.

6.6.3.   Manutenzjoni tas-subsistemi Ċċertifikati skont it-taqsima 6.6.1.

(1)

Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni kif ukoll wara li jkun intemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm is-subsistema tiġi aġġornata jew rinnovata (fejn tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni tas-STI), il-kostitwenti tal-interoperabilità li ma għandhomx dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu u tal-istess tip jitħallew jintużaw bħala sostituti relatati mal-manutenzjoni (spare parts) għas-subsistema, taħt ir-responsabilità tal-korp responsabbli mill-manutenzjoni.

(2)

Ikun xi jkun il-każ, il-korp responsabbli mill-manutenzjoni jrid jiżgura ruħu li l-komponenti għas-sostituti relatati mal-manutenzjoni jkunu adattati għall-applikazzjonijiet tagħhom, jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom, u jagħtu lok biex tintlaħaq l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja filwaqt li fl-istess ħin jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. Komponenti ta’ din ix-xorta jridu jkunu traċċabbli u ċċertifikati skont kwalunkwe regola nazzjonali jew internazzjonali, jew kwalunkwe kodiċi ta’ prattika rikonoxxut b’mod wiesa’ fil-qasam ferrovjarju.

7.   IMPLIMENTAZZJONI TAS-STI TAL-INFRASTRUTTURA

7.1.   Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali

(1)

Il-Kapitoli 4 sa 6 u kwalunwe dispożizzjoni speċifika fit-Taqsimiet 7.2-7.6 ta’ iktar ‘l isfel japplikaw b’mod sħiħ għal-linji li jaqgħu fl-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI u li se jitqiegħdu fis-servizz bħala linji interoperabbli wara li din is-STI tidħol fis-seħħ.

(2)

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw strateġija ta’ migrazzjoni nazzjonali li għal-linji tat-TEN tispeċifika dawk l-elementi tas-subsistema tal-infrastruttura li huma meħtieġa għas-servizzi interoperabbli (eż. binarji, binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni, wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji) u għalhekk għandhom ikunu konformi ma’ din is-STI. Din l-istrateġija ta’ migrazzjoni għandha tinkludi pjanijiet relatati ma’ rinnovazzjoni u aġġornament. Meta jkunu se jispeċifikaw dawk l-elementi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-koerenza tas-sistema kollha.

7.2.   Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali ġodda

(1)

Il-Linji Ewlenin Ġodda tat-TEN (tip IV) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kategorija tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F jew IV-M.

(2)

Il-Linji Ġodda Oħrajn tat-TEN (tip VI) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kategorija tal-Linji tas-STI VI-P, VI-F jew VI-M. Huwa wkoll permissibbli li l-linja tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kategorija tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F jew IV-M rispettivament.

(3)

Għall-fini ta’ din is-STI “Linja ġdida” għandha tfisser linja li toħloq rotta fejn bħalissa m’hemmx.

(4)

Is-sitwazzjonijiet li ġejjin, pereżempju biex tiżdied il-veloċità jew il-kapaċità, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-kostruzzjoni ta’ linja aġġornata iktar milli linja ġdida:

(a)

ir-riallinjament ta’ parti minn rotta eżistenti,

(b)

il-ħolqien ta’ bypass,

(ċ)

iż-żieda ta’ binarju wieħed jew iktar f’rotta eżistenti, irrispettivament mid-distanza bejn il-binarji oriġinali u l-binarji addizzjonali.

7.3.   Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali eżistenti

Huma rilevanti erba’ każijiet possibbli ta’ applikazzjoni ta’ din is-STI.

7.3.1.   Aġġornament ta’ linja

(1)

Skont l-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 2008/57/KE, “titjib fil-kwalità” [aġġornament] tfisser kull tibdil sostanzjali f’subsistema jew f’parti ta’ subsistema li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema.

(2)

Is-subsistema tal-infrastruttura ta’ linja tiġi kkunsidrata bħala aġġornata meta tal-inqas il-Parametri ta’ Prestazzjoni ta’ tagħbija fuq il-fusijiet u qies standard, kif ġew iddefiniti fit-Taqsima 4.2.2, jiġu ssodisfati. F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru għandu jikkontrolla li l-fajl msemmi fl-Artikolu 20.1 tad-Direttiva 2008/57 jissodisfa t-talbiet li ġejjin:

(2.1)

L-aġġornament tal-Linji Ewlenin tat-TEN għandu jkun skont ir-rekwiżiti tal-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F u V-M. (Huwa permissibbli aġġornament għar-rekwiżiti tat-Tip ta’ Linja VI.)

(2.2)

L-aġġornament tal-Linji Ewlenin tat-TEN Oħrajn għandu jkun skont ir-rekwiżiti tal-Kategoriji tal-Linji tas-STI VII-P, VII-F u VII-M. (Huwa permissibbli aġġornament għar-rekwiżiti tat-Tip ta’ Linja VI.)

(2.3)

Għal parametri oħrajn tas-STI, skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/57, huwa l-Istat Membru li għandu jiddeċiedi sa fejn ikun hemm il-ħtieġa li s-STI tiġi applikata għall-proġett.

(3)

Fejn japplika l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għaliex l-aġġornament huwa suġġett għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema rekwiżiti tas-STI għandhom jiġu applikati, filwaqt li jikkunsidra l-istrateġija ta’ migrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7.1.

(4)

Fejn l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE ma japplikax għaliex l-aġġornament mhux suġġett għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, il-konformità ma’ din is-STI hija rrakkomandata. Fejn ma jkunx possibbili li tintlaħaq konformità, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Istat Membru bir-raġunijiet għal dan.

(5)

Għal proġett li jinkludi elementi li ma jkunux konformi mas-STI, il-proċeduri biex ikunu applikati l-valutazzjoni tal-konformità u l-verifika tal-KE għandhom ikunu miftiehma mal-Istat Membru.

7.3.2.   Rinnovazzjoni ta’ linja

(1)

Skont l-Artikolu 2(n) tad-Direttiva 2008/57/KE, “tiġdid” [rinnovazzjoni] tfisser kull xogħol ta’ tibdil sostanzjali fuq subsistema jew parti minn subsistema li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema.

(2)

Għal dan il-fini, sostituzzjoni ewlenija għandha tiġi interpretata bħala proġett li twettaq biex ikunu sostitwiti sistematikament l-elementi ta’ linja jew ta’ sezzjoni ta’ linja skont il-pjan ta’ migrazzjoni nazzjonali. Ir-rinnovazzjoni tvarja minn sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni, imsemmija fit-Taqsima 7.3.3 ta’ iktar ‘l isfel, għaliex tagħti l-opportunità biex tinkiseb rotta konformi mas-STI. Rinnovazzjoni hija effettivament l-istess bħal aġġornament, imma mingħajr bidla fil-Parametri ta’ Prestazzjoni.

(3)

Fejn japplika l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għaliex ir-rinnovazzjoni hija suġġetta għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema rekwiżiti tas-STI għandhom jiġu applikati, filwaqt li jikkunsidra l-istrateġija ta’ migrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7.1.

(4)

Fejn l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE ma japplikax għaliex ir-rinnovazzjoni mhix suġġetta għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, il-konformità ma’ din is-STI hija rrakkomandata. Fejn ma jkunx possibbili li tintlaħaq konformità, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Istat Membru bir-raġunijiet għal dan.

(5)

Għal proġett li jinkludi elementi li ma jkunux konformi mas-STI, il-proċeduri biex ikunu applikati l-valutazzjoni tal-konformità u l-verifika tal-KE għandhom ikunu miftiehma mal-Istat Membru.

7.3.3.   Sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni

(1)

Fejn il-partijiet ta’ subsistema f’linja jinżammu f’kundizzjoni tajba, skont din is-STI, il-verifika u l-awtorizzazzjoni formali għat-tqegħid fis-servizz mhumiex meħtieġa. Madankollu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, is-sostituzzjonijiet għal finijiet ta’ manutenzjoni għandhom isiru skont ir-rekwiżiti ta’ din is-STI.

(2)

L-għan għandu jkun li s-sostituzzjonijiet għal finijiet ta’ manutenzjoni progressivament jagħtu kontribut għall-iżvilupp ta’ linja interoperabbli.

(3)

Sabiex parti siewja mis-subsistema tal-infrastruttura tkun suġġetta għal proċess progressiv lejn l-interoperabilità, grupp ta’ parametri bażiċi għandu jkun dejjem adattat flimkien. Dawn il-gruppi huma s-segwenti:

(a)

L-arranġament tal-linji,

(b)

Il-parametri tal-binarji,

(ċ)

Il-punti tal-qlib u tal-qsim,

(d)

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati,

(e)

Ir-reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku,

(f)

Il-pjattaformi.

(4)

F’każijiet ta’ din ix-xorta, irid jiġi kkunsidrat il-fatt li kull wieħed minn dawn l-elementi kkunsidrat f’iżolament ma jagħmilhiex possibbli, waħdu, li tkun żgurata l-konformità tas-subsistema kollha: il-konformità ta’ subsistema tista’ tiġi ddikjarata biss globalment, jiġifieri meta l-elementi kollha jkunu nġiebu f’konformità mas-STI.

7.3.4.   Linji eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament

(1)

Subsistema eżistenti tista’ tippermetti ċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi konformi mas-STI filwaqt li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ l-amministratur infrastrutturali għandu jkun jista’, fuq bażi volontarja, jikkompleta r-Reġistru tal-Infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57 skont l-Anness D ta’ dan it-TSI.

(2)

Il-proċedura li għandha tintuża sabiex jintwera l-livell ta’ konformità mal-Parametri Bażiċi tas-STI għandha tiġi ddefinita fl-ispeċifikazzjoni tar-Reġistru tal-Infrastruttura li se jiġi adottat mill-Kummissjoni skont dak l-Artikolu.

7.4.   Veloċità bħala kriterju ta’ migrazzjoni

(1)

Huwa permissibbli li linja titqiegħed fis-servizz bħala linja interoperabbli f’veloċità iktar baxxa mill-veloċità aħħarija maħsuba tal-linja tagħha. Madankollu, meta jkun il-każ, il-linja għandha tkun mibnija b’tali mod li tinibixxi l-adozzjoni futura tal-veloċità aħħarija maħsuba tal-linja.

(2)

Pereżempju, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun adattata għall-veloċità aħħarija maħsuba tal-linja imma l-pożizzjoni mżerżqa għandha tkun adattata għall-veloċità li jkun hemm meta l-linja titqiegħed fis-servizz.

(3)

Ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità f’din iċ-ċirkustanza huma stabbilit fit-taqsima 6.3.

7.5.   Kompatibilità tal-Infrastruttura u tal-Vetturi Ferrovjarji

(1)

Il-Vetturi Ferrovjarji li jkunu konformi mas-STI tal-Vetturi Ferrovjarji mhumiex awtomatikament kompatibbli mal-linji kollha li huma konformi ma’ din is-STI tal-Infrastruttura. Pereżempju, vettura b’qies standard GC mhix kompatibbli ma’ mina b’qies standard GB.

(2)

Id-disinn tal-Kategoriji tal-Linji tas-STI kif ġew iddefiniti fil-Kapitolu 4 huwa ġeneralment kompatibbli mal-operazzjoni tal-vetturi kklassifikati skont l-EN 15528:2008 sal-veloċità massima murija fl-Anness E. Madankollu, jista’ jkun hemm riskju ta’ effetti dinamiċi eċċessivi, inkluża r-reżonanza f’ċerti pontijiet, li jista’ jkollhom impatt ulterjuri fuq il-kompatibilità tal-vetturi u tal-infrastruttura.

(3)

Jistgħu jsiru kontrolli, fuq il-bażi ta’ xenarji operattivi speċifiċi miftiehma bejn l-Amministratur Infrastrutturali u l-Impriża Ferrovjarja, sabiex tintwera l-kompatibilità tal-vetturi li joperaw ‘il fuq mill-veloċità massima murija fl-Anness E.

(4)

Kif ġie ddikjarat fit-Taqsima 4.2.2 ta’ din is-STI, huwa permissibbli li jiġu ddisinjati linji ġodda u aġġornati b’tali mod li dawn jakkomodaw qisien standard ikbar, tagħbijiet ikbar fuq il-fusijiet, veloċitajiet ikbar u ferroviji itwal minn dawk speċifikati.

7.6.   Każijiet speċifiċi

Il-każijiet speċifiċi li ġejjin jistgħu jiġu applikati għal netwerks partikolari. Dawn il-każijiet speċifiċi jiġu kklassifikati bħala:

(a)   każijiet “P”: każijiet permanenti,

(b)   każijiet “T”: każijiet temporanji, fejn huwa rrakkomandat li s-sistema fil-mira tintlaħaq sal-2020 (għan iffissat fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE).

Il-każijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 7.6.1 sa 7.6.13 għandhom jinqraw flimkien mat-taqsimiet rilevanti tal-Kapitolu 4. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (pereżempju, fil-każ ta’ rekwiżit addizzjonali), il-każijiet speċifiċi jissostitwixxu r-rekwiżiti korrispondenti mogħtija fil-Kapitolu 4. Fejn ir-rekwiżiti tat-taqsima rilevanti fil-Kapitolu 4 ma jkunux suġġetti għal każ speċifiku, dawk ir-rekwiżiti ma ġewx iddupplikati fit-Taqsimiet 7.6.1 sa 7.6.13, u jibqgħu japplikaw kif inhuma.

7.6.1.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Estonjan

Il-każijiet speċifiċi għas-sistema tal-qisien standard tal-binarji ta’ 1 520/1 524 mm għadhom qed jiġu diskussi.

7.6.2.   Karatteristiċi partikolari tan-Netwerk Finlandiż

7.6.2.1.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard FIN 1.

(2)

Il-kalkoli tal-qies minimu tal-istrutturi għandhom isiru billi jintuża l-metodu statiku jew kinematiku skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima D.4.4 tal-Anness D għall-EN 15273-3:2009.

7.6.2.2.   Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (4)

(4)

Ir-reverse curves b’raġġi bejn 150 m u 300 m għandhom ikunu ddisinjati skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini sabiex jipprevjenu l-illokjar tal-molla mewwieta.

7.6.2.3.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju għandu jkun ta’ 1 524 mm.

7.6.2.4.   Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 524 mm, il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarju (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 505 mm,

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 511 mm,

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 505 mm,

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 511 mm,

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 505 mm.

7.6.2.5.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.5.5.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – Tabella 5

Tabella 14

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000  m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 519

160 < v ≤ 200

1 519

7.6.2.6.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 524 mm għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 469 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 478 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 440 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 469 mm.

(e)

L-għoli żejjed massimu taċ-check rail huwa ta’ 55 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.3.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Elleniku

7.6.3.1.   Il-parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżoli (2), (6) u (7)

(2)

Il-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) ġodda u aġġornati fis-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea għandhom ikunu ddisinjati f’konformità ma’ qies standard skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini u għandu jkollhom tagħbija fuq il-fusijiet ta’ 14 t.

(6)

Il-Parametri ta’ Prestazzjoni effettivi għal kull sezzjoni tal-binarju għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(7)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mat-tagħbija fuq il-fusijiet għandha tkun ippubblikata flimkien mal-veloċità permessa.

7.6.3.2.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) għandu jkun iffissat skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.3.3.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżoli (1) u (2)

(1)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-qies standard skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.3.4.   Gradjenti massimi (4.2.4.3)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M – klawżoli (3) u (4)

(3)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti massimi weqfin daqs 20 mm/m.

7.6.3.5.   Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-binarji jew għall-binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni għall-ipparkjar tal-ferroviji, ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali skont id-disinn għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) ma għandux ikun inqas minn 110 m.

7.6.3.6.   Raġġ minimu ta’ kurva vertikali (4.2.4.5)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

L-allinjament vertikali tal-binarji għall-ipparkjar tal-ferroviji u tal-binarji ta’ servizz għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) ma għandux jinkludi l-kurvi b’raġġi ta’ inqas minn 500 m fuq ħotba jew f’ħofra.

7.6.3.7.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju għandu jkun jew ta’ 1 435 mm jew ta’ 1 000 mm.

7.6.3.8.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 946 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 961 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: mhux applikabbli.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 943 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.3.9.   Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali (4.2.7.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (a)

(a)

Il-binarju għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese), inklużi l-punti tal-qlib u tal-qsim, għandu jkun iddisinjat biex jirreżisti tal-inqas it-tagħbija massima statika fuq il-fusijiet ta’ 14 t.

7.6.3.10.   Ir-reżistenza ta’ pontijiet Ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1) – tagħbijiet vertikali (4.2.8.1.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda jew eżistenti biss – klawżola (3)

(3)

Il-valur ta’ alfa (α) għal-linji ta’ 1 000 mm (tal-Peloponnese) għandu jkun daqs jew ikbar minn 0.75.

7.6.4.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk irlandiż

7.6.4.1.   Il-parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2) – klawżola (2) - Tabella 3, kolonna “tul tal-ferrovija”

(2)

Il-linji ġodda u aġġornati fis-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea għandhom ikunu ddisinjati skont it-tul tal-ferroviji tal-passiġġieri, jiġifieri tal-inqas 215 m, u skont it-tul tal-ferroviji tal-merkanzija, jiġifieri tal-inqas 350 m, skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.4.2.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F, IV-M, VI-P, VI-F u VI-M - klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard uniformi IRL 1 skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M - klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard uniformi IRL 2 skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.4.3.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F, IV-M, VI-P, VI-F u VI-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-qies standard IRL 1 skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-qies standard IRL 2 skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.4.4.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju għandu jkun ta’ 1 600 mm.

7.6.4.5.   Il-valuri skont id-disinn għall-Koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 600 mm, il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarju (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 585 mm,

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 591 mm,

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 585 mm,

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 591 mm,

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 585 mm.

7.6.4.6.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.5.5.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – Tabella 5

Tabella 15

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000  m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 595

160 < v ≤ 200

1 595

7.6.4.7.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 600 mm għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 546 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 556 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 521 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 546 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.5.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Latvjan

Il-każijiet speċifiċi għas-sistema tal-qisien standard tal-binarji ta’ 1 520/1 524 mm għadhom qed jiġu diskussi.

7.6.6.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk litwan

Il-każijiet speċifiċi għas-sistema tal-qisien standard tal-binarji ta’ 1 520/1 524 mm għadhom qed jiġu diskussi.

7.6.7.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk pollakk

7.6.7.1.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għal-linji ta’ 1 520 mm għandu jkun iffissat skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

7.6.7.2.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola addizzjonali (3)

(3)

Għal-linji li jintużaw biex jingħata servizz lit-traffiku internazzjonali lejn/minn il-pajjiżi ferrovjarji b’qies standard tal-binarju ta’ 1 520/1 524 mm huwa permess qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 520 mm.

7.6.7.3.   Il-valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 520 mm, il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarju (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 503 mm,

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 509 mm,

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 503 mm,

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 509 mm,

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 503 mm.

7.6.7.4.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.5.5.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – Tabella 5

Tabella 16

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000  m għal linji ta’ 1 520 mm

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 120

valutazzjoni mhux meħtieġa

120 < v ≤ 160

1 515

160 < v ≤ 200

1 515

7.6.7.5.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 520 mm għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 460 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 476 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 436 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 460 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.7.6.   It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss (4.2.6.3)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

Għas-sistema tal-qisien standard tal-binarji ta’1 520 mm il-valur massimu skont id-disinn tat-tul mhux iggwidat għandu jkun ekwivalenti għal 1 qsim ottuż f’9 (tgα = 0,11, α = 6°20’) b’check rail mgħolli ‘l fuq b’minimu ta’44 mm u assoċjat ma’ dijametru tar-rota ikbar minn 330 mm f’rotti diretti u dritti.

7.6.8.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk portugiż

7.6.8.1.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżoli (1) u (2)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-kontorni ta’ referenza CPb, CPb + jew CPc.

Il-kalkoli tal-qies minimu tal-istrutturi għandhom isiru permezz tal-metodu kinematiku skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima D.4.3 tal-Anness D għall-EN 15273-3:2009.

Għas-sistema ta’ binarji bi tliet linji ferrovjarji, il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-kontorn ta’ referenza CPb+, iċċentrat fuq il-qies standard tal-binarju ta’ 1 668 mm.

7.6.8.2.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (1)

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju għandu jkun ta’ 1 668 mm, 1 435 mm jew it-tnejn jekk il-linja tkun mgħammra b’sistema ta’ binarji bi tliet linji ferrovjarji.

7.6.8.3.   Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 668 mm, il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarju (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm,

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 659 mm,

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm,

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 659 mm,

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm.

7.6.8.4.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.5.5.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – Tabella 5

Tabella 17

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000  m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 663

160 < v ≤ 200

1 663

7.6.8.5.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 668 mm għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 613 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 624 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 589 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 613 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.9.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Rumen

7.6.9.1.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżola (2)(f)

(2)(f)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu konformi mal-valur imqiegħed fis-servizz għal fond minimu tal-flangeway ta’ 38 mm.

7.6.10.   KaratteristiĊi partikolari tan-netwerk Spanjol

7.6.10.1.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard GHE16 skont ir-regoli nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola addizzjonali (4)

(4)

Il-qies minimu tal-istrutturi għal qies standard tal-binarju ta’ 1 435 mm u l-qies minimu tal-istrutturi għal qies standard tal-binarju ta’ 1 668 mm għal kull sezzjoni ta’ binarju bi tliet linji ferrovjarji għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

7.6.10.2.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F, IV-M, VI-P, VI-F u VI-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji, kemm għall-qies standard tal-binarju ta’ 1 668 mm kif ukoll għal dak ta’ 1 435 mm, għandha tkun skont il-veloċità massima tal-linja.

Tabella 18

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji fin-netwerk Spanjol

Veloċità

[km/h]

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

(mm)

v ≤ 140

3 808

140 < v ≤ 160

3 920

160 < v ≤ 200

4 000

F’każijiet iġġustifikati, id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji tista’ titnaqqas għall-inqas valur li jmiss fit-tabella, u f’linji b’veloċitajiet ta’ inqas minn 100 km/h tista’ titnaqqqas, f’każijiet estremi, għal 3 674 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji, kemm għall-qies standard tal-binarju ta’ 1 668 mm kif ukoll għal dak ta’ 1 435 mm, għandha tkun ta’ 3 808 mm.

F’linji b’veloċitajiet ta’ inqas minn 100 km/h, din id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji tista’ titnaqqas għal 3 674 mm.

Jekk id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji magħżula tkun inqas minn 3 808 mm, allura l-ispazju vojt biex il-ferroviji jgħaddu minn ħdejn xulxin b’mod sikur għandu jiġi pprovat.

7.6.10.3.   Gradjenti massimi (4.2.4.3)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M – klawżoli (3) u (4)

(3)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti massimi weqfin daqs 20 mm/m.

7.6.10.4.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżola (1) u klawżola addizzjonali (3)

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju għandu jkun jew ta’ 1 668 mm jew ta’ 1 435 mm.

(3)

Il-qies standard nominali tal-binarju ta’ binarji bi tliet linji ferrovjarji għandu jkun ta’ 1 435 mm u 1 668 mm

7.6.10.5.   Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (2)

(2)

Għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 668 mm, il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarju (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm,

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 659 mm,

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm,

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 659 mm,

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 653 mm.

7.6.10.6.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (4.2.5.5.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – Tabella 5

Tabella 19

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000  m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 663

160 < v ≤ 200

1 663

7.6.10.7.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - klawżola (2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għall-qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 668 mm għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 618 mm.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 626 mm.

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 590 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 620 mm.

Ir-rekwiżiti addizzjonali f’(a) u f’(b) jibqgħu l-istess.

7.6.11.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Svediż

F’infrastruttura b’konnessjoni diretta man-netwerk Finlandiż, u għal infrastruttura fil-portijiet, jistgħu jiġu applikati l-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Finlandiż, kif ġew speċifikati fit-Taqsima 7.6.2 ta’ din is-STI.

7.6.12.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Gran Brittanja

7.6.12.1.   Il-parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha – klawżola (7)

(7)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mat-tagħbija fuq il-fusijiet għandha tuża n-numru tad-Disponibilità tar-Rotta (RA) (derivat skont ir-Regola Teknika Nazzjonali nnotifikata għal dan il-fini) flimkien mal-veloċità permessa.

Jekk il-kapaċità ta’ ġarr tat-tagħbijiet ta’ sezzjoni mill-binarju teċċedi l-medda ta’ numri tad-Disponibilità tar-Rotta (RA), allura tista’ tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali li tiddefinixxi l-kapaċità ta’ ġarr tat-tagħbijiet.

7.6.12.2.   Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni tal-linji konvenzjonali rigward il-qies minimu tal-istrutturi, il-qies minimu tal-istrutturi li għandu jintlaħaq għandu jkun speċifiku għall-proġett ikkonċernat.

L-applikazzjoni tal-qisien standard għandha tkun skont ir-Regola Teknika Nazzjonali nnotifikata għal dan il-fini.

7.6.12.3.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżoli (1) u (2)

(1)

Fuq binarju dritt u fuq binarju kkurvat b’raġġ ta’ 400 m jew ikbar, id-distanza nominali bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun ta’ 3 400 mm.

Fejn il-limiti topografiċi ma jħallux li tintlaħaq distanza nominali ta’ 3 400 mm bejn iċ-ċentri tal-binarji, huwa permissibbli li d-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji titnaqqqas sakemm ikunu stabbiliti miżuri speċjali sabiex ikun żgurat spazju vojt biex il-ferroviji jgħaddu minn ħdejn xulxin b’mod sikur.

It-tnaqqis fid-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għandu jkun skont ir-Regola Teknika Nazzjonali nnotifikata għal dan il-fini.

7.6.12.4.   Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżola addizzjonali (3)

(3)

Għad-disinn “CEN56 Vertikali” tal-punti tal-qlib u tal-qsim huwa permess qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 432 mm.

7.6.12.5.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

Każijiet P

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M – klawżola addizzjonali (4)

(4)

Għad-disinn “CEN56 Vertikali” tal-punti tal-qlib u tal-qsim, huwa permess valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni ta’ 1 388 mm (imkejjel 14 mm taħt is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti, u fuq il-linja ta’ referenza teoretika, f’distanza xierqa lura mill-punt effettiv (RP) tal-ponta kif ġie indikat fil-Grafika 2).

7.6.13.   Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Irlanda ta’ Fuq

Fin-netwerk tar-Renju Unit għall-Irlanda ta’ Fuq, għandhom jiġu applikati l-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Irlandiż kif ġew speċifikati fit-Taqsima 7.6.4 ta’ din is-STI.

ANNESS A

IL-VALUTAZZJONI TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ

Fit-Tabella 20, il-karatteristiċi tal-kostitwenti tal-interoperabilità li għandhom jiġu vvalutati mill-Korp Notifikat jew mill-manifattur skont il-modulu magħżul, fil-fażijiet differenti tad-disinn, tal-iżvilupp u tal-produzzjoni, huma mmarkati b’ “X”. Fejn ma tkun meħteġa l-ebda valutazzjoni minn Korp Notifikat, dan huwa mmarkat b’ “m.a.” fit-tabella.

M’hemm l-ebda proċedura ta’ valutazzjoni partikolari meħtieġa għall-kostitwenti tal-interoperabilità tas-subsistema tal-infrastruttura.

Tabella 20

Il-valutazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabilità għad-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità

Karatteristiċi li għandhom jiġu vvalutati

Valutazzjoni fil-fażi li ġejja

Fażi tad-disinn u tal-iżvilupp

Fażi tal-produzzjoni

Eżami tad-disinn

Eżami tal-proċess tal-manifattura

Test tat-tip

Kwalità tal-prodott

(serje)

5.3.1

Il-linja ferrovjarja

 

 

 

 

5.3.1.1

Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti

X

X

m.a.

X

5.3.1.2

Il-mument ta’ inerzja tas-sezzjoni trasversali tal-linja ferrovjarja

X

m.a.

m.a.

m.a.

5.3.1.3

Ebusija tal-linja ferrovjarja

X

X

m.a.

X

5.3.2

Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji

m.a.

m.a.

X

X

5.3.3

Fallakki riffieda ta’ taħt il-binarju

X

X

X

X

ANNESS B

IL-VALUTAZZJONI TAS-SUBSISTEMA TAL-INFRASTRUTTURA

Fit-Tabella 21, il-karatteristiċi tas-subsistema li għandhom jiġu vvalutati fil-fażijiet differenti tad-disinn, tal-kostruzzjoni u tal-operazzjoni huma mmarkati b’“X”.

Fejn ma tkun meħteġa l-ebda valutazzjoni minn Korp Notifikat, dan huwa mmarkat b’“m.a.” fit-tabella. Dan ma jipprevjenix il-ħtieġa li jsiru valutazzjonijiet oħrajn fil-kuntest ta’ fażijiet oħrajn.

Definizzjoni tal-fażijiet ta’ valutazzjoni:

Article I.   “Eżami tad-disinn”: jinkludi l-kontroll tal-korrettezza tal-valuri/parametri mar-rekwiżiti applikabbli tas-STI.

Article II.   “Assemblaġġ qabel it-tqegħid fis-servizz”: kontroll fis-sit li l-prodott effettiv ikun konformi mal-parametri rilevanti tad-disinn qabel ma jibda jitħaddem.

Il-Kolonna 3 tagħti referenzi għat-Taqsima 6.2.4 “Il-proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal subsistema”.

Tabella 21

Il-valutazzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura għall-verifika tal-KE tal-konformità

Karatteristiċi li għand’hom jiġu vvalutati

Linja ġdida jew proġett ta’ aġġornament/rinnovazzjoni

Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari

Eżami tad-disinn

Assemblaġġ qabel it-tqegħid fis-servizz

1

2

3

Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1)

X

X

6.2.4.1

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2)

X

X

6.2.4.2

Gradjenti massimi (4.2.4.3)

X

m.a.

 

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4)

X

X

 

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali (4.2.4.5)

X

X

 

Qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1)

X

m.a.

 

Pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.2)

X

X

 

Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.3)

X

X

 

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.4)

X

m.a.

6.2.4.3

Koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1) – disinn

X

m.a.

6.2.4.4

Koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.2) – tqegħid fis-servizz

Għadha qed tiġi diskussa

Għadha qed tiġi diskussa

6.2.4.5

Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi (4.2.5.6)

X

m.a.

 

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja (4.2.5.7)

X

m.a.

 

Ebusija tal-binarji (4.2.5.8)

Għadha qed tiġi diskussa

Għadha qed tiġi diskussa

 

Mezzi ta’ llokkjar (4.2.6.1)

X

X

 

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2)

m.a.

m.a.

6.2.4.7

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss (4.2.6.3)

X

m.a.

6.2.4.7

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali (4.2.7.1)

X

m.a.

6.2.5

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji (4.2.7.2)

X

m.a.

6.2.5

Reżistenza laterali tal-binarji (4.2.7.3)

X

m.a.

6.2.5

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1)

X

m.a.

6.2.4.8

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art (4.2.8.2)

X

m.a.

6.2.4.8

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji (4.2.8.3),

X

m.a.

6.2.4.8

Reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.4)

m.a.

m.a.

6.2.4.9

Determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent u allarm (4.2.9.1)

m.a.

m.a.

6.2.4.5

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju (4.2.9.2)

m.a.

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju (4.2.9.3)

m.a.

m.a.

 

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa (4.2.9.4)

m.a

m.a.

 

Tul utilizzabbli tal-pjattaformi (4.2.10.1)

X

m.a.

 

Wisa’ u tmiem tal-pjattaformi (4.2.10.2)

Ara PRM

Ara PRM

 

Tmiem il-pjattaformi (4.2.10.3)

Ara PRM

Ara PRM

 

Għoli tal-pjattaformi (4.2.10.4)

Ara PRM

Ara PRM

 

Distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi (4.2.10.5)

Ara PRM

Ara PRM

 

Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini (4.2.11.1)

X

m.a.

6.2.4.6

Limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u miżuri ta’ mitigazzjoni (4.2.11.2),

Għadha qed tiġi diskussa

Għadha qed tiġi diskussa

 

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku (4.2.11.3)

Ara ENE

Ara ENE

 

Sikurezza fil-mini ferrovjarji (4.2.11.4)

Ara SRT

Ara SRT

 

Effett ta’ rjieħ inkroċjati (4.2.11.5)

Għadha qed tiġi diskussa

Għadha qed tiġi diskussa

 

Markaturi tad-distanza (4.2.12.1),

m.a.

X

 

Mezzi biex jitbattal it-tojlit (4.2.13.2)

m.a.

m.a

6.2.4.10

Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji (4.2.13.3)

m.a.

m.a.

6.2.4.10

Stokkjar mill-ġdid tal-ilma (4.2.13.4)

m.a.

m.a.

6.2.4.10

Provvista mill-ġdid tal-karburant (4.2.13.5)

m.a.

m.a.

6.2.4.10

Provvista ta’ puntali tal-elettriku (4.2.13.6)

m.a.

m.a

6.2.4.10

ANNESS C

IR-REKWIŻITI TA’ KAPAĊITÀ GĦALL-ISTRUTTURI SKONT IL-KATEGORIJI TAL-LINJI TAS-STI FIL-GRAN BRITTANJA

Ir-rekwiżiti tal-kapaċità għall-istrutturi ġew iddefiniti fit-Tabella 22 minn parametru kkombinat li jinkludi n-numru tad-Disponibilità tar-Rotta u veloċità massima korrispondenti. In-numru tad-Disponibilità tar-Rotta u l-Veloċità Massima Assoċjata għandhom jiġu kkunsidrati bħala parametru wieħed ikkombinat.

In-numru tad-Disponibilità tar-Rotta huwa funzjoni ta’ tagħbija massima fuq il-fusijiet u tal-aspetti ġeometriċi relatati mal-ispazjar tal-fusijiet. In-numri tad-Disponibilità tar-Rotta huma ddefiniti fir-Regoli Tekniċi Nazzjonali nnotifikati għal dan il-fini.

Tabella 22

In-numru tad-Disponibilità tar-Rotta – Veloċità Massima Assoċjata [mil fis-siegħa]

Kategorija tal-Linji tas-STI INF CR

Vaguni għall-Passiġġieri (inklużi Vaguni, Vaguni magħluqa għat-tagħbija u Trasportaturi tal-Karozzi) (1) u Vaguni għal Merkanzija Ħafifa (1)  (2)

Vaguni għall-Merkanzija Vetturi oħrajn

Lokomotivi u Power Heads (1)  (3)  (4)

Unitajiet Multipli, Unitajiet tal-Enerġija u Vaguni Ferrovjarji Elettriċi jew Diżil (1)  (2)

IV-P

RA2 (5) – 125

 (8)

RA7 (9) – 125

RA8 (9) – 110

RA8 (10) – 100

RA3 (6) – 125

RA5 (7) – 100

IV-F

 (8)

RA10 – 60

RA8 – 75

RA2 – 90

RA8 (10) – 90

 (8)

IV-M

ara IV-P

ara IV-F

ara IV-P

ara IV-P

V-P

RA2 (5) – 100

 (8)

RA7 (10) – 100

RA8 (9) – 100

RA8 (10) – 90

RA3 (6) – 100

V-F

 (8)

RA8 – 60

RA8 (10) – 60

 (8)

V-M

ara V-P

RA8 – 75

ara V-P

ara V-P

VI-P

RA2 (5) – 90

 (8)

RA8 (10) – 90

RA3 (6) – 90

VI-F

 (8)

RA10 – 60

RA8 (10) – 60

 (8)

VI-M

ara VI-P

RA10 – 60

RA8 – 75

RA2 – 90

ara VI-P

ara VI-P

VII-P

RA1 (5) – 75

 (8)

RA7 (10)  (11) – 75

RA3 (6) – 75

VII-F

 (8)

RA7 – 60

RA7 (10) – 60

 (8)

VII-M

RA2 (5) – 75

RA7 – 75

RA7 (10) – 75

ara VII-P

ANNESS D

L-ELEMENTI LI GĦANDHOM IKUNU INKLUŻI FIR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA

Kif ingħad fit-Taqsima 4.8 ta’ din is-STI, dan l-Anness jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-infrastruttura għandha tiġi inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

Tabella 23

L-elementi tas-subsistema tal-infrastruttura għar-Reġistru tal-Infrastruttura

Element tas-subsistema tal-infrastruttura

Taqsima ta’ din is-STI

Rotta, konfini u sezzjoni tal-linja kkonċernata (deskrizzjoni)

 

Sezzjoni tal-Linja

 

Kategorija tal-Linji tas-STI

4.2.1

Qies standard

4.2.2

Kategorija tal-Linji tal-EN (il-Klassijiet tal-Lokomotivi jekk ikunu rilevanti) flimkien mal-veloċità permessa

4.2.2

Veloċità tal-linja

4.2.2

Tul tal-ferrovija

4.2.2

Kundizzjonijiet biex jitħaddmu l-ferroviji b’sistemi speċifiċi sabiex jittejjeb il-livell tal-prestazzjoni

4.2.3.2

Post u tip ta’ sezzjonijiet ta’ tranżizzjoni tal-qies standard nominali tal-binarju

4.2.3.2

Distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.4.2

Gradjenti massimi

4.2.4.3

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

4.2.4.4

Qies standard nominali tal-binarju

4.2.5.1

Pożizzjoni mżerżqa

4.2.5.2

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja għal linja sempliċi

4.2.5.7.1

Użu ta’ sistemi ta’ bbrejkjar indipendentement mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-roti mal-linji ferrovjarji (Reżistenza lonġitudinali tal-binarji)

4.2.7.2

Tul utilizabbli tal-pjattaformi

4.2.10.1

Markaturi tad-distanza

4.2.12.1

Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji (post u tip)

4.2.13

ANNESS E

IR-REKWIŻITI TAL-KAPAĊITÀ GĦALL-ISTRUTTURI SKONT IL-KATEGORIJI TAL-LINJI TAS-STI

Ir-rekwiżiti tal-kapaċità għall-istrutturi ġew iddefiniti fit-Tabella 24 minn kwantità kkombinata li tinkludi l-Kategoriji tal-Linji tal-EN (jew, jekk ikun rilevanti, il-Klassi tal-Lokomotivi) u veloċità massima korrispondenti. Il-Kategoriji tal-Linji tal-EN (u, jekk ikun rilevanti, il-Klassi tal-Lokomotivi) u l-Veloċità Massima Assoċjata għandhom jiġu kkunsidrati bħala kwantità kkombinata waħda.

Kemm il-Kategoriji tal-Linji tal-EN kif ukoll il-Klassi tal-Lokomotivi huma funzjoni tat-tagħbija fuq il-fusijiet u tal-aspetti ġeometriċi relatati mal-ispazjar tal-fusijiet. Il-Kategoriji tal-Linji tal-EN huma stabbiliti fl-Anness A għall-EN 15528:2008 u l-Klassijiet tal-Lokomotivi huma stabbiliti fl-Annessi J u K għall-EN 15528:2008.

Tabella 24

Il-Kategoriji tal-Linji tal-EN – Veloċità Massima Assoċjata [km/h]

Kategorija tal-Linji tas-STI

Vaguni għall-Passiġġieri (inklużi Vaguni, Vaguni magħluqa għat-tagħbija u Trasportaturi tal-Karozzi) (12) u Vaguni għal Merkanzija Ħafifa (12)  (13)

Vaguni għall-Merkanzija Vetturi oħrajn

Lokomotivi u Power Heads (12)  (14)  (15)

Unitajiet Multipli, Unitajiet tal-Enerġija u Vaguni Ferrovjarji Elettriċi jew Diżil (12)  (13)

IV-P

B1 (16) – 200

 (19)

D2 – 200

L619 L620 L621 L622 – 160

D4xL – 140

B1 (16) – 200

C2 (17) – 180

D2 (18) – 140

IV-F

 (19)

E5 – 100

D4 – 120

B2 – 140

D2 – 140

D4xL – 120

 (19)

IV-M

ara IV-P

ara IV-F

ara IV-P

ara IV-P

V-P

B1 (16) – 160

 (19)

L421.5 – 160

L422.5 – 140

L619 L620 L621 L622 – 140

C2 (17) – 160

D2 (18) – 100

V-F

 (19)

D4 – 100

L422.5 – 100

L619 L620 L621 L622 – 100

 (19)

V-M

ara V-P

ara V-F

ara V-P

ara V-P

VI-P

B1 (16) – 140

 (19)

D2 – 140

D4xL – 140

C2 (17) – 140

D2 (18) – 100

VI-F

 (19)

E4 – 100

D2 – 100

D4xL – 100

 (19)

VI-M

see VI-P

B2 – 140

D4 – 120

E4 – 100

D2 – 140

D4xL – 140

C2 (17) – 140

D2 (18) – 120

VII-P

A (16) – 120

 (19)

L421.5 – 120

A (16) – 120

VII-F

 (19)

C2 – 100

L421.5 – 100

L619 L620 L621 – 80

 (19)

VII-M

B1 (16) – 120

ara VII-F

ara VII-P + VII-F

B1 (16) – 120

Noti

ANNESS F

LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA

 

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (ara 4.2.4.2)

 

Ir-rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz (ara 4.2.5.5.2)

 

L-ebusija tal-binarji (ara 4.2.5.8)

 

Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni (ara 4.2.11.2)

 

L-effett tar-rjieħ inkroċjati (ara 4.2.11.5)

 

Il-każijiet speċifiċi għan-netwerk Estonjan (ara 7.6.1)

 

Il-każijiet speċifiċi għan-netwerk Latvjan (ara 7.6.5)

 

Il-każijiet speċifiċi għan-netwerk Litwan (ara 7.6.6)

ANNESS G

GLOSSARJU

Tabella 25

Termini

Terminu ddefinit

Taqsima tas-STI

Definizzjoni

Punt effettiv (RP)/Praktischer Herzpunkt/Pointe de coeur

4.2.6.2

It-tmiem fiżiku ta’ V tal-punt ta’ qsim. Ara l-Grafika 2 li turi r-relazzjoni bejn il-punt effettiv (RP) u l-punt ta’ intersezzjoni (IP).

Limitu għal allarm/Auslösewert/Limite d’alerte

4.2.9.1

Jirreferi għall-valur li, jekk jinqabeż, jeħtieġ li l-kundizzjoni ġeometrika tal-binarju tkun analizzata u kkunsidrata fl-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni regolarment ippjanati.

Tagħbija fuq il-fusijiet/Achsfahrmasse/Charge à l’essieu

4.2.2, 4.2.7.1

Is-somma tal-forzi statiċi vertikali tar-roti eżerċitati fuq il-binarju permezz ta’ kombinazzjoni ta’ rota u fusijiet jew minn par roti indipendenti diviża bl-aċċellerazzjoni tal-gravità.

Pożizzjoni mżerżqa/Überhöhung/Dévers de la voie

4.2.5.2

4.2.5.3

4.2.9.4

Id-differenza fl-għoli, relattiva għal-linja orizzontali, taż-żewġ linji ferrovjarji ta’ binarju wieħed f’post partikolari, imkejla fil-linji ċentrali tal-partijiet tal-linji ferrovjarji li jmissu mar-roti.

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa/Überhöhungsfehlbetrag/Insuffisance de devers

4.2.5.4

Id-differenza bejn il-pożizzjoni mżerżqa applikata u l-pożizzjoni mżerżqa ikbar tal-ekwilibriju.

Punt ta’ qsim komuni/Starres Herzstück/Coeur de croisement

4.2.6.2

L-arranġament li jiżgura l-intersezzjoni ta’ żewġt itruf opposti li magħhom imissu r-roti ta’ postijiet fejn jista’ jsir il-qlib (turnout) jew punt ta’ qsim f’forma ta’djamant u li jkollu V tal-punt ta’ qsim waħda u żewġ wing rails.

Linja Ewlenija tat-TEN/TEN Strecke des Kernnetzes/Ligne du RTE déclarée corridor

4.2.1, 7.2, 7.3

Linja tat-TEN identifikata minn Stat Membru bħala parti importanti minn kuritur internazzjonali fl-Ewropa.

Riħ inkroċjat/Seitenwind/Vents traversiers

4.2.11.5

Riħ qawwi li jonfoħ lateralment għal fuq linja li jista’ jaffettwa ħażin is-sikurezza tal-ferroviji li jkunu għaddejjin.

Operazzjoni ddegradata/Gestoerter Betrieb/Exploitation degradee

4.4.2

Operazzjoni li tirriżulta minn avveniment mhux ippjanat li ma jħallix li jingħataw is-servizzi normali tal-ferrovija.

Valur tad-disinn/Planungswert/Valeur de conception

4.2.4.4, 4.2.5.2, 4.2.5.4.2, 4.2.5.5.1, 4.2.5.7.2, 4.2.9.4, 4.2.6.2, 4.2.6.3

Valur teoretiku mingħajr tolleranzi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni jew tal-manutenzjoni.

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji/Gleisabstand/Entraxe de voies

4.2.4.2

Id-distanza bejn punti tal-linji ċentrali taż-żewġ binarji kkunsidrati, imkejla b’mod parallel għas-superfiċje li fuqha jimxu r-roti tal-binarju ta’ referenza, jiġifieri l-binarju b’pożizzjoni inqas imżerżqa.

Binarju diverġenti/Zweiggleis/Voie déviée

4.2.5.4.2

Fil-kuntest ta’ punt ta’ qlib u ta’ qsim, rotta li tiddevja mir-rotta diretta.

Forza laterali dinamika/Dynamische Querkraft/Effort dynamique transversal

4.2.7.3

Is-somma tal-forzi dinamiċi eżerċitati minn kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet fuq il-binarju f’direzzjoni laterali.

Xogħlijiet tal-art/Erdbauwerke/Ouvrages en terre

4.2.8.2, 4.2.8.4

L-istrutturi tal-ħamrija u l-istrutturi li jżommu l-ħamrija li jkunu suġġetti għal tagħbija tat-traffiku ferrovjarju.

Kategorija tal-Linji tal-EN/EN Streckenklasse/EN Catégorie de ligne

4.2.2, 4.2.8.4, 7.5, Anness E

Ir-riżultat tal-proċess ta’ klassifikazzjoni stabbilit fl-Anness A għall-EN 15528:2008 u li f’dak l-istandard jissejjaħ ‘Kategorija tal-Linji’. Hija tirrappreżenta l-ħila tal-infrastruttura li tirreżisti t-tagħbijiet vertikali imposti mill-vetturi fuq il-linja jew fuq sezzjoni tal-linja għal servizz regolari.

Koniċità ekwivalenti/Äquivalente Konizität/Conicité équivalente

4.2.5.5

It-tanġent tal-angolu koniku ta’ kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet ma’ roti koniċi li l-moviment laterali tagħhom ikollu l-istess wavelength kinematika bħall-kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet partikolari fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ kbir.

Għoli żejjed ta’ check rail/Radlenkerüberhöhung/Surélévation du contre rail

4.2.6.2. (g)

L-għoli taċ-check rail ‘il fuq mil-linja ferrovjarja li fuqha jimxu r-roti ta’ biswitha (ara d-dimensjoni 7 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Protezzjoni fissa tal-ponta/Leitweite/Cote de protection de pointe

4.2.6.2 (b)

Id-dimensjoni bejn il-ponta tal-punt ta’ qsim u ċ-check rail (ara d-dimensjoni Nru 2 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Fond tal-flangeway/Rillentiefe/Profondeur d’ornière

4.2.6.2. (f)

Id-dimensjoni bejn is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti u l-qiegħ tal-flangeway (ara d-dimensjoni Nru 6 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Wisa' tal-flangeway/Rillenweite/Largeur d’ornière

4.2.6.2 (e)

Id-dimensjoni bejn linja li fuqha jimxu r-roti u ċ-check rail jew il-wing rail biswitha (ara d-dimensjoni Nru 5 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail/Freier Raddurchlauf im Radlenker-Einlauf/Flügelschienen-Einlauf/Côte d’équilibrage du contre-rail

4.2.6.2 (d)

Id-dimensjoni bejn il-wiċċ li fuqu jimxu r-roti taċ-check rail tal-punt ta’ qsim jew tal-wing rail tal-punt ta’ qsim u l-wiċċ tal-qies standard tal-linja ferrovjarja ewlenija faċċata tal-qies standard imkejjel mad-daħla għal check rail jew għal wing rail rispettivament.

(ara d-dimensjoni Nru 4 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel). Id-daħla għaċ-check rail jew għall-wing rail hija l-punt fejn ir-rota titħalla tidħol f’kuntatt maċ-check rail jew mal-wing rail.

Passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta' qsim/Freier Raddurchlauf im Bereich der Herzspitze/Cote de libre passage dans le croisement

4.2.6.2 (c)

Id-dimensjoni bejn il-wiċċ li fuqu jimxu r-roti tal-wing rail u taċ-check rail tal-punt ta’ qsim faċċata tal-qies standard (ara d-dimensjoni Nru 3 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Passaġġ bil-magna free fil-qlib/Freier Raddurchlauf im Bereich der Zungen-vorrichtung/Côte de libre passage de l’aiguillage

4.2.6.2 (a)

Id-dimensjoni minn wiċċ il-qies standard ta’ linja ferrovjarja tal-punt ta’ qlib waħda sat-tmiem ta’ wara tal-linja ferrovjarja tal-punt ta’ qlib ta’ faċċata tagħha (ara d-dimensjoni Nru 1 fil-Grafika 5 ta’ iktar ‘l isfel).

Qies standard/Begrenzungslinie/Gabarit

4.2.2

Sett ta’ regoli, inklużi l-kontorn ta’ referenza u r-regoli ta’ kalkolu assoċjati miegħu, li jippermettu d-definizzjoni tad-dimensjonijiet esterni tal-vettura u l-ispazju li għandu jkun hemm biex l-infrastruttura ma tagħmilx kuntatt mal-madwar.

HBW/HBW/HBW

5.3.1.3

L-unità mhux tas-SI (Système International d’Unités) għall-ebusija tal-azzar iddefinita fl-EN ISO 6506-1:2005 Materjali metalliċi – Test tal-ebusija Brinell. Metodu tat-test.

Limitu għal Azzjoni Immedjata/Soforteingriffsschwelle/Limite d’intervention immédiate

4.2.9.1, 4.2.9.2, 4.2.9.3, 4.2.9.4

Il-valur li, jekk jinqabeż, ikollhom jittieħdu miżuri sabiex ir-riskju li l-ferrovija toħroġ mil-linji jitnaqqas għal livell aċċettabbli.

Amministratur Infrastrutturali/Betreiber der Infrastruktur/Gestionnaire de l’Infrastructure

4.2.5.5, 4.2.6.2, 4.2.9, 4.4.3, 4.5.2, 6.2.2.1, 6.2.4, 6.4 7.3.4, 7.5

Kif ġie ddefinit fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29)

Valur imqiegħed fis-servizz/Wert im Betriebszustand/Valeur en exploitation

4.2.5.5.2

4.2.6.2

4.2.9.4

Il-valur imkejjel fi kwalunkwe ħin wara li l-infrastruttura tkun tqiegħdet fis-servizz.

Punt ta’ Interesezzjoni (IP)/Theoretischer Herzpunkt/Point d’intersection théorique

4.2.6.2

Il-punt ta’ intersezzjoni teoretiku tat-truf li magħhom imissu r-roti fiċ-ċentru tal-punt ta’ qsim (ara l-Grafika 2).

Limitu għal Intervent/Eingriffsschwelle/Valeur d’intervention

4.2.9.1

Il-valur li, jekk jinqabeż, jeħtieġ li ssir manutenzjoni korrettiva sabiex il-limitu għall-azzjoni immedjata ma jintlaħaqx qabel l-ispezzjoni li jmiss;

Difett iżolat/Einzelfehler/Défaut isolé

4.2.9.1

4.2.9.2

Difett ġeometriku iżolat fil-binarju.

Veloċità tal-linja/Streckengeschwindigkeit/Vitesse de la ligne

4.2.2

Il-veloċità massima li għaliha ġiet iddisinjata.

Fajl ta’ manutenzjoni/Instandhaltungsdossier/Dossier de maintenance

4.5.1

L-elementi tal-fajl tekniku relatati mal-kundizzjonijiet u mal-limiti għall-użu u mal-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni.

Pjan ta’ manutenzjoni/Instandhaltungsplan/Plan de maintenance

4.5.2

Sensiela ta’ dokumenti li jistabbilixxu l-proċeduri għall- manutenzjoni tal-infrastruttura adottati minn Amministratur Infrastrutturali.

Binarji ewlenin/Hauptgleise/Voies principales

4.2.4.3

Il-binarji li jintużaw biex il-ferroviji mqiegħda fis-servizz jgħaddu minn fuqhom. It-terminu jeskludi l-binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni, l-istazzjonijiet tal-ferrovija, il-binarji għall-parkeġġ tal-ferroviji u l-linji ta’ konnessjoni.

Binarju b’linji ferrovjarji multipli/Mehrschienengleis/Voie à multi écartement

4.2.3.2, 4.2.6.3

Binarju b’iktar minn żewġ linji ferrovjarji, fejn tal-inqas żewġ pari mil-linji ferrovjarji rispettivi huma ddisinjati biex jiġu operati bħala binarji singoli separati, bi jew mingħajr qisien standard tal-binarju differenti.

Qies standard nominali tal-binarju/Nennspurweite/Ecartement nominal de la voie

4.2.5.1

Valur wieħed li jidentifika l-qies standard tal-binarju

Servizz normali/Regelbetrieb/Service régulier

4.2.3.2

4.2.10.1

Il-ferrovija li topera skont servizz skedat ippjanat.

Linja Oħra tat-TEN/Weitere TEN Strecke/Autre ligne du RTE

4.2.1, 7.2, 7.3

Linja tat-TEN li mhix linja ewlenija tat-TEN.

Miżuri passivi/Vorsorge für künftige Erweiterungen/Réservation pour extension future

4.2.10.1

Il-miżuri għall-kostruzzjoni futura ta’ estensjoni fiżika għal struttura (pereżempju: żieda fit-tul tal-pjattaforma).

Parametru ta’ Prestazzjoni/Leistungskennwert/Paramètre de performance

4.2.2

Il-parametru li jiddeskrivi Kategorija tal-Linji tas-STI li ntuża bħala l-bażi għad-disinn tal-elementi tas-subsistema tal-infrastruttura u bħala l-indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ta’ linja.

Linja sempliċi/Freie Strecke/Voie courante

4.2.5.5

4.2.5.6

4.2.5.7

Sezzjoni ta’ binarju mingħajr qlib u qsim.

Ritrattazzjoni ta’ punt/Spitzenbeihobelung/Dénivelation de la pointe de cœur

4.2.6.2. (b)

Il-linja ta’ referenza fi qsim komuni fiss tista’ tiddevja mil-linja ta’ referenza teoretika. Minn ċerta distanza sal-punt tal-qsim, il-linja ta’ referenza tal-V, skont id-disinn, tista’ tinġibed lura minn din il-linja teoretika ‘l bogħod mill-flanġ tar-rota sabiex ikun evitat kuntatt bejn iż-żewġ elementi. Din is-sitwazzjoni hija deskritta fil-Grafika 2.

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja/Schienenneigung/Inclinaison du rail

4.2.5.5

4.2.5.7

Angolu li jiddefinixxi l-inklinazzjoni tal-parti tal-linja li tmiss mar-roti meta tiġi installata fil-binarju relattivament għall-pjan tal-linji ferrovjarji (superfiċje li fuqha jimxu r-roti), daqs l-angolu bejn l-assi ta’ simetrija tal-linja ferrovarja (jew ta’ linja ferrovjarja simetrika ekwivalenti li jkollha l-istess profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti) u l-perpendikulari għall-pjan tal-linji ferrovjarji.

Kuxxinett tal-linja ferrovjarja/Schienenzwischenlage/Semelle sous rail

5.3.2

Saff elastiku mwaħħal bejn linja ferrovjarja u l-fallakka riffieda ta’ taħt jew pjanċa bażi.

Reverse curve/Gegenbogen/Courbes et contre-courbes

4.2.4.4

Żewġ kurvi li jmissu ma’ xulxin b’kurvatura jew f’direzzjoni opposta

Qies minimu tal-istrutturi/Lichtraum/Gabarit des obstacles

4.2.4.1

Jiddefinixxi l-ispazju b’relazzjoni għall-binarju ta’ referenza li għandu jiġi żgumbrat mill-oġġetti jew mill-istrutturi kollha u mit-traffiku fil-binarji ta’ biswit, sabiex ikun hemm operazzjoni sikura fil-binarju ta’ referenza. Jiġi ddefinit fuq il-bażi tal-kontorn ta’ referenza bl-applikazzjoni tar-regoli assoċjati.

Punti ta’ qlib/Zungenvorrichtung/Aiguillage

4.2.5.4.2

4.2.6.1

Unità ta’ binarju magħmula minn żewġ linji ferrovjarji fissi (linji ferrovjarji fissi – stock rails) u minn żewġ linji ferrovjarji li jiċċaqilqu (linji tal-qlib – switch rails) li jintużaw sabiex il-vetturi jkunu diretti minn binarju għal ieħor.

Punti ta’ qlib u ta’ qsim/Weichen und Kreuzungen/Appareil de voie

4.2.5.4.1, 4.2.5.7.2, 4.2.6, 4.2.7.1, 4.2.7.2.1, 4.2.7.3, 5.2

Binarju mibni minn sett ta’ punti ta’ qlib u ta’ qsim individwali u mil-linji ferrovjarji li jagħmlu konnessjoni bejniethom.

Rotta diretta/Stammgleis/Voie directe

4.2.5.4.1

4.2.6.3

Fil-kuntest tal-punti tal-qlib u tal-qsim, rotta li tipperpetwa l-allinjament ġenerali tal-binarju.

Qies standard tal-binarju/Spurweite/Ecartement de la voie

4.2.5.1

L-iżgħar distanza bejn il-linji perpendikulari għas-superfiċje li fuqha jimxu r-roti li jagħmlu intersezzjoni ma’ kull profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti f’medda bejn 0 u 14 mm taħt is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti.

Ebusija tal-binarji/Steifigkeit des Gleises/Rigidite de la voie

4.2.5.8

Il-qies globali li jesprimi r-reżistenza tal-binarji għall-ispostament tal-linji ferrovjarji li jsir taħt it-tagħbija tar-roti.

Liwja fil-binarju/Gleisverwindung/Gauche

4.2.9.1, 4.2.9.2

Il-liwja fil-binarju tiġi ddefinita bħala d-differenza alġebrajka bejn żewġ livelli inkroċjati meħuda f’distanza ddefinita minn xulxin, ġeneralment espressa bħala gradjent bejn iż-żewġ punti fejn jitkejjel il-livell inkroċjat.

Tul ta’ ferrovija/Zuglänge/Longueur du train

4.2.2

It-tul ta’ ferrovija, li tista’ taħdem fuq ċerta linja waqt operazzjoni normali.

Kategorija tal-Linji tas-STI/STI Streckenkategorie/STI Catégorie de ligne

4.2, 7.2, 7.3.1, 7.5, 7.6

Il-klassifikazzjoni ta’ linja skont it-Tip ta’ Traffiku u t-Tip ta’ Linja sabiex jingħażel il-livell meħtieġ tal-Parametri ta’ Prestazzjoni.

Tip ta’ linja/Streckenart/Type de ligne

4.2.1, 7.3.1

Id-definizzjoni tal-importanza ta’ linja (ewlenija jew xort’oħra) u l-mod li bih jintlaħqu l-parametri meħtieġa għall-interoperabilità (ġdida jew aġġornata).

Tip ta’ Traffiku/Verkehrsart/Type de trafic

4.2.1

Għal Kategorija tal-Linji tas-STI jindika t-traffiku dominanti għas-sistema fil-mira u l-Parametri Bażiċi rispettivi.

Tul mhux iggwidat ta’ qsim ottuż/Führungslose Stelle/Lacune dans la traversée

4.2.6.3

Il-parti ta’ punt ta’ qsim ottuż fejn m’hemm l-ebda gwida tar-rota deskritta bħala “distanza mhux iggwidata” fl-EN 13232-3:2003.

Tul utilizabbli ta’ pjattaforma/Bahnsteignutzlänge/Longueur utile de quai

4.2.10.1

It-tul kontinwu massimu ta’ dik il-parti tal-pjattaforma li quddiemha jkun hemm il-ħsieb li ferrovija tibqa’ stazzjonarja f’kundizzjonijiet operattivi normali biex il-passiġġieri jitilgħu u jinżlu minn fuq il-ferrovija, filwaqt li ssir konċessjoni xierqa għat-tolleranzi tal-waqfien.

“Kundizzjonijiet operattivi normali” tfisser li l-ferrovija tkun qed topera b’mod mhux iddegradat (eż. l-adeżjoni mal-linji ferrovjarja tkun normali, is-sinjali jkunu qed jaħdmu, kollox ikun qed jaħdem kif ippjanat).

Grafika 5

Il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim

Image

ANNESS H

LISTA TA’ STANDARDS IMSEMMIJA

Tabella 26

Lista ta’ standards imsemmija

Nru tal-Indiċi

Referenza

Isem id-dokument

Verżjoni (sena)

Parametri Bażiċi (BP) ikkonċernati

1

EN 13715

Applikazzjonijiet ferrovjarji –Kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet flimkien ma’ vaguni jew bogies – Roti – Wiċċ ta’ barra mfellel tar-roti

2006

Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1)

2

EN 13803-2

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju Parametri tal-allinjament tal-binarji skont id-disinn – Qisien standard tal-binarju ta’ 1 435 mm u usa’ – Parti 2: Qlib u qsim u sitwazzjonijiet komparabbli ta’ allinjament skont id-disinn b’bidliet f’daqqa fil-kurvatura

(bl-Emenda A1:2009)

2006

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4)

3

EN 13848-1

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju Kwalità ġeometrika tal-binarju – Parti 1: Karatterizzazzjoni tal-ġeometrija tal-binarju

(bl-Emenda A1:2008)

2003

Determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent u allarm (4.2.9.1), Valutazzjoni tal-valur minimu tal-qies standard medju tal-binarju (6.2.4.5)

4

EN 15273-3

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Qisien standard – Parti 3: Qisien minimi tal-istrutturi

2009

Parametri ta’ prestazzjoni (4.2.2),

Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1),

Valutazzjoni tad-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (6.2.4.2),

5

EN 15302

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Metodu għad-determinazzjoni tal-koniċità ekwivalenti

2008

Valuri skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5.1

6

EN 15528

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kategoriji tal-Linji għall-ġestjoni tal-interface bejn il-limiti għat-tagħbijiet tal-vetturi u l-infrastruttura

2008

Reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.4 u Anness E),

7

EN 1990:2002/A1

Eurocode – Bażi tad-disinn strutturali – Emenda A1

2005

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1)

8

EN 1991-2

Eurocode 1 – Azzjonijiet fuq l-istrutturi – Parti 2: Tagħbija tat-traffiku fuq il-pontijiet

2003

Reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8), Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1),

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet tal-art ġodda u għal effetti ta’ pressjoni fuq l-art (4.2.8.2), Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji (4.2.8.3)


(1)  Il-Vaguni għall-Passiġġieri (inklużi l-Vaguni, il-Vaguni Magħluqa għat-Tagħbija u t-Trasportaturi tal-Karozzi), il-Vetturi l-Oħrajn, il-Lokomotivi, il-Power Heads, l-Unitajiet Multipli, l-Unitajiet tal-Enerġija u l-Vaguni Ferrovjarji Elettriċi jew Diżil huma ddefiniti fis-STI RST.

(2)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli mal-Vaguni għall-Passiġġieri, mal-Vaguni Magħluqa għat-Tagħbija, mat-Trasportaturi tal-Karozzi, mal-Vaguni għall-Merkanzija Ħafifa u għall-vetturi f’Unitajiet Multipli u f’Unitajiet tal-Enerġija Diżil u Elettriċi b’tul ta’ bejn 18 m u 27.5 m għal vetturi konvenzjonali u artikolati u b’tul ta’ bejn 9 m u 14 m għal fusijiet singoli regolari.

(3)  Ma jintużawx. (Nota 3 għat-Tabella 24 fl-Anness E mhix applikabbli għall-Gran Brittanja).

(4)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ mhux iktar minn żewġ lokomotivi u/jew Power Heads akkoppjati biswit xulxin. Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ veloċità massima ta’ 75 mil fis-siegħa għal tliet lokomotivi u/jew Power Heads jew iktar akkoppjati biswit xulxin (jew ferrovija ta’ lokomotivi u/jew Power Heads) sakemm il-lokomotivi u/jew il-Power Heads jissodisfaw il-limiti korrispondenti għall-vaguni għall-merkanzija.

(5)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 2.75t/m.

(6)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 3.0t/m.

(7)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 3.25t/m.

(8)  Ma ġiet iddefinita l-ebda speċifikazzjoni formali tas-STI.

(9)  Għal Lokomotivi u Power Heads b’4 fusijiet.

(10)  Għal Lokomotivi u Power Heads b’4 jew 6 fusijiet.

(11)  Għall-Kategorija ta’ Linja tas-STI VII-P, l-Istat Membru jista’ jindika jekk ir-rekwiżiti għal-Lokomotivi u għall-Power Heads japplikawx.

(12)  Il-Vaguni għall-Passiġġieri (inklużi l-Vaguni, il-Vaguni Magħluqa għat-Tagħbija u t-Trasportaturi tal-Karozzi), il-Vetturi l-Oħrajn, il-Lokomotivi, il-Power Heads, l-Unitajiet Multipli, l-Unitajiet tal-Enerġija u l-Vaguni Ferrovjarji Elettriċi jew Diżil huma ddefiniti fis-STI RST.

(13)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli mal-Vaguni għall-Passiġġieri, mal-Vaguni Magħluqa għat-Tagħbija, mat-Trasportaturi tal-Karozzi, mal-Vaguni għall-Merkanzija Ħafifa u għall-vetturi f’Unitajiet Multipli u f’Unitajiet tal-Enerġija Diżil u Elettriċi b’tul ta’; bejn 18 m u 27,5 m għal vetturi konvenzjonali u artikolati u b’tul ta’ bejn 9 m u 14 m għal fusijiet singoli regolari.

(14)  Meta jiġu kkontrollati r-rekwiżiti minimi għall-infrastruttura, il-Kategoriji tal-Linji tal-EN li ġejjin jistgħu jintużaw bħala rekwiżiti minimi alternattivi għall-Klassijiet tal-Lokomotivi ddikjarati: L421.5 L422.5 huma koperti minn D2 u L619 L620 L621 L622 huma koperti minn D4xL.

(15)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ mhux iktar minn żewġ lokomotivi u/jew Power Heads akkoppjati biswit xulxin. Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ veloċità massima ta’ 120 km/h għal tliet lokomotivi u/jew Power Heads jew iktar akkoppjati biswit xulxin (jew ferrovija ta’ lokomotivi u/jew Power Heads) sakemm il-lokomotivi u/jew il-Power Heads jissodisfaw il-limiti korrispondenti għall-vaguni għall-merkanzija.

(16)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 2,75 t/m

(17)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 3,1 t/m

(18)  Ir-rekwiżiti għall-istrutturi huma kompatibbli ma’ massa medja għal kull unità ta’ tul fuq it-tul ta’ kull vagun għall-passiġġieri/vettura ta’ 3,5 t/m

(19)  Ma ġiet iddefinita l-ebda speċifikazzjoni formali tas-STI.