14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ April 2011
dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2740)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/274/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha
Billi,
(1) |
Skont l-Artikolu 2(e) u l-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja tinqasam f’subsistermi strutturali u funzjonali, inkluża subsistema tal-enerġija. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni C(2006)124 finali tad-9 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni tat mandat lill-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) biex tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) skont id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2). Skont it-termini tal-mandat, l-Aġenzija intalbet tfassal l-abbozz ta’ STI relatata mas-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali. |
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) huma speċifikazzjonijiet adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE. Is-STI tal-Anness tkopri s-subsistema tal-enerġija bl-għan li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u tiżgura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. |
(4) |
Is-STI tal-Anness għandha tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u l-verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoprabilità adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(5) |
Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika li għandhom jintużaw għall-każijiet speċifiċi, kif ukoll dwar l-entitajiet responsabbli mit-twettiq ta’ dawn il-proċeduri. |
(6) |
Is-STI tal-Anness għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-STI rilevanti l-oħra li jistgħu jkunu applikabbli għas-subsistemi tal-enerġija. |
(7) |
Is-STI tal-Anness ma għandhiex timponi l-użu ta’ tekonoloġiji jew soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi għajr fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI tal-Anness għandha tippermetti, għal perjodu limitat, li l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu inkorporati f’subsistemi mingħajr ċertifikazzjoni, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. |
(9) |
Sew biex tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni, kif ukoll biex titqies l-esperjenza miksuba, is-STI tal-Anness għandha tkun suġġetta għal reviżjoni kull tant żmien. |
(10) |
Il-miżuri li hawn provvediment għalihom f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan, Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (“STI”) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea hija adottata mill-Kummissjoni.
Is-STI għandha tkun tidher kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din is-STI għandha tkun applikabbli għal kull infrastruttura ġdida, aġġornata jew rinnovata tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif definita fl-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.
Artikolu 3
Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u l-verifika tal-KE stipulati fil-Kapitolu 6 tas-STI tal-Anness għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.
Artikolu 4
1. Għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin, se jkun possibbli li jinħareġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema li jkollha kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkollhomx Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew idoneità għall-użu, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 6.3 tal-Anness.
2. Il-produzzjoni jew l-aġġornament/tiġdid tas-sistema bl-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabilità mhux iċċertifikati għandha titlesta fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż it-tqegħid fis-servizz.
3. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-kostitwent tal-interoperabbiltà huma identifikati b’mod xieraq fil-proċedura ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
Id-dettajli tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà mhux ċertifikati u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni, inkluża l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE, huma inklużi mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza Nazzjonali fir-rapport annwali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
4. Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, u bl-eċċezzjonijiet li t-Taqsima 6.3.3 tippermetti għall-manutenzjoni, il-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom ikunu koperti permezz tad-Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew idoneità għall-użu qabel ma jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-subsistema.
Artikolu 5
Skont l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI fl-Anness, il-Kapitolu 7, tistabbilixxi strateġija għall-migrazzjoni lejn subsistema tal-enerġija totalment interoperabbli. Jeħtieġ li din il-migrazzjoni tkun applikata flimkien mal-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva li jispeċifika l-prinċipji għall-applikazzjoni tas-STI għat-tiġdid u l-aġġornament tal-proġetti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/57/KE tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport se jkun diskuss fil-kuntest tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE u, fejn xieraq, is-STI fl-Anness se tiġi adattata.
Artikolu 6
1. Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala każijiet speċifiċi stipulati fil-Kapitolu 7 tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistema koperta b’din id-Deċiżjoni.
2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1; |
(c) |
l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1. |
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(3) ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
ANNESS
DIRECTIVE 2008/57/KE DWAR L-INTEROPERABILITÀ TAS-SISTEMA FERROVJARJA FIL-KOMUNITÀ
SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ
Subsistema tal-“Enerġija” għall-ferroviji konvenzjonali
1. |
INTRODUZZJONI | 8 |
1.1. |
L-ambitu tekniku | 8 |
1.2. |
L-ambitu ġeografiku | 8 |
1.3. |
Il-kontenut ta’ din is-STI | 8 |
2. |
ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA | 8 |
2.1. |
Definizzjoni tas-subsistema tal-enerġija | 8 |
2.1.1. |
Il-provvista tal-enerġija | 10 |
2.1.2. |
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli u l-pantografu | 10 |
2.2. |
L-interfaces ma’ subsistemi oħrajn u fi ħdan is-subsistema | 10 |
2.2.1. |
Introduzzjoni | 10 |
2.2.2. |
L-interfaces li jikkonċernaw il-provvista tal-enerġija | 10 |
2.2.3. |
L-interfaces li jikkonċernaw it-tagħmir tal-linji fl-għoli u l-pantografi u l-interazzjoni tagħhom | 11 |
2.2.4. |
L-interfaces li jikkonċernaw is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi | 11 |
3. |
IR-REKWIŻITI ESSENZJALI | 11 |
4. |
IL-KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA | 13 |
4.1. |
Introduzzjoni | 13 |
4.2. |
L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema | 13 |
4.2.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 13 |
4.2.2. |
Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija | 13 |
4.2.3. |
Il-vultaġġ u l-frekwenza | 14 |
4.2.4. |
Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista | 14 |
4.2.5. |
Il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini | 14 |
4.2.6. |
Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin | 15 |
4.2.7. |
L-ibbrejkjar riġenerattiv | 15 |
4.2.8. |
L-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika | 15 |
4.2.9. |
L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) | 15 |
4.2.10. |
L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija | 15 |
4.2.11. |
Il-kompatibilità elettromanjetika esterna | 15 |
4.2.12. |
Il-protezzjoni tal-ambjent | 15 |
4.2.13. |
Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli | 15 |
4.2.14. |
Il-qies standard tal-pantografu | 16 |
4.2.15. |
Il-forza medja ta’ kuntatt | 16 |
4.2.16. |
L-imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent | 17 |
4.2.17. |
L-ispazjar tal-pantografi | 18 |
4.2.18. |
Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt | 18 |
4.2.19. |
Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet | 18 |
4.2.20. |
Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi | 19 |
4.2.21. |
It-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika | 19 |
4.3. |
L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaces | 19 |
4.3.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali | 19 |
4.3.2. |
Il-Lokomotivi u l-Vetturi Ferrovjarji għall-Passiġġieri | 19 |
4.3.3. |
L-Infrastruttura | 20 |
4.3.4. |
Il-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni | 21 |
4.3.5. |
L-Operat u l-Immaniġġar tat-Traffiku | 21 |
4.3.6. |
Is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji | 21 |
4.4. |
Ir-regoli operattivi | 21 |
4.4.1. |
Introduzzjoni | 21 |
4.4.2. |
Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija | 21 |
4.4.3. |
It-twettiq tax-xogħlijiet | 22 |
4.5. |
Ir-regoli għall-manutenzjoni | 22 |
4.6. |
Il-kwalifiki professjonali | 22 |
4.7. |
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza | 22 |
4.7.1. |
Introduzzjoni | 22 |
4.7.2. |
Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet | 22 |
4.7.3. |
Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli | 22 |
4.7.4. |
Il-miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent | 23 |
4.7.5. |
Rekwiżiti ġenerali oħrajn | 23 |
4.7.6. |
L-Ilbies Li Jidher Ħafna | 23 |
4.8. |
Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u r-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati | 23 |
4.8.1. |
Introduzzjoni | 23 |
4.8.2. |
Ir-Reġistru tal-Infrastruttura | 23 |
4.8.3. |
Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati | 23 |
5. |
IL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ | 23 |
5.1. |
Lista ta’ kostitwenti | 23 |
5.2. |
Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti | 24 |
5.2.1. |
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli | 24 |
6. |
IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITA TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITA U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI | 24 |
6.1. |
Il-Kostitwenti tal-Interoperabilità | 24 |
6.1.1. |
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità | 24 |
6.1.2. |
L-applikazzjoni tal-moduli | 24 |
6.1.3. |
Is-soluzzjonijiet innovattivi għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità | 25 |
6.1.4. |
Il-proċedura ta’ valutazzjoni partikolari għall-Kostitwent tal-Interoperabilità – il-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli (OCL) | 25 |
6.1.5. |
Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità | 26 |
6.2. |
Is-subsistema tal-enerġija | 26 |
6.2.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 26 |
6.2.2. |
L-applikazzjoni tal-moduli | 26 |
6.2.3. |
Is-soluzzjonijiet innovattivi | 27 |
6.2.4. |
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal Subsistema | 27 |
6.3. |
Subsistema li tinkludi Kostitwenti tal-Interoperabilità li ma jkollhomx dikjarazzjoni tal-KE | 28 |
6.3.1. |
Kundizzjonjiet | 28 |
6.3.2. |
Id-dokumentazzjoni | 28 |
6.3.3. |
Il-manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont il-klawżola 6.3.1 | 28 |
7. |
L-IMPLIMENTAZZJONI | 28 |
7.1. |
Ġenerali | 28 |
7.2. |
L-istrateġija progressiva lejn l-interoperabilità | 28 |
7.2.1. |
Introduzzjoni | 28 |
7.2.2. |
L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-vultaġġ u għall-frekwenza | 29 |
7.2.3. |
L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-pantografi u għall-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) | 29 |
7.3. |
L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ġodda | 29 |
7.4. |
L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji eżistenti | 29 |
7.4.1. |
Introduzzjoni | 29 |
7.4.2. |
L-aġġornament/ir-rinnovazzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u/jew tal-provvista tal-enerġija | 29 |
7.4.3. |
Il-parametri relatati mal-manutenzjoni | 30 |
7.4.4. |
Is-subsistemi eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament | 30 |
7.5. |
Każijiet speċifiċi | 30 |
7.5.1. |
Introduzzjoni | 30 |
7.5.2. |
Lista ta’ każijiet speċifiċi | 30 |
8. |
LISTA TAL-ANNESSI | 33 |
ANNESS A – |
IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITA TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITA | 34 |
ANNESS B – |
IL-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA | 35 |
ANNESS C – |
IR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U INFORMAZZJONI DWAR IS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA | 37 |
ANNESS D – |
IR-REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MIS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA | 38 |
ANNESS E – |
ID-DETERMINAZZJONI TAL-QIES STANDARD TAL-PANTOGRAFU KINEMATIKU MEKKANIKU | 39 |
ANNESS F – |
IS-SOLUZZJONIJIET TAS-SEZZJONIJIET TA’ SEPARAZZJONI TAL-FAZIJIET U TAS-SISTEMI | 45 |
ANNESS G – |
IL-FATTUR TAL-ENERGIJA | 47 |
ANNESS H – |
IL-PROTEZZJONI ELETTRIKA: L-ATTIVAZZJONI TAS-SALVAVITA EWLENIJA | 48 |
ANNESS I – |
LISTA TA’ STANDARDS IMSEMMIJA | 49 |
ANNESS J – |
GLOSSARJU | 51 |
1. INTRODUZZJONI
1.1. L-ambitu tekniku
Din l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) tikkonċerna s-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. Is-subsistema tal-enerġija hija inkluża fil-lista ta’ subsistemi tal-Anness II għad-Direttiva 2008/57/KE.
1.2. L-ambitu ġeografiku
L-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI hija s-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif ġiet deskritta fil-klawżola 1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.
1.3. Il-kontenut ta’ din is-STI
Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, din is-STI:
a. |
tindika l-għan maħsub tagħha – Kapitolu 2; |
b. |
tippreskrivi r-rekwiżiti essenzjali għas-subsistema tal-enerġija – Kapitolu 3; |
c. |
tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaces tagħha fir-rigward tas-subsistemi l-oħra – Kapitolu 4; |
d. |
tiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaces li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jilħqu l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja – Kapitolu 5; |
e. |
tgħid, f’kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, min-naħa l-waħda, u l-verifika tal-KE tas-subsistemi, min-naħa l-oħra – Kapitolu 6; |
f. |
tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mas-STI għandha tkun in-norma – Kapitolu 7; |
g. |
tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operat għall-manutenzjoni tas-subsistema kkonċernata, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI – Kapitolu 4. |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(5), jistgħu jittieħdu miżuri għal każijiet speċifiċi; dawn huma indikati fil-Kapitolu 7.
Fl-aħħar nett, din is-STI tinkludi wkoll, fil-Kapitolu 4, ir-regoli operattivi u għall-manutenzjoni speċifiċi għall-ambitu indikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 ta’ iktar ’il fuq.
2. ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA
2.1. Definizzjoni tas-subsistema tal-enerġija
Is-STI tal-Enerġija tispeċifika dawk ir-rekwiżiti li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din is-STI tkopri l-installazzjonijiet fissi kollha, li jaħdmu b’kurrent dirett (DC) jew b’kurrent alternat (AC), li huma meħtieġa għall-provvista, rigward ir-rekwiżiti essenzjali, tal-enerġija tat-trazzjoni lil ferrovija.
Is-subsistema tal-enerġija tinkludi wkoll il-kriterji ta’ definizzjoni u ta’ kwalità għall-interazzjoni bejn pantografu u l-linja ta’ kuntatt fl-għoli. Peress li s-sistema tal-linja ferrovija konduttriċi fuq il-livell tal-art (it-tielet linja ferrovjarja (third rail) – linja li minnha jgħaddi l-kurrent tal-elettriku) u ta’ contact shoe (biċċa metall ċatta għall-ġbir tal-kurrent) mhix sistema “fil-mira”, din is-STI ma tiddeskrivix il-karatteristiċi jew il-funzjonalità ta’ sistema ta’ din ix-xorta.
Figura 1
Is-subsistema tal-enerġija
Is-subsistema tal-enerġija tikkonsisti fi:
a. substazzjonijiet: konnessi fuq in-naħa primarja ma’ gradilja b’vultaġġ għoli, bi trasformazzjoni tal-vultaġġ għoli għal vultaġġ u/jew konverżjoni għal sistema ta’ provvista tal-enerġija adattata għall-ferroviji. Fuq in-naħa sekondarja, is-substazzjonijiet huma konnessi mas-sistema tal-linji ta’ kuntatt ferrovjarji;
b. il-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet: tagħmir elettriku li jinsab f’postijiet intermedji bejn substazzjonijiet għall-provvista u biex jipprovdi servizz parallel għal-linji ta’ kuntatt minbarra li jipprovdi protezzjoni, iżolament u provvisti awżiljarji;
c. is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni: tagħmir meħtieġ sabiex ikun hemm tranżizzjoni bejn sistemi elettrikament differenti jew bejn fażijiet differenti tal-istess sistema elettrika;
d. is-sistema ta’ linji ta’ kuntatt: sistema li tqassam l-enerġija elettrika lill-ferroviji li jgħaddu tul dik ir-rotta u tittrażmettiha lill-ferroviji permezz ta’ ġabbara tal-kurrent. Is-sistema ta’ linji ta’ kuntatt hija mgħammra wkoll bi skonnetturi kkontrollati manwalment jew mill-bogħod li jkunu meħtieġa biex jiżolaw sezzjonijiet jew gruppi mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt skont il-ħtieġa operattiva. Il-linji alimentaturi (feeders) wkoll huma parti mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt;
e. return circuit (ċirkwit b’fil konduttur li jreġġa’ lura l-kurrent elettriku mnejn beda): il-kondutturi kollha li jifformaw il-mogħdija maħsuba għall-kurrent ta’ ritorn tat-trazzjoni u li barra minn hekk jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Għalhekk, sa fejn għandu x’jaqsam dan l-aspett, ir-return circuit huwa parti mis-subsistema tal-enerġija u għandu interface mas-subsistema tal-infrastruttura.
Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2008/57/KE, is-subsistema tal-enerġija tinkludi:
f. il-partijiet tat-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-elettriku ta’ abbord— għall-kejl tal-enerġija elettrika meħuda minn jew irritornata (waqt ibbrejkjar riġenerattiv) lil-linja ta’ kuntatt mill-vettura, bil-provvista tiġi mis-sistema esterna ta’ trazzjoni elettrika. It-tagħmir huwa integrat fi u jitqiegħed fis-servizz mal-unità ta’ trazzjoni, u jinsab fl-ambitu tas-STI tal-lokomotivi ferrovjarji konvenzjonali u tal-vetturi ferrovjarji konvenzjonali għall-passiġġieri (LOC&PAS CR).
Id-Direttiva 2008/57/KE tipprovdi wkoll li l-ġabbara tal-kurrent (pantografi) li jittrażmettu l-enerġija elettrika mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli lill-vettura, jinsabu fis-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. Huma jiġu installati u integrati fi u jitqiegħdu fis-servizz mal-vetturi ferrovjarji u jaqgħu fl-ambitu tas-STI LOC&PAS CR.
Madankollu, il-parametri relatati mal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent huma speċifikati fis-STI ENE CR.
2.1.1. Il-provvista tal-enerġija
Is-sistema ta’ provvista tal-enerġija għandha tiġi ddisinjata b’tali mod li kull ferrovija għandha tkun ipprovduta bl-enerġija meħtieġa. Għalhekk, il-vultaġġ tal-provvista, l-ammont ta’ kurrent miġbud ta’ kull ferrovija u l-iskeda operattiva huma aspetti importanti tal-prestazzjoni.
L-istess bħal kwalunkwe apparat elettriku, ferrovija hija ddisinjata biex topera korrettament b’vultaġġ nominali u bi frekwenza nominali applikati fit-terminali tagħha, jiġifieri l-pantografu(i) u r-roti. Sabiex tkun żgurata l-prestazzjoni antiċipata tal-ferrovija għandhom jiġu ddefiniti l-varjazzjonijiet fi u l-limiti għal dawn il-parametri.
Il-ferroviji moderni li jaħdmu bl-enerġija elettrika ta’ spiss ikollhom il-kapaċità li jużaw l-ibbrejkjar riġenerattiv biex jirritornaw l-enerġija lura lill-provvista tal-enerġija, u b’hekk inaqqsu l-konsum globali tal-enerġija. Is-sistema ta’ provvista tal-enerġija tista’ tiġi ddisinjata sabiex takkomoda enerġija minn ibbrejkjar riġenerattiv ta’din ix-xorta.
Fi kwalunkwe provvista tal-enerġija, jista’ jkun hemm xi xort u kundizzjonijiet oħrajn ta’ ħsara. Il-provvista tal-enerġija għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-kontrolli jiskopru dawn il-ħsarat immedjatament u jagħtu lok għal miżuri li jneħħu l-kurrent tax-xort u jiżolaw il-parti affetwata taċ-ċirkwit. Wara avvenimenti ta’ din ix-xorta, il-provvista tal-enerġija għandha tkun tista’ trodd il-provvista lill-installazzjonijiet kollha mill-iktar fis possibbli sabiex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jerġgħu jibdew.
2.1.2. Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli u l-pantografu
Ġeometrija kompatibbli tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli mal-pantografu hija aspett importanti tal-interoperabilità. Sa fejn għandha x’taqsam l-interazzjoni ġeometrika, l-għoli tal-wajer ta’ kuntatt ’il fuq mil-linji ferrovjarji, il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, id-devjazzjoni laterali taħt il-pressjoni tal-irjieħ u l-forza ta’ kuntatt għandhom jiġu speċifikati. Il-ġeometrija tar-ras tal-pantografu wkoll hija fundamentali sabiex tkun żgurata interazzjoni tajba mal-linja ta’ kuntatt fl-għoli, billi tiġi kkunsidrata x-xengila (sway) tal-vettura.
Sabiex jingħata appoġġ lill-interoperabilità tan-netwerks Ewropej, il-pantografi speċifikati fis-STI LOC&PAS CR huma dawk li għandhom jintużaw.
L-interazzjoni bejn linja ta’ kuntatt fl-għoli u pantografu tirrappreżenta aspett ferm importanti biex tkun stabbilita trażmissjoni tal-enerġija affidabbli mingħajr tfixkil mhux xieraq għall-installazzjonijiet u għall-ambjent ferrovjarji. Din l-interazzjoni hija ddeterminata prinċipalment minn:
a. |
l-effetti statiċi u aerodinamiċi dipendenti min-natura tal-istrixxi ta’ kuntatt tal-pantografu u mid-disinn tal-pantografu, mill-forma tal-vettura li fuqha huwa(huma) mmuntat(i) il-pantografu(i) u mill-pożizzjoni tal-pantografu fuq il-vettura, |
b. |
il-kompatibilità tal-materjal tal-istrixxa ta’ kuntatt mal-wajer ta’ kuntatt, |
c. |
il-karatteristiċi dinamiċi tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli u tal-pantografu(i) għal ferrovija b’unità waħda jew b’unitajiet multipli, |
d. |
in-numru ta’ pantografi mqiegħda fis-servizz u d-distanza ta’ bejniethom, peress li kull pantografu jista’ jfixkel lill-oħrajn li jkunu jinsabu fl-istess sezzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli. |
2.2. L-interfaces ma’ subsistemi oħrajn u fi ħdan is-subsistema
2.2.1. Introduzzjoni
Is-subsistema tal-enerġija tagħmel interfaces ma’ wħud mis-subsistemi l-oħra tas-sistema ferrovjarja sabiex tilħaq il-prestazzjoni prevista. Dawn huma elenkati iktar ’l isfel:
2.2.2. L-interfaces li jikkonċernaw il-provvista tal-enerġija
a. |
Il-vultaġġ u l-frekwenza u l-meded permissibbli tagħhom jagħmlu interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
b. |
L-enerġija installata fil-linji u l-fattur speċifikat tal-enerġija jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-sistema ferrovjarja u jagħmlu interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
c. |
L-ibbrejkjar riġenerattiv inaqqas il-konsum tal-enerġija u jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
d. |
L-installazzjonijiet elettriċi fissi u t-tagħmir ta’ trazzjoni ta’ abbord għandhom jiġu protetti minn xi xort. L-attivazzjoni tas-salvaviti fis-substazzjonijiet u fuq il-ferroviji għandha tkun ikkoordinata. Il-protezzjoni elettrika tagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
e. |
L-interferenza elettrika u l-emissjonijiet armoniċi jagħmlu interface mas-subsistemi tal-vetturi ferrovjarji u tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni. |
f. |
Ir-return circuit tal-kurrent għandu xi interfaces mas-subsistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalizzazzjoni u tal-infrastruttura. |
2.2.3. L-interfaces li jikkonċernaw it-tagħmir tal-linji fl-għoli u l-pantografi u l-interazzjoni tagħhom
a. |
Il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt u r-rata ta’ bidla tal-gradjent jeħtieġu attenzjoni speċjali sabiex ikunu evitati telf ta’ kuntatt u ħsara eċċessiva minħabba l-użu. L-għoli u l-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt jagħmlu interfaces mas-subsistemi tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji. |
b. |
Ix-xengila tal-vettura u x-xengila tal-pantografu jagħmlu interface mas-subsistema tal-infrastruttura. |
c. |
Il-kwalità tal-ġbir tal-kurrent tiddependi min-numru ta’ pantografi mqiegħda fis-servizz, minn kif inhuma spazjati u minn dettalji oħrajn speċifiċi għall-unitajiet ta’ trazzjoni. L-arranġament tal-pantografi jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
2.2.4. L-interfaces li jikkonċernaw is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi
a. |
Biex ferrovija tgħaddi mit-tranżizzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ fażijiet differenti, mingħajr ma jkun hemm konnessjonijiet, għandhom jiġu stipulati n-numru u l-arranġament tal-pantografi fuq il-ferroviji. Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. |
b. |
Biex ferrovija tgħaddi mit-tranżizzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ fażijiet, mingħajr ma jkun hemm konnessjonijiet, għandu jiġi kkontrollat il-kurrent tal-ferrovija. Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni. |
c. |
Biex ferrovija tgħaddi mis-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jitbaxxa/jitbaxxew il-pantografu(i). Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni. |
3. IR-REKWIŻITI ESSENZJALI
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja, is-subsistemi tagħha u l-kostitwenti tal-interoperabilità tagħhom għandhom jilħqu r-rekwiżiti rilevanti essenzjali stabbiliti f’termini ġenerali fl-Anness III għad-Direttiva. It-tabella li ġejja tindika l-parametri bażiċi ta’ din is-STI u l-korrispondenza tagħhom għar-rekwiżiti essenzjali kif ġie spjegat fl-Anness III għad-Direttiva.
Klawżoola tas-STI |
Titolu tal-Klawżola tas-STI |
Sikurezza |
Disponibilità u Affidabilità (R&A) |
Saħħa |
Protezzjoni tal-ambjent |
Kompatibilità Teknika |
4.2.3 |
Vultaġġ u frekwenza |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.4 |
Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.5 |
Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini |
1.1.1 2.2.1 |
1.2 |
— |
— |
— |
4.2.6 |
Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.7 |
Ibbrejkjar riġenerattiv |
— |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 |
1.5 2.2.3 |
4.2.8 |
Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika |
2.2.1 |
— |
— |
— |
1.5 |
4.2.9 |
Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) |
— |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 |
1.5 |
4.2.11 |
Kompatibilità elettromanjetika esterna |
|
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
1.5 |
4.2.12 |
Protezzjoni tal-ambjent |
— |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
— |
4.2.13 |
Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.14 |
Qies standard tal-pantografu (pantograph gauge) |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.15 |
Forza medja ta’ kuntatt |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.16 |
Imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent |
— |
— |
— |
1.4.1 2.2.2 |
1.5 2.2.3 |
4.2.17 |
Spazjar tal-pantografi |
— |
— |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.2.18 |
Materjal tal-wajer ta’ kuntatt |
— |
— |
1.3.1 1.3.2 |
1.4.1 |
1.5 2.2.3 |
4.2.19 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet |
2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 |
1.5 2.2.3 |
4.2.20 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi |
2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 |
1.5 2.2.3 |
4.2.21 |
Tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika |
— |
— |
— |
— |
1.5 |
4.4.2 |
Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija |
1.1.1 1.1.3 2.2.1 |
1.2 |
— |
— |
— |
4.4.3 |
Twettiq tax-xogħlijiet |
1.1.1 2.2.1 |
1.2 |
— |
— |
1.5 |
4.5 |
Regoli għall-manutenzjoni |
1.1.1 2.2.1 |
1.2 |
— |
— |
1.5 2.2.3 |
4.7.2 |
Miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet |
1.1.1 1.1.3 2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
1.5 |
4.7.3 |
Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli |
1.1.1 1.1.3 2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
1.5 |
4.7.4 |
Miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent |
1.1.1 1.1.3 2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
1.5 |
4.7.5 |
Rekwiżiti ġenerali oħrajn |
1.1.1 1.1.3 2.2.1 |
— |
— |
1.4.1 1.4.3 2.2.2 |
— |
4.7.6 |
Ilbies li jidher ħafna |
2.2.1 |
— |
— |
— |
— |
4. IL-KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA
4.1. Introduzzjoni
Is-sistema ferrovjarja, li fir-rigward tagħha tapplika d-Direttiva 2008/57/KE, u li tagħha hija parti s-subsistema, hija sistema integrata li l-konsistenza tagħha għandha tkun ivverifikata. Din il-konsistenza trid tiġi kkontrollata, b’mod partikolari, fejn għandhom x’jaqsmu l-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema, l-interfaces tagħha fil-konfront tas-sistema li fiha tkun integrata, kif ukoll ir-regoli operattivi u għall-manutenzjoni.
L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema u tal-interfaces tagħha, li ġew deskritti fil-Kapitoli 4.2 u 4.3, ma jimponux l-użu ta’ teknoloġiji speċifiċi jew ta’ soluzzjonijiet tekniċi, ħlief fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju. Imma soluzzjonijiet innovattivi għall-interoperabilità jistgħu jeħtieġu speċifikazzjonijiet ġodda u/jew metodi ta’ valutazzjoni ġodda. Sabiex jingħata spazju għall-innovazzjoni teknoloġika, dawn l-ispeċifikazzjonijiet u dawn il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom jiġu żviluppati bil-proċess deskritt fil-Kapitoli 6.1.3 u 6.2.3.
Filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, is-subsistema tal-enerġija hija kkaratterizzata mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-klawżoli 4.2 sa 4.7. Lista ta’ parametri rilevanti għas-subsistema tal-enerġija, li għandhom jinġabru fir-Reġistru tal-Infrastruttura, tinsab fl-Anness C għal din is-STI.
Il-proċeduri għall-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija huma indikati fil-klawżola 6.2.4 u fit-Tabella B.1 tal-Anness B għal din is-STI.
Għall-Każijiet Speċifiċi, ara l-Kapitolu 7.5;
Fejn issir referenza għall-istandards tal-EN, kwalunkwe varjazzjoni msejħa “devjazzjonijiet nazzjonali” jew “kundizzjonijiet nazzjonali speċjali” fl-EN ma tapplikax.
4.2. L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema
4.2.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-prestazzjoni li għandha tintlaħaq mis-subsistema tal-Enerġija għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni rilevanti tas-sistema ferrovjarja, rigward:
— |
il-veloċità massima tal-linja, it-tip ta’ ferrovija, u |
— |
id-domanda għall-enerġija tal-ferroviji fil-pantografi. |
4.2.2. Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija
Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija huma:
— |
Il-provvista tal-enerġija:
|
— |
Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent:
|
4.2.3. Il-vultaġġ u l-frekwenza
Il-lokomotivi u l-unitajiet ta’ trazzjoni jeħtieġu standardizzazzjoni tal-vultaġġ u tal- frekwenza. Il-valuri ta’ u l-limiti għall-vultaġġ u għall-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fil-pantografu għandhom ikunu konformi mal-klawżola 4 tal-EN50163:2004.
Is-sistema ta’ kurrent alternat (AC) ta’ 25 kV 50 Hz għandha tkun is-sistema ta’ provvista fil-mira, għal raġunijiet ta’ kompatibilità mas-sistemi ta’ ġenerazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u ta’ standardizzazzjoni tat-tagħmir tas-substazzjonijiet.
Madankollu, minħabba li huma meħtieġa spejjeż kbar ta’ investiment biex issir migrazzjoni minn vultaġġi ta’ sistemi oħrajn għas-sistema ta’ 25 kV u minħabba l-possibilità li jintużaw unitajiet ta’ trazzjonijiet b’sistemi multipli, l-użu tas-sistemi li ġejjin għal subsistemi ġodda, aġġornati jew rinnovati huwa permess:
— |
kurrent alternat (AC) ta’ 15 kV 16.7 Hz |
— |
kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV, u |
— |
kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV |
Il-vultaġġ u l-frekwenza nominali għandhom ikunu elenkati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.4. Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista
Id-disinn tas-subsistema tal-enerġija huwa ddeterminat mill-veloċità tal-linji għas-servizzi ppjanati u mit-topografija.
Għalhekk, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:
— |
il-kurrent massimu tal-ferrovija, |
— |
il-fattur tal-enerġija tal-ferroviji, u |
— |
il-vultaġġ utli medju. |
4.2.4.1.
L-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddikjara l-kurrent massimu tal-ferrovija fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
Id-disinn tas-subsistema tal-enerġija għandu jiżgura l-ħila tal-provvista tal-enerġija li tilħaq il-prestazzjoni speċifikata u għandu jippermetti t-tħaddim ta’ ferroviji b’enerġija inqas minn 2 MW, mingħajr limitu għall-kurrent kif ġie deskritt fil-klawżola 7.3 tal-EN50388:2005.
4.2.4.2.
Il-fattur tal-enerġija tal-ferroviji għandu jkun skont ir-rekwiżiti fl-Anness G u fil-klawżola 6.3 tal-EN50388:2005.
4.2.4.3.
Il-vultaġġ utli medju kkalkolat “fil-pantografu” għandu jkun konformi mal-klawżoli 8.3 u 8.4 tal-EN50388:2005, fejn tintuża d-dejta tad-disinn għall-fattur tal-enerġija skont l-Anness G.
4.2.5. Il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini
Il-provvista tal-enerġija u s-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom ikunu ddisinjati sabiex jagħtu lok għall-kontinwità ta’ operazzjoni f’każ ta’ disturbi fil-mini. Dan għandu jintlaħaq billi l-linja ta’ kuntatt fl-għoli tinqasam f’sezzjonijiet skont il-klawżola 4.2.3.1 tas-SRT STI.
4.2.6. Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli tas-sistemi ta’ kurrent dirett (DC) għandha tkun iddisinjata sabiex issostni 300 A (għal sistema ta’ provvista ta’ 1.5 kV) u 200 A (għal sistema ta’ provvista ta’ 3 kV), għal kull pantografu meta l-ferrovija tkun wieqfa.
Dan għandu jintlaħaq billi tintuża forza statika ta’ kuntatt kif ġie ddefinit fil-klawżola 7.1 tal-EN50367:2006.
Fejn il-linja ta’ kuntatt fl-għoli ġiet iddisinjata sabiex issostni valuri ikbar għall-kurrent massimu meta l-ferrovija tkun wieqfa, dan għandu jkun iddikjarat mill-Amministratur Infrastrutturali fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) għandha tkun iddisinjata billi jiġu kkunsidrati l-limiti għat-temperatura skont il-klawżola 5.1.2 tal-EN50119:2009.
4.2.7. L-ibbrejkjar riġenerattiv
Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija ta’ kurrent alternat (AC) għandhom ikunu ddisinjati sabiex jippermettu l-użu tal-ibbrejkjar riġenerattiv bħala brejk ta’ servizz, li jkun jista’ jiskambja l-enerġija mingħajr problemi jew ma’ ferroviji oħrajn jew bi kwalunkwe mezz ieħor.
Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija ta’ kurrent dirett (DC) għandhom ikunu ddisinjati sabiex jippermettu l-użu ta’ bbrejkjar riġenerattiv bħala brejk ta’ servizz għall-inqas billi tiġi skambjata l-enerġija ma’ ferroviji oħrajn.
L-informazzjoni dwar il-possibbilità li jintuża l-ibbrejkjar riġenerattiv għandha tingħata fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.8. L-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika
Id-disinn għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika tas-subsistema tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti elenkati fid-dettall fil-klawżola 11 tal-EN50388:2005, ħlief għat-Tabella 8 li hija sostitwita mill-Anness H għal din is-STI.
4.2.9. L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)
Is-subsistema tal-enerġija CR u l-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu jaħdmu flimkien mingħajr problemi ta’ interferenza, bħal vultaġġi għoljin wisq u fenomeni oħrajn deskritti fil-klawżola 10 tal-EN50388:2005.
4.2.10. L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija
L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija għandhom ikunu ttrattati mill-Amministratur Infrastrutturali billi jikkunsidra l-istandards nazzjonali jew dawk Ewropej u r-rekwiżiti tas-servizz tal-enerġija.
F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.
4.2.11. Il-kompatibilità elettromanjetika esterna
Il-kompatibilità elettromanjetika esterna mhix karatteristika speċifika tan-netwerk ferrovjarju. L-installazzjonijiet għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu konformi mar-Rekwiżiti Essenzjali tad-Direttiva 2004/108/KE dwar il-kompatibilità elettromanjetika.
F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.
4.2.12. Il-protezzjoni tal-ambjent
Il-protezzjoni tal-ambjent hija koperta minn leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent.
F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.
4.2.13. Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tintuża mill-pantografi bil-ġeometrija tar-ras speċifikata fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.
L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt b’relazzjoni għall-binarju u d-devjazzjoni laterali tal-wajer ta’ kuntatt taħt l-azzjoni ta’ riħ inkroċjat ilkoll jirregolaw l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju.
4.2.13.1.
L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun ta’ bejn 5,00 u 5,75 m. Għar-relazzjoni bejn l-għolijiet tal-wajers ta’ kuntatt u l-għolijiet operattivi tal-pantografi ara l-Figura 1 tal-EN50119:2009.
L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt jista’ jkun iktar baxx f’każijiet relatati ma’ qies standard (bħal pontijiet jew mini). L-għoli minimu tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun ikkalkolat skont il-klawżola 5.10.4 tal-EN50119:2009.
Il-wajer ta’ kuntatt jista’ jkun ogħla f’każijiet bħal qsim invell, żoni ta’ tagħbija eċċ. F’dawn il-każijiet, l-għoli massimu tal-wajer ta’ kuntatt skont id-disinn m’għandux ikun ikbar minn 6.20 m.
Filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tolleranzi u l-irfigħ ’il fuq (uplift), skont il-Figura 1 tal-EN50119:2009, l-għoli massimu tal-wajer ta’ kuntatt m’għandux ikun ikbar minn 6.50 m.
L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun elenkat fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.13.2.
Il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti mill-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009.
Il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt speċifikat fil-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009 jista’ jinqabeż b’mod eċċezzjonali fejn sensiela ta’ restrizzjonijiet għall-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, bħal qsim invell, pontijiet jew mini, jipprevjenu l-konformità; f’dan il-każ, meta jiġu applikati r-rekwiżiti tal-klawżola 4.2.16., għandu jkun hemm konformità biss mar-rekwiżit relatat mal-forza massima ta’ kuntatt.
4.2.13.3.
Id-devjazzjoni laterali massima permissibbli tal-wajer ta’ kuntatt perpendikulari għal-linja ċentrali tal-binarju skont id-disinn taħt l-azzjoni ta’ riħ inkroċjat qed tingħata fit-Tabella 4.2.13.3.
Tabella 4.2.13.3
Id-devjazzjoni laterali massima
Tul tal-pantografu |
Devjazzjoni laterali massima |
1 600 mm |
0,40 m |
1 950 mm |
0,55 m |
Il-valuri għandhom ikunu aġġustati sabiex ikunu kkunsidrati l-moviment tal-pantografu u t-tolleranzi tal-binarju skont l-Anness E.
Fil-każ ta’ binarju b’linji ferrovjarji multipli, ir-rekwiżit għandu jkun issodisfat għal kull par linji ferrovjarji (iddisinjati sabiex jiġu operati bħala binarju separat) li jkun hemm il-ħsieb li jiġi vvalutat skont is-STI.
Il-profili tal-pantografi li jitħallew joperaw f’din ir-rotta għandhom jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.14. Il-qies standard tal-pantografu
L-ebda parti mis-subsistema tal-enerġija m’għandha tidħol fil-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku (ara l-Figura E.2 tal-Anness E) ħlief għall-wajer ta’ kuntatt u għall-isteady arm.
Il-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku għal-linji interoperabbli jiġi ddeterminat billi jintuża l-metodu muri fil-klawżola E.2 tal-Anness E u permezz tal-profili tal-pantografi ddefiniti fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.
Dan il-qies standard għandu jiġi kkalkolat billi jintuża l-metodu kinematiku, bil-valuri li ġejjin:
— |
għax-xengila tal-pantografu - epu – ta’ 0,110 m fl-għoli iktar baxx ta’ verifika - h'u ≤ 5,0 m u |
— |
għax-xengila tal-pantografu - epo - of 0,170 m fl-għoli iktar għoli ta’ verifika – h'o – 6,5 m, |
skont il-klawżola E.2.1.4 tal-Anness E u valuri oħrajn skont il-klawżola E.3 tal-Anness E.
4.2.15. Il-forza medja ta’ kuntatt
Il-forza medja ta’ kuntatt Fm hija l-valur medju statistiku tal-forza ta’ kuntatt. Fm tiġi fformata mill-komponenti statiċi, dinamiċi u aerodinamiċi tal-forza ta’ kuntatt tal-pantografu.
Il-forza statika ta’ kuntatt tiġi ddefinita fil-klawżola 7.1 tal-EN50367:2006. Il-meded ta’ Fm għal kull waħda mis-sistemi ta’ provvista tal-enerġija huma ddefiniti fit-Tabella 4.2.15.
Tabella 4.2.15
Il-meded tal-forza medja ta’ kuntatt
Sistema ta’ provvista |
Fm sa 200 km/h |
Kurrent alternat (AC) |
60 N < Fm< 0.00047*v2 + 90 N |
Kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV |
90 N < Fm< 0.00097*v2 + 110 N |
Kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV |
70 N < Fm< 0.00097*v2 + 140 N |
fejn [Fm] = forza medja ta’ kuntatt f’N u [v] = veloċità f’km/h.
Skont il-klawżola 4.2.16, il-linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jsostnu din il-kurva ta’ forza ta’ limitu ta’ fuq mogħtija fit-Tabella 4.2.15.
4.2.16. L-imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata skont ir-rekwiżiti għal imġiba dinamika. L-irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt bil-veloċità skont id-disinn għandu jkun konformi mal-istipulazzjonijiet fit-Tabella 4.2.16.
Il-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għandha impatt fundamentali fuq il-perjodu ta’ użu (life) ta’ wajer ta’ kuntatt u, għalhekk, għandha tkun konformi ma’ parametri miftiehma u li jistgħu jitkejlu.
Il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-imġiba dinamika għandha tkun ivverifikata permezz ta’ valutazzjoni ta’:
— |
L-irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt u jew |
— |
Il-forza medja ta’ kuntatt Fm u d-devjazzjoni standard σmax jew |
— |
Perċentwali tal-arkjar (arcing) |
L-Entità Kontraenti għandha tiddikjara l-metodu li għandu jintuża għal verifika. Il-valuri li għandhom jintlaħqu bil-metodu magħżul huma stabbiliti fit-Tabella 4.2.16.
Tabella 4.2.16
Ir-rekwiżiti għall-imġiba dinamika u għall-kwalità tal-ġbir tal-kurrent
Rekwiżit |
Għal v> 160 km/h |
Għal v ≤ 160 km/h |
Spazju għall-irfigħ ’il fuq tal-isteady arm |
2S 0 |
|
Forza medja ta’ kuntatt F m |
Ara l-klawżola 4.2.15 |
|
Devjazzjoni standard fil-veloċità massima tal-linja σ max (N) |
0.3F m |
|
Perċentwali tal-arkjar fil-veloċità massima tal-linja, NQ (%) (tul minimu ta’ ark 5 ms) |
≤ 0.1 għal sistemi ta’ kurrent alternat (AC) ≤ 0.2 għal sistemi ta’ kurrent dirett (DC) |
≤ 0,1 |
Għal definizzjonijiet, valuri u metodi ta’ test irreferi għall-EN50317:2002 u għall-EN50318:2002.
S0 hija l-irfigħ ’il fuq ikkalkolat, simulat jew imkejjel tal-wajer ta’ kuntatt fl-isteady arm, iġġenerat f’kundizzjonijiet operattivi normali b’pantografu wieħed jew iktar b’forza medja ta’ kuntatt Fm fil-veloċità massima tal-linja. Meta l-irfigħ ’il fuq tal-isteady arm ikun limitat fiżikament minħabba d-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli, huwa permissibbli li l-ispazju meħtieġ jitnaqqas għal 1.5 S0 (irreferi għall-klawżola 5.10.2 tal-EN50119:2009).
Il-forza massima (Fmax) f’rotta miftuħa ġeneralment tkun fil-medda ta’ Fm flimkien ma’ tliet devjazzjonijiet standard σmax; jista’ jkun hemm valuri ogħla f’postijiet partikolari u dawn ingħataw fit-Tabella 4 tal-klawżola 5.2.5.2 tal-EN50119:2009.
Għal komponenti riġidi, bħal iżolaturi tas-sezzjonijiet f’sistemi ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli, il-forza ta’ kuntatt tista’ tiġi miżjuda sa massimu ta’ 350 N.
4.2.17. L-ispazjar tal-pantografi
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għal minimu ta’ żewġ pantografi li joperaw biswit xulxin, b’linja ċentrali ta’ spazjar minimu għal-linja ċentrali tar-ras tal-pantografu kif inhu stabbilit fit-Tabella 4.2.17:
Tabella 4.2.17
L-ispazjar tal-pantografi
Veloċità operattiva (km/h) |
Distanza minima tal-kurrent alternat (AC) (m) |
Distanza minima tal-kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV (m) |
Distanza minima tal-kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV (m) |
||||||
Tip |
A |
B |
C |
A |
B |
C |
A |
B |
C |
160 < v ≤ 200 |
200 |
85 |
35 |
200 |
115 |
35 |
200 |
85 |
35 |
120 < v ≤ 160 |
85 |
85 |
35 |
20 |
20 |
20 |
85 |
35 |
20 |
80 < v ≤ 120 |
20 |
15 |
15 |
20 |
15 |
15 |
35 |
20 |
15 |
v ≤ 80 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
20 |
8 |
8 |
Jekk ikun applikabbli, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C):
— |
It-tip ta’ distanza skont id-disinn (A jew B jew C) għal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) skont it-Tabella 4.2.17. |
— |
L-ispazjar minimu bejn il-pantografi biswit xulxin inqas minn dak muri fit-Tabella 4.2.17. |
— |
In-numru ta’ pantografi iktar minn tnejn, li għalihom ġiet iddisinjata l-linja. |
4.2.18. Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt
Il-kombinazzjoni tal-materjal tal-wajer ta’ kuntatt u tal-materjal tal-istrixxa ta’ kuntatt għandha impatt qawwi fuq il-ħsara minħabba l-użu fuq iż-żewġ naħat.
Il-materjali permissibbli għall-wajers ta’ kuntatt huma r-ram u l-ligi tar-ram (ħlief il-ligi magħmula mir-ramm u mill-kadmju). Il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-klawżoli 4.1, 4.2 u 4.5 sa 4.7 (ħlief għat-Tabella 1) tal-EN50149:2001.
Għal-linji tal-kurrent alternat (AC), il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun iddisinjat biex jippermetti l-użu ta’ strixxi ta’ kuntatt magħmula mill-karbonju sempliċi (klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-STI LOC&PAS CR). Fejn l-Amministratur Infrastrutturali (IM) jaċċetta materjal ieħor għall-istrixxi ta’ kuntatt, dan għandu jitniżżel fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
Għal-linji ta’kurrent dirett (DC), il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun iddisinjat sabiex jaċċetta materjali għall-istrixxi ta’ kuntatt skont il-klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-STI LOC&PAS CR.
4.2.19. Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet
Id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet għandu jiżgura li l-ferroviji jistgħu jiċċaqilqu minn sezzjoni għal oħra biswitha mingħajr ma ssir konnessjoni bejn iż-żewġ fażijiet. Il-konsum tal-enerġija għandu jitniżżel għal żero skont il-klawżola 5.1 tal-EN50388:2005.
Għandhom ikunu pprovduti mezzi adegwati (ħlief għas-sezzjoni ta’ separazzjoni qasira fil-Figura F.1 tal-Anness F) sabiex ferrovija li titwaqqaf fis-sezzjoni ta’ separazzjoni tal-fażijiet tkun tista’ terġa’ tiġi startjata. Is-sezzjoni newtrali għandha tkun tista’ tiġi konnessa mas-sezzjonijiet biswitha permezz ta’ skonnetturi kkontrollati mill-bogħod.
Normalment, id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni għandu jadotta soluzzjonijiet kif ġie deskritt fl-Anness A.1 għall-EN50367:2006 jew fl-Anness F għal din is-STI. Fejn tkun proposta soluzzjoni alternattiva, għandu jintwera li l-alternattiva tkun mill-inqas affidabbli daqs is-soluzzjoni oriġinali.
L-informazzjoni dwar id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u l-konfigurazzjoni permissibbli tal-pantografi mgħollijin ’il fuq għandha tkun ipprovduta fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.20. Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi
4.2.20.1.
Id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistema għandu jiżgura li l-vetturi jistgħu jiċċaqilqu minn sistema ta’ provvista tal-enerġija waħda għal sistema ta’ provvista tal-enerġija differenti li tinsab biswitha mingħajr ma jsiru konnessjonijiet bejn iż-żewġ sistemi. Separazzjoni ta’ sistemi bejn sistema ta’ kurrent alternat (AC) u waħda ta’ kurrent dirett (DC) teħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali fir-return circuit kif ġie ddefinit fil-klawżola 6.1.1 tal-EN50122-2:1998.
Hemm żewġ metodi biex jiġu ttraversati s-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi:
a. |
b’pantografu mgħolli u li jmiss il-wajer ta’ kuntatt, |
a. |
b’pantografu mbaxxi u li ma jmissx il-wajer ta’ kuntatt. |
L-Amministraturi Infrastrutturali ġirien għandhom jiftiehmu dwar (a) jew (b) skont iċ-ċirkustanzi prevalenti. Il-metodu li għandu jiġi adottat għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.20.2.
Jekk is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi jiġu ttraversati b’pantografi mgħollijin ’il fuq sal-wajer ta’ kuntatt, id-disinn funzjonali tagħhom huwa speċifikat kif ġej:
— |
il-ġeometrija tal-elementi differenti tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha twaqqaf lill-pantografi milli jikkawżaw xi xort jew jagħmlu konnessjoni bejn iż-żewġ sistemi tal-enerġija. |
— |
għandhom jittieħdu miżuri fis-subsistema tal-enerġija sabiex ikun evitat li jsiru konnessjonijiet bejn iż-żewġ sistemi ta’ provvista tal-enerġija biswit xulxin jekk is-salvavita(i) ta’ abbord ma taħdimx (jaħdmux), |
— |
il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt tul is-sezzjoni ta’ separazzjoni kollha għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009. |
L-arranġamenti għall-pantografi li jitħallew jittraversaw is-separazzjoni tas-sistemi b’pantografi mgħollin ’il fuq għandhom ikunu pprovduti fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.2.20.3.
Din il-possibilità għandha tingħażel jekk il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni bil-pantografi mgħollijin ’il fuq ma jistgħux jiġu sodisfatti.
Jekk sezzjoni ta’ separazzjoni tas-sistemi tiġi ttraversata bil-pantografi mbaxxija, għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tevita li ssir konnessjoni minn pantografu li aċċidentalment ikun mgħolli ’l fuq. Għandu jkun ipprovdut tagħmir ħalli, jekk pantografu jibqa’ mgħolli, iż-żewġ sistemi ta’ provvista tal-enerġija jintfew, eż. bl-iskoperta ta’ xort.
4.2.21. It-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika
Kif ġie speċifikat fil-klawżola 2.1 ta’ din is-STI, ir-rekwiżiti għat-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika ta’ abbord huma stabbiliti fis-STI LOC&PAS CR. Jekk jiġi installat tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika, dan għandu jkun kompatibbli mal-klawżola 4.2.8.2.8 tas-STI LOC&PAS CR.
Dan it-tagħmir jista' jintuża għal finjiet ta’ kontijiet, u d-dejta li jagħti għandha tiġi aċċettata għall-ikkuntjar mill-Istati Membri kollha.
4.3. L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaces
4.3.1. Ir-rekwiżiti ġenerali
Mill-perspettiva tal-kompatibilità teknika, l-interfaces huma elenkati fl-ordni tas-subsistemi kif ġej: vetturi ferrovjarji, infrastruttura, kontroll u kmand u sinjalazzjoni, operat u mmaniġġar tat-traffiku. Dawn jinkludu wkoll indikazzjonijiet rigward s-STI tas-sikurezza fil-mini ferrovjarji (STI SRT).
4.3.2. Il-Lokomotivi u l-Vetturi Ferrovjarji għall-Passiġġieri
STI ENE CR |
STI LOC&PAS CR |
||
Parametru |
Klawżola |
Parametru |
Klawżola |
Vultaġġ u frekwenza |
4.2.3 |
Operazzjoni fil-medda ta’ vultaġġi u ta’ frekwenzi |
4.2.8.2.2 |
Kurrent massimu tal-ferrovija |
4.2.4.1 |
Enerġija u kurrent massimi minn linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) |
4.2.8.2.4 |
Fattur tal-enerġija tal-ferroviji |
4.2.4.2 |
Fattur tal-enerġija |
4.2.8.2.6 |
Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin |
4.2.6 |
Kurrent massimu meta l-ferroviji jkunu weqfin għas-sistemi ta’ kurrent dirett (DC) |
4.2.8.2.5 |
Ibbrejkjar riġenerattiv |
4.2.7 |
Brejk riġenerattiv b’enerġija lil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) |
4.2.8.2.3 |
Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika |
4.2.8 |
Protezzjoni elettrika tal-ferrovija |
4.2.8.2.10 |
Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) |
4.2.9 |
Disturbi fl-enerġija tas-sistema għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) |
4.2.8.2.7 |
Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli |
4.2.13 |
Medda ta’ ħidma fl-għoli tal-pantografu |
4.2.8.2.9.1 |
Ġeometrija tar-ras tal-pantografu |
4.2.8.2.9.2 |
||
Qies standard tal-pantografu |
4.2.14 |
Ġeometrija tar-ras tal-pantografu |
4.2.8.2.9.2 |
Tiqjis standard (gauging) |
4.2.3.1 |
||
Forza medja ta’ kuntatt |
4.2.15 |
Forza statika ta’ kuntatt tal-pantografu |
4.2.8.2.9.5 |
Forza ta’ kuntatt u mġiba dinamika tal-pantografu |
4.2.8.2.9.6 |
||
Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent |
4.2.16 |
Forza ta’ kuntatt u mġiba dinamika tal-pantografu |
4.2.8.2.9.6 |
Spazjar tal-pantografi |
4.2.17 |
Arranġamenti tal-pantografi |
4.2.8.2.9.7 |
Materjal tal-wajer ta’ kuntatt |
4.2.18 |
Materjal tal-istrixxi ta’ kuntatt |
4.2.8.2.9.4.2 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni: |
|
Passaġġ minn sezzjoni ta’ separazzjoni ta’ fażijiet jew ta’ sistemi |
4.2.8.2.9.8 |
sistema |
4.2.19 |
||
ta’ fażijiet |
4.2.20 |
||
Tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika |
4.2.21 |
Funzjoni tal-kejl tal-konsum tal-enerġija |
4.2.8.2.8 |
4.3.3. L-Infrastruttura
STI ENE CR |
STI INF CR |
||
Parametru |
Klawżola |
Parametru |
Klawżola |
Qies standard tal-pantografi |
4.2.14 |
Qies minimu tal-istrutturi (structure gauge) |
4.2.4.1 |
Miżuri ta’ protezzjoni ta’: |
|
Protezzjoni minn xokk tal-elettriku |
4.2.11.3 |
|
4.7.3 |
||
|
4.7.4 |
4.3.4. Il-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni
L-interface għall-kontroll tal-enerġija fis-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi huwa interface bejn is-subsistema tal-enerġija u s-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. Madankollu, huwa kkontrollat permezz tas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u konsegwentement l-interface huwa speċifikat fis-STI CCS CR u fis-STI LOC&PAS CR.
Peress li l-kurrenti armoniċi ġġenerati mill-vetturi ferrovjarji jaffetwaw is-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni permezz tas-subsistema tal-enerġija, dan is-suġġett huwa ttrattat fis-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.
4.3.5. L-Operat u l-Immaniġġar tat-Traffiku
L-Amministratur Infrastrutturali huwa meħtieġ li jkollu sistemi stabbiliti sabiex jikkomunika mal-Impriżi Ferrovjarji.
STI ENE CR |
STI OPE CR |
||
Parametru |
Klawżola |
Parametru |
Klawżola |
Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija |
4.4.2 |
Deskrizzjoni tal-linja u tat-tagħmir rilevanti maġenb il-linja assoċjat mal-linji li qed isir xogħol fihom |
4.2.1.2.2 |
Is-sewwieq jiġi informat f’ħin reali |
4.2.1.2.3 |
||
Twettiq ta’ xogħlijiet |
4.4.3 |
Elementi mmodifikati |
4.2.1.2.2.2 |
4.3.6. Is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji
STI ENE CR |
SRT STI |
||
Parametru |
Klawżola |
Parametru |
Klawżola |
Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini |
4.2.5 |
Segmentazzjoni tal-linja fl-għoli jew tal-linji ferrovjarji kondutturi |
4.2.3.1 |
4.4. Ir-regoli operattivi
4.4.1. Introduzzjoni
Sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tal-Kapitolu 3, ir-regoli operattivi speċifiċi għas-subsistema kkonċernata minn din is-STI huma kif ġej:
4.4.2. Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija
4.4.2.1.
F’kundizzjonijiet normali, sabiex ikun hemm konformità mal-klawżola 4.2.4.1, il-kurrent massimu permissibbli tal-ferrovija m’għandux jeċċedi l-valur inkluż fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).
4.4.2.2.
F’kundizzjonijiet anormali, il-kurrent massimu permissibbli tal-ferrovija (ara l-Anness C) jista’ jkun iktar baxx. L-Amministratur Infrastrutturali għandu jinforma lill-Impriżi Ferrovjarji bil-varjazzjoni.
4.4.2.3.
L-Amministratur Infrastrutturali għandu jimplimenta proċeduri sabiex f’emerġenza l-provvista tal-enerġija tkun ġestita b’mod adegwat. L-Impriżi Ferrovjarji li joperaw u l-kumpaniji li jaħdmu fuq il-linja għandhom jagħtu informazzjoni rigward il-miżuri temporanji, il-lokalità ġeografika fejn jinsabu, in-natura u il-mezzi ta’ sinjalazzjoni tagħhom. Ir-responsabilità għall-ertjar għandha tkun iddefinita fil-pjan ta’ emerġenza li għandu jinkiteb mill-Amministratur Infrastrutturali. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha ssir billi tiġi kkontrollata l-eżistenza tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, tal-istruzzjonijiet, tal-proċeduri u tal-apparati li għandhom jintużaw f’emerġenza.
4.4.3. It-twettiq tax-xogħlijiet
F’ċerti sitwazzjonijiet li jinvolvu xogħlijiet ippjanati minn qabel, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema tal-enerġija u tal-kostitwenti tal-interoperabilità tagħha, iddefiniti fil-Kapitoli 4 u 5 tas-STI, jiġu sospiżi temporanjament. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet operattivi eċċezzjonali xierqa li jkunu meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sikurezza.
Id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin japplikaw:
— |
il-kundizzjonijiet operattivi eċċezzjonali li ma jkunux konformi mas-STI għandhom ikunu temporanji u ppjanati, |
— |
l-impriżi ferrovjarji li joperaw u l-kumpaniji li jaħdmu fuq il-linja għandhom jagħtu informazzjoni rigward dawn l-eċċezzjonjiet temporanji, il-lokalità ġeografika tagħhom, in-natura u l-mezzi ta’ indikazzjoni tagħhom. |
4.5. Ir-regoli għall-manutenzjoni
Il-karatteristiċi speċifikati tas-sistema ta’ provvista tal-enerġija (inklużi s-substazzjonijiet u l-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet) u l-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandhom jiġu sostnuti matul il-perjodu ta’ użu tagħhom.
Għandu jiġi ppreparat pjan ta’ manutenzjoni sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi speċifikati tas-subsistema tal-enerġija meħtieġa sabiex tkun żgurata l-interoperabilità jkunu sostnuti fil-limiti speċifikati. Il-pjan ta’ manutenjoni għandu jinkludi, b’mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-kompetenzi professjonali għall-persunal u tat-tagħmir tas-sikurezza protettiva personali li għandu jintuża minnu.
Il-proċeduri ta’ manutenzjoni m’għandhomx jiżgradaw miżuri ta’ sikurezza bħall-kontinwità tar-return circuit tal-kurrent, il-limitu għall-vultaġġi għoljin wisq u l-iskoperta ta’ xi xort.
4.6. Il-kwalifiki professjonali
L-Amministratur Infrastrutturali (IM) huwa responsabbli mill-kwalifiki professjonali u mill-kompetenza tal-persunal li jopera u jikkontrolla s-subsistema tal-enerġija; l-Amministratur Infrastrutturali (IM) irid jiżgura ruħu li l-proċessi għall-valutazzjoni tal-kompetenza huma ddokumentati b’mod ċar. Ir-rekwiżiti tal-kompetenzi għall-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija għandhom jiġu elenkati b’mod dettaljat fil-pjan ta’ manutenzjoni (ara l-klawżola 4.5).
4.7. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza
4.7.1. Introduzzjoni
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persunal meħtieġa għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija u għall-implimentazzjoni tas-STI ġew deskritti fil-klawżoli li ġejjin.
4.7.2. Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet
Is-sikurezza elettrika tas-sistemi ta’ provvista tal-enerġija tat-trazzjoni għandha tinkiseb billi dawn l-installazzjonijiet jiġu ddisinjati u ttestjati skont il-klawżoli 8 (ħlief ir-referenza għall-EN50179) u 9.1 tal-EN50122-1:1997. Is-substazzjonijiet u l-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet għandhom jiġu imbarrati kontra aċċess mhux awtorizzat.
L-ertjar tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet għandu jkun integrat fis-sistema ġenerali tal-ertjar matul ir-rotta.
Għal kull installazzjoni, għandu jintwera li r-return circuits tal-kurrent u l-kondutturi tal-ertjar ikunu adegwati skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.
4.7.3. Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli
Is-sikurezza elettrika tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli u l-protezzjoni minn xokk elettriku għandhom jinkisbu b’konformità mal-klawżola 4.3 tal-EN50119:2009 u mal-klawżoli 4.1, 4.2, 5.1, 5.2 u 7 tal-EN50122-1:1997, ħlief għar-rekwiżiti rigward il-konnessjonijiet għaċ-ċirkwiti tal-binarji.
Il-miżuri għall-ertjar tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom jiġu integrati fis-sistema ġenerali tal-ertjar matul ir-rotta.
Għall kull installazzjoni, għandu jintwera li l-kondutturi tal-ertjar huma adegwati, skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.
4.7.4. Il-miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent
Is-sikurezza elettrika u l-funzjonalità tar-return circuit tal-kurrent għandhom jinkisbu billi dawn l-installazzjonijiet jiġu ddisinjati skont il-klawżoli 7 u 9.2 sa 9.6 tal-EN50122-1:1997, (ħlief ir-referenza għall-EN 50179).
Għal kull installazzjoni għandu jintwera li r-return circuits tal-kurrent huma adegwati, skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera wkoll li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.
4.7.5. Rekwiżiti ġenerali oħrajn
Minbarra l-klawżoli 4.7.2 sa 4.7.4 u r-rekwiżiti speċifikati fil-pjan ta’ manutenzjoni (ara l-klawżola 4.5), għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ikunu żgurati s-saħħa u s-sikurezza għall-persunal tal-manutenzjoni u tal-operazzjonijiet, skont ir-regolamenti Ewropej u r-regolamenti nazzjonali li jkunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Ewropea.
4.7.6. L-Ilbies Li Jidher Ħafna
Il-persunal involut fil-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija, meta jkun qed jaħdem fuq jew qrib il-binarju, għandu jilbes ilbies li jirrifletti, li jkollu fuqu l-marka CE (u għalhekk jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill [89/686/KEE] tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet [tal]-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1).
4.8. Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u r-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati
4.8.1. Introduzzjoni
Skont l-Artikoli 33 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE, kull STI għandha tindika eżattament l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati u fir-Reġistru tal-Infrastruttura.
4.8.2. Ir-Reġistru tal-Infrastruttura
L-Anness C għal din is-STI jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-enerġija għandha tkun inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura. Fil-każijiet kollha, meta kwalunkwe parti mis-subsistema tal-enerġija jew is-subsistema kollha ssir konformi ma’ din is-STI, għandha ssir annotazzjoni fir-Reġistru tal-Infrastruttura kif ġie indikat fl-Anness C u fil-klawżola rilevanti fil-Kapitoli 4 u 7.5 (każijiet speċifiċi).
4.8.3. Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati
L-Anness D għal din is-STI jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-enerġija għandha tkun inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tip ta’ vetturi awtorizzati.
5. IL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ
5.1. Lista ta’ kostitwenti
Il-kostitwenti tal-interoperabilità huma koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2008/57/KE u, sa fejn għandha x’taqsam is-subsistema tal-enerġija, huma elenkati hawn taħt.
Linja ta’ kuntatt fl-għoli |
: |
Il-Kostitwent tal-Interoperabilità “linja ta’ kuntatt fl-għoli” jikkonsisti fil-komponenti elenkati iktar ’l isfel li għandhom jiġu installati f’subsistema tal-enerġija, u r-regoli assoċjati tad-disinn u tal-konfigurazzjoni. Il-komponenti ta’ linja ta’ kuntatt fl-għoli huma arranġament ta’ wajer(s) sospiż(i) fuq il-linja ferrovjarja għall-provvista tal-elettriku lill-ferroviji elettriċi, flimkien mat-tagħmir (fittings) assoċjat, mal-iżolaturi mqiegħda f’linja u ma’ aċċessorji oħrajn inklużi l-alimentaturi u l-jumpers (wajers qosra użati biex jagħmlu jew jiksru ċirkwit). Dan kollu jitqiegħed fuq il-limitu ta’ fuq tal-qies standard tal-vettura, biex il-vetturi jkunu pprovduti b’enerġija elettrika permezz tal-pantografi. Il-komponenti ta’ sostenn bħall-klejjeb, l-arbli u s-sisien, il-kondutturi bir-ritorn, l-alimentaturi awtotrasformaturi, is-swiċċijiet u iżolaturi oħrajn mhumiex parti mill-kostitwent tal-interoperabilità “linja ta’ kuntatt fl-għoli”. Dawn huma koperti mir-rekwiżiti tas-subsistema sa fejn għandha x’taqsam l-interoperabilità. |
Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif ġie indikat fil-klawżola 6.1.3 u b’X fit-Tabella A.1 tal-Anness A għal din is-STI.
5.2. Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti
5.2.1. Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli
5.2.1.1.
Id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jkun konformi mal-klawżola 4.2.13.
5.2.1.2.
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata permezz tal-forza medja ta’ kuntatt F m stipulata fil-klawżola 4.2.15.
5.2.1.3.
Ir-rekwiżiti għall-imġiba dinamika tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli huma stabbiliti fil-klawżola 4.2.16
5.2.1.4.
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tipprovdi l-ispazju meħtieġ għall-irfigħ ’il fuq kif inhu stabbilit fil-klawżola 4.2.16
5.2.1.5.
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għal spazjar tal-pantografi kif ġie speċifikat fil-klawżola 4.2.17.
5.2.1.6.
Għas-sistemi ta’ kurrenti dirett (DC), il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għar-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.6.
5.2.1.7.
Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.18.
6. IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI
6.1. Il-Kostitwenti tal-Interoperabilità
6.1.1. Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbilità, kif ġew iddefiniti fil-Kapitolu 5 ta’ din is-STI, għandhom jitwettqu bl-applikazzjoni tal-moduli rilevanti.
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni għal rekwiżiti partikolari għal kostitwent tal-interoperabilità huma stabbiliti fil-klawżola 6.1.4
6.1.2. L-applikazzjoni tal-moduli
Għandhom jintużaw il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-interoperabilità li ġejjin:
— |
CA |
Kontroll intern tal-produzzjoni |
— |
CB |
Eżami tat-tip tal-KE |
— |
CC |
Konformità skont it-tip ibbażata fuq kontroll intern tal-produzzjoni |
— |
CH |
Konformità bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità |
— |
CH1 |
Konformità bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità flimkien ma’ eżami tad-disinn |
Tabella 6.1.2
Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu applikati għall-Kostitwenti tal-Interoperabbilità (IC)
Proċeduri |
Moduli |
Imqiegħda fuq is-suq tal-UE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI |
CA jew CH |
Imqiegħda fuq is-suq tal-UE wara d-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI |
CB+CC jew CH1 |
Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom jingħażlu minn dawk murija fit-Tabella 6.1.2.
Fil-każ ta’ prodotti mqiegħda fuq is-suq qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-STI, it-tip jiġi kkunsidrat bħala li kien approvat u għalhekk l-eżami tat-tip tal-KE (modulu CB) m’hemmx għalfejn issir, sakemm il-manifattur juri li t-testijiet u l-verifika tal-kostitwenti tal-interoperabbilità ġew ikkunsidrati bħala li rnexxew għall-applikazzjonijiet preċedenti f’kundizzjonijiet komparabbli u huma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din is-STI. F’dan il-każ, dawn il-valutazzjonijiet għandhom jibqgħu validi fl-applikazzjoni l-ġdida. Jekk ma jkunx possibbli li jintwera li s-soluzzjoni tkun ġiet ipprovata b’mod pożittiv fl-imgħoddi, għandha tapplika l-proċedura għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità (IC) imqiegħda fuq is-suq tal-UE wara l-pubblikazzjoni ta’ din is-STI.
6.1.3. Is-soluzzjonijiet innovattivi għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità
Jekk tiġi proposta soluzzjoni innovattiva għal kostitwent tal-interoperabilità, kif ġie ddefinit fil-klawżola 5.2, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiddikjara d-devjazzjonijiet mill-klawżola rilevanti ta’ din is-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni biex jiġu analizzati.
F’każ li l-analiżi tirriżulta f’opinjoni favorevoli, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface għall-kostitwent xierqa u l-metodu ta’ valutazzjoni xieraq għandhom ikunu żviluppati taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.
L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li jiġu prodotti b’dan il-mod għandhom ikunu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.
Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.
6.1.4. Il-proċedura ta’ valutazzjoni partikolari għall-Kostitwent tal-Interoperabilità – il-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli (OCL)
6.1.4.1.
Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent tinvolvi l-linja ta’ kuntatt fl-għoli (is-subsistema tal-enerġija) u l-pantografu (is-subsistema tal-vetturi ferrovjarji).
Disinn ġdid ta’ linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jkun ivvalutat b’simulazzjoni skont l-EN50318:2002 u bil-kejl ta’ sezzjoni għat-test tad-disinn il-ġdid skont l-EN50317:2002.
Għall-finijiet ta’ simulazzjoni u ta’ analiżi tar-riżultati, għandhom jiġu kkunsidrati karatteristiċi rappreżentattivi (pereżempju mini, crossovers (postijiet minn fejn wieħed jista’ jaqsam għal post ieħor), sezzjonijiet newtrali eċċ.).
Is-simulazzjonijiet għandhom isiru billi jintużaw mill-inqas żewġ tipi differenti ta’ pantografi li jkunu konformi (2) mas-STI għall-veloċità (3) xierqa u sistema ta’ provvista, sal-veloċità skont id-disinn tal-Kostitwent tal-Interoperabilità propost – il-linja ta’ kuntatt fl-għoli.
Huwa permess li s-simulazzjoni ssir billi jintużaw tipi ta’ pantografu li għadhom qed jiksbu ċ-ċertifikazzjoni ta’ Kostitwent tal-Interoperabilità (IC), sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tas-STI LOC&PAS CR.
Is-simulazzjoni għandha ssir għal pantografu wieħed u għal pantografi multipli bi spazjar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.17.
Sabiex tkun aċċettabbli, il-kwalità tal-ġbir simulat tal-kurrent għandha tkun skont il-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, għall-forza medja ta’ kuntatt u għad-devjazzjoni standard għal kull wieħed mill-pantografi.
Jekk ir-riżultati tas-simulazzjoni jkunu aċċettabbli, għandu jsir test dinamiku fis-sit b’sezzjoni rappreżentattiva tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli l-ġdida.
Għat-test fis-sit li ssemma iktar ’il fuq, wieħed miż-żewġ tipi ta’ pantografu magħżula għas-simulazzjoni għandu jiġi installat fuq vettura ferrovjarja li tippermetti l-veloċità xierqa fis-sezzjoni rappreżentattiva.
It-testijiet għandhom isiru mill-inqas għall-arranġamenti tal-agħar każ tal-pantografi derivati mis-simulazzjonijiet u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.17.
Kull pantografu għandu jipproduċi forza medja ta’ kuntatt sal-veloċità prevista skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) li qed tiġi ttestjata kif meħtieġ mill-klawżola 4.2.15.
Sabiex tkun aċċettabbli, il-kwalità tal-ġbir imkejjel tal-kurrent għandha tkun skont il-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, u jew il-forza medja ta’ kuntatt u d-devjazzjoni standard jew perċentwali tal-arkjar.
Jekk id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli ttestjat jirnexxielu jgħaddi l-valutazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala konformi u jista’ jintuża fuq linji fejn il-karatteristiċi tad-disinn ikunu kompatibbli.
Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għall-kostitwent tal-interoperabilità “il-pantografu” huma stabbiliti fil-klawżola 6.1.2.2.6 tas-STI LOC&PAS CR
6.1.4.2.
Il-valutazzjoni tal-konformità għandha ssir skont l-Anness A.4.1 għall-EN50367:2006.
6.1.5. Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità
Skont il-klawżola 3 tal-Anness IV għad-Direttiva 2008/57/KE, id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjoni tal-użu:
— |
il-vultaġġ u l-frekwenza nominali; |
— |
il-veloċità massima skont id-disinn. |
6.2. Is-subsistema tal-enerġija
6.2.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Fuq talba tal-applikant, il-Korp Notifikat iwettaq il-verifika tal-KE skont l-Anness VI għad-Direttiva 2008/57/KE, u skont id-dispożizzjonijiet tal-moduli rilevanti.
Jekk l-applikant juri li t-testijiet jew il-verifiki ta’ subsistema tal-enerġija rnexxew għall-applikazzjonijiet preċedenti ta’ disinn f’ċirkustanzi simili, il-Korp Notifikat għandu jikkunsidra dawn it-testijiet u dawn il-verifiki għall-verifika tal-KE.
Il-proċeduri ta’ valutazzjoni għal rekwiżiti partikolari għal subsistema huma stabbiliti fil-klawżola 6.2.4
L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE għas-subsistema tal-enerġija skont l-Artikolu 18(1) ta’ u l-Anness V għad-Direttiva 2008/57/KE.
6.2.2. L-applikazzjoni tal-moduli
Għall-proċedura ta’ verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija, l-applikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jista’ jagħżel jew:
— |
Il-Modulu SG: Verifika tal-KE bbażata fuq il-verifika ta’ unità, jew |
— |
Il-Modulu SH1: Verifika tal-KE bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità flimkien ma’ eżami tad-disinn. |
6.2.2.1.
Fil-każ tal-Modulu SG, il-Korp Notifikat jista’ jikkunsidra l-evidenza tal-eżamijiet, il-kontroll jew it-testijiet li twettqu bsuċċess, f’kundizzjonijiet komparabbli minn entitajiet oħrajn (4) jew minn (jew f’isem) l-applikant.
6.2.2.2.
Il-Modulu SH1 jista’ jingħażel biss fejn l-attivitajiet li jagħtu kontribut għas-subsistema proposta li għandha tiġi vverifikata (disinn, manifattura, assemblaġġ u installazzjoni) ikunu suġġetti għal sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u għall-ittestjar tal-prodott finali, li jkunu approvati u eżaminati minn Korp Notifikat.
6.2.3. Is-soluzzjonijiet innovattivi
Jekk is-subsistema tinkludi soluzzjoni innovattiva, kif ġiet iddefinita fil-klawżola 4.1, l-applikant għandu jiddikjara d-devjazzjoni mill-klawżoli rilevanti tas-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni.
F’każ ta’ opinjoni favorevoli, għandhom jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa għal din is-soluzzjoni.
L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li jiġu prodotti b’dan il-mod imbagħad għandhom jiġu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni. Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.
6.2.4. Il-proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal Subsistema
6.2.4.1.
Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-klawżoli 14.4.1, 14.4.2 (simulazzjoni biss) u 14.4.3 tal-EN50388:2005.
6.2.4.2.
Il-valutazzjoni tal-installazzjonijiet fissi tal-provvista tal-enerġija tal-kurrent alternat (AC) għandha ssir skont il-klawżola 14.7.2 tal-EN50388:2005.
Il-valutazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-kurrent dirett (DC) għandha ssir b’eżami tad-disinn.
6.2.4.3.
Il-valutazzjoni tad-disinn u tal-operazzjoni tas-substazzjonijiet għandha ssir skont il-klawżola 14.6 tal-EN50388:2005.
6.2.4.4.
Il-valutazzjoni, ibbażata fuq studju ta’ kompatibilità, għandha ssir skont il-klawżola 10.3 tal-EN50388:2005, fejn jiġu kkunsidrati l-vultaġġi għoljin wisq mogħtija fil-klawżola 10.4 tal-EN 50388:2005.
6.2.4.5.
Jekk il-linja ta’ kuntatt fl-għoli li għandha tiġi installata fuq linja ġdida tiġi ċċertifikata bħala Kostitwent tal-Interoperabilità, biex tkun ikkontrollata l-installazzjoni korretta għandu jintuża l-kejl tal-parametri tal-interazzjoni skont l-EN50317:2002.
Dan il-kejl għandu jsir b’pantografu li jkun Kostitwent tal-Interoperabilità, li jkollu l-karatteristiċi ta’ forza medja ta’ kuntatt kif inhuma meħtieġa mill-klawżola 4.2.15 ta’ din is-STI għall-veloċità prevista skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli.
Il-mira ewlenija ta’ dan it-test huwa li jiġu identifikati l-iżbalji fil-kostruzzjoni imma mhux li jiġi vvalutat id-disinn fil-prinċipju.
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli installata tista’ tiġi aċċettata jekk ir-riżultati tal-kejl ikunu konformi mar-rekwiżiti fil-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, u jew il-forza medja ta’ kuntatt u d-devjazzjoni standard jew il-perċentwali tal-arkjar.
Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għall-integrazzjoni tal-pantografu fis-subsistema tal-vetturi ferrovjarji hija stabbilita fil-klawżola 6.2.2.2.14 tas-STI LOC&PAS CR
6.2.4.6.
Il-valutazzjoni għandha ssir billi jiġi vverifikat jekk hux qed issir manutenzjoni.
Il-Korp Notifikat mhux responsabbli mill-valutazzjoni tal-idoneità tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti fil-pjan.
6.3. Subsistema li tinkludi Kostitwenti tal-Interoperabilità li ma jkollhomx dikjarazzjoni tal-KE
6.3.1. Kundizzjonjiet
Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni pprovdut fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni, Korp Notifikat jitħalla joħroġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema, anki jekk uħud mill-kostitwenti tal-interoperabilità inkorporati fis-subsistema ma jkunux koperti mid-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti skont din is-STI, jekk ikun hemm konformità mal-kriterji li ġejjin:
— |
il-konformità tas-subsistema ġiet ikkontrollata mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 u b’relazzjoni għall-Kapitoli 6.2 sa 7 (ħlief il-“Każijiet Speċifiċi”) ta’ din is-STI mill-Korp Notifikat. Barra minn hekk, il-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità (IC) mal-Kapitoli 5 u 6.1 ma tapplikax, u |
— |
il-kostitwenti tal-interoperabilità li mhumiex koperti mid-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti, intużaw f’subsistema li diġà kienet approvata u mqiegħda fis-servizz f’mill-inqas Stat Membru wieħed qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI. |
M’għandhomx ikunu kkompilati dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu għall-kostitwenti tal-interoperabilità li ġew ivvalutati b’dan il-mod.
6.3.2. Id-dokumentazzjoni
Iċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE tas-subsistema għandu jindika b’mod ċar liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati mill-Korp Notifikat bħala parti mill-verifika tas-subsistema.
Id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE tas-subsistema għandha tindika b’mod ċar:
— |
Liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati bħala parti mis-subsistema |
— |
Il-konferma li s-subsistema tinkludi kostitwenti tal-interoperabilità identiċi għal dawk ivverifikati bħala parti mis-subsistema. |
— |
Għal dawk il-kostitwenti tal-interoperabilità, ir-raġuni(jiet) għaliex il-manifattur ma pprovdiex dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu qabel l-inkorporazzjoni tagħhom fis-subsistema, inkluż l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE. |
6.3.3. Il-manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont il-klawżola 6.3.1
Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni kif ukoll wara li jkun intemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm is-subsistema tiġi aġġornata jew rinnovata (fejn tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni tas-STI), il-kostitwenti tal-interoperabilità li m’għandhomx dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu u tal-istess tip jitħallew jintużaw bħala sostituti relatati mal-manutenzjoni (spare parts) għas-subsistema, taħt ir-responsabilità tal-korp responsabbli mill-manutenzjoni. Ikun xi jkun il-każ, il-korp responsabbli mill-manutenzjoni jrid jiżgura ruħu li l-komponenti għas-sostituti relatati mal-manutenzjoni jkunu adattati għall-applikazzjonijiet tagħhom, jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom, u jagħtu lok biex tintlaħaq l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja filwaqt li fl-istess ħin jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. Komponenti ta’ din ix-xorta jridu jkunu traċċabbli u ċċertifikati skont kwalunkwe regola nazzjonali jew internazzjonali, jew kwalunkwe kodiċi ta’ prattika rikonoxxut fil-wisa’ fil-qasam ferrovjarju.
7. L-IMPLIMENTAZZJONI
7.1. Ġenerali
Għal-linji tat-TEN, l-Istat Membru għandu jispeċifika dawk il-partijiet tas-subsistema tal-enerġija li jkunu meħtieġa għas-servizzi interoperabbli (eż. linja ta’ kuntatt fl-għoli fuq il-binarji, binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni (sidings), stazzjonijiet, wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji (marshalling yards) u għalhekk jeħtieġ li jkunu konformi ma’ din is-STI. Meta jiġi biex jispeċifika dawn l-elementi, l-Istat Membru għandu jikkunsidra l-koerenza tas-sistema kollha.
7.2. L-istrateġija progressiva lejn l-interoperabilità
7.2.1. Introduzzjoni
L-istrateġija deskritta f’din is-STI tapplika għal linji ġodda, aġġornati u rinnovati.
Il-modifika tal-linji eżistenti sabiex jinġiebu f’konformità mas-STI tista’ tinvolvi spejjeż kbar ta’ investiment u, konsegwentement, tista’ tkun progressiva.
Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-istrateġija ta’ migrazzjoni tindika l-mod li bih l-installazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu adattati meta jkun ekonomikament iġġustifikat li jsir dan.
7.2.2. L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-vultaġġ u għall-frekwenza
L-għażla tas-sistema ta’ provvista tal-enerġija hija deċiżjoni tal-Istat Membru. Id-deċiżjoni għandha tittieħed għal raġunijiet ekonomiċi, fejn mill-inqas jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:
— |
is-sistema eżistenti ta’ provvista tal-enerġija f’dak l-Istat Membru, |
— |
kwalunkwe konnessjoni ma’ linja ferrovjarja fil-pajjiżi ġirien ma’ provvista tal-enerġija elettrika eżistenti. |
7.2.3. L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-pantografi u għall-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)
Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tintuża minn għall-inqas wieħed mill-pantografi b’ġeometrija tar-ras (1 600 mm jew 1 950 mm) speċifikata fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.
7.3. L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ġodda
Il-Kapitoli 4 sa 6 u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika fil-paragrafu 7.5 t’iktar ’l isfel japplikaw b’mod sħiħ għal-linji li jaqgħu taħt l-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI (ara l-paragrafu 1.2) u li se jintużaw wara li din is-STI tidħol fis-seħħ.
7.4. L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji eżistenti
7.4.1. Introduzzjoni
Filwaqt li s-STI tista’ tiġi applikata b’mod sħiħ għal installazzjonijiet ġodda, l-implimentazzjoni fuq il-linji l-ġodda tista’ teħtieġ xi modifiki fit-tagħmir eżistenti. Il-grad ta’ modifika meħtieġa għandu jiddependi minn kemm ikun konformi t-tagħmir eżistenti. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw fil-każ tas-STI CR, mingħajr preġudizzju għall-klawżola 7.5 (Każijiet speċifiċi).
Fejn japplika l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE, jiġifieri li tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema rekwiżiti tas-STI għandhom jiġu applikati, filwaqt li jikkunsidra l-istrateġija ta’ migrazzjoni.
Fejn l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE ma japplikax għaliex awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz mhix meħtieġa, il-konformità ma’ din is-STI hija rrakkomandata. Fejn ma jkunx possibbli li tintlaħaq konformità, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Istat Membru bir-raġuni għal dan.
Fejn l-Istat Membru jeħtieġ li tagħmir ġdid jitqiegħed fis-servizz, l-Entità Kontraenti għandha tiddefinixxi l-miżuri prattiċi u l-fażijiet differenti tal-proġett li jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni. Dawn il-fażijiet tal-proġett jistgħu jinkludu perjodi ta’ tranżizzjoni biex biex it-tagħmir jitqiegħed fis-servizz b’livelli mnaqqsa ta’ prestazzjoni.
Subsistema eżistenti tista' tippermetti ċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi konformi mas-STI meta din tkun tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali, fuq bażi volontarja, għandu jkun jista’ jimla r-Reġistru tal-Infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE. Il-proċedura li għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi ta’ din is-STI għandha tiġi ddefinita fl-ispeċifikazzjoni tar-Reġistru tal-Infrastruttura li l-Kummissjoni għandha tadotta skont dak l-Artikolu.
7.4.2. L-aġġornament/ir-rinnovazzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u/jew tal-provvista tal-enerġija
Sabiex tintlaħaq il-konformità ma’ din is-STI, huwa possibbli li l-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli u/jew is-sistema ta’ provvista tal-enerġija kollha jew parti minnhom – element element – jiġu mmodifikati gradwalment tul perjodu estiż ta’ żmien.
Madankollu, il-konformità tas-subsistema kollha tista’ tiġi ddikjarata biss meta l-elementi kollha jkunu nġiebu f’konformità mas-STI.
Il-proċess ta’ aġġornament/rinnovazzjoni għandu jikkunsidra l-ħtieġa li tinżamm il-kompatibilità mas-subsistema tal-enerġija eżistenti u ma’ subsistemi oħrajn. Għal proġett li jinkludi elementi li ma jkunux konformi mas-STI, biex ikunu applikati l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ verifika tal-KE għandu jintlaħaq ftehim mal-Istat Membru.
7.4.3. Il-parametri relatati mal-manutenzjoni
Filwaqt li s-subsistema tal-enerġija tinżamm f’kundizzjoni tajba, il-verifiki u l-awtorizzazzjonijiet formali biex titqiegħed fis-servizz mhumiex meħtieġa. Madankollu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, jistgħu jsiru sostituzzjonijiet għal finijiet ta’ manutenzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ din is-STI filwaqt li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-interoperabilità.
7.4.4. Is-subsistemi eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament
Subsistema li qed tintuża tista’ tippermetti li l-ferroviji li jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jaħdmu filwaqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali, fuq bażi volontarja, jista’ jimla r-Reġistru tal-Infrastruttura skont l-Anness C għal din is-STI biex juri l-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi ta’ din is-STI.
7.5. Każijiet speċifiċi
7.5.1. Introduzzjoni
Il-miżuri speċjali li ġejjin huma permessi fil-każijiet speċifiċi li jissemmew iktar ’l isfel:
(a) każijiet “P”: każijiet permanenti;
(b) każijiet “T”: każijiet temporanji, fejn huwa rrakkomandat li s-sistema fil-mira tintlaħaq sal-2020 (għan iffissat fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (5), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
7.5.2. Lista ta’ każijiet speċifiċi
7.5.2.1.
Każ P
Il-parametri bażiċi kolha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal-linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.
7.5.2.2.
7.5.2.2.1. Il-vultaġġ u l-frekwenza (4.2.3)
Każ T
Il-valuri ta’ u l-limiti għall-vultaġġ u għall-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fejn jinstab il-pantografu tal-linji elettrifikati b’kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV:
— |
Nimes sa Port Bou, |
— |
Toulouse sa Narbonne, |
jistgħu jestendu l-valuri stabbiliti fil-klawżola 4 (Umax2 qrib l-2 000 V) tal-EN50163:2004,.
7.5.2.2.2. Il-Forza Medja ta’ Kuntatt (4.2.15)
Każ P
Għal linja ta’ kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV, il-forza medja ta’ kuntatt għandha l-medda li ġejja:
Tabella 7.5.2.2.2
Il-meded tal-forza medja ta’ kuntatt
Kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV |
70 N < Fm < 0.00178*v2 + 110 N b’valur ta’ 140 N meta l-ferrovija tkun wieqfa |
7.5.2.3.
7.5.2.3.1. Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli – l-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1)
Każ P
L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt huwa ta’ 6.15 m, b’għoli minimu ta’ 5.60 m u b’għoli massimu ta’ 6.60 m.
7.5.2.4.
Każ P
Il-parametri bażiċi kollha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.
7.5.2.5.
Każ P
Il-parametri bażiċi kollha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.
7.5.2.6.
7.5.2.6.1. Il-qies standard tal-pantografu (4.2.14)
Każ P
Fil-każ tas-Slovenja, għar-rinnovazzjoni u għall-aġġornament tal-linji eżistenti rigward il-qies minimu eżistenti tal-istrutturi (mini, toroq fuq toroq (overpasses) u pontijiet), il-qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku huwa skont il-profil ta’ pantografu ta’ 1 450 mm kif ġie ddefinit fil-Figura B.2 tal-istandard EN50367, 2006.
7.5.2.7.
7.5.2.7.1. L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1)
Każ P
Fil-Gran Brittanja, għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni tas-subsistema tal-enerġija eżistenti, jew għall-kostruzzjoni ta’ subsistemi ġodda tal-enerġija fuq l-infrastruttura eżistenti, l-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt adottat m’għandux ikun inqas minn 4 700 mm.
7.5.2.7.2. Id-devjazzjoni laterali (4.2.13.3)
Każijiet P
Fil-Gran Brittanja, għal subsistemi tal-enerġija ġodda, aġġornati jew rinnovati, id-devjazzjoni laterali permissibbli tal-wajer ta’ kuntatt b’relazzjoni għal-linja ċentrali tal-binarju skont id-disinn taħt l-azzjoni tal-irjieħ inkroċjati għandha tkun ta’ 475 mm (sakemm ma jiġix iddikjarat valur iktar baxx fir-Reġistru tal-Infrastruttura) b’għoli tal-wajer ta’ inqas minn jew daqs 4 700 mm inklużi l-konċessjonijiet għall-kostruzzjoni, għall-effetti tat-temperatura u għat-tagħwiġa tal-arblu. Għal għolijiet tal-wajers ta’ iktar minn 4 700 mm, dan il-valur għandu jonqos b’0,040 × (għoli tal-wajer (mm) – 4 700) mm.
7.5.2.7.3. Il-qies standard tal-pantografu (4.2.14 u l-Anness E)
Każijiet P
Fil-Gran Brittanja, għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni tas-subsistema tal-enerġija eżistenti, jew għall-kostruzzjoni ta’ subsistemi ġodda tal-enerġija fuq l-infrastruttura eżistenti, il-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku huwa ddefinit fid-dijagramma t’hawn taħt (Figura 7.5.2.7).
Figura 7.5.2.7
Il-qies standard tal-pantografu
Id-dijagramma turi l-involukru estrem li l-movimenti tar-ras tal-pantografu għandhom jibqgħu fih. L-involukru għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni estrema tal-linji ċentrali tal-binarju permessi mit-tolleranzi tal-binarju, li mhumiex inklużi. L-involukru huwa qies standard assolut, mhux Profil ta’ Referenza suġġett għal aġġustamenti.
Bil-veloċitajiet kollha sal-veloċità tal-linja; il-pożizzjoni mżerżqa (cant) massima; il-veloċità massima tar-riħ li fiha tkun possibbli operazzjoni mingħajr restrizzjonijiet, u l-veloċità estrema tar-riħ, iddefiniti fir-Reġistru tal-Infrastruttura:
W = 800 + J mm, meta H ≤ 4 300 mm; u
W′ = 800 + J + (0,040 × (H – 4 300)) mm, meta H > 4 300 mm.
Fejn:
H |
= |
L-għoli sal-quċċata tal-involukru ’l fuq mil-livell tal-linja ferrovjarja (f’mm). Id-dimensjoni hija s-somma tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt u l-mezz għall-irfigħ ’il fuq. |
J |
= |
200 mm fuq binarju dritt. |
J |
= |
230 mm fuq binarju kkurvat. |
J |
= |
190 mm (minimu) fejn ikun hemm restrizzjonijiet minħabba l-ispazju madwar l-infrastruttura ċivili li ma jistax jiġi miżjud b'mod ekonomiku. |
Għandhom isiru konċessjonijiet addizzjonali, li jinkludu l-ħsara minħabba l-użu tal-wajer ta’ kuntatt, l-ispazju mekkaniku, l-ispazju madwar tagħmir tal-elettriku (electrical clearance) statiku jew dinamiku.
7.5.2.7.4. Il-Ferrovija Elettrifikata b’kurrent dirett (DC) ta’ 600/750 V li tuża linji ferrovjarji kondutturi fuq il-livell tal-art
Każ P
Il-linji mgħammra bis-sistema ta’ elettrifikazzjoni li topera b’kurrent dirett (DC) ta’ 600/750 V DC u li tuża linji ferrovjarji kondutturi fuq il-livell tal-art b’kuntatt mal-quċċata f’konfigurazzjoni bi tliet u/jew erba’ linji ferrovjarji għandha tkompli tiġi aġġornata, rinnovata u estiża fejn dan ikun ekonomikament iġġustifikat. Għandhom japplikaw l-Istandards Nazzjonali.
7.5.2.7.5. Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3)
Każ P
Fir-referenza għall-klawżola 5.1 tal-EN50122-1:1997, għandha tapplika l-kundizzjoni nazzjonali speċjali għal din il-klawżola (5.1.2.1).
8. LISTA TAL-ANNESSI
A |
Il-Valutazzjoni tal-Konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità |
B |
Il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija |
C |
Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija |
D |
Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati u l-informazzjoni meħtieġa mis-subsistema tal-enerġija |
E |
Id-determinazzjoni tal-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku |
F |
Is-soluzzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi |
G |
Il-fattur tal-enerġija |
H |
Il-protezzjoni elettrika: l-attivazzjoni tas-salvavita ewlenija |
I |
Lista ta’ standards imsemmija |
J |
Glossarju |
ANNESS A
IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ
A.1. L-Ambitu
Dan l-Anness jindika l-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwent tal-interoperabilità (linja ta’ kuntatt fl-għoli) tas-subsistema tal-enerġija.
Għall-kostitwenti tal-interoperabilità eżistenti, għandha tiġi segwita l-proċedura deskritta fil-Kapitolu 6.1.2..
A.2. IL-Karatteristiċi
Il-karatteristiċi tal-kostitwent tal-interoperabilità li għandhom jiġu vvalutati billi jiġi applikat il-modulu CB jew CH1 huma mmarkati b’X fit-Tabella A.1. Il-fażi tal-produzzjoni għandha tkun ivvalutata fis-subsistema.
Tabella A.1
Il-valutazzjoni tal-kostitwent tal-interoperabilità: linja ta’ kuntatt fl-għoli
|
Valutazzjoni fil-fażi li ġejja |
Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari |
|||
|
Fażi tad-disinn u tal-iżvilupp |
Fażi tal-produzzjoni |
|||
Karatteristika - klawżola |
Eżami tad-disinn |
Eżami tal-proċess ta’ manifattura |
Test tat-Tip |
Kwalità tal-prodott (prouduzzjoni serjali) |
|
Ġeometrija - 5.2.1.1 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
Forza medja ta’ kuntatt - 5.2.1.2 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
Imġiba dinamika - 5.2.1.3 |
X |
M/A |
X |
M/A |
Valutazzjoni tal-Konformità skont il-klawżola 6.1.4.1 permezz ta’ simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-eżami tad-disinn u kejl skont l-EN50317:2002 għat-test tat-tip |
Spazju għall-irfigħ ’il fuq - 5.2.1.4 |
X |
M/A |
X |
M/A |
Simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-Eżami tad-Disinn u l-kejl skont l-EN50317:2002 għat-Testijiet tat-Tip b’forza medja ta’ kuntatt skont il-klawżola 4.2.15 |
Disinn għall-ispazjar tal-pantografi - 5.2.1.5 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
Kurrent meta l-ferrovija tkun wieqfa - 5.2.1.6 |
X |
M/A |
X |
M/A |
Skont il-klawżola 6.1.4.2 |
Materjal tal-wajer ta’ kuntatt - 5.2.1.7 |
X |
M/A |
X |
M/A |
|
M/A: mhux applikabbli |
ANNESS B
IL-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA
B.1. L-Ambitu
Dan l-Anness jindika l-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija.
B.2. Il-Karatteristiċi u l-Moduli
Il-karatteristiċi tas-subsistema li għandha tiġi vvalutata fil-fażijiet differenti tad-disinn, tal-installazzjoni u tal-operazzjoni huma mmarkati b’X fit-Tabella B.1.
Tabella B.1
Il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija
Parametri bażiċi |
Fażi tal-valutazzjoni |
|
|||||
Fażi tal-iżvilupp tad-disinn |
Fażi tal-produzzjoni |
||||||
Eżami tad-disinn |
Kostruzzjoni, assemblaġġ, immuntar |
Assemblaġġ qabel it-tqegħid fis-servizz |
Validazzjoni f’kundizzjonijiet operattivi sħaħ |
Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari |
|||
Vultaġġ u frekwenza- 4.2.3 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema - 4.2.4 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Valutazzjoni tal-vultaġġ medju utli skont il-klawżola 6.2.4.1 |
||
Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini- 4.2.5 |
X |
M/A |
X |
M/A |
|
||
Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin - 4.2.6 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Ibbrejkjar riġenerattiv - 4.2.7 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Skont il-klawżola 6.2.4.2 |
||
Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika- 4.2.8 |
X |
M/A |
X |
M/A |
Skont il-klawżola 6.2.4.3 |
||
Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)- 4.2.9 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Skont il-klawżola 6.2.4.4 |
||
Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Għoli tal-wajer ta’ kuntatt- 4.2.13.1 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt - 4.2.13.2 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Devjazzjoni laterali - 4.2.13.3 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Qies standard tal-pantografu - 4.2.14 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Forza medja ta’ kuntatt - 4.2.15 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent - 4.2.16 |
X (*) |
M/A |
X |
M/A |
Verifika skont il-klawżola 6.1.4.1 b’simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-eżami tad-disinn. Verifika tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli assemblata skont il-klawżola 6.2.4.5 bil-kejl skont l-EN 50317:2002. |
||
Spazjar tal-pantografi - 4.2.17 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Materjal tal-wajer ta’ kuntatt - 4.2.18 |
X (*) |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet -4.2.19 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi -4.2.20 |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
|
||
Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ periklu - 4.4.2.3 |
X |
M/A |
X |
M/A |
|
||
Regoli għall-manutenzjoni – 4.5 |
M/A |
M/A |
X |
M/A |
Skont il-klawżola 6.2.4.6 |
||
Protezzjoni minn xokk elettriku 4.7.2, 4.7.3, 4.7.4 |
X |
X |
X |
M/A1) |
|
||
M/A: mhux applikabbli |
ANNESS C
IR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U INFORMAZZJONI DWAR IS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA
C.1. L-ambitu
Dan l-Anness ikopri l-informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija li għandha tiġi inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura għal kull sezzjoni omoġenja ta’ linji konformi li għandha tiġi stabbilita skont il-klawżola 4.8.2.
C.2. Il-karatteristiċi li għandhom jiġu deskritti
It-Tabella C.1 tinkludi dawk il-karatteristiċi tal-interoperabilità tas-subsistema tal-enerġija li dwarhom għandha tingħata dejta għal kull sezzjoni tal-linja.
Tabella C.1
L-informazzjoni li għandha tingħata fir-Reġistru tal-Infrastruttura
Parametru, element tal-interoperabilità |
Klawżola |
Vultaġġ u frekwenza |
4.2.3 |
Kurrent massimu tal-ferrovija |
4.2.4.1 |
Kurrent massimu meta l-ferrovija tkun wieqfa, sistemi ta’ kurrent dirett (DC) biss |
4.2.6 |
Kundizzjonijiet sabiex tkun akkomodata l-enerġija riġenerata |
4.2.7 |
Għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt |
4.2.13.1 |
Profil(i) aċċettat(i) tal-pantografi |
4.2.13.3 |
Veloċità massima tal-linja b’pantografu operattiv wieħed (jekk ikun applikabbli) |
4.2.17 |
Tip ta’distanza skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) |
4.2.17 |
Spazjar minimu bejn il-pantografi biswit xulxin (jekk ikun applikabbli) |
4.2.17 |
Numru ta’ pantografi iktar minn tnejn li għalihom ġiet iddisinjata l-linja (jekk ikun applikabbli) |
4.2.17 |
Materjal permess tal-istrixxa ta’ kuntatt |
4.2.18 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet: it-tip ta’ sezzjoni ta’ separazzjoni li ntużat Informazzjoni dwar l-operazzjoni, il-konfigurazzjoni tal-pantografu mgħolli ’l fuq |
4.2.19 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi: it-tip ta’ sezzjoni ta’ separazzjoni li ntużat Informazzjoni dwar l-operazzjoni: l-attivazzjoni tas-salvavita, tbaxxija tal-pantografi |
4.2.20 |
Każijiet Speċifiċi |
7.5 |
Kwalunkwe diverġenza oħra mir-rekwiżiti tas-STI |
|
ANNESS D
IR-REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MIS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA
D.1 L-ambitu
Dan l-Anness ikopri l-informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija li għandha tkun inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati.
D.2 Il-karatteristiċi li għandhom jiġu deskritti
It-Tabella D.1 tinkludi dawk il-karatteristiċi tal-interoperabilità tas-subsistema tal-enerġija li dwarhom għandha tingħata dejta fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati.
Tabella D.1
L-informazzjoni li għandha tingħata fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati
Parametru, element tal-interoperabilità |
Informazzjoni |
Klawżola tas-STI LOC&PAS CR |
Protezzjoni Elettrika tal-ferrovija |
Kapaċità ta’qtugħ (breaking capacity) ta’ salvavita ta’ abbord (kA), ferroviji li joperaw fuq linja ta’ 15 kV 16.7 Hz |
4.2.8.2.10 |
Arranġament tal-pantografi |
Spazjar |
4.2.8.2.9.7 |
Apparat imwaħħal għal-limitazzjoni tal-kurrent |
Tip/Klassifikazzjoni |
4.2.8.2.4 |
Installazzjoni ta’ apparati awtomatiċi għall-kontroll tal-enerġija |
Tip/Klassifikazzjoni |
4.2.8.2.4 |
Brejk riġenerattiv installat |
Iva/Le |
4.2.8.2.3 |
Preżenza ta’ miters tal-enerġija ta’ abbord |
Iva/Le |
4.2.8.2.8 |
Każijiet Speċifiċi relatati mal-Enerġija |
|
7.3 |
Kwalunkwe diverġenza oħra mir-rekwiżiti tas-STI |
|
|
ANNESS E
ID-DETERMINAZZJONI TAL-QIES STANDARD TAL-PANTOGRAFU KINEMATIKU MEKKANIKU
E.1. Ġenerali
E.1.1. L-ispazju li għandu jiġi żgumbrat għal-linji elettrifikati
Fil-każ ta’ linji elettrifikati minn linja ta’ kuntatt fl-għoli, għandu jiġi żgumbrat spazju addizzjonali sabiex:
— |
ikun akkomodat it-tagħmir tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) |
— |
il-pantografu jingħata passaġġ ħieles. |
Dan l-anness jittratta l-passaġġ ħieles tal-pantografu (qies standard tal-pantografu). L-Amministratur Infrastrutturali għandu jikkunsidra l-ispazju madwar tagħmir tal-elettriku.
E.1.2. Partikularitajiet
Il-qies standard tal-pantografu huwa differenti f’xi aspetti mill-qies standard tal-ostakli (obstacle gauge):
— |
Mill-pantografu jgħaddi (parzjalment) l-elettriku, u għalhekk, għandu jinżamm ċertu spazju madwar tagħmir tal-elettriku, skont in-natura tal-ostaklu (iżolat jew le). |
— |
Fejn ikun meħtieġ għandha tiġi kkunsidrata l-preżenza ta’ qran iżolanti (insulating horns). Għalhekk, irid jiġi ddefinit kontorn doppju ta’ referenza sabiex l-interferenza mekkanika u dik elettrika jiġu kkunsidrati fl-istess ħin. |
— |
F’kundizzjoni ta’ ġbir, il-pantografu jkun f’kuntatt permanenti mal-wajer ta’ kuntatt u, għal din ir-raġuni, l-għoli tiegħu jkun varjabbli, l-istess bħall-għoli tal-qies standard tal-pantografu. |
E.1.3. Is-simboli u l-abbrevjazzjonijiet
Simbolu |
Deskrizzjoni |
Unità |
bw |
Nofs it-tul tal-ark (bow) tal-pantografu |
m |
bw,c |
Nofs it-tul tat-tul konduttiv (bi qran iżolanti) jew tat-tul ta’ ħidma (bi qran konduttivi) tal-ark tal-pantografu |
m |
b'o,mec |
Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku fil-punt ta’ fuq ta’ verifika |
m |
b'u,mec |
Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku fil-punt t’isfel ta’ verifika |
m |
bh,mec |
Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku f’għoli intermedju, h |
m |
dl |
Id-devjazzjoni laterali tal-wajer ta’ kuntatt |
m |
Do |
Il-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza kkunsidrata mill-vettura għall-qies standard tal-pantografu |
m |
ep |
Ix-xengila tal-pantografu minħabba l-karatteristiċi tal-vettura |
m |
epo |
Ix-xengila tal-pantografu fil-punt ta’ verifika ta’ fuq |
m |
epu |
Ix-xengila tal-pantografu fil-punt ta’ verifika t’isfel |
m |
fs |
Il-marġni biex jiġi kkunsidrat meta l-wajer ta’ kuntatt jiġi mgħolli ’l fuq |
m |
fwa |
Il-marġni biex tiġi kkunsidrata l-ħsara minħabba l-użu tal-istrixxa ta’ kuntatt tal-pantografu |
m |
fws |
Il-marġni biex jiġi kkunsidrat il-moviment tal-ark meta jidħol fuq il-wajer ta’ kuntatt minħabba x-xengila tal-pantografu |
m |
h |
L-għoli b’relazzjoni għas-superfiċje li fuqha jimxu r-roti (running surface) |
m |
h'co |
L-għoli ta’ referenza taċ-ċentru tar-romblu għall-qies standard tal-pantografu |
m |
h’ |
L-għoli ta’ referenza fil-kalkolu tal-qies standard tal-pantografu |
m |
h'o |
L-għoli massimu ta’ verifika tal-qies standard tal-pantografu f’pożizzjoni ta’ ġbir |
m |
h'u |
L-għoli minimu ta’ verifika tal-qies standard tal-pantografu f’pożizzjoni ta’ ġbir |
m |
heff |
L-għoli effettiv tal-pantografu mgħolli ’l fuq |
m |
hcc |
L-għoli statiku tal-wajer ta’ kuntatt |
m |
I’0 |
Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza kkunsidrata mill-vettura għat-tiqjis standard tal-pantografu |
m |
L |
Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-linji ferrovjarji ta’ binarju |
m |
l |
Il-qies standard tal-binarju, id-distanza bejn it-truf tal-linja ferrovjarja li magħhom imissu r-roti |
m |
q |
Il-moviment trasversali bejn il-fus u l-qafas tal-vagun jew tat-troli bir-roti (bogie) jew, għall-vetturi mhux mgħammra b’vaguni jew bi trolis bir-roti, bejn il-fus u l-bodi tal-vettura |
m |
qs' |
Il-moviment kważi statiku |
m |
s'o |
Il-koeffiċjent ta’ flessibilità kkunsidrat b’korrispondenza bejn il-vettura u l-infrastruttura għat-tiqjis standard tal-pantografu |
|
S’i/a |
Id-deċentrament (overthrow) addizzjonali permess fuq in-naħa ta’ ġewwa/barra tal-kurva għall-pantografi |
m |
w |
Il-moviment trasversali bejn il-vagun jew it-troli bir-rota u l-bodi |
m |
θ |
It-tolleranza tal-immuntar tal-pantografu fuq is-saqaf. |
radian |
τ |
Il-flessibilità trasversali tal-apparat tal-immuntar fuq is-saqaf. |
m |
Σj |
Is-somma tal-marġnijiet ta’ sikurezza (orizzontali) li jkopru wħud mill-fenomeni mhux sistematiċi (j = 1, 2 jew 3) għall-qies standard tal-pantografu |
|
a taħt il-vers: tirreferi għan-naħa ta’ barra tal-kurva
i taħt il-vers: tirreferi għan-naħa ta’ ġewwa tal-kurva
E.1.4. Il-prinċipji bażiċi
Figura E.1
Il-qisien standard tal-pantografi
Il-qies standard tal-pantografu jiġi ssodisfat biss jekk ikun hemm konformità mal-qisien standard mekkaniċi u elettriċi fl-istess ħin:
— |
Il-profil ta’ referenza tal-passaġġ ħieles jinkludi t-tul tar-ras tal-ġabbar tal-pantografu u x-xengila tal-pantografu ep, li tapplika sal-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza jew sad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa. |
— |
L-ostakli li jkun għaddej minnhom il-kurrent u l-ostakli iżolati għandhom jibqgħu barra mill-qies standard mekkaniku. |
— |
L-ostakli mhux iżolati (ertjati jew b’potenzjal differenti mil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)) għandhom jibqgħu barra mill-qisien standard mekkaniċi u elettriċi. |
Il-Figura E.1 turi l-qisien standard mekkaniċi tal-pantografu.
E.2. Id-determinazzjoni tal-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku
E.2.1. Id-determinazzjoni tal-wisa’ tal-qies standard mekkaniku
E.2.1.1.
Il-wisa’ tal-qies standard tal-pantografu tiġi ddeterminata prinċipalment mit-tul u mill-ispostamenti tal-pantografu kkunsidrat. Lil hinn mill-fenomeni speċifiċi, il-fenomeni simili għal dawk tal-qies standard tal-ostakli jinsabu fl-ispustamenti trasversali.
Il-qies standard tal-pantografu għandu jiġi kkunsidrat fl-għolijiet li ġejjin:
— |
L-għoli ta’ verifika ta’ fuq h’o , |
— |
L-għoli ta’ verifika t’isfel h’u . |
Bejn dawn iż-żewġ għolijiet, jista’ jiġi kkunsidrat li l-wisa’ tal-qies standard tvarja b’mod lineari.
Id-diversi parametri jintwerew fil-Figura E.2.
E.2.1.2.
Il-wisa’ tal-qies standard tal-pantografu għandha tkun iddeterminata mis-somma tal-parametri ddefiniti iktar ’l isfel. Fil-każ ta’ linja li matulha jgħaddu diversi pantografi, għandha tiġi kkunsidrata l-wisa’ massima.
Għall-punt ta’ verifika t’isfel b’h = h'u:
Għall-punt ta’ verifika ta’ fuq b’h = h'o :
NOTA i/a = ġewwa/barra tal-kurva.
Għal kwalunkwe għoli intermedju h, il-wisa’ tiġi ddeterminata permezz ta’ interpolazzjoni:
E.2.1.3.
Nofs it-tul bw tal-ark tal-pantografu jiddependi mit-tip ta’ pantografu użat. Il-profil(i) tal-pantografu li għandhom jiġu kkunsidrati huma ddefiniti fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.
E.2.1.4.
Ix-xengila tiddependi prinċipalment mill-fenomeni li ġejjin:
— |
Il-moviment q + w fil-kaxxi tal-fusien u bejn il-vagun jew it-troli bir-roti u l-bodi. |
— |
L-ammont ta’ inklinazzjoni tal-bodi kkunsidrata mill-vettura (jiddependi mill-flessibilità speċifika s0 ’, mill-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza D’0 u mid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza I’0 ). |
— |
It-tolleranza fl-immuntar θ tal-pantografu fuq is-saqaf. |
— |
Il-flessibilità trasversaliτ tal-apparat tal-immuntar fuq is-saqaf. |
— |
L-għoli kkunsidrat h’. |
Figura E.2
Id-determinazzjoni tal-wisa’ tal-qies standard mekkaniku kinematiku tal-pantografu f’għolijiet differenti
E.2.1.5.
Il-qies standard tal-pantografu għandu deċentramenti addizzjonali speċifiċi. F’każ ta’ qies standard ta’ binarju standard, għandha tapplika l-formola li ġejja:
Għal qisien standard ta’ binarji oħrajn għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.
E.2.1.6.
Peress li l-pantografu jiġi installat fuq is-saqaf, l-effett kważi statiku għandu rwol importanti fil-kalkolu tal-qies standard tal-pantografu. Dak l-effett huwa kkalkolat mill-flessibilità speċifika s0 ’, mill-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza D’0 u mid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza I’0 :
NOTA Il-pantografi normalment jiġu mmuntati fuq is-saqaf ta’ unità tal-enerġija, li l-flessibilità ta’ referenza tagħha s0’ ġeneralment tkun iċken minn dik tal-qies standard tal-ostakli s0.
E.2.1.7.
Skont id-definizzjoni tal-qies standard, għandhom jiġu kkunsidrati l-fenomeni li ġejjin:
— |
In-nuqqas ta’ simetrija fit-tagħbija. |
— |
L-ispostament trasversali tal-binarju bejn żewġ azzjonijiet suċċessivi ta’ manutenzjoni. |
— |
Il-varjazzjoni fil-pożizzjoni mżerżqa li jkun hemm bejn żewġ azzjonijiet suċċessivi ta’ manutenzjoni. |
— |
L-oxxillazzjonijiet iġġenerati min-nuqqas ta’ livell wati tal-binarju. |
Is-somma tal-konċessjonijiet li ssemmew ’iktar ’il fuq hija koperta minn Σj.
E.2.2. Id-determinazzjoni tal-għoli tal-qies standard mekkaniku
L-għoli tal-qies standard għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-għoli statiku hcc , tal-wajer ta’ kuntatt fil-punt lokali kkunsidrat. Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:
— |
Id-distanza li l-wajer ta’ kuntatt jiġi mgħolli ’l fuq fs iġġenerata mill-forza ta’ kuntatt tal-pantografu. Il-valur ta’ fs jiddependi mit-tip ta’ linja ta’ kuntatt fil-għoli (OCL) u għalhekk għandu jkun iddeterminat mill-Amministratur Infrastrutturali skont il-klawżola 4.2.16. |
— |
Id-distanza li r-ras tal-pantografu tiġi mgħollija ’l fuq minħabba d-direzzjoni oblikwa (skew) tar-ras tal-pantografu ġġenerata mill-punt ta’ kuntatt imrikkeb u mill-ħsara minħabba l-użu tal-istrixxa tal-ġabbar fws + fwa . Il-valur permissibbli ta’ fws jintwera fis-STI LOC&PAS CR u fwa . tiddependi mir-rekwiżiti ta’manutenzjoni. |
L-għoli tal-qies standard mekkaniku jingħata mill-formola li ġejja:
E.3. Il-parametri ta’ referenza
Il-parametri għall-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku u għad-determinazzjoni
— |
l – skont il-qies standard tal-binarju |
— |
s0 = 0,225 |
— |
hc0 = 0,5 m |
— |
I0 = 0,066 m u D0 = 0,066 m |
— |
h’o = 6,500 m u h’u = 5,000 m |
E.4. Il-kalkolu tad-devjazzjoni massima laterali tal-wajer ta’ kuntatt
Id-devjazzjoni laterali massima tal-wajer ta’ kuntatt għandha tkun ikkalkolata billi jiġu kkunsidrati l-moviment totali tal-pantografu relattivament għall-pożizzjoni nominali tal-binarju u l-medda konduttiva (jew it-tul ta’ ħdima, għall-pantografi mingħajr qran magħmula minn materjal konduttiv) kif ġej:
bw,c – iddefinit fil-klawżoli 4.2.8.2.9.1 u 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR
ANNESS F
IS-SOLUZZJONIJIET TAS-SEZZJONIJIET TA’ SEPARAZZJONI TAL-FAŻIJIET U TAS-SISTEMI
Id-disinji tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet huma dekritti fl-Anness A.1.3 (sezzjoni newtrali twila) u fl-Anness A.1.5 (sezzjoni newtrali maqsuma – il-partijiet imrikkba jistgħu jiġu sostitwiti minn iżolaturi b'sezzjonijiet doppji) għall-EN50367:2006 jew fil-Figura F.1 jew F.2.
Figura F.1
Is-sezzjoni ta’ separazzjoni b'iżolaturi ta’ sezzjonijiet newtrali
Fil-każ tal-Figura F.1, is-sezzjonijiet newtrali (d) jistgħu jiġu fformati minn iżolaturi ta’ sezzjonijiet newtrali u d-dimensjonijiet għandhom ikunu kif ġej:
D ≤ 8 m
Dan it-tul ċkejken jiżgura li l-probabilità li ferrovija tieqaf fi ħdan is-separazzjoni tal-fażijiet ma tkunx teħtieġ il-mezzi adegwati biex terġa' tistartja.
It-tul ta’ d għandu jingħażel skont il-vultaġġ tas-sistema, il-veloċità massima tal-linja u l-wisa' massima tal-pantografu.
Figura F.2
Is-sezzjoni newtrali maqsuma
Il-medda li tkopri tliet pantografi konsekuttivi għandha tkun ikbar minn 80 m (L′′). Il-pantografu intermedju jista' jkun irranġat fi kwalunkwe pożizzjoni fi ħdan din il-medda. Jiddependi mill-ispazjar minimu bejn żewġ pantografi operattivi biswit xulxin, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddikjara l-veloċità operattiva massima tal-ferrovija. Ma jista' jkun hemm l-ebda konnessjoni elettrika bejn il-pantografi mqiegħda fis-servizz.
ANNESS G
IL-FATTUR TAL-ENERĠIJA
Dan l-Anness jittratta biss il-fattur tal-enerġija induttiva u l-konsum tal-enerġija fuq il-medda ta’ vultaġġ minn U min1 sa U max1 iddefiniti fl-EN 50163.
It-Tabella G.1 tagħti l-fattur tal-enerġija induttiva totali λ ta’ ferrovija. Għall-kalkolu ta’ λ, huwa biss tal-vultaġġ fundamentali fil-pantografu li jiġi kkunsidrat.
Table G.1
Il-fattur tal-enerġija induttiva totali λ ta’ ferrovija
Enerġija istantanja ta’ ferrovija P fil-pantografu MW |
Kategoriji tal-Linji tas-STI HS I u II (b) |
Kategorji tal-Linji tas-STI III; IV; V ;VI; VII u Linji Klassiċi |
||||
P > 2 |
≥ 0,95 |
≥ 0,95 |
||||
0 ≤ P ≤ 2 |
a |
a |
||||
Għal wesgħat jew stazzjon tal-ferrovija, il-fattur tal-enerġija tal-mewġa fundamentali għandu jkun ≥ 0,8 (NOTA 1) bil-kundizzjonjiet li ġejjin: il-ferrovija tkun għaddejja bl-enerġija tat-trazzjoni mitfija u bl-awżiljarji kollha jaħdmu filwaqt li l-enerġija attiva li tkun qed tinġibed tkun ikbar minn 200 kW. Il-kalkolu tal-medja globali λ għal vjaġġ bil-ferrovija, inklużi l-waqfiet, isir fuq il-bażi tal-enerġija attiva WP (MWh) u l-enerġija reattiva WQ (MVArh) mogħtija minn simulazzjoni bil-kompjuter ta’ vjaġġ bil-ferrovija jew imkejla fuq ferrovija reali
|
||||||
|
Waqt ir-riġenerazzjoni, il-fattur tal-enerġija induttiva jitħalla jonqos b’mod ħieles sabiex il-vultaġġ jinżamm fil-limiti.
NOTA 1 Fatturi tal-enerġija ikbar minn 0,8 jwasslu għal prestazzjoni ekonomika aħjar minħabba li jkun hemm inqas ħtieġa għal tagħmir fiss.
NOTA 2: dwar il-Kategoriji tal-Linji III sa VII, għall-vetturi ferrovjarji li kienu jeżistu qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-STI, l-Amministratur Infrastrutturali jista’ jimponi kundizzjonijiet, eż. ekonomiċi, operattivi, limitazzjoni tal-enerġija għall-aċċettazzjoni ta’ ferroviji interoperabbli li jkollhom fatturi tal-enerġija taħt il-valur speċifikat fit-Tabella G.1.
ANNESS H
IL-PROTEZZJONI ELETTRIKA: L-ATTIVAZZJONI TAS-SALVAVITA EWLENIJA
Tabella H.1
L-azzjoni fuq is-salvaviti fi ħsara interna f’unità ta’ trazzjoni
Sistema ta’ provvista tal-enerġija |
Meta jkun hemm kwalunkwe ħsara interna fl-unitajiet ta’ trazzjoni Sekwenza tal-attivazzjoni ta’: |
|
Salvavita ta’ alimentatur ta’ substazzjon |
Salvavita ta’ unità ta’ trazzjoni |
|
Kurrent alternat (AC) ta’ 25 000 V-50 Hz |
Attivazzjoni immedjata (1) |
Attivazzjoni immedjata |
Kurrent alternat (AC) ta’ 15 000 V-16,7 Hz |
Attivazzjoni immedjata (1) |
Naħa primarja tat-trasformatur: L-attivazzjoni għandha tkun fi stadji (2) Naħa sekondarja tat-trasformatur: Attivazzjoni immedjata |
Kurrent dirett (DC) ta’ 750 V, 1 500 V u 3 000 V |
Attivazzjoni immedjata (1) |
Attivazzjoni immedjata |
NOTA 1 |
Unitajiet ta’ trazzjoni ġodda u mmodernizzati għandhom ikunu mgħammra b’salvaviti b’veloċità kbira li jkunu kapaċi jaqtgħu l-kurrent massimu tax-xort fl-iqsar ħin possibbli. |
NOTA 2 |
Attivazzjoni immedjata tfisser li għal kurrent għoli tax-xort, is-salvavita tas-substazzjon jew tal-ferrovija għandha topera mingħajr ma tintroduċi dewmien intenzjonali. Jekk ir-rilej tal-ewwel stadju ma jiġix attivat, mela r-rilej tat-tieni stadju (rilej protettiv ta’ appoġġ) għandu jiġi attivat madwar 300 ms wara. Għal finijiet ta’ informazzjoni, qed jingħata l-ħin ta’ kemm idum l-ogħla kurrent tax-xort meqjus mis-salvavita tas-substazzjon bir-rilej tal-ewwel stadju u skont l-iktar teknoloġija aġġornata:
|
ANNESS I
LISTA TA’ STANDARDS IMSEMMIJA
Tabella I.1
Lista ta’ standards imsemmija
Nru. tal-Indiċi |
Referenza |
Isem id-dokument |
Verżjoni |
Parametri Bażiċi (BP) ikkonċernati |
1 |
EN 50119 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Linji ta’ kuntatt fl-għoli ta’ trazzjoni elettrika |
2009 |
Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin (4.2.6), Għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1), Varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.2), Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16), Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi (4.2.20), Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3) |
2 |
EN 50122-1 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, erjtar u konnessjonijiet – Parti 1: Miżuri ta’ protezzjoni relatati mas-sikurezza elettrika u mal-ertjar |
1997 |
Miżuri ta’ protezzjoni ta’ substazzjonijiet u ta’ postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet (4.7.2), Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3), Miżuri ta’ protezzjoni ta’ return circuit tal-kurrent (4.7.4) |
3 |
EN 50122-2 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi - Sikurezza elettrika, erjtar u konnessjonijiet – Parti 2: Miżuri ta’ protezzjoni kontra l-effetti ta’ kurrenti iżolati kkważati minn sistemi ta’ trazzjoni ta’ kurrent dirett (DC) |
1998 |
Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi (4.2.20) |
4 |
EN 50149 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Trazzjoni elettrika – Wajers ta’ kuntatt bl-iskanalaturi magħmula mir-ram u mil-ligi tar-ram |
2001 |
Materjal tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.18) |
5 |
EN 50317 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Rekwiżiti għal u validazzjoni tal-kejl tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt fl-għoli |
2002 |
Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16) |
6 |
EN 50318 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji - Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Validazzjoni tas-simulazzjoni tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt fl-għoli |
2002 |
Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16) |
7 |
EN 50367 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Kriterji tekniċi għall-interazzjoni bejn pantografu u linja fl-għoli (biex jinkiseb aċċess ħieles) |
2006 |
Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin (4.2.6), Forza medja ta’ kuntatt (4.2.15), Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet (4.2.19) |
8 |
EN 50388 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Provvista tal-enerġija u vetturi ferrovjarji – Kriterji tekniċi għall-koordinazzjoni bejn il-provvista tal-enerġija (substazzjon) u l-vetturi ferrovjarji sabiex tintlaħaq l-interoperabilità |
2005 |
Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista (4.2.4), Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika(4.2.8), Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) (4.2.9), Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet (4.2.19) |
9 |
EN 50163 |
Applikazzjonijiet ferrovjarji – Provvista ta’ Vultaġġ tas-Sistemi tat-Trazzjoni. |
2004 |
Vultaġġ u frekwenza (4.2.3) |
ANNESS J
GLOSSARJU
Terminu ddefinit |
Abbr. |
Definizzjoni |
Sors/Referenza |
Sistema ta’ linji ta’ kuntatt |
|
Is-sistema li tqassam l-enerġija elettrika lill-ferroviji li jgħaddu tul ir-rotta u li tittrażmettiha lill-ferroviji permezz ta’ ġabbara tal-kurrent |
|
Forza ta’ kuntatt |
|
Il-forza vertikali applikata mill-pantografu lil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL). |
EN 50367:2006 |
Irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt |
|
Il-moviment vertikali ’l fuq tal-wajer ta’ kuntatt minħabba l-forza prodotta mill-pantografu |
EN 50119:2009 |
Ġabbar tal-kurrent |
|
It-tagħmir imwaħħal fuq il-vettura u maħsub biex jiġbor il-kurrent minn wajer ta’ kuntatt jew minn linja ferrovjarja konduttiva |
IEC 60050-811, definizzjoni 811-32-01 |
Qies standard |
|
Is-sett ta’ regoli, inklużi l-kontorn ta’ referenza u r-regoli assoċjati ta’ kalkolu tiegħu, li jippermettu d-definizzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra tal-vettura u l-ispazju li għandu jkun hemm bejnha u bejn l-infrastruttura. NOTA: Skont il-metodu ta’ kalkolu implimentat, il-qies standard għandu jkun statiku, kinematiku jew dinamiku |
|
Devjazzjoni laterali |
|
It-trikkiba laterali tal-wajer ta’ kuntatt f’riħ inkroċjat massimu. |
|
Qsim invell |
|
Intersezzjoni fuq l-istess elevazzjoni ta’ triq u ta’ binarju b’linja ferrovjarja waħda jew iktar |
|
Veloċità tal-linja |
|
Il-veloċità massima mkejla f’kilometri fis-siegħa (km/h) li għaliha kienet iddisinjata l-linja. |
|
Pjan ta’ manutenzjoni |
|
Sensiela ta’ dokumenti li jistabbilixxu l-proċedura għall-manutenzjoni tal-infrastruttura adottati minn Amministratur Infrastrutturali. |
|
Forza medja ta’ kuntatt |
|
Il-valur medju statistiku tal-forza ta’ kuntatt |
EN 50367:2006 |
Vultaġġ medju utli tal-ferrovija |
|
Il-vultaġġ li jidentifika d-dimensjonijiet tal-ferrovija u jagħti l-possibilità li l-effett fuq il-prestazzjoni tiegħu jiġi kkwantifikat |
EN 50388:2005 |
Żona tal-vultaġġ medju utli |
|
Il-vultaġġ li jagħti indikazzjoni tal-kwalità tal-provvista tal-enerġija f’żona ġeografika matul il-perjodu l-iktar intensiv tat-traffiku fl-iskeda |
EN 50388:2005 |
Għoli minimu tal-wajer ta’ kuntatt Iżolatur ta’ sezzjoni newtrali |
|
Valur minimu tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt fil-medda sabiex ikun evitat l-arkjar bejn wajer ta’ kuntatt wieħed jew iktar u l-vetturi fil-kundizzjonijiet kollha Assemblaġġ imdaħħal f’parti kontinwa ta’ linja ta’ kuntatt għall-iżolament ta’ żewġ sezzjonijiet elettriċi minn xulxin u li jżomm ġbir kontinwu tal-kurrent waqt il-passaġġ tal-pantografu. |
|
Għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt |
|
Valur nominali tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt fi struttura ta’sostenn f’kundizzjonijiet normali |
EN 50367:2006 |
Vultaġġ nominali |
|
Il-vultaġġ li permezz tiegħu tkun indikata installazzjoni jew parti minnha |
EN 50163:2004 |
Servizz normali |
|
Is-servizz skedat ippjanat. |
|
Linja ta’ kuntatt fl-għoli |
OCL |
Il-linja ta’ kuntatt imqiegħda fuq (jew ħdejn) il-limitu ta’ fuq tal-qies standard tal-vettura u li tipprovdi lill-vetturi b’enerġija elettrika permezz ta’ tagħmir għall-ġbir tal-kurrent immuntat fuq is-saqaf |
IEC 60050-811-33-02 |
Kontorn ta’ referenza |
|
Kontorn, assoċjat ma’ kull qies standard, li juri l-forma ta’ sezzjoni trasversali u li jintuża bħala bażi għat-tfassil tar-regoli ta’ daqs tal-infrastruttura, fuq in-naħa l-waħda, u tal-vettura, fuq in-naħa l-oħra. |
|
Return circuit |
|
Il-kondutturi kollha li jifformaw il-mogħdija intenzjonata għall-kurrent ta’ ritorn ta’ trazzjoni u għall-kurrent f’kundizzjonijiet ta’ ħsara |
EN 50122-1:1997 |
Forza ta’ kuntatt statika |
|
Il-forza vertikali medja eżerċitata ’l fuq minn ras il-pantografu fuq il-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL), u kkawżata mill-apparat li jgħolli ’l fuq lill-pantografu, filwaqt li l-pantografu jkun mgħolli ’l fuq u l-vettura tkun wieqfa. |
EN 50367:2006 |
(1) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.
(2) Jiġifieri l-pantografi ċċertifikati bħala Kostitwent tal-Interoperabilità skont STI CR jew HS.
(3) Jiġifieri l-veloċità taż-żewġ tipi ta’ pantografu għandha tkun mill-inqas daqs il-veloċità skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli simulata.
(4) Il-kundizzjonijiet biex il-kontroll u t-testijiet jiġu kkunsidati bħala affidabbli jridu jkunu simili għall-kundizzjonijiet rispettati minn Korp Notifikat biex joħroġ subkuntratti għal attivitajiet (ara t-Taqsima 6.5 tal-Gwida Blù dwar l-Approċċ il-Ġdid).
(6) ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1.
(*) għandu jsir biss jekk il-linja ta’ kuntatt fl-għoli ma ġietx ivvalutata bħala kostitwent tal-interoperabilità
(1) L-attivazzjoni tas-salvavita għandha ssir malajr għal kurrenti għoljin ta’ xort. Sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi attivata s-salvavita tal-unità ta’ trazzjoni sabiex ikun evitat li tiġi attivata s-salvavita tas-substazzjon.
(2) Jekk il-kapaċità għall-qtugħ tas-salvavita tippermetti dan, allura l-attivazzjoni għandha tkun immedjata. B’hekk, sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi attivata s-salvavita tal-unità ta’ trazzjoni sabiex ikun evitat li tiġi attivata s-salvavita tas-substazzjon.