17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 665)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/107/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima 2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (2) tiddeskrivi l-implimentazzjoni tal-arkitettura tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi (NVR) globali Ewropea u tipprovdi għal aġġornament tad-Deċiżjoni, jekk ikun xieraq, wara l-evalwazzjoni ta’ proġett pilota mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Barra minn hekk tipprovdi għal Deċiżjoni biex ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi jiġu konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) ċentrali. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat u evalwat il-proġett pilota. Fis-26 ta’ Marzu 2010, hija kkonsenjat lill-Kummissjoni r-rakkomandazzjoni ERA/REC/01-2010/INT fejn ipproponiet aġġornament tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/756/KE għandha tkun emendata.

(2)

L-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li l-NVR għandu jinkludi, fost informazzjoni obbligatorja oħra, l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju sabiex l-NVR mhux standard jiġu adattati biex jinkludu l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” u tkun aġġornata l-informazzjoni dwar is-sid u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni għall-vetturi li diġà huma rreġistrati fl-NVR.

(3)

Il-perjodi tranżitorji għall-vetturi eżistenti deskritti fit-Taqsima 4.3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE skadew jew qed jiskadu. L-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti li kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi missha għamlet l-informazzjoni kollha mitluba disponibbli skont ftehim bejnha u bejn l-entità ta’ reġistrazzjoni nnominata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Din l-informazzjoni missha kienet ittrasferita sad-9 ta’ Novembru 2008. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2009. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2010.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tadatta l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-reġistru nazzjonali tal-vetturi standard (sNVR), il-magna ta’ traduzzjoni u r-reġistru virtwali tal-vetturi ħalli tkun miżjuda informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13) sat-30 ta’ Ġunju 2011.

2.   L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-arkitettura tal-NVR globali tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadattaw ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom sabiex jinkludi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13 speċifikati fl-Anness) u, jekk jużaw reġistru nazzjonali tal-vetturi mhux standard, sabiex jinkludi l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” speċifikata fl-Anness skont il-fajls ta’ installazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-vetturi rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom ikun konness mar-reġistru virtwali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.


ANNESS

ANNESS

1.   DEJTA

Il-format tad-dejta tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘NVR’) huwa kif ġej.

In-numerazzjoni tal-punti ssegwi l-loġika tal-formola standard għar-reġistrazzjoni proposta li tinsab fl-Appendiċi 4.

Barra minn hekk, tista’ tiżdied kaxxa jew aktar bħal kummenti, identifikazzjoni ta’ vetturi li qed jiġu investigati (ara t-Taqsima 3.4), eċċ.

1.

Numru Ewropew tal-Vettura

Obbligatorju

Kontenut

Kodiċi ta’ identifikazzjoni numeriku kif iddefinit fl-Anness P għall-Ispeċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (TSI) dwar ‘l-operat u l-ġestjoni tat-traffiku’ (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘OPE TSI’) (1)

 

Format

1.1.

Numru

12-il ċifra

1.2.

Numru preċedenti (jekk applikabbli, għal vėttura nnumerata mill-ġdid)

 

2.

Stat Membru u NSA

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni tal-Istat Membru fejn il-vettura ġiet irreġistrata u l-NSA li awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tagħha

 

Format

2.1.

Il-kodiċi numeriku tal-Istat Membru kif iddefinit fl-Anness P għall-OPE TSI

kodiċi b’żewġ (2) ċifri

2.2.

Isem l-NSA

Test

3.

Sena tal-manifattura

Obbligatorja

Kontenut

Is-sena li fiha l-vettura ħarġet mill-fabbrika

 

Format

3.

Sena tal-manifattura

SSSS

4.

Referenza KE

Obbligatorja (fejn disponibbli)

Kontenut

Referenzi għad-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-‘KE’ u l-korp tal-ħruġ (l-applikant)

 

Format

4.1.

Data tad-dikjarazzjoni

Data

4.2.

Referenza KE

Test

4.3.

Isem il-korp tal-ħruġ (applikant)

Test

4.4.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

4.5.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

4.6.

Belt

Test

4.7.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

4.8.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

5.

Referenza għar-Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati (ERATV)

Obbligatorja (2)

Kontenut

Referenza li tippermetti l-irkupru tad-dejta teknika rilevanti mill-ERATV (3). Ir-referenza hija obbligatorja jekk it-tip ikun iddefinit fl-ERATV

 

Format

5.

Referenza li tippermetti l-irkupru tad-dejta teknika rilevanti mill-ERATV

Kodiċi(jiet) alfanumeriku(ċi)

5a

Serje

Fakultattiva

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ serje, jekk il-vettura tkun parti minn serje

 

5a

Serje

Test

6.

Restrizzjonijiet

Obbligatorji

Kontenut

Kwalunkwe restrizzjoni dwar kif tista’ tintuża l-vettura

 

Format

6.1.

Restrizzjonijiet ikkodifikati

(ara l-Appendiċi 1)

Kodiċi

6.2

Restrizzjonijiet mhux ikkodifikati

Test

7.

Sid

Obbligatorju

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ sid il-vettura

 

Format

7.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

7.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

7.3.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

7.4.

Belt

Test

7.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

7.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

8.

Kustodju

Obbligatorju

Kontenut

Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura

 

Format

8.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

8.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

8.3.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

8.4.

Belt

Test

8.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

8.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

8.7.

VKM (jekk disponibbli)

Kodiċi alfanumeriku

9.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Obbligatorja

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni

 

Format

9.1.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Test

9.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

9.3.

Indirizz tal-entità, triq u numru

Test

9.4.

Belt

Test

9.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

9.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

9.7.

Indirizz tal-posta elettronika (e-mail)

Indirizz elettroniku (e-mail)

10.

Irtirar

Obbligatorju meta applikabbli

Kontenut

Data tal-iskrappjar uffiċjali u/jew arranġament ieħor għar-rimi u l-kodiċi għall-mezz ta’ rtirar

 

Format

10.1.

Mezz ta’ rimi

(ara l-Appendiċi 3)

Kodiċi b’żewġ (2) ċifri

10.2.

Data tal-irtirar

Data

11.

Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata

Obbligatorji

Kontenut

Lista ta’ Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata

 

Format

11.

Kodiċi numeriku tal-Istat Membru kif iddefinit fl-Anness p. 4 għall-OPE TSI

Lista

12.

Numru tal-awtorizzazzjoni

Obbligatorju

Kontenut

Numru armonizzat tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-NSA

 

Format

12.

Numru tal-awtorizzazzjoni

Għal vetturi eżistenti: test

Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku bbażat fuq l-EIN, ara l-Appendiċi 2.

13.

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Obbligatorja

Kontenut

Data tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz (4) tal-vettura u l-validità tagħha

 

Format

13.1.

Data tal-awtorizzazzjoni

Data (SSSSXXJJ)

13.2.

Awtorizazzjoni valida sa (jekk speċifikat)

Data (SSSSXXJJ)

13.3.

Sospensjoni tal-awtorizzazzjoni

Iva/Le

2.   ARKITETTURA

2.1.   Rabtiet ma’ reġistri oħra

Qed jiġu stabbiliti diversi reġistri parzjalment bħala konsegwenza tar-reġim regolatorju l-ġdid tal-UE. It-tabella t’hawn taħt tiġbor fil-qosor liema reġistri u bażijiet tad-dejta jista’ jkollhom rabtiet mal-NVR meta jiġu implimentati.

Reġistru jew bażi tad-dejta

Entità responsabbli

Entitajiet oħra li għandhom aċċess

NVR

(Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità)

Entità ta’ reġistrazzjoni (RE) (5) /NSA

NSA/RE/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/OTIF oħrajn

ERATV

(Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità)

ERA

Pubbliku

RSRD

(TAF TSI u SEDP)

Kustodju

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol

WIMO

(TAF TSI u SEDP)

Għadha mhix deċiża

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol/Utent

Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (6) (Konvenzjoni ta’ Cape Town)

Reġistratur

Pubbliku

Reġistru OTIF

(COTIF 99 — ATMF)

OTIF

Awtoritajiet Kompetenti/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/Seg. OTIF

Mhux possibbli li wieħed joqgħod jistenna li r-reġistri kollha jkunu lesti qabel ma jiġi implimentat l-NVR. Għalhekk, l-ispeċifikazzjoni tal-NVR trid tagħti spazju lil interfacing sussegwenti ma’ dawn ir-reġistri l-oħra. Għal dan il-għan:

ERATV: issir referenza għal dan fl-NVR, billi tkun ipprovduta referenza għat-tip ta’ vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri huwa l-punt Nru 5.

RSRD: din tinkludi ċerti punti ‘amministrattivi’ tal-NVR. Taħt speċifikazzjoni fi ħdan it-TAF TSI SEDP. Is-SEDP għandu jqis l-ispeċifikazzjoni tal-NVR.

WIMO: din tinkludi dejta mill-RSRD u dejta dwar il-manutenzjoni. Mhi prevista l-ebda rabta mal-NVR.

VKMR: dan ir-reġistru huwa ġestit mill-ERA u mill-OTIF b’kooperazzjoni bejniethom (l-ERA għall-UE u l-OTIF għall-Istati Membri kollha tal-OTIF li mhumiex fl-UE). Il-kustodju huwa rreġistrat fl-NVR. It-TSI OPE tispeċifika reġistri globali ċentrali oħra (bħall-kodiċijiet tat-tipi ta’ vetturi, il-kodiċijiet tal-interoperabilità, il-kodiċijiet tal-pajjiżi, eċċ.) li għandhom jiġu ġestiti minn ‘korp ċentrali’ li jirriżulta mill-kooperazzjoni bejn l-ERA u l-OTIF.

Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (Konvenzjoni ta’ Cape Town/Protokoll tal-Lussemburgu): dan huwa reġistru ta’ informazzjoni finanzjarja relatat mat-tagħmir mobbli u għadu ma ġiex żviluppat. Hemm rabta possibbli għaliex ir-reġistru tal-UNIDROIT jeħtieġ informazzjoni dwar in-numru u s-sid tal-vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri għandu jkun l-ewwel EVN assenjat lill-vettura.

Reġistri OTIF: ir-reġistri OTIF qed ikunu żviluppati billi jitqiesu r-reġistri tal-vetturi tal-UE.

L-arkitettura tas-sistema kollha, kif ukoll ir-rabtiet bejn l-NVR u r-reġistri l-oħra, għandha tkun iddefinita b’tali mod li tippermetti l-irkupru tal-informazzjoni mitluba meta dan ikun meħtieġ.

2.2.   L-arkitettura tal-NVR globali tal-UE

Ir-reġistri tal-NVR għandhom ikunu implimentati permezz ta’ soluzzjoni deċentralizzata. L-għan huwa li tiġi implimentata magna ta’ tiftix għad-dejta mqassma, permezz ta’ applikazzjoni tas-softwer komuni, li tippermetti lill-utenti jirkupraw id-dejta mir-Reġistri Lokali (LR) kollha fl-Istati Membri.

Id-dejta tal-NVR għandha tinħażen fuq il-livell nazzjonali u tkun aċċessibbli permezz ta’ applikazzjoni bbażata fuq il-web (bl-indirizz web tagħha stess).

Ir-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi (EC VVR) għandu jkun magħmul minn żewġ subsistemi:

ir-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) li huwa l-magna ċentrali ta’ tiftix fl-ERA;

ir-Reġistru(i) Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) li huma l-LR fl-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-NVR standard (sNVR) li ġie żviluppat mill-Aġenzija jew jiżviluppaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess f’konformità ma’ din l-ispeċifikazzjoni. Fil-każ tal-aħħar, għal komunikazzjoni mill-NVR mal-VVR l-Istati Membri għandhom jużaw Magna ta’ Traduzzjoni (TE) żviluppata mill-Aġenzija.

Figura 1

Arkitettura EC-VVR

Image

Din l-arkitettura hija bbażata fuq żewġ subsistemi komplementari li jippermettu tiftix fuq dejta maħżuna lokalment fl-Istati Membri kollha. Din għandha:

tistabbilixxi reġistri kompjuterizzati fuq il-livell nazzjonali u tiftaħhom għal konsultazzjoni inkroċjata,

tissostitwixxi reġistri fuq il-karta b’reġistri kompjuterizzati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġġestixxu u jaqsmu l-informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn,

tippermetti konnessjonijiet bejn l-NVRs u l-VVR, billi jintużaw standards u terminoloġija komuni.

Il-prinċipji ewlenin ta’ din l-arkitettura huma kif ġej:

l-NVRs kollha għandhom ikunu parti mis-sistema tan-netwerk kompjuterizzat,

l-Istati Membri għandhom jaraw id-dejta komuni meta jkollhom aċċess għas-sistema,

reġistrazzjoni doppja tad-dejta u l-iżbalji relatati possibbli għandhom ikunu evitati ladarba jkun ġie stabbilit l-VVR,

dejta aġġornata.

L-Aġenzija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-RE l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li ġejjin sabiex jintużaw ħalli jiġu stabbiliti l-sNVR u t-TE u sabiex dawn ikunu konnessi mal-VVR ċentrali:

Fajls ta’ installazzjoni:

sNVR_Installation_Files;

TE_Installation_Files;

Dokumenti:

Administrator_Guide_sNVR;

CSV_export;

CSV_import;

sNVR_Deployment_Guide;

Utent_Guide_sNVR;

NVR-TE_Deployment_Guide;

NVR-TE_Integration_Guide;

Utent_Guide_VVR.

3.   MOD OPERATTIV

3.1.   Użu tal-NVR

L-NVR għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin:

reġistrazzjoni tal-awtorizzazzjoni,

reġistrazzjoni tal-EVN allokat lill-vetturi,

tiftix ta’ informazzjoni fil-qosor, madwar l-Ewropa kollha, dwar vettura partikolari,

azzjoni ta’ segwitu għal aspetti legali bħalma huma l-obbligi u l-informazzjoni legali,

irkupru ta’ informazzjoni għal spezzjonijiet prinċipalment relatati mas-sikurezza u mal-manutenzjoni,

il-possibbiltà ta’ kuntatt mas-sid u mal-kustodju,

kontroverifika ta’ ċerti rekwiżiti tas-sikurezza qabel jinħarġu ċ-Ċertifikati tas-Sikurezza,

azzjoni ta’ segwitu dwar vettura partikolari.

3.2.   Formoli tal-applikazzjoni

3.2.1.   Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Il-formola li għandha tintuża tinsab fl-Appendiċi 4.

L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ vettura għandha timmarka l-kaxxa ‘Reġistrazzjoni ġdida’. Wara, għandha timla l-ewwel parti tal-formola bl-informazzjoni kollha meħtieġa mill-punt 2 sal-punt 9 u l-punt 11, biex imbagħad tibgħatha lil:

ir-RE tal-Istat Membru fejn qed tintalab ir-reġistrazzjoni,

ir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn biħsiebha topera, għal vettura li ġejja minn pajjiż terz.

3.2.2.   Reġistrazzjoni ta’ vettura u ħruġ ta’ Numru Ewropew tal-Vettura.

Fil-każ tal-ewwel reġistrazzjoni, ir-RE kkonċernata toħroġ in-Numru Ewropew tal-Vettura.

Jista’ jkun hemm formola ta’ reġistrazzjoni separata għal kull vettura jew formola waħda għal sett sħiħ ta’ vetturi tal-istess serje jew tal-istess ordni b’lista tan-numri tal-vetturi mehmuża.

Ir-RE trid tieħu passi raġonevoli biex tiżgura mill-akkuratezza tad-dejta li ddaħħal fl-NVR. Għal dan l-għan, ir-RE tista’ titlob informazzjoni mingħand RE oħrajn, partikolarment meta l-entità li tkun qed tapplika għal reġistrazzjoni fi Stat Membru ma tkunx stabbilita f’dak l-Istat Membru.

3.2.3.   Bidla ta’ punt ta’ reġistrazzjoni wieħed jew aktar

L-entità li tapplika għal bidla fil-punt(i) ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tagħha għandha:

timmarka l-kaxxa ‘Modifika’,

timla l-EVN attwali (punt Nru 0),

timmarka l-kaxxa(i) quddiem il-punt(i) immodifikat(i),

tniżżel il-kontenut il-ġdid tal-punt(i) immodifikat(i), u mbagħad tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata il-vettura.

L-użu tal-formola standard jista’ ma jkunx biżżejjed għal ċerti każijiet. Jekk ikun meħtieġ, b’hekk, ir-RE kkonċernata tista’ tressaq dokumenti addizzjonali kemm f’forma ta’ karti kif ukoll f’forma elettronika.

Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni, il-kustodju tal-vettura jitqies bħala d-‘detentur tar-reġistrazzjoni’ fit-tifsira tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.

Jekk jinbidel il-kustodju, hija r-responsabbiltà tal-kustodju attwalment irreġistrat li jinnotifika lir-RE u r-RE trid tinnotifika lill-kustodju l-ġdid bil-bidla fir-reġistrazzjoni. Il-kustodju preċedenti għandu jitneħħa mill-NVR u għandhom jitneħħewlu r-responsabbiltajiet tiegħu biss meta l-kustodju l-ġdid ikun irrikonoxxa l-aċċettazzjoni tal-istatus ta’ kustodju. Jekk fid-data ta’ dereġistrazzjoni tal-kustodju attwalment irreġistrat l-ebda kustodju ġdid ma jkun aċċetta l-istatus ta’ kustodju, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.

F’każijiet fejn, skont l-OPE TSI, minħabba bidliet tekniċi, il-vettura trid tingħata EVN ġdid, id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jinforma b’dawn il-bidliet u, jekk applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-servizz, lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura. Din ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.

3.2.4.   Irtirar ta’ reġistrazzjoni

L-entità li tapplika għal irtirar ta’ reġistrazzjoni għandha timmarka l-kaxxa ‘Irtirar’. Imbagħad għandha timla l-punt Nru 10 u tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata l-vettura.

Ir-RE tagħti r-reġistrazzjoni tal-irtirar billi timla d-data tal-irtirar u tagħti rikonoxximent tal-irtirar lill-entità.

3.2.5.   Awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri

1.

Meta vettura mgħammra b’kabina tas-sewqan diġà awtorizzata u rreġistrata fi Stat Membru wieħed tiġi awtorizzata fi Stat Membru ieħor, din trid tiġi rreġistrata fl-NVR tat-tieni Stat Membru. Madankollu, f’dan il-każ, hija biss id-dejta relatata mal-punti 1, 2, 6, 11, 12 u 13, u fejn huwa rilevanti, id-dejta relatata mal-oqsma miżjuda mal-NVR mit-tieni Stat Membru li trid tiġi rreġistrata, peress li din id-dejta biss hija relatata mat-tieni Stat Membru.

Din id-dispożizzjoni hija applikabbli sakemm il-VVR u r-rabtiet mal-NVR rilevanti kollha ma jkunux kompletament operattivi u, matul dan il-perjodu, ir-RE kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li d-dejta relatata mal-istess vettura tkun konsistenti.

2.

Il-vetturi li mhumiex mgħammra b’kabina tas-sewqan, bħall-vaguni tal-merkanzija, il-vaguni tal-passiġġieri u xi vetturi speċjali, għandhom ikunu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba.

3.

Għal kwalunkwe vettura, l-NVR fejn tiġi rreġistrata l-ewwel darba jinkludi d-dejta relatata mal-punti 2, 6, 12 u 13 għal kull wieħed mill-Istati Membri fejn ngħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz lil din il-vettura.

3.3.   Drittijiet ta’ aċċess

Id-drittijiet ta’ aċċess għal dejta ta’ NVR minn Stat Membru partikolari ‘XX’ huma elenkati fit-tabella t’hawn taħt, fejn il-kodiċijiet ta’ aċċess huma ddefiniti kif ġej:

Kodiċi ta’ aċċess

Tip ta’ aċċess

0.

L-ebda aċċess

1.

Konsultazzjoni ristretta (kundizzjonijiet fil-kolonna ‘Drittijiet ta’ qari’)

2.

Konsultazzjoni mhux ristretta

3.

Konsultazzjoni u aġġornament ristretti

4.

Konsultazzjoni u aġġornament mhux ristretti


Entità

Definizzjoni

Drittijiet ta’ qari

Drittijiet ta’ aġġornament

Punt Nru 7

Il-punti l-oħra kollha

RE/NSA‘XX’

RE/NSA fl-Istat Membru ‘XX’

Id-dejta kollha

Id-dejta kollha

4

4

NSA/RE oħrajn

NSA oħrajn u/jew RE oħrajn

Id-dejta kollha

Xejn

2

2

ERA

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Id-dejta kollha

Xejn

2

2

Kustodji

Kustodju tal-Vettura

Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huwa kustodju

Xejn

1

1

Amministraturi tal-flotta

Amministratur tal-vetturi kif maħtur mill-kustodju

Vetturi li nħatru amministratur tagħhom mill-kustodju

Xejn

1

1

Sidien

Sid il-vettura

Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huma sidien

Xejn

1

1

RU

Operatur Ferrovjarju

Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IM

Amministratur tal-Infrastruttura

Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IB u RB

Korpi ta’ kontroll u ta’ verifika nnotifikati mill-Istati Membri

Id-dejta kollha dwar vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

Xejn

2

2

Utenti leġittimi oħrajn

L-utenti każwali kollha rikonoxxuti mill-NSA jew mill-ERA

Għandhom jiġu ddefiniti kif inhu xieraq, tul ta’ żmien possibbilment limitat

Xejn

0

1

3.4.   Reġistri storiċi

Id-dejta kollha fl-NVR trid tinżamm għal għaxar (10) snin mid-data tal-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura. Mill-inqas, għall-ewwel tliet snin, id-dejta trid tkun disponibbli onlajn. Wara tliet snin id-dejta tista’ tinżamm jew elettronikament, jew f’forma ta’ karta jew inkella fi kwalunkwe sistema ta’ arkivjar oħra. Jekk fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta’ għaxar (10) snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-dejta relatata ma’ dawn il-vetturi trid tinżamm lil hinn mill-perjodu ta’ għaxar (10) snin, jekk dan ikun mitlub.

Wara l-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, l-ebda wieħed min-numri ta’ reġistrazzjoni assenjati lill-vettura ma jista’ jiġi assenjat lil xi vettura oħra għal mitt (100) sena mid-data meta ġiet irtirata l-vettura.

Kwalunkwe bidla fl-NVR għandha tiġi rreġistrata. Il-ġestjoni tal-bidliet storiċi tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ soluzzjonijiet tal-IT.

4.   VETTURI EŻISTENTI

4.1.   Kontenut tad-dejta

It-13-il punt miżmuma ġew elenkati hawn taħt, b’indikazzjoni dwar liema minnhom huma obbligatorji u liema mhumiex.

4.1.1.   Punt Nru 1 — Numru Ewropew tal-Vettura (Obbligatorju)

(a)   Vetturi li diġà għandhom numru bi 12-il ċifra

Pajjiżi fejn hemm kodiċi uniku tal-pajjiż:

Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika.

Pajjiżi fejn hemm kemm kodiċi ewlieni tal-pajjiż kif ukoll kodiċi speċifiku allokat qabel:

Il-Ġermanja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 80 u l-kodiċi speċifiku huwa 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn);

L-Isvizzera, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 85 u l-kodiċi speċifiku huwa 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn);

L-Italja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 83 u l-kodiċi speċifiku huwa 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio);

L-Ungerija, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 55 u l-kodiċi speċifiku huwa 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn).

Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika (7).

Is-sistema tal-IT trid tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati mal-istess pajjiż.

(b)   Vetturi mingħajr numru bi 12-il ċifra

Tapplika proċedura ta’ żewġ fażijiet:

Fl-NVR jiġi allokat numru bi 12-il ċifra (skont l-OPE TSI) iddefinit skont il-karatteristiċi tal-vettura. Is-sistema tal-IT għandha torbot dan in-numru rreġistrat man-numru attwali tal-vettura.

Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, ħlief dawk riservati għal użu storiku: in-numru bi 12-il ċifra jiġi fiżikament applikat għall-vettura nfisha fi ħdan perjodu ta’ sitt snin wara l-allokazzjoni fl-NVR. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku u għal dawk riservati għal użu storiku: l-applikazzjoni fiżika tan-numru bi 12-il ċifra hija volontarja.

4.1.2.   Punt Nru 2 — Stat Membru u NSA (Obbligatorju)

Il-punt ‘Stat Membru’ jrid dejjem jirreferi għall-Istat Mmebru fejn il-vettura hija rreġistrata fl-NVR tiegħu. Għall-vetturi minn pajjiżi terzi, dan il-punt jirreferi għall-ewwel Stat Membru li awtorizza t-tqegħid fis-servizz tal-vettura fin-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-punt ‘NSA’ jirreferi għall-entità li tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vettura.

4.1.3.   Punt Nru 3 — Sena tal-manifattura

Fejn is-sena tal-manifattura ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.1.4.   Punt Nru 4 — Referenza KE

Normalment referenza bħal din ma teżistix għall-vetturi eżistenti, ħlief għal ftit HS RS. Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

4.1.5.   Punt Nru 5 — Referenza għall-ERATV

Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

Sakemm jitwaqqaf l-ERATV, tista’ ssir referenza għar-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (Artikolu 22a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (8) u Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)).

4.1.6.   Punt Nru 6 — Restrizzjonijiet

Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

4.1.7.   Punt Nru 7 — Sid (Obbligatorju)

Obbligatorju u normalment disponibbli.

4.1.8.   Punt Nru 8 — Kustodju (Obbligatorju)

Obbligatorju u normalment disponibbli. Il-VKM (kodiċi uniku kif inhu indikat fir-reġistru tal-VKM) trid tiddaħħal jekk il-kustodju jkollu waħda.

4.1.9.   Punt Nru 9 — Entità responsabbli għall-manutenzjoni (Obbligatorju)

Dan il-punt huwa obbligatorju.

4.1.10.   Punt Nru 10 — Irtirar

Applikabbli kif ikun xieraq.

4.1.11.   Punt Nru 11 — Stati Membri fejn il-vetturi tkun awtorizzata

Normalment, il-vaguni skont ir-RIV, il-vaguni tal-passiġġieri skont ir-RIC u l-vetturi li jaqgħu taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali huma rreġistrati bħala tali. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, għandha tiġi rreġistrata skont dan.

4.1.12.   Punt Nru 12 — Numru tal-awtorizzazzjoni

Għandu jiġi rreġistrat biss jekk ikun disponibbli

4.1.13.   Punt Nru 13 — Tqegħid fis-servizz (Obbligatorju)

Fejn id-data tat-tqegħid fis-servizz ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.2.   Proċedura

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-NSA jew tar-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri eżistenti għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn kienet tinsab l-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti.

Jekk vettura eżistenti kienet ġiet awtorizzata f’diversi Stati Membri, ir-RE li tirreġistra din il-vettura għandha tibgħat id-dejta rilevanti lir-RE tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

L-NSA jew ir-RE għandha tinkludi l-informazzjoni fl-NVR tagħha.

L-NSA jew l-RE għandha tinforma lill-partijiet kollha involuti meta t-trasferiment tal-informazzjoni jitlesta. Għandhom jiġu informati għall-inqas l-entitajiet li ġejjin:

l-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura,

il-kustodju,

l-ERA.

Appendiċi 1

IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   PRINĊIPJI

Ir-restrizzjonijiet (karatteristiċi tekniċi) diġà rreġistrati f’reġistri oħrajn li l-NSA għandhom aċċess għalihom m’hemmx għalfejn jiġu rripetuti fl-NVR.

L-aċċettazzjoni fit-traffiku transkonfinali hija bbażata fuq:

l-informazzjoni kkodifikata fin-numru tal-vettura,

l-ikkodifikar alfabetiku, u

l-immarkar tal-vettura.

Għalhekk informazzjoni bħal din m’hemmx għalfejn tiġi rripetuta fl-NVR.

2.   STRUTTURA

Il-kodiċijiet huma strutturati fuq tliet livelli:

l-ewwel livell (1): Kategorija ta’ restrizzjoni

it-tieni livell (2): Tip ta’ restrizzjoni

it-tielet livell (3): Valur jew speċifikazzjoni.

Ikkodifikar ta’ restrizzjoni

Kat

Tip

Valur

Isem

1

 

 

Restrizzjoni teknika relatata mal-kostruzzjoni

 

1

Numeriku (3)

Radju minimu tal-kurva f’metri

 

2

Restrizzjonijiet għaċ-ċirkwit tal-binarji

 

3

Numeriku (3)

Restrizzjonijiet għall-veloċità f’km/h (immarkati fuq il-vaguni u l-vaguni għall-passiġġieri, iżda mhux fuq il-lokomotivi)

2

 

 

Restrizzjoni ġeografika

 

1

Alfanumeriku (3)

Tagħmir għall-kejl kinematiku (ikkodifikar WAG TSI Anness C)

 

2

Lista kkodifikata

Qies standard tal-kombinazzjoni ta’ rota u fusien (wheelset gauge)

 

 

1

Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1520

 

 

2

Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1668

 

3

L-ebda CCS abbord

 

4

ERTMS A abbord

 

5

Numeriku (3)

Sistema B abbord (*)

3

 

 

Restrizzjonijiet ambjentali

 

1

Lista kkodifikata

Żona klimatika EN50125/1999

 

 

1

T1

 

 

2

T2

 

 

3

T3

4

 

 

Restrizzjonijiet fuq l-użu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni

 

1

Abbażi taż-żmien

 

2

Abbażi tal-kundizzjoni (distanza vvjaġġata, deterjorament minħabba użu, eċċ.)

Appendiċi 2

STRUTTURA U KONTENUT TAL-EIN

Kodiċi għas-sistema ta’ numerazzjoni armonizzata, imsejjaħ Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) għaċ-Ċertifikati tas-Sikurezza u dokumenti oħrajn

Eżempju:

I

T

5

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’ dokument

(2 ċifri)

Sena tal-ħruġ

(4 ċifri)

Kawnter

(4 ċifri)

Kaxxa 1

Kaxxa 2

Kaxxa 3

Kaxxa 4

KAXXA 1 —   KODIĊI TAL-PAJJIŻ (ŻEWĠ (2) ITTRI)

Il-kodiċijiet huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gwida tal-istil interistituzzjonali (http://publications.eu.int/code/en/en-5000600.htm)

Stat

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

L-Estonja

EE

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Ġermanja

DE

Il-Greċja

EL

L-Ungerija

HU

L-Islanda

IS

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Latvja

LV

Il-Liechtenstein

LI

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

In-Norveġja

NO

Malta

MT

L-Olanda

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Is-Slovakkja

SK

Is-Slovenja

SI

Spanja

ES

L-Isvezja

SE

L-Isvizzera

CH

Ir-Renju Unit

UK

Il-kodiċi għall-awtoritajiet multinazzjonali tas-sikurezza għandu jkun magħmul bl-istess mod. Bħalissa hemm awtorità waħda biss: l-Awtorità tas-Sikurezza taċ-Channel Tunnel. Għandu jintuża l-kodiċi li ġej:

Awtorità multinazzjonali tas-sikurezza

Kodiċi

Il-Kummissjoni Intergovernattiva taċ-Channel Tunnel

CT

KAXXA 2 —   TIP TA’ DOKUMENT (NUMRU B’ŻEWĠ (2) ĊIFRI)

Żewġ ċifri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument:

l-ewwel ċifra tidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali tad-dokument,

it-tieni ċifra tispeċifika s-sottotip tad-dokument.

Din is-sistema ta’ numerazzjoni tista’ tiġi estiża meta jkunu meħtieġa kodiċijiet oħrajn. Il-lista li ġejja hija lista proposta ta’ kombinazzjonijiet magħrufa u possibbli ta’ numri b’żewġ ċifri flimkien ma’ kombinazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi:

Kombinazzjoni ta’ numri għall-Kaxxa 2

Tip ta’ Dokument

Sottotip ta’ Dokument

[0 1]

Liċenzji

Liċenzji għar-RU

[0 x]

Liċenzji

Oħrajn

[1 1]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti A

[1 2]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti B

[1 x]

Riservat

Riservat

[2 1]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

 

[2 2]

Riservat

Riservat

[2 x]

Riservat

Riservat

[3 x]

Riservat eż. manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji, għall-infrastruttura jew oħrajn

 

[4 x]

Riservat għall-Korpi Notifikati

eż. tipi differenti ta’ Korpi Notifikati

[5 1] u [5 5] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi ta’ trazzjoni

[5 2] u [5 6] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi tal-passiġġieri rmonkati

[5 3] u [5 7] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vaguni

[5 4] u [5 8] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi speċjali

[5 9] (***)

Awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura

 

[6 0]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistemi tal-Infrastruttura, tal-Enerġija u għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni

[6 1]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistema tal-Infrastruttura

[6 2]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistema tal-Enerġija

[6 3]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Subsistema għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni

[7 1]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter sa u jinkludi 9 999

[7 2]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter minn 10 000 sa u jinkludi 19 000

[7 3]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter minn 20 000 sa u jinkludi 29 000

[8 x] … [9 x]

Riżervat (2 tipi ta’ dokumenti)

Riżervat (10 sottotipi kull wieħed)

KAXXA 3 —   SENA TAL-ĦRUĠ (NUMRU B’ERBA’ (4) ĊIFRI)

Din il-kaxxa tindika s-sena (fil-format speċifikat ssss, jiġifieri erba’ (4) ċifri) li fiha nħarġet l-awtorizzazzjoni.

KAXXA 4 —   KAWNTER

Il-kawnter huwa numru progressiv li jiżdied b’unità waħda kull darba li jinħareġ dokument, irrispettivament minn jekk tkunx awtorizzazzjoni ġdida, imġedda jew aġġornata/emendata. Anki fejn ċertifikat jiġi revokat jew awtorizzazzjoni tiġi sospiża, in-numru tiegħu jew tagħha ma jistax jerġa’ jintuża.

Kull sena l-kawnter jerġa’ jibda miż-żero.

Appendiċi 3

IKKODIFIKAR TAL-IRTIRAR

Kodiċi

Mezz ta’ rtirar

Deskrizzjoni

00

Xejn

Il-vettura għandha reġistrazzjoni valida.

10

Reġistrazzjoni sospiża

L-ebda raġuni speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura ġiet sospiża fuq it-talba tas-sid jew tal-kustodju jew b’deċiżjoni tal-NSA jew tar-RE.

11

Reġistrazzjoni sospiża

Il-vettura hija ddestinata biex tinżamm f’maħżen waqt li għadha taħdem bħal riserva inattiva jew strateġika.

20

Reġistrazzjoni ttrasferita

Huwa magħruf li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid taħt numru differenti jew minn NVR differenti, għal użu kontinwu fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew (kollu kemm hu jew parti minnu).

30

Irtirar

L-ebda raġuni speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura biex taħdem fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew intemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid magħrufa.

31

Irtirar

Il-vettura hija destinata għal użu kontinwu bħala vettura ferrovjarja barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

32

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata għal irkupru ta’ kostitwenti/moduli/partijiet tal-bdil (spares) interoperabbli ewlenin jew għal bini mill-ġdid fuq skala kbira

33

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata għal skrappjar u għal rimi tal-materjali (inklużi l-partijiet tal-bdil (spares) ewlenin) għar-riċiklaġġ.

34

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata li tkun waħda mill-“vetturi ferrovjarji storiċi ppreservati” biex titħaddem fuq netwerk segregat, jew għal wiri statiku, barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

Użu tal-kodiċijiet

Jekk ir-raġuni għall-irtirar mhix speċifikata, għandhom jintużaw il-kodiċijiet 10, 20 u 30 biex tiġi indikata l-bidla fl-istatus tar-reġistrazzjoni.

Jekk tkun disponibbli r-raġuni għall-irtirar, il-kodiċijiet 11; 31; 32; 33 u 34 huma għażliet disponibbli fil-bażi tad-dejta tal-NVR. Dawn il-kodiċijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju jew mis-sid lir-RE.

Kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha ġiet sospiża jew irtirata ma tistax topera fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew taħt ir-reġistrazzjoni rreġistrata.

Attivazzjoni mill-ġdid ta’ reġistrazzjoni wara sospensjoni għandha titlob il-verifika mill-entità ta’ reġistrazzjoni tal-kundizzjonijiet li kkawżaw is-sospensjoni.

Trasferiment ta’ reġistrazzjoni, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (10) u fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE (11) kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/640/UE (12), jikkonsisti f’reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u rtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.

Appendiċi 4

FORMOLA STANDARD GĦAR-REĠISTRAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

GLOSSARJU

Abbrevjazzjoni

Definizzjoni

CCS

Sistema tal-Kmand tal-Kontroll

CIS

Komunità ta’ Stati Indipendenti

COTIF

Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

CR

(Sistema) Ferrovjarja Konvenzjonali

DB

Bażi tad-dejta

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

EC VVR

Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi

EIN

Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni

EN

Standard Ewropew (Euro Norm)

EVN

Numru Ewropew tal-Vettura

ERA

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, imsejħa wkoll ‘l-Aġenzija’

ERATV

Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati

ERTMS

Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

EU

L-Unjoni Ewropea

HS

(Sistema ta’) Veloċità Għolja

IB

Korp Investigattiv

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IM

Amministratur tal-Infrastruttura

INF

Infrastruttura

IT

Teknoloġija tal-Informatika

LR

Reġistru Lokali

NoBo

Korp Notifikat

NSA

Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza

NVR

Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi

OPE (TSI)

Operat u Ġestjoni tat-Traffiku (TSI)

OTIF

Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija

RE

Entità ta’ Reġistrazzjoni, jiġifieri l-korp responsabbli għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR

RB

Korp Regolatorju

RIC

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni u tal-vannijiet-brejk fit-traffiku internazzjonali

RIV

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali

RS jew RST

Vetturi ferrovjarji

RSRD (TAF)

Bażi tad-dejta ta’ Referenza għall-Vetturi Ferrovjarji (TAF)

RU

Impriża Ferrovjarja

SEDP (TAF)

Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni Strateġika (TAF)

TAF (TSI)

Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija (TSI)

TSI

Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

VKM

Marka tal-Kustodju ta’ Vettura

VKMR

Reġistru tal-Marki tal-Kustodji tal-Vetturi

VVR

Reġistru Virtwali tal-Vetturi

WAG (TSI)

Vagun (TSI)

WIMO (TAF)

Bażi tad-dejta ta’ Vaguni u Operazzjonijiet Intermodali (TAF)


(1)  Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/920/KE u 2008/231/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni 2009/107/KE, għandha tintuża l-istess sistema ta’ numerazzjoni kemm għall-vetturi ta’ veloċità għolja kif ukoll għal dawk konvenzjonali.

(2)  Għat-tipi ta’ vetturi awtorizzati skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE.

(3)  Ir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE.

(4)  L-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE jew awtorizzazzjoni mogħtija skont ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE.

(5)  L-Entità ta’ Reġistrazzjoni (‘RE’) hija l-entità nnominata minn kull Stat Membru, skont l-Artikolu 33(1)(b) tad-Direttiva 2008/57/KE, għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR.

(6)  Kif inhu pprovdut fil-Protokoll tal-Lussemburgu għall-konvenzjoni dwar il-garanziji internazzjonali fuq tagħmir mobbli għal kwistjonijiet speċifiċi tal-vetturi ferrovjarji, iffirmat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007.

(7)  Madankollu, kwalunkwe vettura ġdida li titqiegħed fis-servizz għall-AAE, għall-BLS, għall-FNME u għall-GySEV/ROeEE għandha tingħata l-kodiċi standard tal-pajjiż.

(8)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(9)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(*)  Jekk il-vettura hija mgħammra b’aktar minn sistema B waħda, irid jiġi indikat kodiċi individwali għal kull sistema.

Il-kodiċi numeriku huwa magħmul minn tliet karattri, fejn:

1xx jintuża għal vettura mgħammra b’sistema ta’ sinjalazzjoni

2xx jintuża għal vettura mgħammra b’radju

Xx jikkorrispondi għall-ikkodifikar numeriku tal-Anness B għas-CCS TSI

(**)  Jekk l-erba’ (4) ċifri riservati għall-kaxxa 4 ‘Kawnter’ jintużaw kompletament fi żmien sena, l-ewwel żewġ ċifri tal-kaxxa 2 għandhom jinbidlu rispettivament minn:

[5 1] għal [5 5] għall-vetturi ta’ trazzjoni,

[5 2] għal [5 6] għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati,

[5 3] għal [5 7] għall-vaguni,

[5 4] għal [5 8] għall-vetturi speċjali.

(***)  Iċ-ċifri allokati fil-kaxxa 4 huma:

Minn 1 000 sa 1 999 għall-vetturi ta’ trazzjoni,

Minn 2 000 sa 2 999 għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati,

Minn 3 000 sa 3 999 għall-vaguni,

Minn 4 000 sa 4 999 għall-vetturi speċjali.

(10)  ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29.