21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, diżumani jew degradanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Wara talba li saret mill-Estonja l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti fl-Estonja għandha tiġi emendata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 1236/2005 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:

L-informazzjoni fit-taqsima Estonja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Rahvusvaheliste organisatsioonide ja julgeolekupoliitika osakond

Relvastus- ja strateegilise kauba kontrolli büroo

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Eesti

Tel: +372 637 7200

Faks: +372 637 7288

E-mail: stratkom@mfa.ee”