28.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 672/2010

tas-27 ta’ Lulju 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 u d-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar tas-superfiċji tal-ħġieġ ta’ vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva għandhom jiddaħħlu f’dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, jiġu emendati biex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ vetturi ibridi u tal-elettriku.

(3)

L-ambitu ta’ dan ir-Regolament huwa konformi ma’ dak tad-Direttiva 78/317/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategorija M1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, li jkunu mgħammra b’windskrin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“it-tip tal-vettura fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin” tfisser vetturi li ma jvarjawx bejniethom f’aspetti essenzjali bħal:

il-karatteristiċi tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin;

il-forom u l-arranġamenti esterni u interni fi ħdan iż-żona ta’ viżibilità ta’ quddiem ta’ 180° tas-sewwieq, li jistgħu jaffettwaw il-viżibilità;

il-forma, id-daqs, il-ħxuna u l-karatteristiċi tal-windskrin u l-immuntar tiegħu;

in-numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda;

(2)

“magna” tfisser magna ta’ kombustjoni li taħdem bil-karburant likwidu jew gassuż;

(3)

“sistema li tneħħi l-ġelu” tfisser is-sistema maħsuba biex telimina l-ġelu jew is-silġ fuq il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin;

(4)

“żona mnaddfa mill-ġelu” tfisser iż-żona tal-windskrin li jkollha l-wiċċ ta’ barra niexef jew il-wiċċ ta’ barra miksi bil-ġelu mxarrab imdewweb jew parzjalment imdewweb li jista’ jitneħħa permezz tas-sistema tal-wajper tal-windskrin tal-vettura;

(5)

“sistema li tneħħi t-titpin” tfisser is-sistema maħsuba biex telimina t-titpin fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tal-windskrin;

(6)

“titpin” ifisser saff ta’ kondensat fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tas-superfiċji tal-ħġieġ tal-windskrin;

(7)

“żona mnaddfa mit-titpin” tfisser il-parti tal-windskrin, li qabel kienet miksija bit-titpin, li jkollha wiċċ ta’ ġewwa niexef, mingħajr ebda taqtir jew sinjali ta’ ilma;

(8)

“żona ta’ viżibilità A” tfisser żona tat-test A kif definita fil-paragrafu 2.2 tal-Anness 18 tar-Regolament UN-ECE Nru 43 (4);

9.

“żona ta’ viżibilità B” tfisser żona mnaqqsa tat-test B kif definita fil-paragrafu 2.4 tal-Anness 18 tar-Regolament UN-ECE Nru 43, mingħajr l-esklużjoni taż-żona definita fil-paragrafu 2.4.1 tiegħu;

10.

“l-angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt R jew mill-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sedil kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura;

11.

“il-punt R” jew il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda jfisser punt ta’ disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

12.

“sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser grilja ta’ referenza li tikkonsisti f’wiċċ lonġitudinali vertikali X-Z, wiċċ orizzontali X-Y u wiċċ trasversali vertikali Y-Z skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 tal-Anness II;

13.

“marki ta’ referenza primarji” jfissru toqob, uċuħ, marki jew sinjali oħra ta’ identifikazzjoni fuq il-karozzerija jew ix-xażi tal-vettura li tagħhom il-koordinati X, Y u Z fil-grilja ta’ referenza tridimensjonali huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura;

14.

“swiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura” jfisser apparat li permezz tiegħu s-sistema tal-elettronika abbord il-vettura tgħaddi minn modalità mitfija, bħal fil-każ fejn vettura tkun ipparkjata mingħajr il-preżenza tas-sewwieq, għal dik ta’ tħaddim normali;

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jippreżenta lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 78/317/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u jkomplu jagħtu l-estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 78/317/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27.

(4)  Għadu ma ġiex ippubblikat. Se jiġi ppubblikat sa Awwissu 2010.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura bil-mutur fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew unitajiet tekniċi separati oħra msemmija f’dan l-anness ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   KARATTERISTIĊI TA’ KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

1.6.   Pożizzjoni u arranġament tal-magna: …

1.8.   Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1).

3.   IMPJANT TAL-ENERĠIJA (k)

3.1.   Manifattur tal-magna: …

3.1.1.   Kodiċi tal-magna tal-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew xi mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …

3.2.   Magna ta’ kombustjoni interna

3.2.1.   Informazzjoni speċifika dwar il-magna

3.2.1.1.   Prinċipju operattiv: ignition pożittiva/ignition bil-kompressjoni (1) Ċiklu: erba’ strowks/żewġ strowks/rotatorju (1)

3.2.1.2.   Numru u arranġement taċ-ċilindri: …

3.2.1.3.   Kapaċità tal-magna (m): … cm3

3.2.1.6.   Veloċità tal-magna mhux ingranata (2): … min–1

3.2.1.8.   Potenza massima netta (n): … kW fi … min–1 (valur iddikjarat mill-manifattur)

3.2.2.   Karburant

3.2.2.1.   Vetturi ħfief: Diżil/Petrol/LPG/NG jew Biometanu/Etanol (E85)/Biodiżil/Idroġenu (1)  (6)

3.2.5.   Sistema tal-elettriku

3.2.5.1.   Vultaġġ nominali: … V, art pożittiva/negattiva (1)

3.2.5.2.   Ġeneratur

3.2.5.2.1.   Tip: …

3.2.5.2.2.   Output nominali: … VA

3.2.7.   Sistema ta’ tkessiħ: likwidu/arja (1)

3.2.7.1.   Issettjar nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

3.2.7.2.   Likwidu

3.2.7.2.1.   Tip ta’ likwidu: …

3.2.7.2.2.   Pompa(Pompi) ta’ ċirkolazzjoni: iva/le (1)

3.2.7.2.3.   Karatteristiċi: …jew

3.2.7.2.3.1.   Għamla(Għamliet): …

3.2.7.2.3.2.   Tip(Tipi): …

3.2.7.2.4.   Proporzjon(ijiet) tad-dawrien: …

3.2.7.2.5.   Deskrizzjoni tal-fann u l-mekkaniżmu tat-tħaddim tiegħu: …

3.2.7.3.   Arja

3.2.7.3.1.   Fann: iva/le (1)

3.2.7.3.2.   Karatteristiċi: …jew

3.2.7.3.2.1.   Għamla(Għamliet): …

3.2.7.3.2.2.   Tip(Tipi): …

3.3.   Mutur tal-elettriku

3.3.1.   Tip (koljatura, eċitazzjoni) …

3.3.1.1.   Output massimu fis-siegħa: … kW

3.3.1.2.   Vultaġġ ta’ operazzjoni: … V

3.3.2.   Batterija

3.3.2.1.   Numru ta’ ċelluli: …

3.3.2.2.   Massa: … kg

3.3.2.3.   Kapaċità: … Ah (Amper-sigħat)

3.3.2.4.   Pożizzjoni: …

3.4.   Kombinazzjoni ta’ magna jew mutur

3.4.1.   Vettura ibrida tal-elettriku: iva/le (1)

3.4.2.   Kategorija ta’ vetturi ibridi tal-elettriku: b’iċċarġjar barra l-vettura/mhux b’iċċarġjar barra l-vettura: (1)

3.4.3.   Swiċċ tal-modalità ta’ operazzjoni: bih/mingħajru (1)

3.4.3.1.   Modalitajiet li jistgħu jintgħażlu

3.4.3.1.1.   Elettriku biss: iva/le (1)

3.4.3.1.2.   Li jikkunsmaw karburant biss: iva/le (1)

3.4.3.1.3.   Modalitajiet ibridi: iva/le (1) (jekk iva, agħti deskrizzjoni qasira): …

3.4.4.   Deskrizzjoni tal-apparat ta’ ħażna ta’ enerġija: (batterija, kondensatur, volant/ġeneratur)

3.4.4.1.   Għamla(Għamliet): …

3.4.4.2.   Tip(i): …

3.4.4.3.   Numru ta’ identifikazzjoni: …

3.4.4.4.   Tip ta’ koppja elettrokimika: …

3.4.4.5.   Enerġija: … (għall-batterija: vultaġġ u kapaċità Ah f’2 h, għall-kondensatur: J, …)

3.4.4.6.   Ċarġer: fuq il-vettura/estern/mingħajru (1)

3.6.   Temperaturi permessi mill-manifattur

3.6.1.   Sistema ta’ tkessiħ

3.6.1.1.   Tkessiħ tal-likwidu, temperatura massima fl-iżbokk: … K

3.6.1.2.   Tkessiħ bl-arja

3.6.1.2.1.   Punt ta’ referenza: …

3.6.1.2.2.   Temperatura massima fil-punt ta’ referenza: … K

3.6.2.   Temperatura massima fl-iżbokk tal-intercooler tad-dħul: …K

3.6.3.   Temperatura massima tal-egżost fil-punt tal-pajp(ijiet) tal-egżost li jmiss(u) mal-flanġ(ijiet) estern(i) tal-manifold tal-egżost jew tat-turboċarġer: … K

9.   KAROZZERIJA

9.1.   Tip ta’ karozzerija bl-użu tal-kodiċijiet fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE: …

9.2.   Materjali użati u metodi ta’ kostruzzjoni: …

9.3.   Bibien tal-passiġġieri, lukketti u ċappetti

9.3.1.   Konfigurazzjoni u numru ta’ bibien: …

9.4.   Kamp ta’ viżibilità

9.4.1.   Partikularitajiet tal-marki ta’ referenza primarji f’biżżejjed dettall biex jistgħu jkunu identifikati malajr u l-pożizzjoni ta’ kull waħda mqabbla mal-oħrajn u mal-punt R li jrid jiġi vverifikat: …

9.4.2.   Disinn(Disinji) jew ritratt(i) li juri(juru) l-post tal-partijiet tal-komponent fi ħdan il-kamp ta’ viżibilità ta’ quddiem ta’ 180°: …

9.5.   Windskrin u twieqi oħra

9.5.1.   Windskrin

9.5.1.1.   Materjali użati: …

9.5.1.2.   Metodu ta’ mmuntar: …

9.5.1.3.   Angolu ta’ inklinazzjoni: …

9.5.1.4.   Numru(numri) tal-approvazzjoni tat-tip: …

9.5.1.5.   Aċċessorji tal-windskrin u l-pożizzjoni li fiha jitwaħħlu flimkien b’deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe komponent elettriku/elettroniku involut: …

9.6.   Wajper(s) tal-windskrin

9.6.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …

9.7.   Washer tal-windskrin

9.7.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji) jew, jekk approvata bħala unità teknika separata, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip: …

9.8.   Tneħħija tal-ġelu u tat-titpin

9.8.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji): …

9.8.2.   Konsum massimu tal-elettriku: … kW

9.10.   Arranġament intern

9.10.1.   Protezzjoni interna għall-okkupanti

9.10.1.1.   Disinn ġenerali jew ritratti li juru l-pożizzjoni tal-partijiet jew ritratti mehmuża: …

9.10.1.3.   Ritratti, disinji u/jew dehra mkabbra tal-aċċessorji interni, li turi l-partijiet fil-kompartiment tal-passiġġieri u l-materjali użati (għajr għall-mirja ta’ ġewwa li juru fuq wara), l-arranġament tal-kontrolli, is-saqaf u s-saqaf li jinfetaħ, fejn iserraħ id-dahar, is-sedili u l-parti ta’ wara tas-sedili: …

9.10.3.   Sedili

9.10.3.1.   Numru ta’ postijiet bilqiegħda (s): …

9.10.3.1.1.   Pożizzjoni u arranġament: …

9.10.3.5.   Koordinati jew disinn tal-punt R

9.10.3.5.1.   Sedil tas-sewwieq: …

9.10.3.6.   Disinn tal-angolu tat-torso

9.10.3.6.1.   Sedil tas-sewwieq: …

Noti ta’ spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip tal-KE (3)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (3)

rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (3)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (3)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 672/2010, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (3)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (4): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (5): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(Ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta’ informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE Parti A tal-Anness II.

(1)  Ħassar fejn mhux mhux applikabbli.

(k)  Fil-każ ta’ vettura li tista’ taħdem jew bil-petrol, diżil, eċċ, jew inkella b’taħlita ma’ karburant ieħor, il-punti għandhom jiġu ripetuti. Fil-każ ta’ magni u sistemi mhux konvenzjonali, id-dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija hawnhekk għandhom jingħataw mill-manifattur.

(m)  Dan il-valur għandu jiġi kkalkolat (π = 3.1416) u miżjud jew imnaqqas sal-eqreb cm3.

(2)  Speċifika t-tolleranza.

(n)  Imkejla skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46).

(6)  Il-vetturi jistgħu jaħdmu sew bil-petrol kif ukoll bil-karburant gassuż, iżda fejn is-sistema tal-petrol hi maħsuba għal skopijiet ta’ emergenza jew ta’ startjar biss u li t-tank tal-petrol tagħha ma jiħux aktar minn 15-il litru ta’ petrol, se jitqiesu għat-test bħala vetturi li jaħdmu biss bil-karburant gassuż.

(s)  In-numru ta’ postijiet bilqiegħda li jridu jissemmew għandu jkun dak ta’ meta l-vettura tkun miexja. Tista’ tiġi speċifikata medda f’każ ta’ arranġament modulari.

(3)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(4)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(5)  Kif definita fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, it-Taqsima A.

Addendum

maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Deskrizzjoni tas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin: …

1.3.

Deskrizzjoni tal-arranġamenti jew l-aċċessorji interni li jistgħu jaffettwaw it-testijiet: …

1.4.

Numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda: …

1.5.

Karatteristiċi tal-windskrin: … ħxuna tal-partijiet tal-komponenti (mm): …

1.6.

Vultaġġ nominali tal-istallazzjoni tal-elettriku (V): …

2.

Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1)

3.

Impjant tal-enerġija: ignition pożittiva/ignition bil-kompressjoni/elettriku/elettriku ibridu/ … (1)

4.

Temperatura tat-test tat-tneħħija tal-ġelu: – 8 °C/– 18 °C (1)

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS II

Rekwiżiti għas-sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin

1.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.1.   Tneħħija tal-ġelu minn mal-windskrin

1.1.1.   Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema li tneħħi l-ġelu u s-silġ mill-wiċċ tal-ħġieġ ta’ barra tal-windskrin. Is-sistema li tneħħi l-ġelu minn mal-windskrin għandha tkun effettiva biżżejjed biex tiżgura viżibilità adegwata mill-windskrin f’temp kiesaħ.

1.1.2.   L-effiċjenza tas-sistema għandha tiġi verifikata billi tiġi determinata l-parti mnaddfa mill-ġelu tal-windskrin perjodikament wara li titqabbad, wara li l-vettura tkun tħalliet f’kamra kiesħa għal ċertu ammont ta’ żmien.

1.1.3.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1.1 u 1.1.2 għandhom jiġu ċċekkjati billi jintuża l-metodu stipulat fil-paragrafu 2.1 ta’ dan l-Anness.

1.1.4.   Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

1.1.4.1.   20 minuta wara li jibda l-perjodu tat-test, 80 % taż-żona ta’ viżibilità A, kif determinat skont l-Appendiċi 3 tal-Anness II, għandha titnaddaf mill-ġelu;

1.1.4.2.   25 minuta wara li jibda l-perjodu tat-test, iż-żona mnaddfa mill-ġelu tal-windskrin fuq in-naħa tal-passiġġier għandha tkun komparabbli ma’ dik speċifikata fil-paragrafu 1.1.4.1. għan-naħa tas-sewwieq;

1.1.4.3.   40 minuta wara li jibda l-perjodu tat-test, 95 % taż-żona ta’ viżibilità B, kif determinat skont l-Appendiċi 3 tal-Anness II, għandha titnaddaf mill-ġelu.

1.2.   Tneħħija tat-titpin minn mal-windskrin

1.2.1.   Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema li tneħħi t-titpin mill-wiċċ tal-ħġieġ ta’ ġewwa tal-windskrin.

1.2.2.   Is-sistema li tneħħi t-titpin għandha tkun effettiva biżżejjed biex terġa’ tinkiseb il-viżibilità mill-windskrin f’każ li jkun imtappan biċ-ċpar. L-effiċjenza tagħha għandha tiġi verifikata permezz tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.2 ta’ dan l-Anness.

1.2.3.   Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

1.2.3.1.   F’10 minuti għandha titnaddaf mit-titpin 90 % taż-żona ta’ viżibilità A, kif determinat skont l-Appendiċi 3 tal-Anness II;

1.2.3.2.   F’10 minuti għandha titnaddaf mit-titpin 80 % taż-żona ta’ viżibilità B, kif determinat skont l-Appendiċi 3 tal-Anness II.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   Tneħħija tal-ġelu minn mal-windskrin

2.1.1.   It-test għandu jitwettaq b’temperatura ta’ – 8 ± 2 °C jew – 18 ± 3 °C, skont l-għażla tal-manifattur.

2.1.2.   It-test għandu jitwettaq f’kamra kiesħa li tkun kbira biżżejjed biex iżżom il-vettura sħiħa u mgħammra biex iżżomm waħda mit-temperaturi msemmija fil-paragrafu 2.1.1 fil-kamra tul it-test kollu u biex tiċċirkola l-arja kiesħa. Il-kamra l-kiesħa għandha tinżamm fit-temperatura speċikata għat-test jew f’temperatura aktar baxxa għal mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma jibda l-perjodu li matulu l-vettura tiġi esposta għall-ksieħ.

2.1.3.   Qabel it-test, l-uċuh ta’ ġewwa u ta’ barra tal-windskrin għandhom jitnaddfu għal kollox minn żjut permezz ta’ spirtu metilizzat jew prodott ekwivalenti li jneħħi ż-żjut. Wara li jinxfu, għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonja ta’ mhux inqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Il-wiċċ għandu jitħalla jinxef għal darb’oħra u mbagħad jintmesaħ b’ċarruta tal-qoton niexfa.

2.1.4.   Il-vettura għandha tintefa u trid tinżamm fit-temperatura tat-test għal mhux inqas minn 10 sigħat qabel ma jibda t-test.

2.1.4.1.   Jekk ikun possibbli li jiġi ċċekkjat jekk il-likwidu għat-tkessiħ tal-magna u l-lubrikant humiex stabbilizzati fit-temperatura tat-test, dan il-perjodu jista’ jitnaqqas.

2.1.5.   Wara l-perjodu ta’ esponiment imsemmi fil-paragrafu 2.1.4, għandu jiġi applikat saff uniformi ta’ silġ ta’ 0,044 g/cm2 mal-wiċċ kollu ta’ barra tal-windskrin permezz ta’ raxxaxa tal-ilma li titħaddem bi pressjoni operattiva ta’ 3,5 ± 0,2 bar

2.1.5.1.   Iż-żennuna tal-isprej, aġġustata b’mod li jinkiseb l-aktar merżuq wiesa’ u qawwi possibbli, għandha tinżamm b’mod perpendikulari għal distanza ta’ bejn 200 u 250 mm mill-wiċċ tal-ħġieġ, u diretta b’mod li tifforma saff uniformi ta’ silġ mal-windskrin kollu min-naħa għall-oħra.

2.1.5.1.1.   Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.1.5, tista’ tintuża raxxaxa li jkollha żennuna b’dijametru ta’ 1,7 mm u rata ta’ ċirkolazzjoni tal-likwidu ta’ 0,395 l/min, u li tkun kapaċi tipproduċi merżuq b’dijametru ta’ 300 mm fuq il-wiċċ tal-ħġieġ u b’distanza ta’ 200 mm minn dak il-wiċċ. Kull apparat ieħor li permezz tiegħu r-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti, għandu jkun permess ukoll.

2.1.6.   Wara li jiġi fformat is-silġ fuq il-windskrin, il-vettura għandha tinżamm fil-kamra kiesħa għal perjodu addizzjonali ta’ mhux inqas minn 30 minuta u mhux aktar minn 40 minuta.

2.1.7.   Wara li jgħaddi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2.1.6, wieħed jew żewġ osservaturi għandhom jidħlu fil-vettura, u sussegwentement il-kontroll tal-operazzjoni prinċipali tal-vettura jista’ jinxtegħel u kull magna tista’ titqabbad, jekk meħtieġ minn barra. Il-perjodu tat-test għandu jibda malli jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura.

2.1.7.1.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’magna, il-veloċitajiet tal-magna jistgħu jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjoni rrakkomandata mill-manifattur biex tisħon il-magna meta titqabbad f’temp kiesaħ, matul l-ewwel ħames minuti tal-perjodu tat-test.

2.1.7.2.   Matul l-aħħar 35 minuta tal-perjodu tat-test (jew matul il-perjodu tat-test kollu jekk ma tkunx segwita l-proċedura ta’ tisħin ta’ ħames minuti):

2.1.7.2.1.   Il-magna, jekk tkun imwaħħla, għandha taħdem b’veloċità li ma tkunx taqbeż il-50 % tal-veloċità li tikkorrispondi għall-output ta’ qawwa massima. Madankollu, jekk jiġi ppruvat li dan mhuwiex prattiku minħabba strateġiji speċifiċi ta’ kontroll tal-magna, pereżempju fil-każ ta’ vetturi ibridi tal-elettriku, għandu jiġi stabbilit l-agħar xenarju possibbli li jkun realistiku. Ix-xenarju għandu jqis il-voloċitajiet tal-magna, l-assenza perjodika jew l-assenza sħiħa ta’ magna li taħdem f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali f’temperatura ambjentali ta’ – 8 °C jew – 18 °C, skont liema tintgħażel mill-manifattur bħala t-temperatura tat-test. Jekk is-sistema tissodisfa r-rekwiżiti tat-tneħħija tal-ġelu mingħajr ma tkun imqabbda l-magna, ma jkunx meħtieġ li titqabbad il-magna.

2.1.7.3.   Il-batteriji kollha għandhom ikunu ċċarġjati kompletament fil-bidu tat-test.

2.1.7.4.   Matul it-test, il-vultaġġ fit-terminali tal-apparat li jneħħi l-ġelu ma jistax ikun aktar minn 20 % ogħla mir-rata nominali tas-sistema.

2.1.7.5.   It-temperatura fil-kamra li fiha jsir it-test għandha titkejjel fil-livell taċ-ċentru tal-windskrin, f’punt mhux affettwat b’mod sinifikanti mis-sħana li tiġi mill-vettura li qed tiġi ttestjata.

2.1.7.6.   Il-komponent orizzontali tal-voloċità tal-arja li tkessaħ il-kamra, imkejjel minnufih qabel it-test, fil-wiċċ medjan tal-vettura f’punt li jkun 300 mm quddiem il-bażi tal-windskrin u f’nofs triq bejn il-bażi u l-parti ta’ fuq tal-windskrin, għandu jkun l-aktar baxx possibbli u fi kwalunkwe każ inqas minn 8 km/h.

2.1.7.7.   Jekk ikunu mwaħħla, il-bonit tal-magna, is-saqaf, it-twieqi u l-fetħiet tal-arja, għajr għad-dħul u l-iżbokki tas-sistema tat-tisħin u l-ventilazzjoni, għandhom jibqgħu magħluqa; tista’ tinfetaħ tieqa waħda jew tnejn għal total ta’ distanza vertikali ta’ 25 mm jekk il-manifattur tal-vettura jirrikjedi dan.

2.1.7.8.   Il-kontrolli tas-sistema li tneħħi l-ġelu tal-vettura għandhom ikunu rregolati skont kif ikun irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura għat-temperatura tat-test.

2.1.7.9.   Il-wajpers tal-windskrin jistgħu jintużaw matul it-test, iżda dan għandu jsir mingħajr l-ebda għajnuna manwali ħlief it-tħaddim ta’ kwalunkw kontroll fl-intern tal-vettura.

2.1.8.   L-osservatur(i) għandu(għandhom) jiddisinjaw iż-żona mnaddfa mill-ġelu fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tal-windskrin, f’intervalli ta’ ħames minuti mill-bidu tal-perjodu tat-test.

2.1.9.   Malli jitlesta t-test, il-profil taż-żona mnaddfa mill-ġelu fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tal-windskrin kif mitlub mill-paragrafu 2.1.8 għandu jiġi nnotat u mmarkat biex jiġu identifikati ż-żoni ta’ viżibilità A u B tal-windskrin.

2.2.   Tneħħija tat-titpin minn mal-windskrin

2.2.1.   Qabel it-test, il-wiċċ ta’ ġewwa tal-windskrin għandu jitnaddaf għal kollox minn żjut permezz ta’ spirtu metilizzat, jew prodott ekwivalenti li jneħħi ż-żjut. Wara li jinxef, għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonja ta’ mhux inqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Il-wiċċ għandu jitħalla jinxef għal darb’oħra u mbagħad jintmesaħ b’ċarruta tal-qoton niexfa.

2.2.2.   It-test għandu jitwettaq f’kamra ambjentali kbira biżżejjed li tesa’ l-vettura sħiħa u kapaċi tipproduċi u żżomm temperatura tat-test ta’ 3 ± 1 °C tul il-perjodu kollu tat-test.

2.2.2.1.   It-temperatura fil-kamra li fiha jsir it-test għandha titkejjel fil-livell taċ-ċentru tal-windskrin, f’punt mhux affettwat b’mod sinifikanti mis-sħana li tiġi mill-vettura li qed tiġi ttestjata.

2.2.2.2.   Il-komponent orizzontali tal-voloċità tal-arja li tkessaħ il-kamra, imkejjel minnufih qabel it-test, fil-wiċċ medjan tal-vettura f’punt li jkun 300 mm quddiem il-bażi tal-windskrin u f’nofs triq bejn il-bażi u l-parti ta’ fuq tal-windskrin, għandu jkun l-aktar baxx possibbli u fi kwalunkwe każ inqas minn 8 km/h.

2.2.2.3.   Jekk ikunu mwaħħla, il-bonit tal-magna, is-saqaf, il-bibien kollha, it-twieqi u l-fetħiet tal-arja, għajr għad-dħul u l-iżbokki tas-sistema tat-tisħin u l-ventilazzjoni, għandhom jibqgħu magħluqa; sa mill-bidu tat-test ta’ tneħħija tat-titpin tista’ tinfetaħ tieqa waħda jew tnejn għal total ta’ distanza vertikali ta’ 25 mm, jekk il-manifattur tal-vettura jirrikjedi dan.

2.2.3.   It-titpin għandu jiġi prodott permezz ta’ ġeneratur tal-fwar deskritt fl-Appendiċi 4 tal-Anness II. Il-ġeneratur għandu jkun fih biżżejjed ilma biex jiġġenera mill-inqas 70 ± 5 g/h ta’ fwar għal kull post bilqiegħda prevista mill-manifattur, f’temperatura ambjentali ta’ – 3 °C.

2.2.4.   Il-wiċċ ta’ ġewwa tal-windskrin għandu jitnaddaf kif deskritt fil-paragrafu 2.2.1 wara li l-vettura titqiegħed fil-kamra ambjentali. It-temperatura tal-arja ambjentali għandha titbaxxa u tiġi stabbilizzata għal – 3 ± 1 °C. Il-vettura għandha tintefa u trid tinżamm fit-temperatura tat-test għal mhux inqas minn 10 sigħat qabel ma jibda t-test. Jekk ikun possibbli li jiġi ċċekkjat jekk il-likwidu għat-tkessiħ tal-magna u l-lubrikant humiex stabbilizzati fit-temperatura tat-test, dan il-perjodu jista’ jitnaqqas.

2.2.5.   Il-ġeneratur tal-fwar għandu jitqiegħed bl-iżbokki tiegħu fil-wiċċ lonġitudinali medjan tal-vettura f’għoli ta’ 580 ± 80 mm ’l fuq mill-punt R jew mill-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda tas-sedil tas-sewwieq. Normalment dan għandu jitqiegħed eżatt wara l-parti tas-sedil fejn iserraħ id-dahar, bis-sedil skont il-pożizzjoni tad-disinn prevista mill-fabbrikant u d-dahar tas-sedil irregolat skont l-angolu tat-torso previst. Fejn id-disinn tal-vettura jipprekludi dan, il-ġeneratur għandu jitqiegħed quddiem il-parti fejn iserraħ id-dahar, fil-pożizzjoni l-aktar qrib possibbli lejn dik imsemmija hawn fuq.

2.2.6.   Wara li l-ġeneratur ikun ilu jopera għal ħames minuta ġewwa l-vettura, wieħed jew żewġ osservaturi għandhom jidħlu malajr fil-vettura, jiftħu kull bieb ta’ aċċess għal ħin totali li ma jaqbiżx it-tmien sekondi, u joqogħdu bilqiegħda fil-post(ijiet) bilqiegħda ta’ quddiem, bl-output tal-ġeneratur imbagħad jitnaqqas b’70 ± 5 g/h għal kull osservatur.

2.2.7.   Minuta wara li l-osservatur(i) ikun(jkunu) daħal(daħlu) fil-vettura, il-kontroll tal-operazzjoni prinċipali tal-vettura jista’ jinxtegħel u kull magna tista’ titqabbad, jekk meħtieġ b’mod estern. Il-perjodu tat-test għandu jibda malli jiġi attivat is-swiċċ tal-kontroll prinċipali tal-vettura.

2.2.7.1.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’magna, din għandha taħdem b’veloċità li ma tkunx taqbeż il-50 % tal-veloċità li tikkorrispondi għall-output ta’ qawwa massima. Madankollu, jekk jiġi ppruvat li dan mhuwiex prattiku minħabba strateġiji speċifiċi ta’ kontroll tal-magna, pereżempju fil-każ ta’ vetturi ibridi tal-elettriku, għandu jiġi stabbilit l-agħar xenarju possibbli li jkun realistiku. Ix-xenarju għandu jqis il-veloċitajiet tal-magna, l-assenza perjodika jew l-assenza sħiħa ta’ magna li taħdem f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali f’temperatura ambjentali ta’ – 1 °C. Jekk is-sistema tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tat-tneħħija tat-titpin mingħajr ma tkun imqabbda l-magna, ma jkunx meħtieġ li titqabbad il-magna.

2.2.7.2.   Il-kontrolli tas-sistema li tneħħi t-titpin tal-vettura għandhom ikunu rregolati skont kif ikun irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura għat-temperatura tat-test.

2.2.7.3.   Il-batteriji kollha għandhom ikunu ċċarġjati kompletament fil-bidu tat-test.

2.2.7.4.   Il-vultaġġ fit-terminali tal-apparat li jneħħi t-titpin ma jistax ikun aktar minn 20 % ogħla mir-rata nominali tas-sistema.

2.2.8.   Malli jintemm it-test, il-profil taż-żona mnaddfa mit-titpin għandu jiġi rreġistrat, innotat u mmarkat biex jiġu identifikati ż-żoni ta’ viżibilità A u B tal-windskrin.

Appendiċi 1

Proċedura biex jiġi vverifikat il-punt R jew il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda

Il-punt R jew il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda hu stabbilit skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness 3 tar-Regolament UN-ECE Nru 17 (1).


(1)  ĠU L 373, 27.12.2006, p. 1.

Appendiċi 2

Proċedura biex jiġu stabbiliti l-marki ta’ referenza primarji fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali

Ir-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-marki ta’ referenza primarji fuq id-disinji u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura reali, huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament UN-ECE Nru 125 (1).


(1)  Għadu ma ġiex ippubblikat. Se jiġi ppubblikat sa Awwissu 2010.

Appendiċi 3

Proċedura biex jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ viżibilità fuq il-windskrins tal-vetturi

Iż-żoni ta’ viżibilità A u B huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness 18 tar-Regolament UN-ECE Nru 43.

Appendiċi 4

Rekwiżiti għall-ġeneratur tal-fwar

1.   KARATTERISTIĊI

1.1.   Il-ġeneratur tal-fwar użat għat-test għandu jkollu l-karatteristiċi ġenerali li ġejjin:

1.1.1.   Il-kontenitur tal-ilma għandu jkun jesa’ mill-inqas 2,25 litru.

1.1.2.   It-telf tas-sħana fil-punt tat-togħlija ma għandux jaqbeż 75 W f’temperatura ambjentali ta’ – 3 ± 1 °C.

1.1.3.   Il-fann għandu jkollu kapaċità ta’ 0,07 sa 0,10 m3/min għall-pressjoni statika ta’ 0,5 mbar.

1.1.4.   Sitt toqbiet għall-iżbokk tal-istim għandhom jitqiegħdu fil-parti ta’ fuq tal-ġeneratur, madwar il-parametru u mbegħdin indaqs minn xulxin (ara l-Figura 1):

1.1.5.   Il-ġeneratur għandu jkun kalibrat għal – 3 ± 1 °C biex jagħti qari għal kull output ta’ 70 ± 5 g/h sa massimu ta’ n darbiet din iċ-ċifra, fejn n huwa n-numru massimu ta’ postijiet bilqiegħda previsti mill-manifattur.

Figura 1

Dijagramma tal-ġeneratur tal-fwar

Image

1.2.   Il-partijiet speċifikati għandu jkollhom il-karatteristiċi dimensjonali u materjali li ġejjin:

1.2.1.   Żennuna

1.2.1.1.   Dimensjonijiet:

1.2.1.1.1.   Tul 100 mm.

1.2.1.1.2.   Dijametru intern 15 mm.

1.2.1.2.   Materjal:

1.2.1.2.1.   Ram isfar.

1.2.2.   Kamra tad-dispersjoni

1.2.2.1.   Dimensjonijiet:

1.2.2.1.1.   Pajp barra mid-dijametru 75 mm.

1.2.2.1.2.   Ħxuna tal-ħitan 0,38 mm.

1.2.2.1.3.   Tul 115 mm.

1.2.2.1.4.   Sitt toqbiet imbegħdin indaqs minn xulxin b’dijametru ta’ 6,3 mm, 25 mm ’l fuq mill-qiegħ tal-kamra tad-dispersjoni.

1.2.2.2.   Materjal:

1.2.2.2.1.   Ram isfar.