13.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/12


EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

wara li rat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, is-sitt paragrafu tal-Artikolu 253 tiegħu,

wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Protokoll Nru 2 anness mat-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li rat il-Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati u, b’mod partikolari, it-Titolu VII ta’ dan il-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-atti adottati abbażi tat-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona,

wara li kkunsidrat li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom isiru l-emendi meħtieġa għar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2010,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1) huma emendati kif ġej:

1.

It-titolu tar-Regoli għandu jiġi ssostitwit bit-titolu “Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja”.

2.

Fit-test kollu tar-Regoli:

a)

il-kliem “il-Komunità” jew “il-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Unjoni”, il-kliem “tal-Komunità” jew “tal-Komunitajiet” bil-kliem “tal-Unjoni” u l-kliem “tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom, ħlief għall-Artikolu 126, jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Unjoni Ewropea”, u t-test relattiv għandu, konsegwentement jiġi grammatikalment adattat kif meħtieġ;

b)

l-kliem “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti Ġenerali”.

c)

l-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwit bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”.

3.

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“F’dawn ir-Regoli:

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu segwit mill-akronimu “TUE”,

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat ta’ dan it-Trattat, segwit mill-akronimu “TFUE”,

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika huma indikati bin-numru tal-artikolu segwit mill-akronimu “TKEEA”,

il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ “Statut”,

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea huwa msejjaħ “Ftehim ŻEE”.”

4.

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, it-test tal-ewwel inċiż għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“—

il-kelma “istituzzjonijiet” tfisser l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u l-korpi jew l-organi maħluqa mit-Trattati jew minn att adottat in eżekuzzjoni tagħhom u li jistgħu jidhru quddiem il-Qorti”;

5.

Fl-Artikolu 7(1), il-kliem “mill-Artikoli 223 tat-Trattat KE u 139 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mill-Artikolu 253 TFUE”.

6.

Fl-Artikolu 16(7), il-kliem “skond l-Artikolu 241 tat-Trattat KE jew l-Artikolu 156 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont l-Artikolu 277 TFU”, u l-kliem “skond l-Artikolu 241 tat-Trattat KE”, għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont l-Artikolu 277 TFUE”.

7.

Fl-Artikolu 38(6), il-kliem “l-Artikoli 238 u 239 tat-Trattat KE u 153 u 154 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 273 TFUE”, u l-kliem “skond il-każ, kopja tal-klawsola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt, regolat mid-dritt pubbliku jew privat, konkluż mill-Komunitajiet jew f’isimhom, jew” għandhom jitħassru.

8.

Fl-Artikolu 48(4), il-kliem “l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA”.

9.

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 77, il-kliem “mill-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat KE u mill-Artikoli 146 u 148 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mill-Artikoli 263 u 265 TFUE”.

10.

Fl-Artikolu 80(1), il-kliem “mit-Trattat dwar l-Unjoni, mit-Trattat KE u mit-Trattat KEEA, mill-Istatut tal-Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mit-Trattati, mill-Istatut”.

11.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(1), il-kliem “l-Artikoli 242 tat-Trattat KE u 157 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikoli 278 TFUE u 157 TKEEA”.

12.

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1), il-kliem “l-Artikolu 243 tat-Trattat KE u l-Artikolu 158 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 279 TFUE”.

13.

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 89, il-kliem “l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA”.

14.

Fl-Artikolu 104(1), il-kliem “d-dispożizzjonijiet komunitarji” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni”.

15.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104b(1), il-kliem “l-oqsma msemmija fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni jew fit-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat KE” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-oqsma msemmija fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea”.

16.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 107(1), il-kliem “fl-Artikolu 300 tat-Trattat KE” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 218 TFUE”.

17.

Fl-Artikolu 107(2), il-kliem “tat-Trattat KE” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tat-Trattati”.

18

Il-Kapitolu XII tat-Titolu III (Artikolu 109a) għandu jitħassar.

19.

It-titolu tal-Kapitolu XIII, intitolat “Fuq is-soluzzjoni tal-kwistjonijiet previsti mill-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni” għandu jiġi kkompletat bil-kliem “, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona”.

20.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 109b(1), il-kliem “fl-Artikolu 35(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 35(7) TUE fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif miżmum fis-seħħ permezz tal-Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati”.

21.

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 109b(1), il-kliem “fl-Artikolu 35(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 35(7) TUE fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif miżmum fis-seħħ permezz tal-Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati”.

22

Fl-Artikolu 123c, il-kliem “l-Artikolu 225(2) jew (3) tat-Trattat KE, jew l-Artikolu 140A(2) jew (3) tat-Trattat KEFA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 256(2) jew (3) TFUE”.

23.

Fl-ewwel u l-ħames paragrafi tal-Artikolu 123d, il-kliem “l-Artikolu 225(3) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(3) tat-Trattat KEFA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 256(3) TFUE”.

24.

Fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 123d, il-kliem “l-Artikolu 225(2) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(2) tat-Trattat KEFA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 256(2) TFUE”.

25.

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 123e, il-kliem “l-Artikolu 225(3) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 140A(3) tat-Trattat KEFA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 256(3) TFUE”.

26.

Fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 123e, il-kliem “l-Artikolu 225(2) tat-Trattat KE, jew l-Artikolu 140A(2) tat-Trattat KEFA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 256(2) TFUE”.

27.

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 123f(1), il-kliem “tal-leġiżlazzjoni komunitarja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni”.

28.

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 123g, il-kliem “tal-leġiżlazzjoni komunitarja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni”.

29.

Fl-Artikolu 125, il-kliem “l-Artikoli 223 tat-Trattat KE u 139 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 253 TFUE”.

Artikolu 2

Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Adottat fil-Lussemburgu it-23 ta’ Marzu 2010.

 


(1)  ĠU L 176, 4.7.1991, p. 7