18.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2010

li tistabbilixxi format komuni għat-tieni rapport tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ komposizzjonijiet organiċi volatili

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4955)

(2010/693/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li jemenda id-Direttiva 1999/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/42/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti stipulati fl-Anness I għal dik id-Direttiva jitqiegħdu biss fis-suq tat-territorju tagħhom wara d-dati ta’ skadenza stabbiliti fl-Anness II għal dik id-Direttiva, jekk ikollhom kontenut ta’ komposizzjoni organika volatili (minn hawn ‘il quddiem “VOC”) li ma jaqbiżx il-valuri ta’ limitu rilevanti stabbiliti wkoll fl-Anness II għal dik id-Direttiva, u jekk il-kontenut tal-VOC ikun indikat korrettament fuq it-tikketta skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/42/KE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw, abbażi ta’ format komuni żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea, ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva u l-kategoriji u l-kwantitajiet ta’ prodotti liċenzjati.

(3)

Il-format għall-ewwel rapport li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007 ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE (2). Għandu jiġi stabbilit format komuni għat-tieni rapport li jippermetti lill-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi jissottomettu rapport li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deciżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/42/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni biex jitħejja r-rapport imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/42/KE, u li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(2)  ĠU L 91, 31.3.2007, p. 48.


ANNESS

FORMAT KOMUNI GĦAS-SOTTOMISSJONI TAL-EWWEL RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2004/42/KE GĦALL-PERJODU MILL-1 TA’ JANNAR SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010

1.   Informazzjoni ġenerali u arranġamenti amministrattivi

1.1.   L-awtorità responsabbli mir-rapport attwali:

Isem

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Posta elettronika

 

Nru tat-telefown

 

1.2.   Fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE, jekk jogħġbok indika l-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva u responsabbli għal:

(a)

l-istabbiliment, il-koordinazzjoni u l-immaniġjar tal-programm ta’ monitoraġġ (fuq livell nazzjonali);

(b)

it-twettiq tal-ispezzjonijiet u l-kontrolli fil-qasam (fuq livell reġjonali u/jew lokali);

(c)

l-iżgurar tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva.

1.3.   Jekk huma involuti għadd ta’ awtoritajiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE, jekk jogħġbok indika l-miżuri meħuda biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar uniformi possibbli tad-Direttiva fit-territorju kollu.

2.   Programm ta’ Monitoraġġ (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/42/KE)

2.1.   Inti ssottomettejt kopja tal-programm nazzjonali ta’ monitoraġġ fir-rapport ta’ qabel?

 iva  le

Il-programm ta’ monitoraġġ inbidel mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar?

 iva  le

Meta jkun hemm verżjoni bil-miktub tal-programm ta’ monitoraġġ li ma jkunx ntbagħat mal-ewwel rapport ta’ monitoraġġ, jew jekk il-programm ta’ monitoraġġ ġie rivedut wara l-ewwel rapport, jekk jogħġbok ipprovdi kopja tal-programm ġdid jew rivedut tal-monitoraġġ fl-anness għal dan ir-rapport.

2.2.   Meta ma ngħatatx deskrizzjoni bil-miktub tal-programm ta’ monitoraġġ, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-programm b’referenza partikolari għall-elementi li ġejjin:

(a)

Kif tiġi vverifikata l-konformità mal-valuri tal-limitu tal-VOC fl-Anness II għad-Direttiva 2004/42/KE;

(b)

Kif jiġu vverifikati r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/42/KE;

(c)

Kif jingħażlu l-operaturi għal monitoraġġ f’sena partikolari;

(d)

Kif u safejn għandu jitwettaq monitoraġġ għas-snin li fihom ma għandux għalfejn jintbagħat xi rapport lill-Kummissjoni.

2.3.   Jekk hu possibbli, jekk jogħġbok agħti stima tan-numru ta’ operaturi attivi fl-Istati Membri f’kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:

 

Numru stmat

Manifatturi

 

Importaturi

 

Bejjiegħa bl-ingrossa

 

Bejjiegħa bl-imnut

 

2.4.   Meta titqies l-istruttura tas-suq fil-punt 2.3 hawn fuq, liema minn dawn l-operaturi li ġejjin huma koperti mill-programm ta’ monitoraġġ? (1)

 manifatturi;  importaturi;  bejjiegħa bl-ingrossa;  bejjiegħa bl-imnut;

 oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …

2.5.   Jekk hu possibbli, jekk jogħġbok agħti stima tal-kwantità tal-prodotti (f’piż jew f’volum) fis-suq, fl-ambitu tad-Direttiva 2004/42/KE għas-sena 2010.

2.6.   Jekk jogħġbok agħti stima tas-sehem tas-suq li hu intenzjonat li jiġi kkontrollat mill-programm ta’ monitoraġġ f’sena partikolari, b’referenza għall-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq?

 0-20 %;  21-40 %;  41-60 %;  61-80 %;  81-100 %;

2.7.   L-ispezzjonijiet ġeneralment jitwettqu permezz ta’ (1):

viżiti fuq il-post għall-għarrieda (ebda avviż lill-operatur).

viżiti fuq il-post fejn l-operatur jiġi avżat minn qabel.

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …

2.8.   Kif l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tal-prodotti mal-valuri tal-limitu tal-VOC stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2004/42/KE (1)?

:

A

:

bit-twettiq ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-prodotti f’laboratorju akkreditat bl-użu tal-metodu analitiċi stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE;

:

B

:

billi wieħed joqgħod fuq ir-rapport ta’ analiżi tal-prodotti mħejji mill-operatur li juża l-metodi analitiċi stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE (manifattur, importatur, bejjiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut);

:

C

:

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …

2.9.   L-ispezzjonijiet tat-tikketti tal-prodotti jitwettqu permezz ta’ (1):

:

A

:

kontrolli viżwali fuq il-post;

:

B

:

sottomissjoni ta’ kampjuni ta’ tikketti lill-awtorità li tispezzjoni speċifikata fil-punt 1.2(b);

:

C

:

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …

2.10.   L-ispezzjoni tal-operaturi titwettaq kif ġej (2):

sistematikament u iktar minn darba fis-sena lill-operaturi l-iktar importanti;

sistematikament u darba fis-sena lill-operaturi l-iktar importanti;

b’mod aleatorju lill-operaturi kollha;

b’mod aleatorju lill-operaturi żgħar;

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …

2.11.   Jekk hu possibbli, jekk jogħġbok agħti stima f’EUR tal-ispejjeż totali għal kull sena assoċjati mal-esekuzzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ (persunal, teħid ta’ kampjuni u analiżi, kontrolli fuq it-tikkettar, infurzar, spejjeż oħrajn).

Stima tal-ispejjeż ta’ monitoraġġ f’EUR għal kull sena:

inqas minn EUR 20 000;

20 000 – EUR 40 000;

41 000 – EUR 60 000;

iktar minn EUR 60 000.

3.   Riżultati ewlenin tal-programm ta’ monitoraġġ imwettaq fl-2010 (l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/42/KE)

3.1.   Sinteżi tal-ispezzjonijiet

Jekk jogħġbok indika n-numru tal-ispezzjonijiet tal-kontenut tal-VOC imwettqa u l-perċentwali ta’ nuqqas ta’ konformità osservat fi ħdan il-limiti stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2004/42/KE fil-livell tal-Istat Membru billi timla t-tabelli A, B u C.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu stimi tan-numru ta’ spezzjonijiet tal-kontenut tal-VOC imwettqa u l-perċentwali ta’ nuqqas ta’ konformità osservat fi ħdan il-limiti stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2004/42/KE fil-livell tal-Istat Membru, ibbażati fuq l-informazzjoni miksuba minn għadd rilevanti ta’ awtoritajiet. Meta l-informazzjoni provduta fit-tabelli A, B jew C tiġi stmata, x’hini l-istima tas-sehem tas-suq kopert minn dawk l-awtoritajiet, b’referenza għall-kwantità ta’ prodotti mqiegħda fis-suq?

 0-20 %;  21-40 %;  41-60 %;  61-80 %;  81-100 %;

3.1.1.   Tabella A (3)

Għall-postijiet spezzjonati għall-kontenut tal-VOC jew għat-tikketta, jew għat-tnejn, jekk jogħġbok imla t-Tabella A.

Tabella A

Manifatturi

Importaturi

Bejjiegħa bl-ingrossa

Bejjiegħa bl-imnut

Oħrajn

1.

Numru ta’ postijiet fejn il-kontenut tal-VOC u t-tikketti kienu kkontrollati

 

 

 

 

 

2.

Numru ta’ postijiet fejn il-kontenut tal-VOC kien ikkontrollat

 

 

 

 

 

3.

Numru ta’ postijiet fejn it-tikketti ġew ikkontrollati

 

 

 

 

 

3.1.2.   Tabella B

Għall-postijiet ikkontrollati għall-kontenut tal-VOC (l-informazzjoni mogħtija fil-linji 1 u 2 tat-Tabella A), jekk jogħġbok imla t-Tabella B.

Tabella B

Manifatturi

Importaturi

Bejjiegħa bl-ingrossa

Bejjiegħa bl-imnut

Oħrajn

Numru ta’ kampjuni ta’ prodotti analizzati bl-użu tal-metodi speċifikati fil-punt 2.8.A jew 2.8.B ta’ dan l-Anness

 

 

 

 

 

Numru ta’ kampjuni ta’ prodotti analizzati bl-użu tal-metodi speċifikati fil-punt 2.8.C ta’ dan l-Anness meta applikabbli

 

 

 

 

 

Perċentwali ta’ kampjuni li mhumiex konformi mal-limiti tal-VOC tal-Fażi I (*)

 

 

 

 

 

Perċentwali ta’ kampjuni li mhumiex konformi mal-limiti tal-VOC tal-Fażi II (*)

 

 

 

 

 

3.1.3.   Tabella C

Għall-postijiet li fihom jiġu kkontrollati t-tikketti (l-informazzjoni mogħtija fil-linji 1 u 3 tat-Tabella A), jekk jogħġbok imla t-Tabella C

Tabella C

Manifatturi

Importaturi

Bejjiegħa bl-ingrossa

Bejjiegħa bl-imnut

Oħrajn

Numru ta’ tikketti kkontrollati bi spezzjonijiet viżwali bl-użu tal-metodi speċifikati fil-punt 2.9.A ta’ dan l-Anness

 

 

 

 

 

Numru ta’ tikketti kkontrollati bl-użu tal-metodi speċifikati fil-punt 2.9.B jew 2.9.C ta’ dan l-Anness

 

 

 

 

 

Perċentwali ta’ tikketti li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tat-tikkettar

 

 

 

 

 

3.2.   Liema kategoriji ta’ prodotti fl-Anness I għad-Direttiva 2004/42/KE partikolarment nsabu li ma kinux konformi ma’ (1) il-limiti tal-kontenut tal-VOC fl-Anness II; u (2) ir-rekwiżiti tat-tikkettar ta’ prodotti tal-Artikolu 4 (sa ħames kategoriji l-iktar komuni)?

3.3.   F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, sussegwentement x’azzjonijiet ittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2004/42/KE?

4.   Eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/42/KE

4.1.   Kif ġiet stabbilita l-iskema tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/42/KE?

4.2.   Liema sistema ta’ kontroll ġiet stabbilita biex tiżgura li l-prodotti stipulati fl-Anness I għad-Direttiva 2004/42/KE li mhumiex konformi mal-valuri tal-limitu stipulati fl-Anness II għad-Direttiva 2004/42/KE ma jinbiegħu lill-ebda operatur ħlief lill-istallazzjonijiet irreġistrati jew awtorizzati skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (4)?

4.3.   Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi stima tal-kwantità ta’ prodotti eżentati (skont il-lista ta’ klassifikazzjoni mniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 2004/42/KE) fl-2010.

5.   Liċenzji individwali mogħtija skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2004/42/KE

5.1.   Sar użu mill-possibbiltà li jingħataw liċenzji individwali kif previst fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2004/42/KE fir-rigward tar-restawr u l-manutenzjoni ta’ bini u vetturi qodma ta’ preġju ta’ valur storiku jew kulturali partikolari?

5.2.   Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor kif taħdem is-sistema stabbilita għall-għoti ta’ liċenzjoni individwali:

(a)

Liema awtoritajiet huwa inkarigati biex joħorġu l-liċenzji individwali?

(b)

Liema awtoritajiet huwa inkarigati biex jaħtru l-bini u/jew vetturi qodma ta’ preġju bħala ta’ valur storiku u kulturali partikolari?

(c)

Liema huma l-kriterji li skonthom ġie stabbilit il-valur storiku u kulturali partikolari?

(d)

Jekk possibbli, jekk jogħġbok agħti stima tan-numru ta’ bini u/jew vetturi qodma ta’ preġju li ġew magħżula mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma ta’ valur storiku u kulturali partikolari.

(e)

Kif inhu żgurat li l-prodotti inkwistjoni huma

Mibjugħa biss fi kwantitajiet “strettament limitati”;

Użati biss għall-għan ta’ restawr u manutenzjoni ta’ bini u/jew vetturi magħżula;

(f)

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kategoriji u l-kwantitajiet ta’ prodotti liċenzjati skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2004/42/KE, preferibbilment billi tuża t-tabella li ġejja:

Kategoriji

Qbil mal-Anness I għad-Direttiva 2004/42/KE

Kwantitajiet ta’ prodotti “lesti biex jintużaw” li ngħatatilhom liċenzja (f’piż jew volum)

Kategorija 1

 

 

Kategorija 2 eċċ.

 

 

6.   Informazzjoni oħra rilevanti

6.1.   X’kienu d-diffikultajiet ewlenin fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ, inkluż problemi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva jew problemi amministrattivi fl-implimentazzjoni ta’ programm konkret ta’ monitoraġġ? Kif ingħelbu dawk id-diffikultajiet?

6.2.   Jekk jogħġbok agħti l-kummenti rilevanti addizzjonali, suġġerimenti jew informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE.


(1)  Jista’ jkun hemm aktar minn tweġiba waħda.

(2)  Jista’ jkun hemm aktar minn tweġiba waħda.

(3)  In-numru totali ta’ postijiet li nżaru jew li ġew stmati huwa t-total tal-linji 1, 2 u 3.

(*)  Kif stabbilit fil-parti A tal-Annessi II tad-Direttiva 2004/42/KE. Għall-prodotti ta’ żebgħa tal-aħħar għall-vetturi tapplika biss il-Fażi I.

(4)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.