22.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Lulju 2010

dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4889)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/409/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-licenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapacità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar l-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Settembru 2009,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2004/49/KE, Miri Komuni tas-Sigurtà (CSTs), għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà kif ukoll jittejjeb kull meta u fejn meħtieġ u raġonevolment prattikabbli. Għandhom jipprovdu l-għodda għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà u l-prestazzjoni tal-operaturi fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri.

(2)

L-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2004/49/KE jiddefinixxi s-CSTs bħala livelli ta’ sigurtà li għandhom tal-anqas jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħalma hi s-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovija jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) u mis-sistema sħiħa, espressi bħala kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskji. Madakollu, il-Premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jgħid li, minħabba n-nuqqas ta’ dejta armonizzata u affidabbli dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà ta’ partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija li jintużaw fl-Istati Membri differenti, l-iżvilupp tal-ewwel sett ta’ CSTs għal partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħas-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovoja jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) mhuwiex vijabbli.

(3)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE jeżiġi li l-ewwel sett ta’ CSTs għandu jkun abbażi ta’ studju tal-miri u l-prestazzjoni tas-sigurtà eżistenti tas-sistemi tal-linji tal-ferrovija fl-Istati Membri. Skont il-metodoloġija stabbilita mid-Deċiżjoni 2009/460/KE, l-ewwel sett ta’ CSTs irid ikun abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs). Dan ġie kkalkulat permezz ta’ serje ta’ dejta bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (3) u pprovdut mill-Eurostat fis-6 ta’ Marzu 2009 għall-perjodu 2004-2007. Għal kull kategorija ta’ riskju tal-linji tal-ferrovija, il-livell massimu tollerabbli ta’ riskju għal Stat Membru għandu jkun (1) l-NRV jekk l-NRV huwa daqs jew anqas mis-CST korrispondenti jew (2) s-CST jekk l-NRV huwa ogħla mill-CST korrispondenti, skont it-Taqsima 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(4)

L-ewwel sett ta’ CSTs għandu jitqies bħala l-ewwel pass fi proċess. B’dan l-ewwel sett, qiegħed jinħoloq qafas armonizzat u trasparenti għall-monitoraġġ u l-ħarsien effiċjenti tal-prestazzjoni Ewropea tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u definizzjonijiet

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-valuri tal-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza, f’konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE u skont il-metodoloġija stipulata fid-Deċiżjoni 2009/460/KE.

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 u d-Deċiżjoni 2009/460/KE.

Artikolu 2

Valuri Nazzjonali ta’ Referenza

Il-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza għall-Istati Membri differenti u għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 1, it-Taqsimiet 1.1 sa 1.6, tal-Anness.

Artikolu 3

Miri Komuni tas-Sigurtà

L-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(2)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.


ANNESS

1.   Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)

1.1.   NRVs għar-riskji tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)

Stat Membru

NRV 1.1 (× 10– 9) (*)

NRV 1.2 (× 10– 9) (**)

il-Belġju (BE)

53,60

0,456

il-Bulgarija (BG)

250,00

2,01

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

40,60

0,688

id-Danimarka (DK)

7,55

0,0903

il-Ġermanja (DE)

10,90

0,11

l-Estonja (EE)

50,20

0,426

l-Irlanda (IE)

6,22

0,0623

il-Greċja (EL)

54,00

0,485

Spanja (ES)

40,90

0,391

Franza (FR)

21,90

0,109

l-Italja (IT)

55,00

0,363

il-Latvja (LV)

50,20

0,426

il-Litwanja (LT)

88,60

0,683

il-Lussemburgu (LU)

28,80

0,225

l-Ungerija (HU)

250,00

2,01

l-Olanda (NL)

11,70

0,0941

l-Awstrija (AT)

29,00

0,335

il-Polonja (PL)

127,00

0,939

il-Portugall (PT)

33,90

0,267

ir-Rumanija (RO)

250,00

2,01

is-Slovenja (SI)

11,80

0,175

is-Slovakkja (SK)

17,70

0,275

il-Finlandja (FI)

26,80

0,248

l-Isvezja (SE)

5,70

0,0557

ir-Renju Unit (UK)

6,22

0,0623

1.2.   NRVs għar-riskji tal-impjegati (NRV 2)

Stat Membru

NRV 2 (× 10– 9) (***)

il-Belġju (BE)

21,10

il-Bulgarija (BG)

11,00

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

17,40

id-Danimarka (DK)

9,10

il-Ġermanja (DE)

13,30

l-Estonja (EE)

17,00

l-Irlanda (IE)

8,33

il-Greċja (EL)

77,90

Spanja (ES)

8,33

Franza (FR)

6,68

l-Italja (IT)

22,50

il-Latvja (LV)

55,10

il-Litwanja (LT)

36,90

il-Lussemburgu (LU)

13,70

l-Ungerija (HU)

11,90

l-Olanda (NL)

6,69

l-Awstrija (AT)

25,40

il-Polonja (PL)

18,60

il-Portugall (PT)

76,00

ir-Rumanija (RO)

11,00

is-Slovenja (SI)

31,00

is-Slovakkja (SK)

1,50

il-Finlandja (FI)

8,28

l-Isvezja (SE)

3,76

ir-Renju Unit (UK)

8,33

1.3.   NRVs għar-riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell (NRV 3.1 u NRV 3.2)

Stat Membru

NRV 3.1 (× 10– 9) (****)

NRV 3.2 (*****)

il-Belġju (BE)

143,0

n.a.

il-Bulgarija (BG)

124,0

n.a.

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

302,0

n.a.

id-Danimarka (DK)

55,9

n.a.

il-Ġermanja (DE)

69,9

n.a.

l-Estonja (EE)

168,0

n.a.

l-Irlanda (IE)

31,4

n.a.

il-Greċja (EL)

743,0

n.a.

Spanja (ES)

131,0

n.a.

Franza (FR)

78,9

n.a.

l-Italja (IT)

50,7

n.a.

il-Latvja (LV)

240,0

n.a.

il-Litwanja (LT)

530,0

n.a.

il-Lussemburgu (LU)

97,3

n.a.

l-Ungerija (HU)

244,0

n.a.

l-Olanda (NL)

128,0

n.a.

l-Awstrija (AT)

181,0

n.a.

il-Polonja (PL)

264,0

n.a.

il-Portugall (PT)

508,0

n.a.

ir-Rumanija (RO)

124,0

n.a.

is-Slovenja (SI)

365,0

n.a.

is-Slovakkja (SK)

249,0

n.a.

il-Finlandja (FI)

151,0

n.a.

l-Isvezja (SE)

74,2

n.a.

ir-Renju Unit (UK)

23,0

n.a.

1.4.   NRVs għar-riskji ta’ persuni kklassifikati bħala “oħrajn” (NRV 4)

Stat Membru

NRV 4 (× 10– 9) (******)

il-Belġju (BE)

1,90

il-Bulgarija (BG)

6,45

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

5,28

id-Danimarka (DK)

10,30

il-Ġermanja (DE)

4,41

l-Estonja (EE)

18,50

l-Irlanda (IE)

6,98

il-Greċja (EL)

6,45

Spanja (ES)

4,93

Franza (FR)

6,98

l-Italja (IT)

6,98

il-Latvja (LV)

18,50

il-Litwanja (LT)

18,50

il-Lussemburgu (LU)

4,43

l-Ungerija (HU)

6,45

l-Olanda (NL)

3,16

l-Awstrija (AT)

14,20

il-Polonja (PL)

18,50

il-Portugall (PT)

4,93

ir-Rumanija (RO)

6,45

is-Slovenja (SI)

7,14

is-Slovakkja (SK)

5,28

il-Finlandja (FI)

10,30

l-Isvezja (SE)

10,30

ir-Renju Unit (UK)

6,98

1.5.   NRVs għar-riskji ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija (NRV 5)

Stat Membru

NRV 5 (× 10– 9) (*******)

il-Belġju (BE)

75,5

il-Bulgarija (BG)

190,0

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

657,0

id-Danimarka (DK)

134,0

il-Ġermanja (DE)

106,0

l-Estonja (EE)

1 850,0

l-Irlanda (IE)

94,7

il-Greċja (EL)

906,0

Spanja (ES)

184,0

Franza (FR)

69,7

l-Italja (IT)

122,0

il-Latvja (LV)

1 520,0

il-Litwanja (LT)

2 030,0

il-Lussemburgu (LU)

83,7

l-Ungerija (HU)

534,0

l-Olanda (NL)

28,2

l-Awstrija (AT)

117,0

il-Polonja (PL)

1 110,0

il-Portugall (PT)

948,0

ir-Rumanija (RO)

190,0

is-Slovenja (SI)

273,0

is-Slovakkja (SK)

477,0

il-Finlandja (FI)

294,0

l-Isvezja (SE)

98,1

ir-Renju Unit (UK)

94,7

1.6.   NRVs għar-riskji għas-soċjetà (NRV 6)

Stat Membru

NRV 6 (× 10– 9) (********)

il-Belġju (BE)

273,0

il-Bulgarija (BG)

364,0

ir-Repubblika Ċeka (CZ)

1 010,0

id-Danimarka (DK)

218,0

il-Ġermanja (DE)

206,0

l-Estonja (EE)

2 320,0

l-Irlanda (IE)

131,0

il-Greċja (EL)

1 820,0

Spanja (ES)

351,0

Franza (FR)

179,0

l-Italja (IT)

235,0

il-Latvja (LV)

1 850,0

il-Litwanja (LT)

2 510,0

il-Lussemburgu (LU)

219,0

l-Ungerija (HU)

1 000,0

l-Olanda (NL)

166,0

l-Awstrija (AT)

354,0

il-Polonja (PL)

1 530,0

il-Portugall (PT)

1 510,0

ir-Rumanija (RO)

364,0

is-Slovenja (SI)

697,0

is-Slovakkja (SK)

740,0

il-Finlandja (FI)

461,0

l-Isvezja (SE)

188,0

ir-Renju Unit (UK)

131,0

2.   Valuri attribwiti għall-ewwel sett ta’ CSTs

Kategorija tar-riskju

Valur tal-CST (× 10– 9)

Unitajiet tal-kejl

Riskji għall-passiġġieri

CST 1.1

250,0

Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija tal-passiġġieri fis-sena.

CST 1.2

2,01

Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena

Riskji għall-impjegati

CST 2

77,9

Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena

Riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell

CST 3.1

743,0

Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena

CST 3.2

mhux disponibbli (*********)

Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji]

Riskji għall-“oħrajn”

CST 4

18,5

Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena

Riskji għal persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija

CST 5

2 030,0

Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena

Riskji għas-soċjetà sħiħa

CST 6

2 510,0

Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena


(*)  NRV1.1 espress bħala: Għadd ta’ mwiet ta’ passiġġieri u korrimenti serji ppiżati (FWSIs) fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri fis-sena. Kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri hawnhekk tfisser l-unità tat-traffiku marbut mal-ferrovija tal-passiġġieri biss.

(**)  NRV1.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena.

F’ (*) u (**) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(***)  NRV2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.

FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(****)  NRV3.1 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.

(*****)  NRV3.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena tal-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena*Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw dejta dwar kilometri ta’ linji minflok dwar kilometri ta’ binarji).

F’ (****) u (*****) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(******)  NRV 4 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(*******)  NRV 5 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.

(********)  NRV 6 espress bħala: Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.

Għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha.

(*********)  Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji, li hija meħtieġa fil-kalkolu ta’ dan s-CST, ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw kilometri ta’ linji minflok kilometri ta’ binarji, eċċ.).