29.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 4595)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/567/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-Ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib fir-rigward ta’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi dwar l-Ekotikketta, imfassla abbażi tal-abbozz tal-kriterji magħmula mill-Bord għall-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

L-istess Regolament jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji dwar l-Ekotikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati ma’ dawk il-kriterji, għandha sseħħ fi żmien xieraq qabel ma jintemm il-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li kienu ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/178/KE tas-17 ta’ Frar 1999 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti tessili (2) kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/371/KE tal-15 ta’ Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (3). Dawn il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati huma validi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.

(5)

Fil-kuntest ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li titbiddel it-tifsira tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 1999/178/KE għandha tinbidel.

(8)

Għandu jkun permess perjodu ta’ tranżizzjoni għall-prodotturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għall-prodotti tessili abbażi tal-kriterji misjuba fid-Deċiżjoni 1999/178/KE sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 1999/178/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “prodotti tessili” għandu jinkludi:

(a)

Il-ħwejjeġ tal-ilbies u l-aċċessorji tessili: il-ħwejjeġ tal-ilbies u l-aċċessorji (bħalma huma l-imkatar, ix-xalpi, il-boroż, il-boroż tax-xiri, il-barżakki tad-dahar, iċ-ċintorini, eċċ.) li jkun fihom mill-inqas 90 % fibri tessili skont il-piż;

(b)

It-tessuti għal ġewwa: il-prodotti tessili għall-użu fuq ġewwa li jikkonsistu f’mill-inqas 90 % fibri tessili fil-piż. Twapet tal-bibien u twapet żgħar (rugs) huma inklużi. Kisi ta’ art minn ħajt għal ħajt u kisi ta’ ħitan huma esklużi;

(c)

Il-fibri, il-ħjut u d-drapp (inkluż dak b’saħħtu u mhux minsuġ) maħsub għall-użu fil-ħwejjeġ tal-ilbies u l-aċċessorji tessili jew fit-tessuti għal ġewwa.

Dan il-grupp mhux se jinkludi tessuti trattati bi prodotti bijoċidali, bl-eċċezzjoni ta’ fejn dawk il-prodotti bijoċidali huma inklużi fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fejn din is-sustanza tagħti proprjetajiet addizzjonali lit-tessuti li jimmiraw lejn il-ħarsien tal-protezzjoni tas-saħħa umana (eż. prodotti bijoċidali miżjuda max-xbieki u mal-ħwejjeġ tal-ilbies tessili biex jitwarrab in-nemus u d-dubbien, dud jew allerġeni) u fejn is-sustanza attiva hija awtorizzata għall-użu inkwistjoni skont l-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

Rigward il-“ħwejjeġ tal-ilbies u l-aċċessorji tessili” u t-“tessuti ta” ġewwa’: ma hemmx għalfejn jitqiesu r-rix irqiq, ir-rix, il-membrani, jew il-kisjiet għall-kalkolu tal-perċentwal tal-fibri tessili.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta Komunitarja għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ prodotti tal-prodotti tessili skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-prodott tessili għandu jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tessili”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “prodotti tessili” għandu jkun “016”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 1999/178/KE titħassar.

Artikolu 6

1.   L-applikazzjonijiet għall-ekotikketta għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti tal-prodotti tessili ppreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 1999/178/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-ekotikketta għall-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti tal-prodotti tessili ppreżentati mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Diċembru 2009 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 1999/178/KE jew fuq il-kriterji stipulati f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom ikunu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma ibbażati.

3.   Fejn tingħata l-Ekotikketta fuq il-bażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 1999/178/KE, dik l-ekotikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 57, 5.3.1999, p. 21.

(3)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29.

(4)  ĠU L 123, 4.4.1998, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari li jippromwovu t-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma li għandu x’jaqsam mal-proċessi ewlenin matul il-katina kollha tal-manifattura tat-tessuti, inklużi l-produzzjoni tal-fibri, l-għażil, l-insiġ, ix-xogħol tal-labar, l-ibbliċjar, l-għoti tal-kulur taż-żebgħa u l-irfinatura.

Il-kriterji huma ffissati fil-livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-prodotti tessili li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx.

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa mitlub jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tal-ittestjar, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Fejn hu xieraq, jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar differenti minn dawk indikati għal kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.

L-unità funzjonali, li magħha għandu jkollhom x’jaqsmu d-dħul u l-ħruġ, hija ta’ 1 kg tal-prodott tessili fil-kundizzjonijiet normali (65 % RH ± 4 % u 20 °C ± 2 °C; dawn il-kundizzjonijiet tan-normi huma speċifikati fl-ISO 139 Tessuti – l-atmosferi standard għall-kundizzjonament u l-ittestjar).

Fejn xieraq, il-Korpijiet Kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rakkomandat li l-Korpijiet Kompetenti jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi magħrufin ta’ ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).

KRITERJI EKOLOĠIĊI

Il-kriterji huma mqassma fi tliet kategoriji ewlenija, li jirrigwardaw il-fibri tessili, il-proċessi u l-kimiċi, u kemm huma tajbin għall-użu.

KRITERJI TAL-FIBRA TESSILI

Il-kriterji speċifiċi għall-fibri huma stipulati f’din it-taqsima għall-fibri tal-akrilik, tal-qoton u ta’ żrieragħ oħra ċellulożi, l-elastane, il-kittien u fibri oħra tat-tilju, is-suf żejtni u fibri oħra tal-keratina, fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem, il-poliamide, il-poliester u l-polipropilen.

Il-fibri l-oħra li ma għandhomx kriterji speċifiċi għall-fibra huma permessi wkoll, bl-eċċezzjoni tal-fibri minerali, il-fibri tal-ħġieġ, il-fibri tal-karbonju u fibri oħra inorganiċi.

Ma hemmx għalfejn jintlaħqu l-kriterji stipulati f’din it-taqsima għal tip speċifiku ta’ fibri jekk il-fibra tikkontribwixxi għal inqas minn 5 % tal-piż totali tal-fibri tessili fil-prodott. Bl-istess mod, ma hemmx għalfejn jintlaħqu jekk il-fibri jkunu ta’ oriġini riċiklata. F’dan il-kuntest, il-fibri riċiklati huma definiti bħala fibri li joriġinaw biss mill-ixtur tal-fabbrikanti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ tal-ilbies jew mill-iskart li jħallu l-konsumaturi (tessili jew ta’ xorta oħra). Madankollu, mill-inqas 85 % fil-piż tal-fibri kollha fil-prodott iridu jkunu jew konformi mal-kriterji speċifiċi tal-fibri korrispondenti, jekk ikun hemm minnhom, jew ta’ oriġini riċiklata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jforni tagħrif dettaljat dwar il-kompożizzjoni tal-prodott tessili.

1.   Akrilik

1.1.

Il-kontenut tal-akrilonitril li jifdal fil-fibri mhux maħduma li jħalli l-impjant tal-produzzjoni tal-fibri għandu jkun inqas minn 1,5 mg/kg.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: l-estrazzjoni bl-ilma jagħli u l-kwantifikazzjoni bil-kromatografija kapillarja tal-gass likwidu.

1.2.

L-emissjonijiet fl-arja tal-akrilonitril (matul il-polimerizzazzjoni u sakemm it-taħlita tkun lesta għat-tidwir), espressi bħala medja annwali, għandhom ikunu anqas minn 1 g/kg tal-fibri prodotti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

2.   Qoton u fibri ta’ żrieragħ oħra ċellulożi naturali (inkluż il-kapok)

Il-qoton u l-fibri l-oħra taż-żrieragħ ċellulożi naturali (minn issa ‘l quddiem riferiti bħala qoton) ma għandux ikun fihom aktar minn 0,05 ppm (sakemm tippermetti s-sensibbiltà tal-metodu tal-ittestjar) għal kull waħda mis-sustanzi li ġejjin: l-aldrin, il-kaptafol, il-klordan, id-DDT, id-dieldrin, l-endrin, l-eptakloru, l-eżaklorobenżin, l-eżakloroċikloeżan (l-isomeri totali), it-2,4,5-T, il-klordimeform, il-klorobenżilate, id-dinoseb u l-imluħ tiegħu, il-monokrotofos, il-pentaklorofenol, it-toksafene, il-metamidofos, il-metilparatjon, il-paratjon, il-fosfamidon. L-ittestjar għandu jsir fuq qoton mhux maħdum, qabel ma jgħaddi minn kwalunkwe trattament ta’ tixrib, għal kull lott ta’ qoton jew darbtejn fis-sena jekk ikun hemm aktar minn żewġ lottijiet kull sena.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta iktar minn 50 % tal-kontenut tal-qoton ikun qoton imkabbar b’mod organiku jew qoton tranżitorju, jiġifieri ċertifikat minn organizzazzjoni indipendenti li jkun ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti ta’ produzzjoni u spezzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1).

Dan ir-rekwiżit ma japplikax jekk tkun tista’ tiġi ppreżentata xhieda dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-bdiewa li jipproduċu mill-inqas 75 % tal-qoton użat fil-prodott finali, flimkien ma’ dikjarazzjoni mingħand dawn il-bdiewa li s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx użati fl-għelieqi jew fl-impjanti tal-qoton li jipproduċu l-qoton inkwistjoni, jew għall-qoton innifsu.

Fejn mill-inqas 95 % tal-qoton f’prodott wieħed ikun organiku, jiġifieri jkun ċertifikat minn organizzazzjoni indipendenti li ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti ta’ produzzjoni u spezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 l-applikant jista’ jpoġġi l-kliem ‘qoton organiku’ ħdejn l-ekotikketta. Fejn bejn 70 % u 95 % tal-qoton f’prodott wieħed ikun organiku, jista’ jkun ittikkettat “magħmul bi xy % qoton organiku”.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi prova taċ-ċertifikazzjoni organika jew dokumentazzjoni fir-rigward tan-nuqqas tal-użu mill-bdiewa jew tar-rapport tal-ittestjar, li juża l-metodi tal-ittestjar li ġejjin: skont kif xieraq, il-US EPA 8081 (tal-pestiċidi tal-organoklorin, bl-estrazzjoni ultrasonika jew Soxhlet u s-solventi apolari (l-isoottane jew l-eksane)), il-8151 A (l-erbiċidi kklorinati, bl-użu tal-metanol), il-8141 A (il-komposti tal-organofosfru) jew il-8270 C (il-komposti organiċi semivolatili).

Minimu ta’ 3 % tal-qoton organiku, jiġifieri ċertifikat minn organizzazzjoni indipendenti li ġie prodott f’konformità mar-rekwiżiti ta’ produzzjoni u spezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandhom ikunu użati fuq bażi annwali.

L-applikant għandu jipprovdi:

Informazzjoni dwar il-korp ta’ ċertifikazzjoni,

Dikjarazzjoni dwar il-proporzjonalità ta’ qoton organiku ċertifikat użat fil-produzzjoni totali ta’ tessuti bl-Ekotikketta fuq bażi annwali

Il-korp kompetenti jista’ jitlob il-preżentazzjoni ta’ aktar dokumentazzjoni biex tippermettilu jivvaluta jekk intlaħqux ir-rekwiżiti tas-sistema standard u ta’ ċertifikazzjoni.

3.   Elastane

3.1.

Ma għandhomx jintużaw komposti tal-organotin.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu

3.2.

L-emissjonijiet fl-arja tad-diisoċjanati aromatiċi matul il-polimerizzazzjoni u l-produzzjoni tal-fibri mkejla fil-passi tal-proċess fejn iseħħu, inklużi wkoll l-emissjonijiet li jaħarbu espressi bħala medja annwali, għandhom ikunu anqas minn 5 mg/kg tal-fibra prodotta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

4.   Kittien u fibri oħra tat-tilju (inklużi l-qanneb, il-ġuta u r-rami)

Il-kittien u fibri oħra tat-tilju ma għandhomx jinkisbu bit-trattib tal-ilma, ħlief jekk l-ilma tal-iskart mit-trattib tal-ilma jiġi ttrattat hekk li jitnaqqsu s-COD jew it-TOC b’mill-inqas 75 % għall-fibri tal-qanneb u b’mill-inqas 95 % għall-kittien u l-fibri l-oħra tat-tilju.

Valutazzjoni u verifika: Jekk jintuża t-trattib bl-ilma, l-applikant għandu jipprovdi rapport tal-ittesjar, bl-użu tal-metodu tat-test li ġej: L-ISO 6060 (COD).

5.   Suf żejtni u fibri oħra tal-keratina (inkluż is-suf min-nagħaġ, mill-iġmla, mill-alpaka, mill-mogħoż)

5.1.

Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu 0,5 ppm: γ-eżaklorċikloeżan (il-lindane), α-eżakloroċikloeżan, β-eżakloroċikloeżan, δ-eżakloroċikloeżane, l-aldrin, id-dieldrin, l-endrin, il-p,p’-DDT, il-p,p’-DDD.

5.2.

Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu 2 ppm: id-diażinon, il-propetamfos, il-klorfenvinfos, id-diklofentjon, il-klorpirifos, il-fenklorfos, l-ethion, il-pirimfosmetil.

5.3.

Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu 0,5 ppm: iċ-ċipermetrin, id-deltametrin, il-fenvalerate, iċ-ċjalotrin, il-flumetrin.

5.4.

Il-kontenut tas-somma totali tas-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jaqbżu 2 ppm: id-diflubenżuron, it-triflumuron, id-dicyclanil.

L-ittestjar għandu jsir fuq suf mhux maħdum, qabel ma jgħaddi minn kwalunkwe trattament ta’ tixrib, għal kull lott ta’ suf jew darbtejn fis-sena jekk ikun hemm aktar minn żewġ lottijiet kull sena.

Dawn ir-rekwiżiti (kif dettaljati fil-punti 5.1, 5.2, 5.3 u 5.4 u meħuda separatament) ma japplikawx jekk tkun tista’ tiġi ppreżentata xhieda dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-bdiewa li jipproduċu mill-anqas 75 % tas-suf u tal-fibri tal-keratina inkwistjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni mingħand dawn il-bdiewa li s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx użati fl-għelieqi jew fuq l-annimali inkwistjoni.

Valutazzjoni u verifika għall-punti 5.1, 5.2, 5.3 u 5.4: L-applikant għandu jipprovdi jew id-dokumentazzjoni indikata hawn fuq jew rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: L-Abbozz tal-Metodu tal-Ittestjar Nru 59 tal-IWTO.

5.5.

Għall-effluwent tat-tagħrik maħruġ fid-drenaġġ, is-COD maħruġ fid-drenaġġ ma għandux jaqbeż is-60 g/kg tas-suf żejtni, u l-effluwent għandu jiġi trattat ‘il barra mis-sit sabiex jinkiseb tnaqqis ta’ 75 % oħra tal-kontenut tas-COD, espress bħala medja annwali.

Għall-effluwent tat-tagħrik ittrattat fuq is-sit u maħruġ fl-ilma tal-wiċċ, is-COD maħruġ fl-ilma tal-wiċċ ma għandux jaqbeż il-45 g/kg tas-suf żejtni. Il-pH tal-effluwent maħruġ fl-ilmijiet tal-wiċċ għandu jkun ta’ bejn is-6 u d-9 (ħlief jekk il-pH tal-ilma riċevitur ikun ‘il barra minn din il-firxa), u t-temperatura għandha tkun taħt il-40 °C (ħlief jekk it-temperatura tal-ilma riċevitur tkun ogħla minn dan il-valur). Il-fabbrika tat-tagħrik tas-suf għandha tiddeskrivi, fid-dettall, it-trattament tal-effluwent tat-tagħrik u tissorvelja kontinwament il-livelli tas-COD.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni u r-rapporti tal-ittestjar rilevanti għal dan il-kriterju, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: L-ISO 6060.

6.   Fibri taċ-ċellulożi magħmula mill-bniedem (inklużi l-visk, il-lijoċell, l-aċetat, il-kupru, u t-triaċetat)

6.1.

Il-livell tal-AOX fil-fibri ma għandux jaqbeż il-250 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: L-ISO 11480.97 (il-kombustjoni kontrollata u l-mikrokulometrija).

6.2.

Rigward il-fibri viski, il-kontenut tal-kubrit tal-emissjonijiet tal-komposti tal-kubrit fl-arja mill-ipproċessar matul il-produzzjoni tal-fibri, espress bħala medja annwali, ma għandux jaqbeż il-120 g/kg tal-fibri filamenti prodotti u t-30 g/kg tal-fibri prinċipali prodotti. Fejn jiġu prodotti ż-żewġ tipi ta’ fibri fuq sit determinat, l-emissjonijiet ġenerali ma jridux jaqbżu l-medja ppeżata korrispondenti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

6.3.

Rigward il-fibri viski, l-emissjoni taż-żingu fl-ilma mis-sit tal-produzzjoni, espressa bħala medja annwali, ma għandhiex taqbeż iż-0,3 g/kg.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

6.4.

Rigward il-fibri kupri, il-kontenut tar-ram tal-ilma effluwenti li jħalli s-sit, espress bħala medja annwali, ma għandux jaqbeż iż-0,1 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

7.   Poliamide

L-emissjonijiet fl-arja tal-N2O matul il-produzzjoni tal-monomeru, espressi bħala medja annwali, ma għandhomx jaqbżu l-10 g/kg tal-fibra tal-poliamide 6 prodotti u l-50 g/kg tal-poliamide 6.6 prodotti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

8.   Poliester

8.1.

L-ammont tal-antimonju fil-fibri tal-poliester ma għandux jaqbeż il-260 ppm. Fejn ma jintuża l-ebda antimonju, l-applikant jista’ jpoġġi ‘ħieles mill-antimonju’ (jew test ekwivalenti) fejn l-Ekotikketta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi jew dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: kif jiġi stabbilit direttament bl-Ispettrometrija Atomika tal-Assorbiment. L-ittestjar għandu jitwettaq fuq il-fibra mhux maħduma qabel il-proċessar bit-tixrib.

8.2.

L-emissjonijiet tal-VOCs matul il-polimerizzazzjoni u l-produzzjoni tal-fibri tal-poliester, imkejla fil-passi tal-proċess fejn iseħħu, inklużi wkoll l-emissjonijiet li jaħarbu, espressi bħala medja annwali, ma għandhomx ikunu ogħla minn 1,2 g/kg tar-reżina tal-poliester prodotta. (Il-VOCs huma kull kompost organiku li f’293,15 K ikollu pressa tal-fwar ta’ 0,01 kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kundizzonijiet partikolari tal-użu.)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u/jew rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

9.   Polipropilen

Ma għandhomx jintużaw pigmenti msejsa fuq il-ħadid.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

KRITERJI TAL-PROĊESSI U TAL-KIMIĊI

Il-kriterji għal din it-taqsima japplikaw, fejn hu xieraq, għall-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prodott, inkluża l-produzzjoni tal-fibri. Madankollu, huwa aċċettat li fibri riċiklati jista’ jkollhom ftit miż-żebgħa jew minn sustanzi oħra esklużi minn dawn il-kriterji, iżda biss jekk ikunu applikati fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tal-fibri.

10.   Awżiljarji u aġenti tal-finitura għall-fibri u l-ħjut

10.1.

Daqs: Mill-anqas 95 % (tal-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponent ta’ kull tħejjija tal-għoti tad-daqs applikata għall-ħjut għandhom ikunu bijodegradabbli biżżejjed, jew inkella jiġu riċiklati.

Titqies is-somma ta’ kull kompenent.

Valutazzjoni u verifika: F’dan il-kuntest, sustanza titqies bħala “bijodegradabbli biżżejjed”:

jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 301 A, OECD 301 E, ISO 7827, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, jew ISO 9888 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 70 % fi żmien 28 jum,

jew jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 302 C, OECD 301 D, ISO 10707, OECD 301 F, ISO 9408, ISO 10708 jew ISO 14593 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 60 % fi żmien 28 jum,

jew jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 303 jew ISO 11733 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 80 % fi żmien 28 jum,

jew, għas-sustanzi li għalihom dawn il-metodi tal-ittestjar ma japplikawx, jekk tiġi ppreżentata xhieda ta’ livell ekwivalenti ta’ bijodegradazzjoni.

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa, folji ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza, rapporti tal-ittestjar u/jew dikjarazzjonijiet, li jindikaw l-metodi tal-ittestjar u r-riżultati imsemmija hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għall-użu ta’ kull tħejjija tad-daqs.

10.2.

L-addittivi tas-soluzzjoni tal-għażil, l-addittivi tal-għażil u l-aġenti tat-tħejjijiet għall-għażil primarju (inklużi ż-żjut tal-imxit tas-suf, il-finituri bil-brim u l-lubrikanti): Mill-anqas 90 % (tal-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponent għandhom ikunu bijodegradabbli biżżejjed jew eliminati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-aġenti tat-tħejjijiet għall-għażil sekondarju (il-lubrikanti tal-brim, l-aġenti tal-kondizzjonament), iż-żjut li jagħtu l-għamla ta’ konu, iż-żjut tal-barma u t-tgħawwiġ, it-tipi tax-xama’, iż-żjut tax-xogħol bil-labar, iż-żjut silikoni u s-sustanzi inorganiċi. Titqies is-somma ta’ kull kompenent.

Valutazzjoni u verifika:’: F’dan il-kuntest, sustanza titqies bħala ‘bijodegradabbli biżżejjed jew eliminata fl-impjanti tat-trattament tal-ilma tal-iskart’:

jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 301 A, OECD 301 E, ISO 7827, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, jew ISO 9888 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 70 % fi żmien 28 jum,

jew jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 302 C, OECD 301 D, ISO 10707, OECD 301 F, ISO 9408, ISO 10708 jew ISO 14593 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 60 % fi żmien 28 jum,

jew jekk meta ttestjata b’wieħed mill-metodi OECD 303 jew ISO 11733 turi perċentwal ta’ degradazzjoni ta’ mill-anqas 80 % fi żmien 28 jum,

jew, għas-sustanzi li għalihom dawn il-metodi tal-ittestjar ma japplikawx, jekk tiġi ppreżentata xhieda ta’ livell ekwivalenti ta’ bijodigradazzjoni jew eliminazzjoni.

L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza, ir-rapporti tal-ittestjar u/jew id-dikjarazzjonijiet, li jindikaw il-metodi tal-ittestjar u r-riżultati kif jidhru hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju tali addittivi jew aġenti tal-addittivi kollha użati.

10.3.

Il-kontenut tal-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi (IAP) fil-proporzjon taż-żejt minerali ta’ prodott għandu jkun inqas minn 3 % fil-piż.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji tal-informazzjoni dwar is-sikurezza, il-folji tat-tagħrif dwar il-prodott jew id-dikjarazzjonijiet li jindikaw jew il-kontenut tal-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi jew in-nuqqas tal-użu tal-prodotti li jkun fihom iż-żjut minerali.

11.   Prodotti bijoċidali u bijostatiċi

Il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom), il-komposti tal-PCB u tal-organotin ma għandhomx jintużaw matul it-trasportazzjoni jew il-ħażna tal-prodotti u tal-prodotti nofshom manifatturati.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas tal-użu ta’ dawn is-sustanzi jew komposti fuq il-ħajt, id-drapp u l-prodott finali. Jekk din id-dikjarazzjoni tkun soġġetta għall-verifika, għandhom jintużaw il-metodu tal-ittestjar u l-limitu li ġejjin: l-estrazzjoni kif xierqa, id-derivatizzazzjoni bl-anidride aċetiku, l-istabbilizzazzjoni bil-kromatografija kapillari tal-gass likwidu u bil-kxif tal-qabda tal-elettron, il-valur tal-limitu 0,05 ppm.

12.   Tqaxxir jew tneħħija tal-pigmenti

Ma għandhomx jintużaw l-imluħa tal-metalli tqal (għajr għall-ħadid) jew il-formaldeide għat-tqaxxir jew għat-tneħħija tal-pigment.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

13.   Għoti tal-peżar

Ma għandhomx jintużaw il-komposti taċ-ċerju fl-għoti tal-peżar tal-ħjut jew tad-drapp.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

14.   Kimiki u tħejjijiet kimikali kollha

Ma għandhomx jintużaw l-alkilfenoletoksilati (APEOs), is-sulfonati lineari tal-alkilbenżene (LAS), il-bis(alkil tax-xaħam ta’ dam idroġenat) klorur tal-ammonju dimetil (DTDMAC), il-klorur tal-ammonju dimetil distearil (DSDMAC), id-di(xaħam ta’ dam imwebbes) klorur tal-ammonju dimetil (DHTDMAC), id-dijamin tal-etilene tetra aċetat (EDTA), u t-tijamin tad-dietilene penta aċetat (DTPA) u ma għandhom jagħmlu parti minn ebda tħejjija jew formolazzjonijiet użati.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

15.   Deterġenti, rattaba tad-drapp u aġenti li jikkumplessaw

F’kull sit fejn isir il-proċess tat-tixrib, mill-anqas 95 % fil-piż tar-rattaba tad-drapp, tal-aġenti li jikkumplessaw u tad-deterġenti għandhom ikunu degradabbli biżżejjed jew eliminati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

Dan huwa bl-eċċezzjoni ta’ surfactants fid-deterġenti u fir-rattaba tad-drapp f’kull sit fejn isir il-proċess tat-tixrib, li finalment għandhom ikunu bijodegradabbli b’mod aerobiku.

Valutazzjoni u verifika:‘Bijodegradabbli biżżejjed jew eliminati’ hija ddefinita hawn fuq fil-kriterju rigward l-aġenti awżiljarji u tal-finitura għall-ħjut u l-fibri. L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza, ir-rapporti tal-ittestjar u/jew id-dikjarazzjonijiet, li jindikaw il-metodi tal-ittestjar u r-riżultati kif hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għad-deterġenti, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw kollha użati.

‘Bijodegradazzjoni aerobika finali’ għandha tkun interpretata kif stipulata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa, il-folji ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza, ir-rapporti tal-ittestjar u/jew id-dikjarazzjonijiet, li jindikaw il-metodi tal-ittestjar u r-riżultati kif hawn fuq, u li juru konformità ma’ dan il-kriterju għas-surfactants kollha fid-deterġenti u fir-rattaba tad-drapp użati.

16.   Aġenti tal-ibbliċjar: Aġenti tal-klorin huma eżklużi għall-ibbliċjar ta’ ħjut, drappijiet u prodotti finali

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-produzzjoni tal-fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem. (Ara l-kriterju 6.1.)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ aġenti tal-ibbliċjar klorinati.

17.   Impuritajiet fiż-żebgħa: Materja tal-kulur b’affinità mal-fibra (solubbli jew mhux solubbli)

Il-livelli tal-impuritajiet ijoniċi fiż-żebgħa użata ma għandhomx jaqbżu dan li ġej: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.

Kull metall li jkun inkluż bħala parti integrali mill-molekula taż-żebgħa (eż. iż-żebgħa tal-metalli komplessi, ċerta żebgħa reattiva, eċċ.) ma għandux jiġi kkunsidrat meta tiġi valutata l-konformità ma’ dawn il-valuri, li għandhom x’jaqsmu biss mal-impuritajiet.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

18.   Impuritajiet fil-pigmenti: Materja ta’ kulur mhux solubbli mingħajr affinità mal-fibra

Il-livelli tal-impuritajiet joniċi għall-pigmenti użati ma għandhomx jaqbżu dan li ġej: As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 50 ppm; Cr 100 ppm; Hg 25 ppm; Pb 100 ppm; Se 100 ppm; Sb 250 ppm; Zn 1 000 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

19.   Żebgħa korrużiva tal-kromju

Mhix permessa ż-żebgħa korrużiva tal-kromju.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

20.   Żebgħa tal-komplessi metalliċi

Jekk tintuża żebgħa tal-komplessi metalliċi bbażata fuq ir-ram, il-kromju jew in-nikil:

20.1.

Fil-każ taż-żebgħa ċellulożi, meta ż-żebgħa tal-komplessi metalliċi tkun parti mir-riċetta taż-żebgħa, għandhom jiġu maħruġa għat-trattament tal-iskart (sewwa jekk fuq is-sit u sewwa jekk ‘il barra minnu) anqas minn 20 % ta’ kull waħda minn dik iż-żebgħa tal-kumplessi metalliċi applikata.

Fil-każ tal-proċessi l-oħra kollha taż-żebgħa, meta ż-żebgħa tal-komplessi tal-metalli tagħmel parti mir-riċetta taż-żebgħa, għandhom jiġu maħruġa għat-trattament tal-iskart (sewwa jekk fuq is-sit u sewwa jekk ‘il barra minnu) anqas minn 7 % ta’ kull waħda minn dik iż-żebgħa tal-komplessi metalliċi applikata (id-dħul għall-proċess).

L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: L-ISO 8288 għar-Cu, Ni; l-EN 1233 għall-Cr.

20.2.

L-emissjonijiet għall-ilma wara t-trattament ma għandhomx jaqbżu: il-75 mg/kg ta’ Cu (fibra, ħajt jew drapp); il-50 mg/kg ta’ Cr; il-75 mg/kg ta’ Ni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu jew rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: L-ISO 8288 għar-Cu, Ni; l-EN 1233 għall-Cr.

21.   Iż-żebgħa ażo

Ma għandu jintuża l-ebda kulur ażo li jista’ jaqbad ma’ kwalunkwe waħda mill-ammini aromatiċi li ġejjin:

4-aminodiphenyl

(92-67-1)

Benzidine

(92-87-5)

4-chloro-o-toluidine

(95-69-2)

2-naphtylamine

(91-59-8)

o-amino-azotoluene

(97-56-3)

2-amino-4-nitrotoluene

(99-55-8)

p-chloroaniline

(106-47-8)

2,4-diaminoanisol

(615-05-4)

4,4′-diaminodiphenylmethane

(101-77-9)

3,3′-dichlorobenzidine

(91-94-1)

3,3′-dimethoxybenzidine

(119-90-4)

3,3′-dimethylbenzidine

(119-93-7)

3,3′-dimethyl-4,4′-diaminodiphenylmethane

(838-88-0)

p-cresidine

(120-71-8)

4,4′-oxydianiline

(101-80-4)

4,4′-thiodianiline

(139-65-1)

o-toluidine

(95-53-4)

2,4-diaminotoluene

(95-80-7)

2,4,5-trimethylaniline

(137-17-7)

4-aminoazobenzene

(60-09-3)

o-anisidine

(90-04-0)

2,4-Xylidine

 

2,6-Xylidine

 

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa. Jekk din id-dikjarazzjoni tkun soġġetta għall-verifika għandu jintuża l-istandard li ġej = EN 14 362-1 u 2. (Nota: jistgħu jkunu possibbli l-pożittivi foloz rigward il-preżenza tal-4-aminoażobenżin, u għalhekk hija rrakkommandata l-konferma).

22.   Żebgħa li hija karċinoġena, mutaġenika, jew tossika għar-riproduzzjoni

22.1.

Ma għandhomx jintużaw it-tipi taż-żebgħa li ġejjin:

C.I. Aħmar Bażiku 9

C.I. Blu Mifrux 1

C.I. Aħmar Aċiduż 26

C.I. Vjola Bażiku 14

C.I. Oranġjo Mifrux 11

C.I. Iswed Dirett 38

C.I. Blu Dirett 6

C.I. Aħmar Dirett 28

C. I. Isfar Mifrux 3

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ tali żebgħa.

22.2.

Mhu permess l-ebda użu ta’ sustanzi taż-żebgħa jew ta’ preparazzjonijiet taż-żebgħa li għandhom aktar minn 0,1 % tal-piż ta’ sustanzi li fil-waqt tal-applikazzjoni tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mill-frażjiet tar-riskju li ġejjin (jew taħlita minnhom):

R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġenu),

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret),

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs),

R60 (jista’ jfixkel il-fertilità),

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda),

R62 (riskju possibbli ta’ fertilità difettuża),

R63 (riskju possibbli lit-tarbija mhux imwielda),

R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),

kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3).

B’mod alternattiv, il-klassifikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materjali mhux maħdumin li fil-waqt tal-applikazzjoni tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew taħlita minnhom): H351, H350, H340, H350i, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ tali żebgħa.

23.   Żebgħa li għandha l-potenzjal li tissensitizza

Ma għandhomx jintużaw it-tipi taż-żebgħa li ġejjin:

C.I. Blu Mifrux 3

C.I. 61 505

C.I. Blu Mifrux 7

C.I. 62 500

C.I. Blu Mifrux 26

C.I. 63 305

C.I. Blu Mifrux 35

 

C.I. Blu Mifrux 102

 

C.I. Blu Mifrux 106

 

C.I. Blu Mifrux 124

 

C.I. Kannella Mifrux 1

 

C.I. Oranġjo Mifrux 1

C.I. 11 080

C.I. Oranġjo Mifrux 3

C.I. 11 005

C.I. Oranġjo Mifrux 37

 

C.I. Oranġjo Mifrux 76

(li qabel kien deżinjat bħala Oranġjo 37)

 

C.I. Disperse Red 1

C.I. 11 110

C.I. Aħmar Mifrux 11

C.I. 62 015

C.I. Aħmar Mifrux 17

C.I. 11 210

C.I. Isfar Mifrux 1

C.I. 10 345

C.I. Isfar Mifrux 9

C.I. 10 375

C.I. Isfar Mifrux 39

 

C.I. Isfar Mifrux 49

 

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ din iż-żebgħa.

24.   Trasportaturi aloġenati għall-poliester

Ma għandhomx jintużaw trasportaturi aloġenati.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu.

25.   Stampar

25.1.

It-tipi tal-kolla tal-istampar użati ma għandux ikun fihom aktar minn 5 % tal-komposti volatili organiċi bħall-ispirtu l-abjad (VOCs: kull kompost organiku li fi 293.15 K ikollu pressa tal-fwar ta’ 0.01 kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kondizzonijiet partikolari tal-użu).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni li ma sar l-ebda stampar jew jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa sabiex juri l-konformità flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

25.2.

Mhux permess l-istampar ibbażat fuq il-plastisol.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni li ma sar l-ebda stampar jew jipprovdi d-dokumentazzjoni xierqa sabiex juri l-konformità flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

26.   Formaldeide

L-ammont tal-formaldeide mhux idrolizzabbli jew parzjalment idrolizzabbli fid-drapp finali ma għandux jaqbeż l-20 ppm għall-prodotti tat-trabi u t-tfal żgħar taħt it-3 snin, it-30 ppm għall-prodotti li jiġu f’kuntatt dirett mal-ġilda, u l-75 ppm għall-prodotti l-oħra kollha.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni li ma ġewx applikati prodotti li fihom il-formaldeide jew rapport tal-ittestjar, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: EN ISO 14184-1.

27.   Ħruġ tal-iskart tal-ilma mill-proċessar bit-tixrib

27.1.

L-ilma tal-iskart mis-siti tal-proċessar bit-tixrib (għajr minn siti tat-tagħrik tas-suf żejtni u s-siti tat-trattib tal-kittien) għandu, meta maħruġ wara t-trattament (fis-sit jew ‘il barra minnu) kontenut ta’ COD ta’ anqas minn 20 g/kg, espressi bħala medja annwali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-ISO 6060, li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

27.2.

Jekk l-effluwent jiġi ttrattat fuq is-sit u maħruġ direttament fl-ilma, għandu jkollu wkoll pH ta’ bejn 6 u 9 (għajr jekk il-pH tal-ilma riċevitur ikun ‘il barra minn din il-firxa) u temperatura ta’ anqas minn 40 °C (għajr jekk it-temperatura tal-ilma riċevitur tkun ogħla minn dan il-valur).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u r-rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

28.   Sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar

Is-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar li huma kimikament marbuta fil-fibra polimera jew fuq il-wiċċ tal-fibra (sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar reattivi) biss jistgħu jintużaw fil-prodott. Jekk is-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar użati għandhom kwalunkwe frażi R minn dawk mniżżla hawn taħt, dawn is-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar reattivi, mal-applikazzjoni, ibiddlu n-natura kimika tagħhom u ma jkunx għad hemm bżonn il-klassifikazzjoni tagħhom taħt l-ebda minn dawn il-frażijiet R. (Anqas minn 0.1 % tas-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar fuq il-ħajt jew drapp trattat jista’ jibqa’ fil-forma bħal ma kien qabel l-applikazzjoni.)

R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġenu),

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret),

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs),

R50 (tossiku ħafna għal organiżmi akkwatiċi),

R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R60 (jista’ jfixkel il-fertilità),

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda),

R62 (riskju possibbli ta’ fertilità difettuża),

R63 (riskju possibbli lit-tarbija mhux imwielda),

R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),

kif stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.

Is-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar li huma mħallta fiżikament biss fil-fibra polimera jew ġewwa kisja tessili huma esklużi (addittivi bis-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar).

B’mod alternattiv, il-klassifikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materjali mhux maħdumin li fil-waqt tal-applikazzjoni tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew taħlita minnhom): H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ġewx użati addittivi bis-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, jew jindika liema sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar reattivi ġew użati, jekk ġew użati, u jipprovdi d-dokumentazzjoni (bħala huma l-folji tal-informazzjoni dwar is-sikurezza) u/jew dikjarazzjonijiet li jindikaw illi dawk is-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar jikkonformaw ma’ dan il-kriterju.

29.   Finituri kontra l-feltru

Sustanzi jew preparazzjonijiet aloġenati jistgħu jiġu applikati lill-biċċiet irqaq tas-suf u biċċiet tas-suf maħlulin u mogħrkin.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu (għajr jekk użat għall-biċċiet irqaq tas-suf u biċċiet tas-suf maħlulin u mogħrkin).

30.   Finituri tad-drappijiet

Il-kelma “finituri” tkopri t-trattamenti fiżiċi u kimiċi kollha li lid-drappijiet tessili jagħtuhom proprjetajiet speċifiċi bħall-irtubija, ir-reżistenza għall-ilma, il-kura faċli...

Mhu permess l-ebda użu ta’ sustanzi ta’ finitura jew ta’ preparazzjonijiet ta’ finitura li għandhom aktar minn 0.1 % tal-piż tas-sustanza li jiġu mogħtija jew jistgħu jingħataw fiż-żmien tal-applikazzjoni f’waħda mill-fażjiet tar-riskju li ġejjin (jew taħlita minnhom):

R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġenu),

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret),

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs),

R50 (tossiku ħafna għal organiżmi akkwatiċi),

R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R60 (jista’ jfixkel il-fertilità),

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda),

R62 (riskju possibbli ta’ fertilità difettuża),

R63 (riskju possibbli lit-tarbija mhux imwielda),

R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),

kif stipulati fid-Direttiva 67/548/KEE.

B’mod alternattiv, il-klassifikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materjali mhux maħdumin li fil-waqt tal-applikazzjoni tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew taħlita minnhom): H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni li ma ġewx użati finituri, jew jindika liema finituri ġew użati u jipprovdi d-dokumentazzjoni (bħala huma l-folji tal-informazzjoni dwar is-sikurezza) u/jew dikjarazzjonijiet li jindikaw li dawn il-finituri jikkonformaw ma’ dan il-kriterju.

31.   Mili

31.1.

Il-materjali tal-mili li jikkonsistu mill-fibri tessili għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili (Nri minn 1 sa 9) fejn hu xieraq.

31.2.

Il-materjali tal-mili għandhom jikkonformaw mal-kriterju 11 dwar il-‘Prodotti bijoċidali jew bijostatiċi’ u l-kriterju 26 dwar ‘il-formaldeide’.

31.3.

Id-deterġenti u l-kimiki oħra wżati għall-ħasil tal-mili (ir-rix irqiq, ir-rix, il-fibri sintetiċi u naturali) għandhom jikkonformaw mal-kriterju 14 dwar ‘Il-Kimiċi Awżiljarji’ u l-kriterju 15 dwar ‘Id-Deterġenti, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw’.

Valutazzjoni u verifika: Kif indikati fil-kriterji korrispondenti.

32.   Kisjiet, laminati u membrani

32.1.

Il-prodotti magħmula mill-poliuretan għandhom jikkonformaw mal-kriterju stipulat fil-punt 3.1 li jirrigwarda l-landa organika u l-kriterju stipulat fil-punt 3.2 li jirrigwarda l-emissjoni fl-arja tad-diisoċjanati aromatiċi.

Valutazzjoni u verifika: Kif indikati fil-kriterji korrispondenti

32.2.

Il-prodotti magħmula mill-poliester għandhom jikkonformaw mal-kriterju stipulat fil-punt 8.1 li jirrigwarda l-ammont ta’ antimonju u l-kriterju stipulat fil-punt 8.2 li jirrigwarda l-emissjoni tal-VOCs waqt il-polimerizzazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: Kif indikati fil-kriterji korrispondenti.

32.3.

Il-kisjiet, il-laminati u l-membrani ma għandhomx ikunu prodotti bl-użu ta’ plastifikaturi jew solventi, li fil-waqt tal-applikazzjonijiet tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mill-frażijiet tar-riskju li ġejjin (jew taħlita minnhom):

R40 (xhieda limitata ta’ effett karċinoġenu),

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret),

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs),

R50 (tossiku ħafna għal organiżmi akkwatiċi),

R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R60 (jista’ jfixkel il-fertilità),

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda),

R62 (riskju possibbli ta’ fertilità difettuża),

R63 (riskju possibbli lit-tarbija mhux imwielda),

R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),

kif stipulati fid-Direttiva 67/548/KEE.

B’mod alternattiv, il-klassifikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materjali mhux maħdumin li fil-waqt tal-applikazzjoni tingħatalhom jew tista’ tingħatalhom waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew taħlita minnhom): H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-plastifikaturi jew solventi.

32.4.

L-emissjonijiet VOC fl-arja ma għandhomx ikunu ogħla minn 10 g C/kg.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u r-rapporti tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità.

33.   Użu tal-enerġija u tal-ilma

L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-użu tal-ilma u tal-enerġija għas-siti tal-manifattura involuti fil-proċess tat-tixrib.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

KRITERJI DWAR KEMM JIXRAQ GĦALL-UŻU

Il-kriterji li ġejjin japplikaw jew għall-ħajt miżbugħ, jew għad-drapp/ijiet finali, jew għall-prodott finali, bil-provi mwettqa kif xieraq.

34.   Bidliet fid-daqs matul il-ħasil u t-tnixxif

Il-bidliet fid-daqs wara l-ħasla u t-tnixxif ma għandhomx ikunu aktar minn:

aktar jew anqas minn 2 % għad-drapp tal-purtieri u tal-għamara li jista’ jinħasel u jinqala’,

aktar minn 8 % fin-negattiv jew 4 % fil-pożittiv għall-prodotti minsuġa oħra u prodotti b’saħħithom u mhux minsuġa, prodotti maħdumin bil-labar jew għax-xugamani terri.

Dan il-kriterju ma japplikax għal:

fibri jew ħjut,

prodotti tikkettjati biċ-ċar ‘dry clean only’ (naddaf fix-xott biss) jew ekwivalenti (safejn u sakemm tkun il-prattika normali li dawn il-prodotti jġorru din it-tikketta),

id-drapp tal-għamara li ma jinqalax u ma jinħasilx.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-istandards EN ISO 63 30, ISO 5077 kif ġej: 3 ħasliet f’temperaturi kif indikati fuq il-prodott, li jitnixxfu bit-tumble drier wara kull ċiklu ta’ ħasil sakemm ma jkunux indikati proċeduri oħra ta’ tnixxif fuq il-prodott.

35.   Żamma tal-kulur fil-ħasil

Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil għandha tkun mill-anqas fil-livelli 3-4 għall-bidla tal-kulur u mill-anqas fil-livelli 3-4 għat-tbajja’.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti ttikkettjati biċ-ċar ‘dry clean only’ (naddaf fix-xott biss) jew ekwivalenti (safejn tkun il-prattika normali li dawn il-prodotti jġorru din it-tikketta), għall-prodotti bojod jew il-prodotti li la jinżebgħu u lanqas ma jiġu stampati, jew għad-drapp tal-għamara li ma jinħasilx.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard EN li ġej: ISO 105 C06 (ħasla waħda f’temperatura kif immarkata fuq il-prodott, bit trab tal-perborat).

36.   Żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu jew alkalin)

Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu jew alkalin) għandu jkun mill-anqas fil-livelli 3-4 (bidla tal-kulur u tbajja’).

Madankollu huwa permess il-livell 3 meta d-drapp ikun miżbugħ skur (qawwa standard > 1/1) u magħmul minn suf riġenerat jew minn aktar minn 20 % ħarir.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għad-drappijiet tal-għamara, tal-purtieri jew tessuti simili maħsubin għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard EN li ġej: L-ISO 105 E04 (aċidu u alkalin, paragun mad-drapp ta’ ħafna kwalitajiet ta’ fibri).

37.   Żamma tal-kulur fit-tagħrik fl-imxarrab

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik fl-imxarrab għandu jkun mill-anqas fil-livelli 2-3. Madankollu huwa permess il-livell 2 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard EN li ġej: ISO 105 X12.

38.   Żamma tal-kulur fit-tagħrik fin-niexef

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik fin-niexef għandu jkun mill-anqas fil-livell 4.

Madankollu huwa permess livell ta’ 3-4 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għall-purtieri jew tessuti simili maħsubin għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard EN li ġej: ISO 105 X12.

39.   Żamma tal-kulur fil-dawl

Għad-drappijiet maħsubin għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu, il-livell taż-żamma tal-kulur għandu jkun mill-anqas ta’ livell 5. Għall-prodotti l-oħra kollha, iż-żamma tal-kulur fid-dawl għandu jkun mill-anqas ta’ livell 4.

Madankollu huwa permess il-livell 4 meta d-drappijiet maħsubin għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu jkollhom kulur ċar (qawwa standard < 1/12) kif ukoll ikunu magħmulin minn aktar minn 20 % suf u fibri oħra tal-keratin, jew aktar minn 20 % ħarir, jew aktar minn 20 % għażel jew fibri tat-tilju.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kisi tal-mili tal-imtieraħ, għall-protezzjoni tal-imtieraħ jew għall-ilbies ta’ taħt.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar, bl-użu tal-istandard EN li ġej: ISO 105 B02.

40.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Il-Kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandu jkollha t-test li ġej:

jinkoraġixxi l-użu ta’ fibri sostenibbli,

b’saħħtu u ta’ kwalità għolja,

sostanzi perikolużi huma ristretti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti kampjun tal-pakkett tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.