28.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Marzu 2009
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1830)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/300/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ittikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-Ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib fir-rigward tal-aspetti ambjentali prinċipali. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi dwar l-ekotikketta, imfassla abbażi tal-abbozz tal-kriterji magħmul mill-Bord għall-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti. |
(3) |
Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji dwar l-Ekotikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati ma’ dawk il-kriterji, għandha sseħħ fi żmien xieraq qabel ma jintemm il-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat. |
(4) |
B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni fil-ħin tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti tal-valutazzjoni u tal-verifika li kienu ġew stabbliliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tat-25 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (2). |
(5) |
Fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, huwa xieraq, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda biex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u dawk tas-suq. |
(6) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi mmodifikata d-definizzjoni tal-grupp tal-prodott stabbilita f’dik id-Deċiżjoni biex jitqiesu t-teknoloġiji ġodda. |
(7) |
Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2002/255/KE għalhekk għandha tiġi sostitwita. Peress li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ġie mtawwal sal-31 ta’ Ottubru 2009, dik id-Deċiżjoni għandha tinbidel sa’ mill-1 ta’ Novembru 2009. |
(8) |
Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti tal-valutazzjoni u tal-verifika għandhom ikunu validi sat-31 ta’ Ottubru 2013. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet” għandu jinkludi:
“Tagħmir elettroniku li jaħdem bil-kurrent tal-elettriku bl-iskop u l-funzjoni primarja li jirċievi, jiddekodifika u juri sinjali ta’ trasmissjoni tat-TV.”
Artikolu 2
Sabiex jingħata l-eko-tikketta Komunitarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, it-televiżjoni jrid jidħol fil-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet” u jrid jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Ottubru 2013.
Artikolu 4
Għal finijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lit-televiżjonijiet għandu jkun “022”.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2002/255/KE hija mħassra.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Novembru 2009.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 15, il-Volum 5, p. 177.
(2) ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 15, il-Volum 7, p. 47.
ANNESS
IL-QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Biex jingħata Ekotikketta, il-prodott għandu jkun konformi mal-kriterji ta’ dan l-Anness, li l-għan tagħhom huwa li jmexxu ‘l quddiem:
— |
it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali jew ir-riskji marbuta mal-użu tal-enerġija (it-tisħin globali, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis ta’ għejun ta’ enerġija li ma jiġġeddux), billi jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, |
— |
it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata mal-użu ta’ riżorsi naturali, |
— |
it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata mal-użu ta’ sustanzi perikolużi billi jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi tali. |
Barra minn hekk, il-kriterji jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni tal-aħjar prattika (l-aħjar użu ambjentali) u jsaħħu l-għarfien tal-konsumaturi dwar l-ambjent.
Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Anness (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).
Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifikazzjoni huma indikati f’kull kriterju.
Meta possibbli t-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji akkreditati kif jixraq jew laboratorji li jissodisfaw il-ħtiġijiet espressi fl-istandard EN ISO 17025 u li huma kompetenti li jwettqu t-testijiet rilevanti.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu d-dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).
IL-KRITERJI
1. Tfaddil tal-enerġija
(a) Standby b’mod passiv
i. |
Il-konsum tat-televiżjoni waqt li jkun standby b’mod passiv għandu ≤ 0,30 W ħlief meta l-kundizzjoni f’parti ii tiġi sodisfatta. |
ii. |
Għal televiżjonijiet bi swiċċ faċilment viżibbli jitfi kompletament, tant li meta l-iswiċċ ikun fil-pożizzjoni “mitfi”, il-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni tkun < 0,01 W, il-konsum tat-televiżjoni waqt li jkun standby b’mod passiv għandu jkun ≤ 0,30 W. |
(b) Il-konsum massimu tal-enerġija
Waqt il-modalità mixgħula il-konsum tal-enerġija tat-televiżjonijiet għandu jkun ≤ 200 W.
(ċ) L-Effiċjenza fl-Enerġija
Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,64 (20 W + A 4,3224 W/dm2).
Mill-1 ta’ Jannar 2011, sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,51 (20 W + A 4,3224 W/dm2).
Mill-1 ta’ Jannar 2013, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,41 (20 W + A 4,3224 W/dm2).
Fejn A hija l-arja viżibbli tal-iskrin (1) espressa f’dm2.
Il-valutazzjoni u l-verifika (il-punti b) sa d)): it-televiżjoni għadu jiġi eżaminat għall-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula fil-kundizzjoni li jkun wasal fiha għand il-konsumatur, skont l-istandard rivedut IEC62087, u jintuża s-sinjal dinamiku tax-xandir tal-vidjo (“Il-Metodi ta’ Kejl għall-Konsum tal-Enerġija ta’ Tagħmir tal-Awdjo, tal-Vidjo u ta’ tagħmir ieħor relatat”). Jekk it-televiżjoni jkollu menu obligatorju hekk kif jinxtegħel, il-valuri pprogrammati minn qabel għandhom ikunu l-issettjar rakkomandat mill-manufattur għall-użu normali fid-dar. Rapport tat-test għandu jiġi provdut mill-applikant għall-korp kompetenti ta’ għotja li juri li t-televiżjoni jissodisfa ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a) sa c).
Biex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ a) ii), l-applikant għandu jiddikjara li t-televiżjoni tagħhom huwa konformi mar-rekwiżiti u jipprovdi evidenza fotografika rigward is-swiċċ li jitfi kompletament.
Sabiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ c), l-applikant għandu juri li kull televiżjoni tagħhom bl-Ekotikketta meta tqiegħed l-ewwel darba fis-suq wara d-dati li hemm imniżżla fil-kriterja se jissodisfa l-kriterja xierqa għall-effiċenza tal-enerġija. Jekk dan ma jistax jintwera l-korp kompetenti joħroġ biss il-liċenzja tal-Ekotikketta għall-perjodu li fih tista’ tintwera konformità.
2. Il-Kontenut ta’ Merkurju tal-Lampi Fluworexxenti
L-ammont totali ta’ merkurju (Hg), fil-lampi kollha, għal kull skrin, ma għandux ikun akbar minn 75 mg għal skrins bi skrin viżibbli dijagonali sa u jinkludi 40 pulzier. (101 cm.)
L-ammont totali ta’ merkurju (Hg), fil-lampi kollha, għal kull skrin, ma għandux ikun akbar minn 99 mg għal skrins bi skrin viżibbli dijagonali akbar minn 40 pulzier. (101 cm.)
Il-valutazzjoni u l-verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li t-televiżjonijiet tagħhom huma konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Hi għandha tinkludid-dokumentazzjoni dwar l-għadd ta’ lampi użati u t-total ta’ kontenut ta’ merkurju tal-lampi, mingħand il-fornituri.
3. L-estensjoni tat-tul tal-ħajja
Il-manifattur għandu joffri garanzija kummerċjali li tiżgura li t-televiżjoni jibqa’ jiffunzjona għal mill-inqas sentejn. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-kunsinna lill-klijent.
Id-disponibbiltà tal-partijiet elettroniċi kompatibbli li jinbidlu għandha tkun garantita għal 7 snin minn meta tieqaf il-produzzjoni.
Il-valutazzjoni u l-verifika: l-applikant irid jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dawn ir-rekwiżiti.
4. Id-disinn għaż-żarmar
Il-manufattur għandu juri li t-televiżjoni jista’ jiżżarma faċilment minn riċiklaturi professjonisti mħarrġa bl-użu tal-għodda li s-soltu jkolhom għad-dispożizzjoni tagħhom, bl-iskop li:
— |
isir xogħol ta’ tiswija u tibdil ta’ partijiet mherrija; |
— |
jaġġornaw partijiet aktar antiki jew partijiet skaduti u |
— |
jisseparaw il-partijiet u l-materjali, fl-aħħar mill-aħħar għar-riċiklaġġ. |
Sabiex jiġi ffaċilitat iż-żarmar:
— |
It-tagħmir ġewwa t-televiżjoni għandu jkun jista’ jiġi żarmat, eż. il-viti, “snap-fixes”, speċjalment għall-partijiet li għandhom sustanzi perikolużi. |
— |
Partijiet tal-pastik għandhom ikunu magħmulin minn polimeru wieħed jew minn polimeri kompatibbli għar-riċiklaġġ u jkollhom il-marka tal-ISO11469 rilevanti jekk huma ikbar minn 25 g bħala massa. |
— |
Ma għandux jintuża interzjar ta’ metall li ma jistax jiġi sseparat. |
— |
Id-dejta dwar in-natura u l-ammont ta’ sustanzi perikolużi fit-televiżjoni għadhom jinġabru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/121/KE (2) u skont Sistema Armonizzata Globali tal-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS). |
Il-valutazzjoni u l-verifika: Rapport tal-eżami għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-applikazzjoni li tispjega fid-dettal kif jiżżarma it-televiżjoni. Għandu jkun fiha djagramma sploduta tat-televiżjoni li timmarka l-komponenti ewlenin kif ukoll tidentifika kwalunkwe sustanza perikoluża fil-komponenti. Tista’ tkun fil-format bil-miktub jew dak awdjoviżiv. It-tagħrif li jirrigwarda s-sustanzi perikolużi għandu jiġi pprovdut lill-korp kompetenti tal-għotja f’forma ta’ lista ta’ materjali u tidentifika t-tip ta’ materjali, il-kwantità użata u l-lokalità.
5. Il-Metalli Tqal u s-Sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-Nar
(a) |
Il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju 6 + jew sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar bħall-bifenil polibrominat (PBB) jew l-eteru difenil polibrominat (PBDE) kif elenkati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ma għandhomx jintużaw fit-televiżjoni sakemm l-applikazjonijiet ta’ dawn is-sustanzi mhumiex imniżżlin fl-Anness għad-Direttiva bħala eżenti mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva jew sakemm il-valur massimu ta’ konċentrazzjoni mhuwiex ugwali għal jew inqas mil-limitu speċifikat fl-istess Anness. Rigward l-Anness, il-valur massimu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun < 0.1 %. |
(b) |
Il-partijiet tal-plastik ma għandux ikollhom sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, jew preparazzjonijiet li jkun fihom sustanzi, li jiġu assenjati jew jistgħu jiġu assenjati, fiż-żmien tal-applikazzjoni,l-ebda minn dawn il-frażijiet tar-riskju li ġejjin jew taħlita minnhom:
kif definiti fid-Direttiva 2006/121/KE. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għas-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar jiġifieri dawk li ladarba jintużaw jinbidlulhom il-propjetajiet tagħhom (jiġifieri li filfatt ma jinstabux fil-prodott finali f’konċentrazzjoni > 0,1 %) tant li l-frażijiet identifikati bl-R ta’ hawn fuq ma japplikawx aktar. |
Il-valutazzjoni u l-verifika: Għandu jiġi ppreżentat ċertifikat iffirmat mill-manufattur tat-televiżjoni li jiddikjara l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti lill-korp kompetenti tal-għotja. Il-korp kompetenti tal-għotja għandu jiġi pprovdut ukoll b’dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata mill-fornituri tal-plastik u tas-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar u l-kopji ta’ skedi ta’ dejta rilevanti għas-sikurezza tal-materjali u tas-sustanzi. Is-sustanzi kollha li jwaqqfu t-tixrid tan-nar li jintużaw għandhom jiġu indikati b’mod ċar.
6. L-istruzzjonijiet għall-utent
It-televiżjoni għandu jinbiegħ bit-tagħrif rilevanti għall-utent li jipprovdi l-parir li jipprovdi pariri dwar l-użu xieraq ambjentali tiegħu. It-tagħrif għandu jitqiegħed f’post wieħed u faċli biex jinstab fl-istruzzjonijiet għall-utent kif ukoll fil-websajt tal-manufattur. It-tagħrif jinkludi, b’mod partikolari:
(a) |
Il-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni fil-modalitajiet varji: mixgħul, mitfi, standby b’mod passiv, inkluż it-tagħrif dwar l-iffrankar tal-enerġija possibbli fil-modalitajiet differenti. |
(b) |
Il-medja tal-konsum annwali tal-enerġija tat-televiżjoni mfissra f’kWh, ikkalkulata abbażi tal-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula, waqt li jitħaddem 4 sigħat kull ġurnata 365 ġurnata fis-sena. |
(ċ) |
Tagħrif li l-effiċjenza tal-enerġija tnaqqas il-konsum tal-enerġija u b’hekk tiffranka l-flus billi tnaqqas il-kontijiet tal-elettriku. |
(d) |
L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar kif tnaqqas il-konsum tal-enerġija meta ħadt ma jkun qed jara t-televiżjoni:
|
(e) |
Il-pożizzjoni tal-iswiċċ li jitfi kompletament (jekk hemm wieħed installat). |
(f) |
It-tagħrif dwar it-tiswija rigward min hu kwalifikat biex isewwi t-televiżjonijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt kif jixraq. |
(g) |
L-istruzzjonijiet ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja għar-rimi xieraq tat-televiżjonijiet f’żoni ta’ kumdità ċivika jew permezz ta’ bejjiegħ ta’ skemi ta’ ritorn (retailer take-back schemes) kif applikabbli, li għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(h) |
It-tagħrif illi l-prodott ġie mogħti l-fjura (l-Ekotikketa tal-UE), bi spjegazzjoni qasira dwar xi tfisser, flimkien ma’ indikazzjoni li aktar tagħrif dwar l-Ekotikketta jinstab fl-indirizz tal-websajt: http://www.ecolabel.eu |
Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dawn il-ħtiġijiet, u għandu jipprovdi kopja tal-manwal tal-istruzzjonijiet lill-korp kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni.
7. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta
Il-Kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:
— |
Effiċjenza għolja fl-enerġija |
— |
L-emissjonijiet imnaqqsa tas-CO2 |
— |
Iddisinjat sabiex jiffaċilita t-tiswija u r-riċiklaġġ. |
Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ din il-ħtieġa, u għandu jipprovdi kopja tal-Ekotikketta kif tidher fuq il-pakkett u/jew il-prodott u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom għall-korp kompetenti tal-għotja.
(1) L-erja tal-iskrin: Din hija l-erja tal-iskrin f’dm2. Hija ugwali għal [id-daqs tal-iskrin × id-daqs tal-iskrin × 0,480] għal skrin standard (proporzjon tad-dehra ta’ 4:3), u [id-daqs tal-iskrin × id-daqs tal-iskrin × 0,427] għal skrin wiesa’ (proporzjon tad-dehra ta’ 16:9).
(3) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 31, p. 127.
(4) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 7, p. 359.