5.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 146/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 497/2008

ta’ l-4 ta’ Ġunju 2008

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji għal ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Montenegro

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007, dwar ċertu proċeduri għall-applikazzjoni ta’ Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (‘il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni’), kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-15 ta’ Ottubru 2007. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni qiegħed fil-proċess ta’ ratifika.

(2)

Fil-15 ta’ Ottubru 2007 ġie konkluż Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro min-naħa l-oħra (2) (‘il-Ftehim Temporanju’), li kien approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 (3). Il-Ftehim Temporanju jipprovdi għad-dħul fis-seħħ bikri tad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u dawk relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

(3)

Il-Ftehim Temporanju u l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistipulaw li ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Montenegro jistgħu jkunu importati fil-Komunità, fil-limiti tal-kwoti tariffarji Komunitarji, b’rata ta’ dazju mnaqqsa jew rata zero.

(4)

Il-kwoti tariffarji stipulati fil-Ftehim Temporanju u fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annwali u ġew stipulati għal żmien indeterminat. Jeħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji Komunitarji għall-2008 u s-snin ta’ wara u li jsir provvediment għal sistema komuni għall-amministrazzjoni tagħhom.

(5)

Din l-amministrazzjoni komuni għandha tiżgura li l-importaturi kollha tal-Komunità għandhom aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti tariffarji u li r-rati stipulati għall-kwoti huma applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti kkonċernati lejn l-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jintużaw kollha. Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tas-sistema, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jiġbdu mill-volumi tal-kwoti l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu għall-importazzjonijiet attwali. Jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din ta’ l-aħħar b’mod partikolari għandha tkun tista' tissorvelja r-rata ta' kif jintużaw il-kwoti u tinforma l-Istati Membri b'dan. Għalraġunijiet ta’ ħeffa u effiċjenza, il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha, safejn hu possibbli, tkun elettronika.

(6)

Il-kwoti li nfetħu b’dan ir-regolament għalhekk għandhom jitmexxew skond is-sistema ta’ amministrazzjoni ta’ preferenzi tariffarji fi ħdan il-kwoti tariffarji mfassla għall-użu skond l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali li huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(7)

Skond il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju, il-volumi tal-kwoti tariffarji għal sardin ippreparat jew ippreservat u għal inċova ppreparata jew ippreservata għandhom mill-1 ta’ Jannar tar-raba’ sena wara li jidħol fis-seħħ il-Ftehim Temporanju, jiżdiedu għal 250 tunnellata sakemm għall-anqas 80 % mill-ammont totali tal-kwoti tariffarji ta’ qabel ikunu ntużaw sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Il-volumi tal-kwoti miżjuda, jekk implimentati, għandhom ikomplu japplikaw sakemm il-partijiet għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju jiftehmu mod ieħor.

(8)

Billi l-Ftehim Temporanju jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jibqa' japplika wara li jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Montenegro u elenkati fl-Anness li jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità għandhom jibbenefikaw minn rata ta' dazju mnaqqsa jew rata żero, fil-livelli u fil-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Komunità stipulati fl-Anness.

Sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rati preferenzjali, għandhom ikunu akkumpanjati minn prova ta’ l-oriġini kif stipulat fil-Protokoll 3 tal-Ftehim Temporanju mal-Montenegro jew fil-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Montenegro.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.   Komunikazzjonijiet li jirreferu għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, safejn hu possibbli, ikunu elettroniċi.

Artikolu 3

1.   Il-kwoti tariffarji għal sardin ippreparat jew ippreservat u għal inċova ppreparata jew ippreservata msemmija fl-Anness taħt in-numri ta’ l-ordni 09.1524 u 09.1525 għandhom jiżdiedu għal 250 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2012 sa l-2012 u s-snin ta’ wara.

2.   Iż-żieda msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi applikata biss jekk għall-anqas 80 % tal-volumi tal-kwoti tariffarji miftuħa matul is-sena ta’ qabel ikunu ntużaw fir-raba’ sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Temporanju.

Artikolu 4

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw flimkien mill-qrib sabiex jiżguraw l-osservanza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 2.

(3)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali tiġi determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn il-kodiċijiet tan-NM ta' qabel huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi tan-NM

Is-subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-Kwota Tariffarja Annwali (piż nett ta’ tunnellati)

Rata tad-dazju tal-kwota

09.1516

0301 91 10

 

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Onchorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imqadded, immellaħ jew fis-salmura, affumigat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, tħin u pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

20 tunnellata

Eżenti

0301 91 90

 

0302 11 10

 

0302 11 20

 

0302 11 80

 

0303 21 10

 

0303 21 20

 

0303 21 80

 

0304 19 15

 

0304 19 17

 

ex 0304 19 19

30

ex 0304 19 91

10

0304 29 15

 

0304 29 17

 

ex 0304 29 19

30

ex 0304 99 21

11 , 12 , 20

ex 0305 10 00

10

ex 0305 30 90

50

0305 49 45

 

ex 0305 59 80

61

ex 0305 69 80

61

09.1518

0301 93 00

 

Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imqadded, immellaħ jew fis-salmura, affumigat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, tħin u pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

10 tunnellati

Eżenti

0302 69 11

 

0303 79 11

 

ex 0304 19 19

20

ex 0304 19 91

20

ex 0304 29 19

20

ex 0304 99 21

16

ex 0305 10 00

20

ex 0305 30 90

60

ex 0305 49 80

30

ex 0305 59 80

63

ex 0305 69 80

63

09.1520

ex 0301 99 80

80

Sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imqadded, immellaħ jew fis-salmura, affumigat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, tħin u pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

20 tunnellata

Eżenti

0302 69 61

 

0303 79 71

 

ex 0304 19 39

80

ex 0304 19 99

77

ex 0304 29 99

50

ex 0304 99 99

20

ex 0305 10 00

30

ex 0305 30 90

70

ex 0305 49 80

40

ex 0305 59 80

65

ex 0305 69 80

65

09.1522

ex 0301 99 80

22

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imqadded, immellaħ jew fis-salmura, affumigat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, tħin u pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

20 tunnellata

Eżenti

0302 69 94

 

ex 0303 77 00

10

ex 0304 19 39

85

ex 0304 19 99

79

ex 0304 29 99

60

ex 0304 99 99

70

ex 0305 10 00

40

ex 0305 30 90

80

ex 0305 49 80

50

ex 0305 59 80

67

ex 0305 69 80

67

09.1524

1604 13 11

 

Sardin ippreparat jew ippreservat

200 tunnellata (1)

6  %

1604 13 19

 

ex 1604 20 50

10 , 19

09.1525

1604 16 00

 

Inċova ppreparata jew ippreservata

200 tunnellata (1)

12,5  %

1604 20 40

 


(1)  Mill-1 ta’ Jannar 2012 il-volumi tal-kwoti tariffarji għall-2012 u s-snin ta’ wara għandhom jiżdiedu għal 250 tunnellata sakemm għall-anqas 80 % tal-kwoti tas-snin ta’ qabel ikunu ntużaw sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Il-volum tal-kwoti miżjud, jekk implimentat, ikompli japplika sa dak il-waqt li l-partijiet jiftehmu mod ieħor.