28.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 86/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 279/2008

tas-27 ta’ Marzu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mit-28 ta' Marzu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,11

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,11

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2811

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,11

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2811

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2811

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2811  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

28,11

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2811

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).