18.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 191/1 |
DIRETTIVA 2008/57/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Ġunju 2008
dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
(tfassil mill-ġdid)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 71 u 156 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (4) ġew sostanzjalment emendati bid-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Peress li qed jiġu introdotti emendi ġodda, id-Direttivi għandhom jiġu riformulati biex ikunu aktar ċari u d-dispożizzjonijiet tagħhom għandhom jingħaqdu fi strument wieħed bil-għan li jiġu simplifikati. |
(2) |
Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini ta' l-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni, huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam ta' l-istandardizzazzjoni teknika, kif previst fl-Artikolu 155 tat-Trattat. |
(3) |
Bl-iffirmar tal-Protokoll adottat fi Kyoto fit-12 ta' Diċembru 1997 l-Unjoni Ewropea obbligat ruħha li tnaqqas l-emissjonijet tal-gass serra. Dawn l-għanijiet jeħtieġu aġġustament fil-bilanċ bejn id-diversi modi ta' trasport, u b'hekk żieda fil-kompetittività tat-trasport ferrovjarju. |
(4) |
L-istrateġija tal-Komunità għall-integrazzjoni ta' l-implikazzjonijiet ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli fil-politika tat-trasport tagħha tenfasizza l-bżonn ta' azzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport. |
(5) |
It-tħaddim ferrovjarju kummerċjali matul in-netwerk ferrovjarju jeħtieġ b'mod partikolari kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiċi ta' l-infrastruttura u dawk tal-vetturi, kif ukoll interkonnessjoni effiċjenti tas-sistemi ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ta' l-amministraturi ta' l-infrastrttura u ta' l-impriżi ferrovjarji differenti. Il-livelli ta' l-operat, tas-sigurtà, tal-kwalità tas-servizz u l-ispejjeż jiddependu minn din il-kompatibilità u l-interkonnessjoni, kif tiddependi wkoll, b'mod partikolari, l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. |
(6) |
L-Istati Membri huma responsabbli biex jassiguraw il-konformità mar-regoli tas-sigurtà, tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jgħoddu għan-netwerk ferrovjarju in ġenerali waqt l-iddisinjar, il-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u l-operazzjoni ta' dawk il-ferroviji. |
(7) |
Hemm differenzi kbar bejn ir-regolamenti nazzjonali u bejn ir-regoli interni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-ferroviji japplikaw, billi dawn jinkorporaw tekniki li huma speċifiċi għall-industriji nazzjonali u jippreskrivu dimensjonijiet u apparati speċifiċi kif ukoll karatteristiċi speċjali. Din is-sitwazzjoni żżomm il-trejnijiet milli jkunu kapaċi jiċċirkolaw mingħajr xkiel madwar in-netwerk Komunitarju. |
(8) |
Matul is-snin din is-sitwazzjoni ħolqot rabtiet stretti bejn l-industriji ferrovjarji nazzjonali u l-ferroviji nazzjonali, għad-detriment tal-ftuħ ġenwin tas-swieq. Biex tiżdied il-kompetittività tagħhom fuq livell dinji, dawn l-industriji jeħtieġu suq Ewropew, miftuħ u kompetittiv. |
(9) |
Jeħtieġ għalhekk li wieħed jiddefinixxi l-ħtiġijiet essenzjali bażiċi għall-Komunità kollha li għandhom jgħoddu għas-sistema ferrovjarja tagħha. |
(10) |
Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ittieħdet miżura inizjali mill-Kunsill fit-23 ta' Lulju 1996 bl-adozzjoni tad-Direttiva 96/48/KE. Sussegwentament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2001/16/KE. |
(11) |
Id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (6), id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzar ta' impriżi dwar ferroviji (7) u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u l-ħlas ta' imposti għall-użu ta' ċertifikazzjoni ta' infrastruttura tal-ferroviji u sigurtà (8) għandu impatt fuq l-implimentazzjoni ta' l-interoperabilità. Bħal fil-każ ta' arranġamenti oħra dwar it-trasport, l-estensjoni ta' drittijiet ta' aċċess irid ikun hemm magħha l-miżuri meħtieġa għall-armonizzazzjoni. Għalhekk hi meħtieġa l-implimentazzjoni ta' interoperabilità fin-netwerk kollu billi jiġi estiż progressivament l-ambitu ġeografiku tad-Direttiva 2001/16/KE. Hu meħtieġ ukoll li l-bażi ġuridika tad-Direttiva 2001/16/KE tiġi estiża għall-Artikolu 71 tat-Trattat, li fuqu nbniet id-Direttiva 2001/12/KE. |
(12) |
L-iżvilupp ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs) wera l-ħtieġa li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-ħtiġijiet essenzjali u t-TSIs, min-naħa l-waħda, u l-istandards Ewropej u dokumenti oħra ta' natura regolatorja min-naħa l-oħra. B'mod partikolari, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-istandards jew partijiet minn standards li għandhom ikunu obbligatorji biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-istandards “armonizzati” li ġew żviluppati fl-ispirtu ġdid ta' kif għandhom jiġu ttrattati l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi. |
(13) |
Bħala regola, l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jiżviluppaw fl-ispirtu ta' kif qed jiġu ttrattati mill-ġdid l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi. Jippermettu li tinkiseb preżunzjoni ta' konformità ma' ċerti ħtiġijiet essenzjali ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fil-każ tal-kostitwenti u interfaces ta' l-interoperabilità. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, jew il-partijiet applikabbli tagħhom, mhumiex obbligatorji u ma tista' ssir ebda referenza espliċita għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet fit-TSIs. Referenzi għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u l-Istati Membri jippubblikaw ir-referenzi għall-istandards nazzjonali billi jittrasponu l-istandards Ewropej. |
(14) |
F'ċerti każi TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita għal standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej meta jkun tassew meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. Referenza espliċita bħal din iġġib konsegwenzi li għandhom jiġu ċċarati; b'mod partikolari, dawn l-istandards jew speċifikazzjonijiet Ewropej isiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. |
(15) |
It-TSI tistabbilixxi l-kundizzjonjijiet kollha li kostitwent ta' interoperabilità għandu jkun konformi magħhom, u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tiġi evalwata l-konformità. Barra dan, hemm bżonn li jkun speċifikat li kull kostitwent għandu jgħaddi mill-proċedura li tevalwa l-konformità u l-adegwatezza għall-użu indikat fit-TSIs u jkollu ċ-ċertifikat korrispondenti. |
(16) |
Meta jiġu żviluppati TSIs ġodda, l-għan għandu dejjem jkun li tiġi żgurata l-kompatibilità mas-sistema awtorizzata eżistenti. Dan jgħin fil-promozzjoni tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u jipprevjeni spejjeż oħra bla bżonn permezz tar-rekwiżit għall-aġġornar jew it-tiġdid ta' sotto-sistemi awtorizzati eżistenti sabiex tkun żgurata kompatibilità b'lura. F'dawk il-każi eċċezzjonali meta ma jkun possibbli li tiġi żgurata l-kompatitbilità, it-TSIs jistgħu jistabbilixxu l-qafas meħtieġ sabiex ikun deċiż jekk is-sotto-sistema eżistenti għandiex tiġi awtorizzata mill-ġdid u jkunu deċiżi l-iskadenzi korrispondenti. |
(17) |
Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sigurtà l-Istati Membri jassenjaw kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad titniżżel f'reġistru nazzjonali tal-vetturi. Ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni mill-Istati Membri kollha u minn ċerti partijiet ekonomiċi tal-Komunità. Ir-reġistri għandhom ikunu konsistenti f'dak li hu format ta' informazzjoni. Għandhom għalhekk ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet operatorji u tekniċi komuni. |
(18) |
Il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' ħtiġijiet essenzali applikabbli għal sotto-sistema li għadhom mhumiex koperti bi speċifikazzjonijiet dettaljati fit-TSIs korrispondenti għandhom ikunu speċifikati. F'każ bħal dan, il-korpi responsabbli għall-istima dwar konformità u proċeduri ta' verifika għandhom ikunu l-korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. |
(19) |
Id-distinzjoni bejn sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja u sistema ferrovjarja konvenzjonali ma tiġġustifikax l-eżistenza ta' dawn iż-żewġ direttivi distinti. Il-proċeduri ta' l-iżvilupp ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabilità huma identiċi għaż-żewġ sistemi, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità u tas-sotto-sistemi. Il-ħtiġijiet essenzjali huma prattikament identiċi, kif ukoll is-suddiviżjoni tas-sistema f'sotto-sistemi li għandhom ikunu s-suġġett ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Min-naħa l-oħra, billi t-trejnijiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament minn netwerk ta' veloċità għolja għal netwerk konvenzjonali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jaqblu fil-biċċa l-kbira; ix-xogħlijiet ta' żvilupp tat-TSIs urew ukoll li, għal ċerti sotto-sistemi, TSI waħda biss tista' taqdi ż-żewġ sistemi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu integrati d-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. |
(20) |
Id-Direttiva 2004/50/KE kienet tipprevedi estensjoni gradwali ta' l-ambitu tad-Direttiva 2001/16/KE skond l-adozzjoni ta' TSIs ġodda jew ir-reviżjoni ta' TSIs eżistenti. L-ambitu ta' din id-Direttiva iħaddan fih, wara d-dħul tagħha fis-seħħ, netwerks trans-Ewropej konvenzjonali u ta' veloċità kbira kif iddefiniti fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji ta' gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (9), kif ukoll il-vetturi li jistgħu jiċċirkolaw fuq dawn in-netwerks. Dan l-ambitu se jiġi estiż gradwalment għan-netwerks u l-vetturi kollha bil-kundizzjoni li valutazzjoni ta' l-impatt turi l-interess ekonomiku tagħhom. |
(21) |
Fid-dawl ta' l-approċċ gradwali sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u tal-ħin konsegwentment meħtieġ għall-adozzjoni tat-TSIs, għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn Stati Membri jadottaw regoli nazzjonali ġodda jew jidħlu għal proġetti biex tiżdied id-diversita' tas-sistema preżenti. |
(22) |
L-adozzjoni ta' l-approċċ progressiv tissodisfa l-ħtiġijiet speċjali ta' l-għan ta' l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, li hi kkaratterizzata minn infrastruttura nazzjonali u vetturi qodma li jeħtieġu investiment qawwi għall-adattament jew it-tiġdid, u għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex il-ferroviji ma jiġux ippenalizzati ekonomikament meta mqabbla ma' modi oħra ta' trasport. |
(23) |
Fir-Riżoluzzjonijiet Leġislattivi tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 1999 fuq il-pakkett ferrovjarju l-Parlament talab li l-ftuħ gradwali tas-settur ferrovjarju għandu jimxi id f'id mal-miżuri ta' l-armonizzazzjoni teknika l-aktar mgħaġġlin u effikaċi possibbli. |
(24) |
Il-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Ottubru 1999 talab lill-Kummissjoni tipproponi stateġija dwar it-titjib ta' l-interoperabilità tat-trasport ferrovjarju u tnaqqas l-intoppi bil-għan li telimina l-ostakli tekniċi, amministrattivi u ekonomiċi fl-interoperabilità tan-netwerk mingħajr dewmien filwaqt li tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà u taħriġ u kwalifiki tal-persunal ikkonċernat. |
(25) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 fuq l-iżvilupp ferrovjarju tal-Komunità (10), il-kumpaniji ferrovjarji għandhom ikunu żiedu l-aċċess għan-netwerk ferrovjarju ta' l-Istati Membri, li min-naħa l-oħra jeħtieġ l-interoperabilità ta' l-infrastruttura, it-tagħmir, il-vetturi ferrovjarji, u s-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-operat, li jinkludu dawk il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà fuq ix-xogħol meħtieġa fl-operat u l-manutenzjoni tas-sotto-sistemi in kwistjoni u għall-implimentazzjoni ta' kull TSI. Madanakollu, mhux l-għan ta' din id-Direttiva, direttament jew indirettament, li tarmonizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur ferrovjarju. |
(26) |
Billi, fid-dawl tal-firxa u tal-komplessità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja, instab li jeħtieġ, għal raġunijiet prattiċi, li din is-sistema tinqasam fis-sotto-sistemi li ġejjin: l-infrastruttura, il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni, l-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, it-tħaddim u l-immaniġġjar tat-traffiku, il-manutenzjoni u l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għal kull waħda minn dawn is-sotto-sistemi, il-ħtiġijiet essenzjali għandhom jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu determinati għall-Komunità kollha, partikolarment fir-rigward tal-kostitwenti u l-konġunzjonijiet, biex dawn il-ħtiġijiet essenzjali jintlaħqu. L-istess sistema tinqasam f'elementi fissi u mobbli: li jkun fihom min naħa l-waħda, in-netwerk, magħmul mil-linji, l-istazzjonijiet, it-terminals, u kull tip ta' tagħmir fiss meħtieġ biex jiżgura t-tħaddim sikur u kontinwu tas-sistema u min naħa oħra, il-vetturi kollha li jivvjaġġaw f'dan in-netwerk. Għalhekk, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, vettura tikkonsisti minn sotto-sistema waħda (vetturi ferrovjarji) u fejn ikun applikabbli parti waħda jew aktar minn sotto-sistemi oħra (speċjalment il-parti abbord tas-sotto-sistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u l-parti abbord tas-sotto-sistema ta' l-enerġija). |
(27) |
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabilità tas-sistema m'għandhiex toħloq xkiel li mhux ġustifikat f'termini ta' spejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji għall-preservazzjoni tan-netwerk ferrovjarju eżistenti ta' kull Stat Membru, għandhom jaraw li jżommu l-għan ta' l-interoperabilità. |
(28) |
It-TSIs għandhom impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti, u huwa għalhekk meħtieġ li dawn l-utenti jiġu kkonsultati fuq aspetti li jikkonċernawhom. |
(29) |
Kull Stat Membru kkonċernat għandu jitħalla ma japplikax ċerti TSIs f'każijiet speċjali, dejjem jekk ikun hemm proċeduri biex jassiguraw li dawn id-derogi jkunu ġustifikati. L-Artikolu 155 tat-Trattat jeħtieġ li attivitajiet Komunitarji fil-qasam ta' l-interoperabilità jqisu l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti. |
(30) |
It-tfassil tat-TSIs u l-applikazzjoni tagħhom fis-sistema ferrovjarja m'għandhomx jimpedixxu l-innovazzjoni teknoloġika, li għandha tkun immirata lejn titjib fil-mod ta' kif joperaw ekonomikament. |
(31) |
Għandu jittieħed vantaġġ mill-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, partikolarment fil-każ tal-merkanzija, biex jimplimentaw il-kundizzjonijiet għal interoperabilità akbar bejn il-modi tat-trasport. |
(32) |
Biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet xierqa dwar il-proċeduri tax-xiri fis-settur ferrovjarju u b'mod partikolari d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-partijiet kontraenti għandhom jinkludu tekniċi speċifiċi fid-dokumenti ġenerali jew fil-kundizzjonijiet għal kull kuntratt. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li jinbena corpus ta' speċifikazzjonijiet Ewropej biex iservi bħala referenza għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
(33) |
Sistema internazzjonali ta' standardizzazzjoni li tkun kapaċi tiġġenera standards li effettivament jintużaw minn dawk involuti fil-kummerċ internazzjonali u li jilħqu l-ħtiġijiet tal-politika Komunitarja għandhom ikunu fl-interess tal-Komunità. Il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom għalhekk jissoktaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-korpi internazzjonali għall-istandardizzazzjoni. |
(34) |
L-entitajiet kontraenti għandhom jiddefinixxu kundizzjonijiet oħra bħal dawn kif ikun hemm bżonn biex jiġu sodisfatti speċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jilħqu l-ħtiġijiet essenzjali li ġew armonizzati fil-livell Komunitarju u li s-sistema ferrovjarja għandha tissodisfa. |
(35) |
Il-proċeduri li jirregolaw l-istima tal-konformità jew dwar l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti għandhom jiġu bbażati fuq l-użu ta' moduli koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (12). Safejn ikun possibbli u biex jiġi promoss l-iżvilupp industrijali, huwa approprjat li jitfasslu l-proċeduri li jinvolvu sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità. |
(36) |
Il-konformità tal-kostitwenti hi l-aktar marbuta mal-qasam ta' l-użu tagħhom biex tiġi ggarantita l-interoperabilità tas-sistema u mhux biss għall-moviment ħieles tagħhom fis-suq Komunitarju. L-idoneità għall-użu tal-kostitwenti l-iżjed kritiċi fir-rigward tas-sigurtà, id-disponibilità jew is-sistema ekonomika għandha tiġi stmata. Huwa għalhekk mhux meħtieġ li fabbrikant iwaħħal it-tikketta “CE” ma' kostitwenti li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' l-stima dwar il-konformità u/jew l-idoneità għall-użu, id-dikjarazzjoni tal-fabbrikant għandha tkun biżżejjed. |
(37) |
Il-fabbrikanti huma xorta waħda obbligati li jwaħħlu t-tikketta “CE” fuq ċerti komponenti biex jiċċertifikaw il-konformità tagħhom ma' dispożizzjonijiet oħra relatati magħhom. |
(38) |
Meta TSI tidħol fis-seħħ, ċertu għadd ta' kostitwenti ta' interoperabilità jkunu diġà fis-suq. Jeħtieġ li jiġi previst perjodu ta' transizzjoni sabiex dawn il-kostitwenti jkunu jistgħu jiġu integrati f'sotto-sistema jekk ma jkunux strettament konformi ma' dik it-TSI. |
(39) |
Is-sotto-sistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' verifika. Din il-verifika għandha tagħmilha possibbli li l-awtoritajiet responsabbli għall-awtorizzazzjoni rigward it-tqegħid tagħhom fis-servizz biex dawn ikunu ċerti li, waqt l-istadji meta dawn jiġu ddisinjati, mibnija u mdaħħla fis-servizz, ir-riżultat ikun konformi mar-regolamenti u d-dispożizzjonijiet tekniċi u operattivi li jkunu fis-seħħ. Din għandha wkoll tagħmilha possibbli biex il-fabbrikanti jkunu jistgħu joqogħdu fuq l-ugwaljanza fit-trattament ikun xi jkun il-pajjiż. Huwa għalhekk meħtieġ jiġi stabbilit modulu jew aktar li jiddefinixxu l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jgħoddu għall-verifika “KE” tas-sotto-sistemi. |
(40) |
Wara d-dħul fis-servizz ta' sotto-sistema, jeħtieġ jiġi żgurat li din is-sotto-sistema titħaddem u tinżamm b'mod konformi mal-ħtiġijiet essenzjali li jikkonċernawha. Taħt id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija) (13) ir-responsabbiltà għall-ħarsien ta' dawn ir-rekwiżiti hija ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura jew ta' l-impriża ferrovjarja, kull wieħed responsabbli mis-sotto-sistemi tiegħu stess. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw li dawn il-ħtiġijiet qed jiġu osservati waqt l-għoti taċ-ċertifikati ta' sikurezza jew tal-ftehimiet ta' sikurezza konformi ma' l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE. |
(41) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-vetturi, il-proċedura għad-dħul fis-servizz għandha tiġi ċċarata u għandha titqies id-definizzjoni ta' vettura li tikkonsisti minn sistema waħda jew aktar. Barra dan, billi d-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE jittrattaw sotto-sistemi ġodda u aġġornati u billi d-Direttiva 2004/49/KE titratta vetturi li qed jintużaw, id-dispożizzjonijiet kollha riġward l-awtorizazzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta' vetturi għandhom jiġu integrati f'din id-Direttiva. Aktar minn hekk, bl-għan li jkun iffaċilitat it-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u li jitnaqqas il-piż amministrattiv, għandha tiżdied proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tipi ta' vettura. Sabiex tiġi iffaċilitata din l-proċedura u tgħin fl-identifikar tat-tip tal-vettura, għandu jiġi stabbilit Registru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati, u tieħu ħsiebu l-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”). |
(42) |
L-esperjenza wriet li l-implimentazzjoni ta' proċedura bħal din fuq livell nazzjonali hi ħafna drabi kkomplikata u suġġetta għal rekwiżiti nazzjonali differenti li jkunu neqsin mit-trasparenza, jew ukoll jidduplikaw lil xulxin. B'konsegwenza t'hekk, din il-proċedura hi ostaklu ewlieni għall-ħolqien ta' impriżi ferrovjarji ġodda, b'mod partikulari fi-settur tal-merkanzija. Għalhekk għandhom jittieħu passi sabiex ikunu ċċarati u ssimplifikati l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi. L-ewwel għandu jiġi stabbilit il-prinċipju ġenerali li awtorizzazzjoni waħda hija biżżejjed għan-netwerk ferrovjarju tal-Komunità kollha. It-tieni, il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi li jkunu konformi mat-TSI għandha tkun aktar sempliċi u aktar ħafifa mill-każ ta' non-konfomità mat-TSI. It-tielet, għandu jiġi applikat kemm jista' jkun il-prinċipju ta' l-għarfien reċiproku: meta vettura tkun diġà daħlet fis-servizz fi Stat Membru, l-Istati Membri l-oħra m'għandhomx jinvokaw regoli nazzjonali biex jimponu rekwiżiti bla bżonn u verifikazzjonijiet żejda, sakemm dawn ma jkunux strettament meħtieġa għall–verifikazzjoni tal-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerk relevanti. Għan dan l-għan, regoli nazzjonali għandhom jiġu kklassifikati u mqabbla skond lista sabiex jiġi determinat sa fejn ir-regoli nazzjonali jistgħu jiġu dikjarati bħala ekwivalenti f'termini ta' rekwiżiti, ta' prestazzjoni u ta' sikurezza. Ir-raba', għandu jiġi osservat il-prinċipju taċ-ċertezza legali fir-rigward tar-riżultat tal-proċedura. Għal dan l-għan, fin-nuqqas ta' deċiżjoni minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza fil-limiti taż-żmien preskritti, l-applikant għandu jiġi awtorizzat li jdaħħal vettura fis-servizz. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun possibbli biss jekk il-vettura tkun diġà ġiet awtorizzata minn Stat Membru ieħor. Barra minn dan, l-użu ta' vetturi bħal dawn jista' jkun possibbli biss minn impriża ferrovjarja jew minn amministratur ta' l-infrastruttura ċċertifikat kif xieraq skond id-Direttiva 2004/49/KE, u taħt ir-responsabbiltà sħiħa tagħhom. |
(43) |
Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-vetturi li jaqblu mat-TSI u għall-vetturi li ma jaqblux mat-TSI huma differenti. Jista' jkun hemm każijiet fejn l-għażla tal-proċedura ma tkunx ċara. Vetturi li jaqgħu taħt l-iskop tal-vetturi li jaqblu mat-TSI għandhom ikunu dawk il-vetturi li jkollhom fis-seħħ it-TSIs rilevanti kollha, inkluż għall-inqas it-TSI fuq il-vetturi ferrovjarji. Dan ifisser li tkun ġiet stabbilita parti sinifikanti mir-rekwiżiti essenzjali. Per eżempju, sakemm jasal iż-żmien li jidħol fis-seħħ TSI fuq lokomotivi konvenzjonali, il-lokomotivi jaqgħu fi ħdan l-iskop ta' vetturi li ma jaqblux mat-TSI anke jekk dawn jistgħu jikkonformaw ma' TSIs rilevanti oħrajn li jkunu fis-seħħ fiż-żmien meta jidħlu fis-servizz. |
(44) |
Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu koperti f'TSI, huma identifikati f'Anness għat-TSI bħala “punti miftuħin”. Meta vettura li taqbel ma' TSI diġà tkun ġiet awtorizzata fi Stat Membru wieħed, awtorizzazzjonijiet addizzjonali għandhom jikkunsidraw biss dawk il-punti miftuħin li huma relatati mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk. |
(45) |
Il-lista ta' parametri li għandhom jiġu ċċekkjati b'konnessjoni mad-dħul fis-servizz ta' vetturi li ma jaqblux ma' TSI, hija element ewlieni sabiex tinkiseb interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, b'mod partikolari rigward il-vetturi eżistenti. Din il-lista tikkunsidra l-esperjenza fuq numru limitat ta' netwerks. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-Aġenzija tirrevedi l-parametri f'Anness VII u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li hi tikkunsidra xierqa lill-Kummissjoni. |
(46) |
Il-proċedura tal-verifika “KE” għandha tkun ibbażata fuq it-TSIs. Dawn it-TSIs huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva 93/38/KEE. Il-korpi notifikati responsabbli biex jeżaminaw il-proċeduri dwar il-konformità fl-istima u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti, flimkien mal-proċedura għall-istima tas-sotto-sistemi għandhom, b'mod partikolari fl-assenza ta' xi speċifikazzjoni Ewropea, jikkoordinaw id-deċiżjonijiet tagħhom mill-qrib kemm jista' jkun. |
(47) |
Il-korpi notifikati għandhom jiġu strutturati b'tali mod li jilħqu l-kriterji li għandhom jgħoddu għal dan it-tip ta' korp fis-setturi kollha ta' l-approċċ il-ġdid f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-armonizzjoni teknika u l-verifika tal-konformità, partikolarment il-kriterji ta' indipendenza u ta' kompetenza. |
(48) |
It-TSIs jiġu riveduti f'intervalli regolari. Meta jiġu skoperti żbalji kritiċi, għandha tiġi stabbilita proċedura mgħaġġla ad hoc b'tali mod li jiġi miftiehem corrigendum proviżorju fil-kuntest ta' kumitat, li mbagħad jiġi ppubblikat mill-Aġenzija. Dan jippermetti użu iktar bikri ta' dan il-corrigendum mill-partijiet involuti kollha, inklużi l-industrija, l-entitajiet innotifikati u l-awtoritajiet, li jiddependi fuq reviżjoni formali tat-TSI mill-Kummissjoni. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni ma' “corrigenda” uffiċjali tal-Kummissjoni, se jintuża t-terminu opinjoni teknika. Din il-proċedura hija konformi mal-mandat adottat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2007 dwar qafas ta' mandat għall-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, għar-rendiment ta' ċertu attivitajiet skond id-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. Madanakollu, jekk it-TSI teħtieġ li tiġi emendata minħabba żball importanti jew kritiku, għandha tiġi addottata proċedura ta' riviżjoni. |
(49) |
Id-definizzjoni ta' detentur għandha tkun l-iktar viċin possibbli għad-definizzjoni użata fil-Konvenzjoni ta' l-1999 dwar il-Ġarr Ferrovjarju Internazzjonali (COTIF). Ħafna entitajiet jistgħu jiġu identifikati bħala detentur ta' vettura, bħal ma hu l-proprjetarju, il-kumpanija li tinnegozja flotta ta' vaguni, il-kumpanija li tikri b'għażla ta' xiri vetturi lill-impriża ferrovjarja, l-impriża ferrovjarja, l-amministratur ta' l-infrastruttura li juża vetturi għaż-żamma ta' l-infrastruttura. Dawn l-entitajiet għandhom kontroll fuq il-vettura minħabba l-użu tagħha bħala mezz ta' trasport mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi ta' l-infrastruttura. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, id-detentur għandu jkun identifikat b'mod ċar fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi. |
(50) |
Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (14). |
(51) |
Jeħtieġ mod partikolari li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta u taġġorna t-TSIs. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia, billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn ghandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' regolamentazzjoni b'kontroll prevista mill-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(52) |
Meta, minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-limiti ta' żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tapplikal-proċedura ta' urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha b'TSIs jew emendi għalihom. |
(53) |
Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja fuq skala Komunitarja, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri peress illi l-ebda Stat Membru m'hu f'pożizzjoni li jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex tinkiseb l-interoperabilità u jista' għaldaqstant jintlaħaq aħjar mill-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-propozjonalita', stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
(54) |
F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u sabiex jagħmluhom pubbliċi (15). |
(55) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva fil-liġi nazzjonali trid tkun limitata għad-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu emenda fundamentali fil-konfront tad-direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dipożizzjonijiet mhux mibdula jirriżulta mid-Direttivi preċedenti. |
(56) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/49/KE u d-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE għandhom għaldaqstant jiġu mħassra. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Skop u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tibda biex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal-Komunità, b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE. Dawn il-kondizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, titjib ta' kwalità, tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kondizzjonijiet tas-saħħa u sigurtà tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha.
2. It-tfittxija ta' dan l-għan għandha twassal għal definizzjoni ta' l-ogħla livell ta' armonizzazzjoni teknika u tagħmel possibbli:
(a) |
tiffaċilita, ittejjeb u tiżvuluppa servizzi internazzjonali ta' trasport bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi terzi; |
(b) |
tikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-immodernizzar u l-operat tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità; |
(ċ) |
tikkontribwixxi għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità. |
3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-miżuri li huma jadottaw fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva:
(a) |
metros, trams u sistemi oħra ta' ferrovija ħafifa; |
(b) |
netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja u li huma maħsuba biss għall-operat ta' servizzi tal-passiġieri lokali, urbani jew sotto-urbani, kif ukoll impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks; |
(ċ) |
infrastruttura ferrovjarja privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn li jeżistu biss għall-użu mill-proprjetarju għall-ġarr tal-merkanzija tiegħu stess; |
(d) |
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strett lokali, storiku jew turistiku. |
4. L-iskop tat-TSIs għandu jitwessa' progressivament skond l-Artikolu 8 għas-sistema ferrovjarja kollha, inkluż l-aċċess ta' binarji għal terminali u faċilitajiet ewlenin tal-portijiet li jaqdu jew li għandhom il-potenzjal li jaqdu aktar minn utent wieħed, u bla ħsara għad-derogi dwar l-applikazzjoni ta' TSIs kif elenkati fl-Artikolu 9.
Artikolu 2
Defenizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(a) |
“sistema ferrovjarja trans-Ewropea” tfisser sistemi ferrovjarji konvenzjonali u ta' veloċità għolja trans-Ewropej kif stipulati fl-Anness I, punti 1 u 2, rispettivament; |
(b) |
“interoperabilità” tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' treni li jilħqu l-livelli meħtieġa fl-operat ta' dawn il-linji. Din l-abbilità tiddependi mill-kundizzjonijet regolatorji, tekniċi operattivi kollha li għandhom jintlaħqu biex jiġu koperti l-ħtiġijiet essenzjali; |
(ċ) |
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja li timxi fuq ir-roti tagħha stess fuq linji ferrovjarji bi trazzjoni jew mingħajrha. Vettura hija komposta minn sotto-sistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar jew minn partijiet ta' sotto-sistemi bħal dawn; |
(d) |
“netwerk” tfisser il-linji, stazzjonijet, terminali, u kwalunkwe tip ta' tagħmir fiss meħtieġ sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema ferrovjarja; |
(e) |
“sotto-sistemi” tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tas-sistema, kif tidher fl-Anness II. Dawn is-sotto-sistemi, li għalihom għandhom jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet essenzjali, jistgħu ikunu strutturali jew funzjonali; |
(f) |
“kostitwenti ta' l-interoperabilità” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-sotto-sistema li fuqha l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament. Il-kunċett ta' “kostitwent” ikopri kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli bħal software; |
(g) |
ħtiġijiet essenzjali il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja, mis-sotto-sistemi u mill-kostitwenti ta' l-interoperabilità, inklużi l-konġunzjonijiet; |
(h) |
“Speċifikazzjoni Ewropea” speċifikazzjoni teknika komuni, approvazzjoni teknika Ewropea jew standard nazzjonali li jisposta standard Ewropew, kif definit fl-Anness XXI għad-Direttiva 2004/17/KE; |
(i) |
“l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabilità” (“TSI”), tfisser speċifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva li biha sotto-sistema jew parti minn sotto-sistema tkun koperta biex tilħaq il-ħtiġijiet essenzjali u biex tassigura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja; |
(j) |
“korpi notifikati” tfisser il-korpi li jkunu responsabbli biex jagħmlu stima tal-konformità jew ta' l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità jew biex jivvalutaw il-proċedura “KE” għall-verifika tas-sotto-sistemi; |
(k) |
“parametri bażiċi” tfisser kwalunkwe kundizzjoni regolatorja, teknika jew operattiva li tkun essenzjali għall-interoperabilità u li trid tkun speċifikata fit-TSIs relevanti; |
(l) |
“każ speċifiku” tfisser kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea li jkollha bżonn dispożizzjonijiet speċjali fit-TSIs, jew temporanji inkella definittivi, minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi, topografiċi jew ta' l-ambjent urban jew minħabba dawk li jeffettwaw il-kompatibilità mas-sistema eżistenti. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari linji ferrovjarji u netwerks iżolati mill-bqija tal-Komunità, il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju bejn il-linji u l-vetturi strettament maħsub għall-użu lokali, reġjonali jew storiku, kif ukoll il-vetturi li joriġinaw minn jew li jkunu iddestinati lejn pajjiżi terzi; |
(m) |
“titjib fil-kwalità” tfisser kull tibdil sostanzjali f'sotto-sistema jew parti ta' sotto-sistema li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sotto-sistema; |
(n) |
“tiġdid” tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali fuq sotto-sistema jew parti minn sotto-sistema li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sotto-sistema; |
(o) |
“sistema ferrovjarja eżistenti” tfisser kwalunkwe struttura magħmula minn linji jew stallazzjonijiet fissi ta' sistema ferrovjarja eżistenti flimkien mal-vetturi tal-kategoriji u l-oriġini kollha li jivvjaġġaw fuq dik l-infrastruttura; |
(p) |
“sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni” tfisser kull tibdil ta' komponenti b'oħrajn li jagħmlu l-istess funzjoni u prestazzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva; |
(q) |
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-operazzjonijiet kollha li permezz tagħhom is-sotto-sistema jew il-vettura titqiegħed fl-istat ta' operazzjoni tagħha skond kif ippjanat; |
(r) |
“entità kontraenti” tfisser kull entità, pubblika jew privata, inkarigata mid-disinn u/jew kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzar ta' sotto-sistema. Din l-entità tista' tkun kumpanija ferrovjarja, l-amministratur ta' l-infrastruttura jew id-detentur, jew id-detentur ta' konċessjoni li huwa responsabbli mit-twettiq ta' proġett; |
(s) |
“detentur” tfisser il-persuna jew l-entità li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistratta bħala tali fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi imsemmi fl-Artikolu 33; |
(t) |
“proġett fi stadju avvanzat ta' żvilupp” tfisser kull proġett li l-fażi tal-ħolqien/ippjanar tiegħu hija fi stadju fejn modifika ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tkun inaċċettabbli għall-Istat Membru kkonċernat. Dan ix-xkiel jista' jkun ta' natura legali, kuntrattwali, ekonomika, finanzjarja, soċjali jew ambjentali, u għandu jkun ġustifikat kif xieraq; |
(u) |
“standard armonizzat” tfisser kwalunkwe standard Ewropew adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti teckniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (16) f'rabta ma' mandat mill-Kummissjoni mfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 (3) ta' dik id-Direttiva, li, waħdu jew flimkien ma' standards oħra, jipprovdi soluzzjoni rigward il-konformità ma' dispożizzjoni legali; |
(v) |
“awtorità nazzjonali tas-sigurtà” tfisser awtorità tas-sigurtà kif definita fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2004/49/KE; |
(w) |
“tip” tfisser tip ta' vettura li tiddefinixxi l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tal-vettura kif koperta minn ċertifikat uniku ta' l-eżami tat-tip deskritt fil-modulu B tad-Deċiżjoni 93/465/KEE; |
(x) |
“serje” tfisser numru ta' vetturi ta' tip ta' disinn identiku; |
(y) |
“aġenzija” tfisser “l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji” kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament ta' l-Aġenzija) (17); |
(z) |
“entità responsabbli mill-manutenzjoni” tfisser entità responsabbli għall-manutenzjoni ta' vettura u rreġistrata bħala tali fir-reġistru nazzjonali għall-vetturi. |
Artikolu 3
Kompatibilità Ġenerali
1. Din id-Direttiva tgħodd għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, għal kull sotto-sistema, il-kostitwenti ta' l-interoperabilità, l-interfaces u l-proċeduri kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità globali tas-sistema ferrovjarja meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabilità tagħha.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja rilevanti oħra. Madanakollu, fil-każ tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità, inklużi l-konġunzjonijiet, il-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali ta' din id-Direttiva jistgħu jeħtieġu l-użu ta' speċifikazzjonijiet Ewropej individwali magħmula għal dak l-iskop.
Artikolu 4
Rekwiżiti essenzjali
1. Is-sistema ferrovjarja, is-sotto-sistemi u l-kostitwenti ta' l-interoperabilità inklużi l-interfaces għandhom jilħqu l-ħtiġijiet rilevanti essenzjali.
2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri msemmija fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2004/17/KE li huma meħtieġa biex jikkompletaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħrajn li jintużaw fil-Komunità m'għandhomx ikunu konfliġġenti mal-ħtiġijiet essenzjali.
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-INTEROPERABILITÀ (TSIs)
Artikolu 5
Kontenut tat-TSIs
1. Kull waħda mis-sotto-sistemi għandha tkun koperta minn TSI; Meta meħtieġ, sotto-sistema tista' tkun koperta minn numru ta' TSIs u TSI waħda tista' tkopri diversi sotto-sistemi. Id-deċiżjoni biex tiġi żviluppata u/jew riveduta TSI u l-għażla ta' l-ambitu tekniku u ġeografiku tagħha teħtieġ mandat skond l-Artikolu 6(1).
2. Is-sotto-sistemi għandhom jikkonformaw mat-TSIs li jkunu fis-seħħ meta dawn jitpoġġew fis-servizz, jiġu modernizzati jew imġedda, b'konformità ma' din id-Direttiva; din il-konformità għandha tinżamm permanentement sakemm kull susbsistema tkun qed tintuża.
3. Sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1, kull TSI għandha:
(a) |
tindika l-għan maħsub tagħha (parti min-netwerk jew vetturi msemmija fl-Anness I; sotto-sistema jew parti ta' sotto-sistema msemmija fl-Anness II); |
(b) |
b) tippreskrivi ħtiġijiet essenzjali għal kull sotto-sistema involuta u l-interfaces tagħha vis-a-vis sotto-sistemi oħra; |
(ċ) |
tistabbilixxi speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-sotto-sistema u l-interfaces tagħha fir-rigward tas-sotto-sistemi l-oħra. Jekk ikun hemm il-bżonn, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skond l-użu tas-sotto-sistema, per eżempju skond il-kategoriji tal-linja, tal-hub u/jew tal-vetturi kif previst fl-Anness I; |
(d) |
jistabbilixxi l-kostitwenti ta' l-interoperabilità u l- interfaces li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja; |
(e) |
tgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi assessjata l-konformità jew l-adattabilità għall-użu tal-kostitwenti ta' interoperabilità, min-naħa waħda, jew il-verifika KE tas-sotto-sistemi, min-naħa l-oħra. Dawn il-proċeduri għandhon ikunu bażati fuq il-moduli mfissra fid-Deċiżjoni Nru 93/465/KEE; |
(f) |
jindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni tat-TSIs. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma; |
(g) |
jindika, għall-persunal konċernati, il-kwalifiċi professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fix-xogħol għall-operat u l-manutenzjoni tas-sotto-sistema ta' hawn fuq, kif ukoll għall-implimentazzjoni tat-TSIs. |
4. Kull TSI għandha ssir fuq il-bażi ta' eżami tas-sotto-sistema eżistenti u tindika bħala mira sotto-sistema li tista' tinkiseb gradwalment f'perjodu ta' żmien raġonevoli. B'hekk, l-adozzjoni gradwali tat-TSIs u l-konformità magħhom għandha tgħin gradwalment biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.
5. It-TSIs għandhom iżommu, b'mod xieraq, il-kompatibilità tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' kull Stat Membru. B'dan il-għan, tista' ssir dispożizzjoni għal każijiet speċifiċi ta' kull TSI, fir-rigward kemm tan-netwerk kif ukoll tal-vetturi; attenzjoni speċjali għandha tingħata lil kull loading gauge, lit-track gauge jew lill-ispazju ta' bejn il-binarji u l-vetturi li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn pajjiżi terzi. Għal kull każ speċifiku, it-TSIs għandhom jistipulaw regoli għall-implimentazzjoni ta' l-elementi tat-TSIs indikati fil-paragrafi 3(c) sa (g).
6. Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu espliċitament koperti f'TSI, għandhom ikunu identifikati biċ-ċar bħala punti miftuħa f'anness tat-TSI. L-Artikolu 17(3) għandu japplika għal dawn l-aspetti.
7. It-TSIs m'għandhomx ikunu ta' xkiel għad-deċiżjonijiet mill-Istati Membri rigward l-użu ta' l-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs.
8. It-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita u ċara għal standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, jew għal dokumenti tekniċi ppubblikati mill-Aġenzija, meta dan hu strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. F'każ bħal dan, dawn l-istandards jew speċifikazzjonijiet Ewropej (jew il-partijiet rilevanti tagħhom) jew id-dokumenti tekniċi għandhom jitqiesu bħala annessi tat-TSI konċernata u għandhom isiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. Fin-nuqqas ta' standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej, jew ta' dokumenti tekniċi, u sakemm dawn jiġu żviluppati, tista' ssir referenza għal dokumenti normattivi identifikati biċ-ċar; f'każ bħal dan, dan għandu jikkonċerna dokumenti li jkunu faċilment aċċessibbli u li jappartjenu għall-pubbliku.
Artikolu 6
Adozzjoni, reviżjoni u pubblikazzjoni ta' TSIs
1. Abbozzi ta' TSIs u abbozzi ta' emendi sussegwenti għal TSIs għandhom jiġu abbozzati mill-Aġenzija skond mandat tal-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3) ta' din id-Direttiva. Għandhom jiġu abbozzati skond l-Artikoli 3 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 u b'koperazzjoni mal-Gruppi ta' Ħidma imsemmija f'dawk l-Artikoli.
Il-miżuri li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkumplimentawha bit-TSIs jew b'emendi għalihom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 29(5).
2. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tħejjija tar-reviżjoni u l-aġġornament tat-TSIs u biex tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 biex tieħu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi fit-teknoloġija jew ħtiġijiet soċjali. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 dwar tali rakkomandazzjonijiet.
3. Kull abbozz ta' TSI għandu jitfassal f'żewġ stadji.
L-ewwelnett, l-Aġenzija għandha tidentifika l-parametri bażiċi għat-TSI kif ukoll l-interfaces mas-sotto-sistemi l-oħra u kull każ speċifiku ieħor li jkun meħtieġ. L-aktar soluzzjonijiet alternattivi u vijabbli flimkien ma' ġustifikazzjoni teknika u ekonomika għandhom jitressqu għal kull wieħed minn dawn il-parametri u interfaces.
L-Aġenzija mbagħad trid tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi ta' dawn il-parametri bażiċi. Meta xieraq, għandha tikkunsidra l-progress tekniku, ix-xogħol dwar standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħdima li diġà qed jagħmlu xogħolhom u x-xogħol magħruf ta' riċerka. Stima ġenerali ta' kemm se tkun tiswa l-implimentazzjoni tat-TSIs u l-benefiċċji tagħha għandha tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti; minbarra dan, din l-istima ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti.
4. L-abbozzar, adozzjoni u reviżjoni ta' kull TSI (inklużi l-parametri bażiċi) għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż u l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet kollha li jiġu kkunsidrati, flimkien ma' l-interfaces ta' bejniethom, biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti u implimentati l-aktar soluzzjonijiet vijabbli. L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem f'dawn l-istimi billi jagħtu l-informazzjoni meħtieġa.
5. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 għandu jinżamm infurmat regolarment dwar il-ħidma preparatorja fuq it-TSIs. Matul dan ix-xogħol, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-kumitat, tifformola kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u l-analiżi dwar infiq u l-benefiċċji meta mqabbla miegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru, tesiġi li soluzzjonijiet alternattivi jiġu eżaminati u li l-istima dwar spejjeż u benefiċċji għal dawn is-soluzzjonijiet alternattivi tingħata fir-rapport mehmuż ma' l-abbozz tat-TSI.
6. Ma' l-adozzjoni ta' kull TSI, id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-TSI għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4). Meta sotto-sistemi differenti jridu jitqiegħdu fis-servizz f'daqqa għal raġunijiet ta' kompatibilità teknika, id-dati tad-dħul fis-seħħ tat-TSIs korrispondenti għandhom ikunu l-istess.
7. L-abbozzar, adozzjoni u reviżjoni tat-TSIs għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-opinjoni ta' min jużahom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi li jkollhom impatt dirett fuq il-kundizzjonijiet li taħthom jużaw is-sotto-sistemi. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-assoċjazzjonijiet u korpi li jirrappreżentaw lill-utenti waqt il-fażijiet ta' l-abbozzar u r-reviżjoni tat-TSIs. Ma' l-abbozz tat-TSI għandha tinkludi rapport dwar ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni.
Il-lista ta' l-assoċjazzjonijiet u l-korpi li għandhom jiġu kkonsultati għandha titfassal mill-Kummissjoni, wara opinjoni tal-kumitat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(2) u tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inzjattiva tal-Kummissjoni.
8. Fl-abbozzar, adozzjoni u reviżjoni tat-TSIs għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni ta' l-imsieħba soċjali dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3)(g).
Għal dan l-għan, l-imsieħba soċjali għandhom jiġu kkonsultati qabel l-abbozz tat-TSI jintbagħat, għal adozzjoni jew reviżjoni, lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 29.
L-imsieħba soċjali għandhom ikunu konsultati fil-kuntest tal-kumitat settorjali għal djalogu stabbilit skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE ta' l-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu ‘l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (18). L-imsieħba soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur.
9. Meta reviżjoni ta' TSI twassal għal bidla fir-rekwiżiti, il-verżjoni l-ġdida tat-TSI għandha tiżgura l-kompatibilità ma' sotto-sistemi li diġà tqegħdu fis-servizz skond verżjonijiet ta' TSIs ta' qabel.
F'każ li jkun hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni ġdida jew ta' tiġdid jew ta' modernizzar ta' dawn is-sotto-sistemi għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq ta' sikurezza jew ta' interoperabilità, għandhom jiġu stabbiliti skadenzi korrespondenti jew fit-TSI jew, kif xieraq, mill-Istati Membri.
10. It-TSIs għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Defiċjenzi tat-TSIs
1. Jekk wara l-adozzjoni ta' TSI jidher li dan ma jilħaqx għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali, il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 jista' jiġi kkonsultat fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' titlob opinjoni teknika mill-Aġenzija. Il-Kummissjoni, bl-involviment tal-Kumitat, għandha tanalizza l-opinjoni teknika.
2. Jekk ikun meħtieġ li t-TSI jiġi emendat minħabba żball żgħir, u dan ma jkunx jiġġustifika reviżjoni immedjata, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda li l-opinjoni teknika tintuża sakemm issir ir-reviżjoni tat-TSI skond l-Artikolu 6(1).;F'dak il-każ, l-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjoni teknika.
3. Jekk ikun meħtieġ li t-TSI jiġi emendat minħabba żball importanti jew kritiku, il-proċedura ta' reviżjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tiġi applikata minnufih.
Artikolu 8
Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3), mandat jew aktar bl-għan li jiġu żviluppati TSIs ġodda u/jew jiġu riveduti TSIs diġa adottati bil-ħsieb li jkopru l-linji u vetturi li jkunu għadhom mhumiex koperti.
2. L-ewwel mandat ta' dan it-tip għandu jindika l-ewwel grupp ta' TSIs ġodda u/jew emendi għat-TSIs li għandhom jiġu adottati sa Jannar 2012, bla ħsara għall-Artikolu 5(5) fir-rigward tal-possibiltà li jipprovdu għal każi speċifiċi u bla ħsara għall-Artikolu 9 li jippermetti għal derogi f'ċirkostanzi speċjali. Dan l-ewwel mandat għandu jitfassal abbażi ta' rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija bil-għan li jiġu ddeterminati t-TSIs il-ġodda li għandhom jiġu żviluppati u/jew it-TSIs eżistenti li għandhom jiġu emendati fid-dawl ta' l-effettività mistennija meta mqabbel man-nefqa ta' kull miżura proposta u fuq il-bażi tal-prinċipju ta' proporzjonalità ta' miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Komunità. Għal dan il-għan, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-Anness I punt 4 u l-bilanċ meħtieġ bejn, min-naħa l-waħda, l-għanijiet ta'moviment mhux interrott ta' ferroviji u ta' armonizzazzjoni teknika, u, min-naħa l-oħra, il-livell ta' traffiku trans-Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali kkonċernat.
3. Madankollu, sakemm tidħol fis-seħħ l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mod li tkun tkopri n-network ferrovjarju kollu:
(a) |
l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz
għandhom jingħataw b'konformità mar-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE; jew, fejn applikabbli, skond l-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva; |
(b) |
l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi għall-użu talanqas parzjali fuq il-parti tan-netwerk li għadha ma tagħmilx parti mill-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs, fir-rigward ta' dik il-parti tan-netwerk, għandhom jingħataw b'konformità ma' l-Artikoli 21 sa 27 u mar-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE, jew, fejn applikabbli, skond l-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva. |
4. Stat Membru m'għandux bżonn japplika it-TSIs ġodda jew riveduti adottati skond il-paragrafu 2 fil-każ ta' proġetti fi stat avvanzat ta' żvilupp jew li jkunu suġġetti għal xi kuntratt li jkun qed jitwettaq meta l-grupp rilevanti ta' TSIs ikun ppubblikat.
Artikolu 9
Derogi
1. Fin-nuqqas ta' każijiet rilevanti speċifiċi, Stat Membru m'għandux bżonn japplika TSI wieħed jew iżjed skond dan l-Artikolu fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
għal xi sotto-sistema ġdida proposta, għat-tiġdid jew aġġornar ta' xi sotto-sistema eżistenti, jew għal xi element imsemmi fl-Artikolu 1(1) fi stat ta' żvilupp avvanzat jew suġġett ta' kuntratt li qed jiġi operat meta dawn it-TSIs ikunu pubblikati; |
(b) |
għal kull proġett dwar it-tiġdid jew titjib ta' sotto-sistema eżistenti meta l-istrument li jkejjel it-tagħbija, l-istrument li jkejjel il-binarji, l-ispazju bejn il-binarji, jew il-voltaġġ ta' elettrifikazzjoni f'dawn it-TSIs ma jkunux kompatibbli ma' dawk tas-sotto-sistema eżistenti; |
(ċ) |
għal sotto-sistema ġdida proposta jew għal tiġdid jew l-immodernizzar propost ta' sotto-sistema eżistenti fit-territorju ta' Stat Membru meta n-netwerk ferrovjarju jkun separat jew iżolat bil-baħar, jew separata minħabba kundizzjonijiet ġeograifiċi speċjali, min-netwerk ferrovjarju tal-bqija tal-Komunità; |
(d) |
għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar ta' sotto-sistema eżistenti, meta l-applikazzjoni ta' dawn it-TSIs tkun tikkomprometti l-vijabilità ekonomika tal-proġett u/jew il-kompatibilità tas-sistema ferrovjarja f'dak l-Istat Membru; |
(e) |
meta, wara inċident jew diżastru naturali, il-kundizzjonijiet tar-restawrazzjoni mgħaġġla tan-netwerk ma tippermettix ekonomikament jew teknikament l-applikazzjoni parzjali jew totali tat-TSIs rilevanti; |
(f) |
għal vetturi li jkunu ġejjin jew sejrin lejn pajjiżi terzi li t-track gauge tagħhom ikun differenti minn dik tan-netwerk prinċipali fi ħdan il-Komunità. |
2. Fil-każijiet kollha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lil-Kummissjoni fajl li fih l-informazzjoni indikata fl-Anness IX. Il-Kummissjoni għandha tanalizza dawn il-miżuri previsti mill-Istat Membru u tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29.
3. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(a), fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' kull TSI, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta' proġetti li jkunu qed iseħħu fit-territorju tiegħu u li jkunu qegħdin fi stadju avvanzat ta' żvilupp.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (c) u (e), il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-fajl huwa konformi u għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar ir-riżultati ta' l-analiżi tagħha. Meta meħtieġ, għandha ssir rakkomandazzjoni rigward l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati. L-Istat Membru jista' japplika d-dispożizzjonijiet alternattivi msemmija fl-Anness IX mingħajr dewmien.
5. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), (d) u (f), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3), jekk it-talba għal deroga tiġix aċċettata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(b) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tkopri l-loading gauge u t-track gauge. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-preżentazzjoni tat-talba akkumpanjata mill-fajl komplut. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni, it-talba għandha titqies bħala aċċettata. Sakemm tasal id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(f), Stat Membru jista' japplika d-dispożizzjonijiet alternattivi imsemmija fl-Anness IX.
6. L-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultati ta' l-analiżi u dwar ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5.
KAPITOLU III
KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ
Artikolu 10
It-tqegħid fis-suq ta' kostitwenti ta' interoperabbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-kostitwenti ta' l-interoperabilità:
(a) |
jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma jagħmluha possibbli li l-interoperabilità tintlaħaq fis-sistema ferrovjarja filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali; |
(b) |
jintużaw fil-qasam ta' l-użu tagħhom kif maħsuba u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni b'mod adattat. |
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx ikunu ta' xkiel għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-kostitwenti għal applikazzjonijiet oħra.
2. L-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità għall-użu tas-sistema tan-netwerk ferrovjarju meta dawn jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma jistgħux jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura tad-dikjarazzjoni tal-“KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu, li l-komponenti tagħhom huma spjegati fl-Anness IV.
Artikolu 11
Konformità jew adegwatezza għall-użu
1. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawk il-kostitwenti ta' l-interoperabilità li jkollhom id-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu bħala li jkunu konformi mal-ħtiġijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.
2. Il-kostitwenti kollha ta' interoperabilità għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura u l-adattabilità għall-użu indikat fit-TSI rispettiv u jkollhom magħhom iċ-ċertifikat korrispondenti.
3. L-Istat Membru għandu jikkunsidra li kostitwent ta' intoperabilità jkun konformi mal-ħtiġijiet essenzali jekk ikun iħares il-kundizzjonijiet stabbiliti mit-TSI korrispondenti jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej żviluppati biex ikunu jħarsu dawn il-kundizzjonijiet.
4. “Spare parts” għal sotto-sistemi li jkunu diġà tpoġġew fis-servizz meta t-TSI korrispondenti jidħol fis-seħħ jistgħu jiġu installati f'dawn is-sotto-sistemi mingħajr ma jkollhom jgħaddu mill-proċedura msemmija fil-paragrafu 2.
5. It-TSIs jistgħu jistipulaw perjodu ta' transizzjoni għall-prodotti ferrovjarji identifikati minn dawk it-TSIs bħala kostitwenti ta' l-interoperabilità li huma diġà mqiegħda fis-suq meta t-TSIs jidħlu fis-seħħ. Tali kostitwenti għandhom jissodisfaw l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 10(1).
Artikolu 12
Non-konformità ta' speċifikazzjonijiet Ewropej ma' ħtiġijiet essenzjali
Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jkun jidhrilhom li l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej użati direttament jew indirettament biex jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jkunux jilħqu il-ħtiġijiet essenzjali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 għandu jiġi notifikat u l-Kummissjoni għandha tadotta l-aktar miżura xierqa, li tkun:
(a) |
l-irtirar parzjali jew totali ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet mill-pubblikazzjonijiet li jinsabu fihom, jew l-emenda tagħhom, wara konsultazzjoni, meta standards Ewropej jiġu involuti, tal-Kumitat imwaqqaf taħt id-Direttiva 98/34/KE, jew |
(b) |
ir-reviżjoni tat-TSI skond l-Artikolu 7. |
Artikolu 13
Proċedura għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu
1. Biex tiġi stabbilità d-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwent ta' l-interoperabilità, il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu japplika d-dispożizzjonijiet stabbiliti mit-TSIs rilevanti.
2. Fejn mitlub mit-TSI korrespondenti, l-istima tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' l-interoperabilità għandha ssir mill-korp innotifikat li miegħu il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jkun ressaq l-applikazzjoni.
3. Meta l-kostitwenti ta' l-interoperabilità jkunu soġġetti għal direttivi oħra tal-Komunità li jkopru aspetti oħra, id-dikjarazzjoni “KE” tal-konformità jew l-idoneità għall-użu għandha, f'każijiet bħal dawn, tgħid li l-kostitwenti ta' l-interoperabilità jilħqu wkoll il-ħtiġijiet ta' dawk id-direttivi l-oħra.
4. Meta la l-produttur u lanqas ir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità ma jkun laħaq l-obbligi li joħorġu mill-paragrafi 1 u 3, dawk l-obbligi għandhom jaqgħu fuq kwalunkwe persuna li jqiegħed fis-suq kostitwenti ta' l-interoperabilità. L-istess obbligi għandhom jgħoddu għal kull min jimmonta kostitwenti ta' l-interoperabilità jew kostitwenti ta' partijiet ta' l-interoperabilità li jkollhom diversi oriġini jew min jiffabbrika kostitwenti ta' l-interoperabilità għall-użu tiegħu, għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
5. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14:
(a) |
f'kull każ meta Stat Membru jsib li dikjarazzjoni tal-konformità “KE” ma tkunx ġiet mimlija tajjeb, il-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiġi mġiegħel, jekk meħtieġ, jirritorna l-kostitwent ta' l-interoperabilità għal stat ta' konformità u li jtemm il-ksur taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru; |
(b) |
meta nuqqas ta' konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq tal-kostitwent ta' l-interoperabilità in kwistjoni, jew jiżgura li dan jiġi rtirat mis-suq skond il-proċeduri previsti fl-Artikolu 14. |
Artikolu 14
Non-konformità ta' kostitwenti ta' interoperabbilità ma' rekwiżiti essenzjali
1. Meta Stat Membru jsib li l-kostitwent ta' l-interoperabilità kopert bid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u li jkun tpoġġa fis-suq ikun improbabbli, meta jintuża kif maħsub, li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dan għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jirrestrinġi l-qasam ta' l-applikazzjoni tiegħu, jipprojbixxi l-użu tiegħu jew jirtirah mis-suq. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda u jagħtu r-raġunijet għad-deċiżjoni tagħhom, waqt li jgħidu b'mod partikolari jekk in-nuqqas fil-konformità jkunx dovut għal:
(a) |
nuqqas li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali; |
(b) |
applikazzjoni skorretta ta' l-ispeċifikazjonijiet Ewropej fejn l-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tkun ta' min joqgħod fuqha; |
(ċ) |
inadegwatezza ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. |
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati malajr kemm jista' jkun. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura tkun ġustifikata, hija għandha mill-ewwel tinforma lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura ma tkunx ġustfikata din għandha tinforma mill-ewwel lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill-produttur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità dwarhom. Meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ġustifikata bl-eżistenza ta' lakuna fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 għandha tapplika.
3. Meta kostitwent ta' l-interoperabilità li jkollu d-dikjarazzjoni tal-konformità KE jonqos milli jikkonforma, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-miżuri xierqa kontra min ikun fassal d-dikjarazzjoni u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'dan.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jiġu notifikati bil-progress u r-riżultati ta' dik il-proċedura.
KAPITOLU IV
SOTTO-SISTEMI
Artikolu 15
Proċedura għat-tqegħid fis-servizz
1. Bla ħsara għall-Kapitolu V, kull Stat Membru għandu jawtorizza t-tpoġġija fis-servizz ta' dawk is-sotto-sistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jinsabu, jew li joperaw, fit-territorju tiegħu.
Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jieħdu l-passi approprjati biex jassiguraw li dawn is-sotto-sistemi jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija jew installati b'tali mod li jilħqu l-ħtiġijiet li jikkonċernawhom meta jiġu integrati fis-sistema ferrovjarja. B'mod partikolari, huma għandhom jiċċekkjaw:
— |
il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sotto-sistemi mas-sistema li fiha jkunu qed jiġu integrati; |
— |
l-integrazzjoni sigura ta' dawn is-sotto-sistemi skond l-Artikoli 4(3) u 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE. |
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura, qabel ma dawn is-sotto-sistemi jitpoġġew fis-servizz, li huma konformi, fejn japplika, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar it-TSIs rigward l-operat u l-manutenzjoni.
3. Wara li dawn is-sotto-sistemi jitpoġġew fis-servizz, għandu jsir kontroll fuq:
(a) |
l-infrastrutturi, fil-kuntest ta' l-għoti u s-sorveljanza ta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/49/KE; |
(b) |
il-vetturi, fil-kuntest ta' l-għoti u s-sorveljanza taċ-ċertifikati tas-sikurezza skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE. |
Għal dan il-għan, għandhom jiġu użati l-proċeduri għall-istima u l-verifika preskritti fit-TSIs strutturali u funzjonali rilevanti.
Artikolu 16
Moviment ħieles ta' sotto-sistemi
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1), l-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u għal raġunijet li jirrigwardaw din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u l-operat tas-sotto-sistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li tilħaq il-ħtiġijiet essenzjali. B'mod partikulari, ma jistgħux jirrekjedu kontrolli li diġà jkunu saru:
— |
jew bħala parti mill-proċedura li twassal għad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”, li l-komponenti tagħha jinsabu fl-Anness V; |
— |
jew fi Stati Membri oħra, qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti identiċi f'kundizzjonijiet identiċi ta' operazzjoni. |
Artikolu 17
Konformità ma' TSIs u regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom iqisu bħala li jkunu interoperabbli u li jilħqu l-ħtiġijiet essenzjali tagħhom, dawk is-sotto-sistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jkunu koperti bid-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”.
2. Il-verifika ta' l-interoperabilità, skond il-ħtiġijiet essenzjali, ta' sotto-sistema strutturali li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja għandha tiġi stabbilita b'referenza għat-TSIs fejn dawn ikunu jeżistu.
3. L-Istati Membri għandhom ifasslu, għal kull sotto-sistema, lista tar-regoli tekniċi li jintużaw għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali u jinnotifikaw din il-lista lill-Kummissjoni meta:
— |
ma tkun teżisti l-ebda TSI rilevanti, jew |
— |
tkun ġiet notifikata deroga skond l-Artikolu 9, jew |
— |
każ speċifiku ikun jitlob l-applikazzjoni ta' regoli tekniċi mhux inklużi fit-TSI rilevanti. |
Din il-lista għandha tiġi notifikata jew:
— |
kull darba li l-lista ta' regoli tekniċi li, skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2001/16/KE, kellha tiġi notifikata sat-30 ta' April 2005, tinbidel, jew |
— |
wara li tkun ġiet nnotifikata d-deroga, jew |
— |
wara l-pubblikazzjoni tat-TSI kkonċernata. |
F'dik l-okkażjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi responsabbli għat-twettiq, fil-każ ta' dawn ir-regolamenti tekniċi, tal-proċedura ta' verifika msemmija fl-Artikolu 18.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Aġenzija li għandha tippubblikha.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli t-test sħiħ tar-regoli notifikati fuq talba tal-Kummissjoni. Sabiex jiġu evitati iżjed ostakoli, u bil-ħsieb li titressaq ‘il quddiem il-klassifikazzjoni ta' regoli nazzjonali skond l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-introduzzjoni ta' regoli ġodda mill-Istati Membri. Jekk il-Kummissjoni tqis li r-regola l-ġdida tikkostituixxi mezz ta' diskriminizzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq operazzjonijiet ta' trasport ferrovjarju bejn Stati Membri, deċizjoni, indirizzata lill-Istat Membru konċernat, għandha tigi adottata skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3).
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx regoli u restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom isemmu tali regoli u restrizzjonijiet fir-reġistri ta' infrastruttura msemmija fl-Artikolu 35.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li regoli tekniċi li jorbtu huma ppubblikati u magħmula disponibbli lill-amministraturi kollha ta' l-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u l-applikanti għal awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-servizz b'lingwaġġ ċar li jista' tinftiehem mill-partijiet konċernati.
Artikolu 18
Proċedura għat-twaqqif ta' dikjarazzjoni ta' verifika “KE”
1. Biex titwaqqaf id-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”, l-applikant għandu jistieden lill-entità notifikata li hu jkun għażel għal dak l-iskop biex japplika l-proċedura tal-verifika “KE” msemmija fl-Anness VI. L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il- produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan il-Komunità.
2. Ix-xogħol tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika “KE” tas-sotto-sistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sa l-istadju ta' l-aċċetazzjoni qabel ma s-sotto-sistema tiddaħħal fis-servizz. Dan għandu jkopri wkoll il-verifika ta' l-interfaces tas-sotto-sistema in kwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 34 u 35.
3. Il-korp notifikat għandu jkun responsabbli għall-kompilazzjoni tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”. Dan il-fajl tekniku għandu jkollu fih id-dokumenti kollha meħtieġa li għandhom x'jaqsmu mal-karatteristiċi tas-sotto-sistema u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità. Dan għandu jkollu fih ukoll l-elementi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijet u l-limiti ta' l-użu u ma' l-istruzzjonijiet rigward is-servizz, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni.
4. L-entità notifikata tista' toħroġ ċertifikazzjonijiet ta' verifiki intermedji sabiex tkopri ċerti stadji taċ-ċiklu tal-produzzjoni jew ċerti partijiet ta' sotto-sistema. F'dan il-każ, tapplika l-proċedura indikata fl-Anness VI.
5. Jekk it-TSIs rilevanti jippermettu, l-entità notifikata tista' toħroġ ċertifikati ta' konformità għal serje ta' sotto-sistemi jew ċerti partijiet ta' dawk is-sotto-sistemi.
Artikolu 19
Non-konformità ta' sotto-sistemi ma' rekwiżiti essenzjali
1. Meta Stat Membru jsib li sotto-sistema strutturali koperta mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” dwar il-verifika li jkollha magħha fajl tekniku ma tkunx tikkonforma għal kollox ma' din id-Direttiva u b'mod partikolari ma tkunx tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dan jista' jitlob li jsiru kontrolli addizzjonali.
2. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni b'xi verifiki addizzjonali mitluba u jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tikkosulta l-partijiet interessati.
3. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddikjara jekk in-nuqqas ta' konformità sħiħa ma' din id-Direttiva hijiex riżultat ta':
(a) |
non-konfomità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' TSI, jew applikazzjoni mhux korretta ta' TSI. F'dak il- każ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru fejn tgħix il-persuna li fasslet id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” b'mod żbaljat u għandha titlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu l-miżuri adegwati; |
(b) |
inadegwatezza ta' TSI. F'dakil-każ, il-proċedura biex tiġi emendata t-TSI kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandha tapplika. |
Artikolu 20
Tqegħid fis-servizz ta' sotto-sistemi eżistenti wara tiġdid jew immodernizzar
1. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar, l-entità kontraenti jew il-produttur għandhom jibgħatu lill-Istat Membru kkonċernat fajl li jiddeskrivi l-proġett. L-Istat Membru għandu jeżamina dan il-fajl u, waqt li jqis l-istrateġija ta' l-implimentazzjoni indikata fit-TSI applikabbli, għandu jiddeċiedi jekk id-daqs tax-xogħol jindikax li awtorizzazzjoni ġdida għad-dħul fis-servizz fis-sens ta' din id-Direttiva tkunx meħtieġa.
Awtorizzazzjoni ġdida bħal din għal tqegħid fis-servizz tkun meħtieġa kull darba li s-sigurtà ġenerali tas-sotto-sistema konċernata tista' tiġi affettwata mix-xogħlijiet maħsuba. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' awtorizzazzjoni ġdida, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi sa fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiġi applikata t-TSI għall-proġett.
L-Istat Membru għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-preżentazzjoni tal-fajl sħiħ mill-applikant.
2. Meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida u jekk it-TSI ma tiġix applikata bis-sħiħ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
— |
ir-raġuni għaliex it-TSI jew TSIs mhumiex applikati għal kollox; |
— |
il-karattersitiċi tekniċi li huma applikati minflok it-TSI; |
— |
l-entitajiet inkarigati milli japplikaw, fil-każ ta' dawn il-karatteristiċi, il-proċedura tal-verifika msemmija fl-Artikolu 18. |
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-Paragrafu 2 lill-Aġenzija li għandha tippubblikaha.
KAPITOLU V
VETTURI
Artikolu 21
Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi
1. Qabel tintuża fuq netwerk, vettura għandha tiġi awtorizzata biex titqiegħed fis-servizz mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà li hija kompetenti għal dan in-netwerk, sakemm dan il-Kapitolu ma jipprovdix mod ieħor.
2. Vettura konformi mat-TSI għandha tkun awtorizzata skond l-Artikolu 22 jew 23.
3. Vettura li mhix konformi mat-TSI għandha tkun awtorizzata skond l-Artikoli 24 jew 25.
4. Vettura li tikkonforma għal tip awtorizzat għandha tkun awtorizzata skond l-Artikolu 26.
5. Awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru wieħed għandha tkun rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 23 u 25 li jikkonċernaw awtorizzazzjonijiet addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jiċċaraw is-sitwazzjoni billi jadottaw regoli nazzjonali speċifiċi jew permezz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-direttiva jekk ikunu meħtieġa awtorizzazzjonijiet addizzjonali skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 23 fil-każ ta' vetturi konformi mat-TSI jew l-Artikolu 25 fil-każ ta' vetturi mhux konformi mat-TSI.
6. L-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni ta' dħul fis-servizz għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza, skond l-Artikoli 22 u 23 jew l-Artikoli 24 u 25. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tista' tistipula l-kondizzjonijiet ta' l-użu u restrizzjonijiet oħra.
7. Kull deċiżjoni minn awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza li tirrifjuta t-tqegħid fis-servizz ta' vettura ferrovjarja għandha tkun sostanzjata kif xieraq. L-applikant jista', fi żmien perjodu ta' xahar minn meta jirċievi deċiżjoni negattiva, jitlob mill-awtorità nazzjonali kompetenti li d-deċiżjoni tiġi riveduta għal raġunijiet ġustifikati kif inhu xieraq. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza mbagħad għandu jkollha xahrejn li jibdew mill-mument meta tirċievi l-appell sabiex tikkonferma jew taqleb id-deċiżjoni. Jekk id-deċiżjoni negattiva tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jitlob mill-korp ta' l-appell innominat mill-Istat Membru kompetenti skond l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, li d-deċiżjoni tiġi riveduta għal raġinijiet ġustifikati kif inhu xieraq. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-entità regolatorja tagħhom maħtura skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell.
8. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 23(7) u 25(5), minn awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza fi żmien il-limiti preskritti, it-tqegħid fis-servizz tal-vettura ferrovjarja in kwistjoni għandu jitqies li ġie awtorizzat wara perjodu ta' tliet xhur mit-tmiem ta' dawn il-limiti ta' żmien. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond dan il-paragrafu japplikaw biss għan-netwerk li għalih l-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza ma tkunx irreaġixxiet fil-limiti ta' żmien preskritti.
9. Awtorità nazzjonali tas-sikurezza li jkollha l-ħsieb li tirrevoka awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-servizz mogħtija minnha stess jew awtorizzazzjoni mogħtija lill-applikant skond il-paragrafu 8 għandha tuża l-proċedura ta' reviżjoni ta' ċertifikati ta' sikurezza li jirreferi għaliha l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2004/49/KE jew, fejn ikun japplika, il-proċedura ta' reviżjoni ta' awtorizzazzjoni ta' sikurezza li jirreferi għaliha l-Artikolu 11(2) ta' dik id-Direttiva.
10. Fil-każ ta' proċedura ta' appell, l-entità kompetenti ta' appell li jirreferi għaliha l-paragrafu 7 tista' titlob opinjoni mill-Aġenzija li, f'dak il-każ, għandha tinħareġ sa xahar mill-preżentazzjoni tat-talba u tiġi notifikata lill-applikant, lill-entità kompetenti ta' appell u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza li tirrifjuta l-għoti ta' awtorizzazzjoni.
11. Fil-każ ta' vetturi li jgħaddu bejn Stat Membru u pajjiż terz, fuq netwerk li t-track gauge tiegħu ikun differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fil-Komunità u li għalih tista' tingħata deroga skond l-Artikolu 9(5) jew li huwa soġġett għal każijiet speċifiċi, ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 22 u 24 jistgħu jinkludu ftehim internazzjonali sakemm huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.
12. L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz li ngħataw qabel id-19 ta' Lulju 2008, inklużi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt ftehim internazzjonali, b'mod partikolari RIC (Regolamento Internazionale Carrozze) u RIV (Regolamento Internazionale Veicoli), għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kundizzjonijiet li taħthom ingħataw l-awtorizzazzjonijiet. Din id-dispożizzjoni tieħu preċedenza fuq l-Artikoli 22 sa 25.
13. L-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet biex numru ta' vetturi jitqiegħdu fis-servizz. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkomunikaw lill-applikant il-proċedura li tkun trid titwettaq.
14. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz li tingħata f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandhom ikunu mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħra imposti fuq impriżi ferrovjarji jew fuq amministraturi ta' l-infrastruttura, għall-operazzjoni ta' vetturi bħal dawn fuq in-netwerk relevanti, skond l-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE.
Artikolu 22
L-ewwel awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-servizz ta' vetturi konformi mat-TSIs
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal vetturi li huma konformi mat-TSIs kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz, sakemm parti sinifikanti tar-rekwiżiti essenzjali tkun ġiet stabbilita f'dawn it-TSIs u t-TSI rilevanti dwar il-vetturi ferrovjarji jkunu daħlu fis-seħħ u huma applikabbli.
2. L-ewwel awtorizzazzjoni għandha tingħata minn awtorità nazzjonali għas-sikurezza kif ġej:
(a) |
Fil-każ li s-sotto-sistemi strutturali kollha ta' vettura jkunu awtorizzati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mingħajr kontroll ulterjuri; |
(b) |
Fil-każ ta' vetturi li jkollhom dikjarazzjoni ta' verifika “KE” kif previst fl-Artikolu 18, il-kriterji li awtorità nazzjonali dwar is-sigurtà tista' tivverifika bil-ħsieb li tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandhom jikkonċernaw biss:
|
Artikolu 23
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi konformi mat-TSIs
1. Vetturi li jkunu konformi b'mod sħiħ mat-TSIs li jkopru l-aspetti kollha tas-sotto-sistemi relevanti mingħajr każijiet speċifiċi u mingħajr kwistjonijiet pendenti marbuta strettament mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz, sakemm jaħdmu fuq netwerks konformi mat-TSIs fl-Istati Membri l-oħra jew bil-kondizzjonijiet speċifikati fit-TSIs korrispondenti.
2. Fil-każ ta' vetturi mqiegħda fis-servizz skond l-Artikolu 22 iżda li mhux koperti bil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk awtorizzazzjonijiet addizzjonali humiex meħtieġa fit-territorju tagħhom. F'dan il-każ il-paragrafi 3 sa 7 għandhom japplikaw.
3. L-applikant għandu jippreżenta lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, fajl dwar il-vettura ferrovjarja jew it-tip ta' vettura ferrovjarja u l-użu ppjanat tagħhom fuq in-netwerk. Il-fajl għandu jkun fih t-tagħrif li ġej:
(a) |
evidenza dokumentata li t-tqegħid fis-servizz ta' vettura ġie awtorizzat fi Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 22; |
(b) |
kopja tal-fajl tekniku kif jirreferi għalih l-Anness VI. Dan jinkludi, fil-każ ta' vetturi mgħammra b'reġistraturi ta' data, informazzjoni dwar il-proċedura ta' ġbir ta' data, li tista' tinqara u tiġi evalwata, sakemm din l-informazzjoni mhijiex armonizzata mit-TSI korrispondenti; |
(ċ) |
ir-reġistrazzjonijiet li juru l-istorja tal-manutenzjoni u, fejn applikabbli, il-modifiki tekniċi li jkunu saru lill-vettura wara l-awtorizzazzjoni; |
(d) |
evidenza dwar il-karatteristiċi tekniċi u operattivi li turi li l-vettura hija kompatibbli ma' l-infrastrutturi u l-istallazzjonijiet fissi (inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi, is-sistema tal-forniment ta' enerġija, is-sistema tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni, it-track gauge u l-infrastructure gauges, it-tagħbija massima permessa fuq il-fusien u limitazzjonijiet oħra tan-netwerk). |
4. Il-kriterji li awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiċċekkja jistgħu jikkonċernaw biss:
— |
il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk konċernat inklużi r-regoli nazzjonali applikabbli għall-kwistjonijiet pendenti biex jiżguraw tali kompatibilità; |
— |
Ir-regoli nazzjonali applikabbli għal każi speċifiċi identifikati fit-TSI rilevanti. |
5. L-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tista' titlob għal informazzjoni addizzjonali, li jitwettqu analiżi tar-riskji skond l-Artikolu 6(3) (a) tad-Direttiva 2004/49/KE jew testijiet fuq in-netwerk, biex tivverifika l-kriterji li jirreferi għalihom il-paragrafu 4. Madankollu, wara l-adozzjoni tad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma tistax tagħmel dan it-tip ta' verifika ħlief fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali tal-Grupp B jew C li jidhru f'dan id-dokument.
6. Wara li tikkonsulta ma' l-applikant, l-awtorità tas-sikurezza nazzjonali kompetenti għandha tiddefinixxi l-iskop u l-kontenut ta' l-informazzjoni addizzjonali, l-analiżi tar-riskju jew l-eżamijiet mitluba. L-amministratur ta' l-infrastruttura, b'konsultazzjoni ma' l-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur minn meta jkun għamel it-talba l-applikant. Fejn ikun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li t-testijiet isiru.
7. L-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-servizz li jitressqu skond dan l-Artikolu għandhom ikunu is-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li għandha tittieħed fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn:
(a) |
xahrejn wara li jiġi ppreżentat il-fajl li jirreferi għalih il-paragrafu 3; |
(b) |
fejn applikabbli, xahar wara l-forniment ta' kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità nazzjonali ta' sigurtà; |
(ċ) |
fejn applikabbli, xahar wara l-forniment tar-riżultati ta' kull test mitlub mill-awtorità nazzjonali ta' sikurezza. |
Artikolu 24
L-ewwel awtorizzazzjoni ta' qegħid fis-servizz ta' vetturi mhux konformi mat-TSIs
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal vetturi li mhumiex f'konformità mat-TSIs kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz, inklużi vetturi soġġetti għal derogi, jew meta parti sinifikanti tar-rekwiżiti essenzjali ma tkunx ġiet stabbilità f'TSI wieħed jew aktar.
2. L-ewwel awtorizzazzjoni għandha tingħata minn awtorità nazzjonali għas-sikurezza kif ġej:
— |
għall-aspetti tekniċi koperti minn TSI, jekk ikun il-każ, għandha tapplika l-proċedura ta' verifika “KE”; |
— |
għall-aspetti tekniċi l-oħra, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali kif notifikati skond l-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva u skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE. |
L-ewwel awtorizzazzjoni hija valida biss fuq in-netwerk ta' l-Istat Membru li joħroġha.
Artikolu 25
Awtorizzazzjonijiet addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi mhux konformi mat-TSIs
1. Fil-każ ta' vetturi li jkunu ġew awtorizzati sabiex jitqiegħdu fis-servizz fi Stat Membru wieħed skond l-Artikolu 21(12) jew l-Artikolu 24, l-Istati Membri l-oħra jistgħu jiddeċiedu skond dan l-Artikolu jekk ikunux meħtieġa awtorizzazzjonijiet addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom.
2. L-applikant għandu jippreżenta lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, fajl tekniku dwar il-vettura ferrovjarja jew it-tip ta' vettura ferrovjarja flimkien ma' dettalji dwar l-użu ppjanat fuq in-netwerk. Il-fajl għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
evidenza dokumentata li d-dħul fis-servizz tal-vettura ferrovjarja ġie awtorizzat fi Stat Membru ieħor flimkien ma' dokumentazzjoni dwar il-proċedura segwita sabiex turi li l-vettura ferrovjarja kkonformat mar-rekwiżiti fis-seħħ, inkluża, jekk applikabbli, informazzjoni dwar id-derogi magħmula skond l-Artikolu 9; |
(b) |
id-data teknika, il-programm ta' manutenzjoni u l-karatteristiċi operattivi. Dan jinkludi, fil-każ ta' vetturi mgħammra b'reġistraturi ta' data, informazzjoni dwar il-proċedura ta' ġbir ta' data, li tista' tinqara u tiġi evalwata kif jipprovdi l-Artikolu 20(2)(c) tad-Direttiva 2004/49/KE; |
(ċ) |
ir-reġistri li juru l-istorja tat-tħaddim, il-manutenzjoni u, fejn applikabbli, il-modifiki tekniċi tal-vettura, imwettqa wara l-awtorizzazzjoni; |
(d) |
evidenza dwar il-karatteristiċi tekniċi u operattivi li turi li l-vettura hija kompatibbli ma' l-infrastrutturi u l-istallazzjonijiet fissi (inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi, is-sistema tal-forniment ta' enerġija, is-sistema tal-kmand tal-kontroll u tas-sinjalazzjoni, it-track gauge u l-infrastructure gauges, it-tagħbija massima permessa fuq il-fusien u limitazzjonijiet oħra tan-netwerk). |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), ma tistax tiġi diskussa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, ħlief jekk din ta' l-aħħar tkun tista' turi li jeżisti riskju sostanzjali rigward is-sikurezza mingħajr ħsara għall-Artikolu 16. Wara l-adozzjoni tad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma tistax f'dan ir-rigward tinvoka regola tal-grupp A elenkata f'dak id-dokument.
4. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista' titlob għal informazzjoni addizzjonali, li jitwettqu analiżi tar-riskji skond l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE jew testijiet fuq in-netwerk, biex tivverifika l-konformità ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(c) u (d) ta' dan l-Artikolu mar-regoli nazzjonali fis-seħħ kif notifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE jew l-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva. Madankollu, wara l-adozzjoni tad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27 ta' din id-Direttiva, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma tistax tagħmel din it-tip ta' verifika ħlief fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali tal-Grupp B jew C elenkati f'dak id-dokument.
Wara li tikkonsulta l-applikant, l-awtorità tas-sikurezza nazzjonali kompetenti għandha tiddefinixxi l-iskop u l-kontenut ta' l-informazzjoni addizzjonali, l-analiżi tar-riskju jew l-eżamijiet mitluba. L-amministratur ta' l-infrastruttura, b'konsultazzjoni ma' l-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur minn meta jkun għamel it-talba l-applikant. Fejn huwa xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li t-testijiet isiru.
5. L-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-servizz li titressaq skond dan l-Artikolu għandha tkun is-suġġett ta' deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, u għandha tittieħed fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn:
(a) |
erba' xhur wara l-preżentazzjoni tal-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 2; |
(b) |
fejn ikun applikabbli, xahrejn wara l-għoti ta' kwalunkwe informazzjoni ulterjuri jew analiżi tar-riskji mitluba mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skond il-paragrafu 4; |
(ċ) |
fejn ikun applikabbli, xahrejn wara l-għoti tar-riżultati tat-testijiet mitluba mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skond il-paragrafu 4. |
Artikolu 26
Awtorizzazzjoni ta' tipi ta' vetturi
1. L-Istati Membri jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' tipi ta' vetturi.
2. Madankollu, jekk Stati Membri jawtorizzaw vettura, għandhom fl-istess waqt jawtorizzaw it-tip ta' vettura.
3. Vettura li tikkonforma għal tip diġà awtorizzat fi Stat Membru għandha tiġi awtorizzata minn dan l-Istat Membru abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità għal dan it-tip sottomessa mill-applikant mingħajr verifiki ulterjuri. Madankollu, f'każ li d-dispożizzjonijiet relevanti fit-TSIs u r-regoli nazzjonali li abbażi tagħhom tip ta' vettura kienet awtorizzata ġew mibdula, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk awtorizzazzjonijiet tat-tip diġà mogħtija jibqgħux validi jew jeħtiġux li jiġu mġedda. Il-kriterji li awtorità nazzjonali ta' sigurtà tivverifika f'każ ta' awtorizzazzjoni ta' tip imġedda jistgħu jikkonċernaw biss ir-regoli mibdula. It-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tat-tip ma jaffettwax awtorizzazzjonijiet ta' vetturi diġà mogħtija abbażi ta' tipi awtorizzati preċedentament.
4. Il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip għandu jkun adottat mill-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2009 fuq il-bażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija u skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3).
5. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip għandha tkun stabbilita f'konformità ma':
(a) |
għall-vetturi li jikkonformaw mat-TSI, il-proċeduri ta' verifika tat-TSI rilevanti; |
(b) |
għal vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, il-proċeduri ta' verifika kif definiti fil-moduli D jew E tad-Deċiżjoni 93/465/KEE. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta proċedura ta' verifika ad hoc skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3). |
6. Il-persuna li tapplika tista' titlob għal awtorizzazzjoni ta' tip f'bosta Stati Membri fl-istess waqt. F'dan il-każ, l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali għandhom jikkoperaw bil-ħsieb tas-simplifikar tal-proċedura u l-minimizzar ta' l-isforzi amministrattivi.
7. Awtorizzazzjonijiet tat-tip għandhom ikunu reġistrati fir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati kif imsemmi fl-Artkolu 34. Dan ir-reġistru għandu jispeċifika l-Istat Membru jew Stati Membri li fihom hija awtorizzata tip ta' vettura.
Artikolu 27
Klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali
1. Sabiex tiġi faċilitata l-proċedura għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 25, ir-regoli nazzjonali għandhom jiġu klassifikati skond l-Anness VII.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(3), mhux iżjed tard mid-19 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija għandha tirrevedi l-parametri stabbiliti fit-taqsima 1 ta' l-Anness VII u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li hi tqis xierqa lill-Kummissjoni.
3. L-Aġenzija għandha tfassal rakkomandazzjoni għal dokument ta' referenza li jirreferi għar-regoli nazzjonali applikati mill-Istati Membri sabiex jitqegħdu vetturi fis-servizz. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sigurtà għandhom jikkooperaw ma' l-Aġenzija f'dan id-dover.
4. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija u skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3), tadotta d-dokument ta' referenza, flimkien ma' kull deċiżjoni ta' aġġornament tiegħu.
KAPITOLU VI
KORPI NOTIFIKATI
Artikolu 28
Korpi notifikati
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi responsabbli għat-twettiq tal-proċedura ta' stima tal-konformità jew l-idoneità għall-użu imsemmi fl-Artikolu 13 u l-proċedura tal-verifika msemmija fl-Artikolu 18, waqt li jindikaw il-qasam tar-responsabbiltà ta' kull korp responsabbli, u n-numri ta' l-identifikazzjoni miksuba minn qabel mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l- l-Unjoni Ewropea l-lista tal-korpi, in-numri ta' l-identifikazzjoni u l-oqsma tar-responsabbiltà, u din għandha żżomm il-lista aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji previsti fl-Anness VIII għall-istima tal-korpi li għandhom jiġu notifikati. Il-korpi li jilħqu l-kriterji ta' l-istima prevista fl-istandards Ewropej rilevanti għandhom jitqiesu li jilħqu l-kriterji msemmija.
3. Stat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni minn korp li ma jkunx għadu jilħaq il-kriterji msemmija fl-Anness VIII. Dan għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
4. Jekk xi Stat Membru jew il-Kummissjoni tikkunsidra li korp li ġie notifikat minn xi Stat Membru ieħor ma' jilħaqx il-kriterji li jirriferi għalihom l-Anness VIII, il-Kummissjoni għandha tikkonsolta lill-partijiet konċernati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lil dan l-Istat Membru dwar kwalunkwe tibdiliet li jkunu meħtieġa sabiex il-korp notifikat ikun jista' jżomm l-istejtus li ngħtala.
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' kordinazzjoni għal korpi notifikati (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-grupp ta' koordinazzjoni) li għandu jiddiskuti kull materja li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-proċeduri dwar l-istima ta' konformità jew l-adattabilità għall-użu msemmija fl-Artikolu 13 u l-proċedura ta' verifika msemmija fl-Artikolu 18, jew l-applikazzjoni tat-TSIs rilevanti. Rappreżentanti ta' Stati Membri jistgħu jieħdu sehem fix-xogħol tal-grupp ta' kordinazzjoni bħala osservaturi.
Il-Kummissjoni u l-osservaturi għandhom jinfurmaw lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 bix-xogħol imwettaq fil-qafas tal-grupp ta' koordinazzjoni. Il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tipproponi l-miżuri meħtieġa biex jiġu solvuti l-problemi. Meta meħtieġ, koordinazzjoni tal-korpi notifikati għandha tiġi implimentata skond l-Artikolu 30(4).
6. L-ewwel mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 39 għandu jevawlwa wkoll l- implementazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness VIII, u, jekk meħtieġ jipproponi miżuri xierqa.
KAPITOLU VII
KUMITAT U L-PROGRAMM TA' ĦIDMA
Artikolu 29
Proċedura ta' Kumitat
1. Kummisjsoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
It-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a, paragarfi 1 sa 4, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha
Artikolu 30
Kompiti komplimentari
1. Il-Kumitat jista' jissottometti kwalunkwe suġġett li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjoni dwar implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(2).
2. Il-Kumitat jista' jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam ma' l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interoperabilità bejn is-sistema ferrovjarja fi ħdan il-Komunità u s-sistema ferrovjarja ta' pajjiżi terzi.
3. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u relatati ma' l-Annessi II sa IX għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4).
4. Jekk jinstab li jkun meħtieġ, il-Kumitat jista' jistabbilixxi grupp ta' ħidma biex jgħinuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu kkoordinati l-korpi notifikati.
Artikolu 31
Programm ta' ħidma
1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma li jqis l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni previst mill-Artikolu 8, ta' l-emenda tat-TSI prevista fl-Artikolu 6(1) u ta' l-obbligi l-oħra imposti fuqha b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat kompletament infurmat dwar it- tfassil u aġġornar tal-programmu u żżommu involut fihhom.
2. Il-programm ta' ħidma għandu jkun jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:
(a) |
żvilupp fuq il-bażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija ta' mudell tas-sistema ta' ferroviji tal-Komunità, ibbażat fuq il-lista ta' sotto-sistemi (Anness II), biex tkun garantita l-konsistenza bejn it-TSIs. Dan il-mudell irid jinkludi b'mod partikolari l-kostitwenti diversi tas-sistema u l-interfaces tagħhom u jaġixxi bħala qafas ta' referenza biex jiġu definiti ż-żoni ta' użu ta' kull TSI; |
(b) |
l-iżvilupp ta' struttura mudell għall-iżvilupp tat-TSIs; |
(ċ) |
il-ħolqien ta' metodu ta' analiżi ta' benefiċċji mqabbla ma' l-ispejjeż tas-soluzzjonijiet imniżżla fit-TSIs; |
(d) |
adozzjoni tal-mandati meħtieġa biex jitfasslu t-TSIs; |
(e) |
l- identifikazzjoni tal-parametri bażiċi għal kull TSI; |
(f) |
l-approvazzjoni ta' l-abozz tal-programmi ta' l-istandardizzazzjoni; |
(g) |
amministrazzjoni tal-perjodu transitorju ta' bejn id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/50/KE u l-pubblikazzjoni tat-TSIs, inkluża l-adozzjoni tas-sistema ta' referenzi msemmija fl-Artikolu 36. |
KAPITOLU VIII
REĠISTRI TA' NETWERK U VETTURI
Artikolu 32
Sistema ta' numerazzjoni tal-vetturi
1. Kwalunkwe vettura li tqiegħdet fis-servizz fis-sistema ferrovjarja Komunitarja għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (NEV) assenjat lilha meta tinħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.
2. L-applikant għall-ewwel awtorizzazzjoni għandu jkun ukoll responsabbli biex il-vettura in kwistjoni tiġi mmarkat bin-NEV assenjat lilha.
3. In-NEV għandu jiġi speċifikat fit-TSI dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku.
4. Vettura għandha tiġi assenjata NEV darba biss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-TSI dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku.
5. Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta' vetturi mħaddma jew maħsuba biex jitħaddmu minn jew għal pajjiżi terzi li t-track gauge tagħhom hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fil-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw vetturi identifikati biċ-ċar skond sistema ta' kodiċi differenti.
Artikolu 33
Reġistri nazzjonali tal-vetturi
1. Kull Stat Membru għandu jżomm reġistru tal-vetturi awtorizzati fit-territorju tiegħu. Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
għandu jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet komuni mfissra fil-paragrafu 2; |
(b) |
għandu jkun miżmum u aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kull impriża tal-ferroviji; |
(ċ) |
għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tas-sigurtà u korpi investigattivi indikati fl-Artikoli 16 u 21 tad-Direttiva 2004/49/KE; għandha wkoll tkun aċċessibbli, bi tweġiba għal kull talba leġittima, għall-korpi regolatorji indikati fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u l-ħlas ta' imposti għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni ta' sigurtà, lill-Aġenzija, lill-impriża tal-ferroviji u lill-amministraturi ta' l-infrastruttura kif ukoll lill-dawk il-persuni/organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru. |
2. L-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3) u fuq il-bażi ta' l-abbozzi ta' l-ispeċifikazzjonijiet imħejjija mill-Aġenzija. Dawk l-abbozzi ta' speċifikazzjonijiet għandhom jinkludu: kontenut, format ta' l-informazzjoni, arkitettura funzjonali u teknika, mod tat-tħaddim, inklużi l-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni, regoli dwar l-input u l-konsultazzjoni. Għal kull vettura, ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
in-NEV; |
(b) |
referenzi għad-dikjarazzjoni tal-KE dwar verifika u l-korp li jkun għamel il-verifika; |
(ċ) |
referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tip ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 34; |
(d) |
identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u tad-detentur tagħha; |
(e) |
xi restrizzjonijiet dwar l-użu tal-vettura; |
(f) |
l-entità responsabbli mill-manutenzjoni. |
3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-data mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-awtorità ta' kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun ġiet awtorizzata.
4. Sakemm ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi ta' l-Istati Membri ma jkunux relatati, kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess, għad-data li tikkonċernah.
5. Fil-każ ta' vetturi mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u awtorizzati fi Stat Membru biex jitqiegħdu fis-servizz fit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-data elenkata fil-paragrafu 2(d) sa (f) tista' tiġi rkuprata permezz tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi. Data li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 (f) tista' tiġi sostitwita minn data kritika għas-sigurtà relatata ma' l-iskeda ta' manutenzjoni.
Artikolu 34
Reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' tipi ta' vetturi awtorizzati mill-Istati Membri għat-tqegħid fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Komunità. Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
jkun pubbliku u aċċessibbli għal kulħadd b'mod elettroniku; |
(b) |
għandu jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet komuni definiti fil-paragrafu 4; |
(ċ) |
għandu jkun marbut mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi kollha. |
2. Dan ir-reġistru għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull tip ta' vettura:
(a) |
il-karatteristiċi tekniċi tat-tip ta' vettura, kif definit fit-TSIs relevanti; |
(b) |
isem il-manifattur; |
(ċ) |
id-dati, ir-referenzi u l-Istati Membri emittenti ta' l-awtorizzazzjonijiet suċċessivi għal dan it-tip ta' vettura, inkluż kull restrizzjoni jew irtirar. |
3. Meta tingħata, tiġi modifikata, sospi ¿a jew irtirata awtorizzazzjoni tat-tip fi Stat Membru, l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà ta' dan l-Istat Membru għandha tinforma lill-Aġenzija, sabiex din ta' l-aħħar tkun tista' taġġorna r-reġistru.
4. L-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3), fuq il-bażi ta' l-abbozzi ta' l-ispeċifikazzjonijiet imħejjija mill-Aġenzija. Dawk l-abbozzi ta' speċifikazzjonijiet għandhom jinkludu: kontenut, format ta' l-informazzjoni, arkitettura funzjonali u teknika, mod tat-tħaddim, regoli dwar l-input tad-data u l-konsultazzjoni.
Artikolu 35
Reġistru ta' l-infrastruttura
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġi ppubblikat u aġġornat reġistru ta' l-infrastruttura abbażi taċ-ċiklu tar-reviżjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan ir-reġistru għandu jindika l-karatteristiċi prinċipali ta' kull sotto-sistema jew kull sotto-sistema parzjali involuta (eż. il-parametri bażiċi) u l-korrelazzjoni tagħhom mal-karatteristiċi stabbiliti taħt it-TSIs applikabbli. Għal dak il-għan, kull TSI għandha tindika b'mod preċiż liema informazzjoni għandha tkun inkluża fir- reġistru ta' l-infrastuttura.
2. L-Aġenzija għandha tfassal abbozz ta' speċifikazzjonijiet dwar ir-reġistru imsemmi fil-paragrafu 1 dwar il-preżentazzjoni u l-format tiegħu, kif ukoll iċ-ċiklu ta' l-aġġornament tiegħu u l-mod kif għandu jintużaw, b' kont meħud ta' perijodu xieraq ta' transizzjoni għal infrastrutturi mqiegħda fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta'din id-Direttiva. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tadotta l-ispeċifikazzjonijiet skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 29(3).
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI
Artikolu 36
Abbozz ta' sistemi ta' riferenza
1. L-Aġenzija għandha tiżviluppa, skond l-Artikoli 3 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva, dokumenti tekniċi tal-profesjoni u t-testi tal-ftehimiet internazzjonali relevanti, abbozz ta' sistema ta' referenzi ta' regoli tekniċi li jiżgura l-grad eżistenti ta' interoperabilità tan-netwerks u l-vetturi li jridu jiddaħħlu fl-ambitu ta' din id-Direttiva kif imfisser fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. Jekk ikun neċessarju, il-Kummissjoni tista' tadotta sistema ta' referenza skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(3) ta' din id-Direttiva.
2. Wara l-adozzjoni ta' din is-sistema ta' referenza, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom biex jadottaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali jew dwar l-iżvilupp ta' kwalunkwe proġett fit-territorju tagħhom li jvarja mis-sistema tar-referenza.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 37
Motivazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva rigward l-evalwazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità, il-verifika tas-sotto-sistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 7, 12, 14 u 19 għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijet li fuqhom tkun ibbażata. Din għandha tiġi notifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti konċernata, flimkien ma' indikazzjoni tar-rimedji disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat fil-limiti taż-żmien permess għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-rimedji.
Artikolu 38
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' l-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), (5), (6) u (8), l-Artikolu 6(1), (2), (3) (9) u (10), l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Artikolu 11(4) u (5), l-Artikolu 12, l-Artikolu 13(5), l-Artikoli 15, 16 u 17, l-Artikolu 18(1), (2), (4) u (5), l-Artikolu 19 (3), l-Artikoli 20 sa 27, l-Artikolu 28(4) u (6), l-Artikoli 32 sa 35 u l-Annessi I sa IX sa mhux aktar tard mid-19 ta' Lulju 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn ta' l-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
2. L-obbligi għal traspożizzjoni u implimentazzjoni tal-Kapitoli IV, V, VII u VII ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta' Ċipru u għar-Repubblika ta' Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.
Iżda, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tibni linja tal-ferrovija minħabba l-operazzjoni tagħha minn waħda jew aktar mill-impriżi tal-ferroviji, l-Istati Membri kkonċernati għandhom ifasslu leġiżlazzjoni biex jimplimentaw il-Kapitoli msemmija fl-ewwel sottoparagrafu preċedenti fi żmien sena minn meta jirċievu l-applikazzjoni.
Artikolu 39
Rapporti u informazzjoni
1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba fid-19 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 9.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sad-19 ta' Lulju 2013, rapport li jinkludi l-analiżi ta' l-implimentazzjoni tal-Kapitoli V u tat-titjib ta' l-aċċettazzjoni transkonfini tal-vetturi fil-Komunità fir-rigward tat-tul u l-ispejjeż tal-proċeduri għall-applikanti. Fejn hu xieraq, ir-rapport għandu wkoll jeżamina l-impatt tad-diversi għażliet sabiex jiġu ssemplifikati aktar il-proċeduri relatati ma' l-awtorizzazzjoni tal-vetturi. F'dan il-każ għandhom jiġu evalwati bosta għażliet li jikkonċernaw il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali u l-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna għodda kapaċi jipprovdu, fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, skeda tal-livell ta' l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fl-Artikoli 33, 34 u 35.
Artikolu 40
Revoka
Id-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE, huma rrevokati b'effett mid-19 ta' Lulju 2010, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi.
Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XI.
Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/49/KE għandu jitħassar b'effett mid-19 ta' Lulju 2008.
Artikolu 41
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 42
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Ġunju 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. POTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 39.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11.12.2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2008.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/32/KE (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 63).
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/32/KE.
(5) Id-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema tran-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, 21.6 220, p. 40).
(7) ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26.
(8) ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/58/KE (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44).
(9) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(10) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/58/KE.
(11) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 213/2008 (ĠU L 74, 15.3.2008, p. 1).
(12) Id-Deċiżjoni 93/465/KEE tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1993 rigward il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta' l-istima tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marki CE dwar il-konformità, li huma maħsuba biex jintużaw fid-direttivi ta' l-armonizzazzjoni teknika (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23).
(13) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.
(14) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(15) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(16) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
(17) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(18) ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS I
AMBITU
1. Is-sistema konvenzjonali trans-ewropea tal-ferroviji
1.1. Netwerk
In-netwerk tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji tkun dik fuq il-linji konvenzjonali tan-netwerk trans-Ewropew għat-trasport identifikata fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dan in-netwerk jista' jiġi suddiviż fil-kategoriji li ġejjin:
— |
linji maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri, |
— |
linji maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija), |
— |
linji magħmula speċjalment jew imtejba fil-kwalità għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija, |
— |
ċentri għal passiġġieri, |
— |
ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminali intermodali, |
— |
linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq. |
Dan in-netwerk jinkludi l-immaniġġar tat-traffiku, l-ittrakkjar, u s-sistemi tan-navigazzjoni: l-istallazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad-data u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri u servizzi tal-merkanzija għal distanzi twal fuq in-netwerk biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-operat armonjuż tan-netwerk u l-immaniġġar effiċjenti tat-traffiku.
1.2. Vetturi
Is-sitema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea għandha tinkludi l-vetturi kollha li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk ferrovjarju konvenzjonali trans-Ewropew kollu jew fuq parti minnu, inklużi:
— |
il-ferroviji bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, |
— |
magni tal-ġbid termali jew elettriċi, |
— |
il-vaguni tal-passiġġieri, |
— |
il-vaguni tal-merkanzija, inklużi l-vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet. |
Tagħmir mobbli għall-bini u l-manutenzjoni ta' infrastruttura tal-ferroviji jista' jiġi inkluż.
Kull waħda mill-kategoriji ta' hawn jistgħu jiġu suddiviżi fi:
— |
vetturi għall-użu internazzjonali, |
— |
vetturi għall-użu nazzjonali. |
2. Sistema ferrovjarja trans-ewropea ta' veloċità għolja
2.1. Netwerk
In-netwerk tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja għandha tkun dik fuq il-linji ta' veloċità għolja tan-netwerk trans-Ewropew għat-trasport identifikata fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.
Il-linji ta' veloċità għolja jinkludu:
— |
linji mibnija apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalent għal 250 km/s jew aktar, |
— |
linji modernizzati apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet tat-tip ta' 200 km/s, |
— |
linji modernizzati apposta għal-veloċità għolja li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet ta' topografija, kontorni jew pjanifikazzjoni ta' l-ibliet, li fuqhom il-veloċità għandha tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi wkoll linji ta' interkonnessjoni bejn in-netwerks ta' veloċità għolja u konvenzjonali, il-passaġġi minn stazzjonijiet tal-ferrovija, l-aċċess għat-terminali, id-depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ta' “veloċità għolja” b'veloċità konvenzjonali. |
Dan in-netwerk jinkludi l-immaniġġjar tat-traffiku, l-ittraċċar u s-sistemi tan-navigazzjoni, istallazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad-data u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi fuq dawn il-linji biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-operat armonjuż tan-netwerk u l-immaniġġar effiċjenti tat-traffiku.
2.2. Vetturi
Is-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja għandha tinkludi vetturi maħsuba biex joperaw:
— |
b'veloċità ta' mill-anqas 250 km/s fuq il-linji mibnija apposta għal veloċità għolja, filwaqt li jippermettu li jintlaħqu veloċitajiet ta' aktar minn 300 km/s f'ċirkostanzi approprjati, |
— |
jew fuq il-linji msemmija fit-taqsima 2.1, meta dan ikun kompatibbli mal-livelli ta' rendiment ta' dawn il-linji, b’ veloċità tat-tip ta’ 200 km/s. |
Barra minn hekk, vetturi maħsuba biex joperaw b'veloċità massima ta' inqas minn 200 km/s li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk trans-Ewropew ta' velocità għolja kollu jew fuq parti minnu, fejn dan huwa kompatibbli mal-livelli ta' prestazzjoni ta' dan in-netwerk, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet billi jiżguraw l-operazzjoni sigura fuq dan in-netwerk. Għal dan il-għan, it-TSIs għal vetturi konvenzjonali għandhom jispeċifikaw ukoll ħtieġiet għall-operazzjoni sigura ta' vetturi konvenzjonali fuq in-netwerks ta' veloċità għolja.
3. Kompatibilità tas-sistema ferrovjarja
Il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji fl-Ewropa tiddependi, inter alia, fuq il-kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiċi tan-netwerk (fl-aktar sens wiesa’, i.e. il-partijiet fissi tas-sotto-sistemi kollha konċernati) u dawk tal-vetturi (inklużi l-komponenti ta' abbord tas-sotto-sistemi kollha konċernati). Il-livelli ta' l-operat, is-sigurtà, il-kwalità tas-servizz u l-ispiża jiddependu fuq dik il-kompatibilità.
4. Estensjoni ta' l-ambitu
4.1. Subkategoriji ta' netwerk u vetturi
L-ambitu tat-TSIs għandu jkun estiż progressivament għas-sistema ferrovjarja kollha kif imsemmi fl-Artikolu 1(4). Biex ikun hemm aktar interoperabilità li toħloq benefiċċji adegwati meta mqabbla ma' l-infiq li jsir, aktar subkategoriji tal-kategoriji tan-netwerk u tal-vetturi msemmija f'dan l-Anness għandhom, meta meħtieġ, jiġu żviluppati. Jekk meħtieġ, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi msemmija fl-Artikolu 5(3) jistgħu jvarjaw skond is-subkategorija.
4.2. Protezzjoni għal dak li jintefaq
L-analiżi dwar il-benefiċċji meta mqabbla ma' dak li jintefaq tal-miżuri proposti għandha tikkunsidra, fost affarijiet oħra, dan li ġej:
— |
kemm tkun tiswa l-miżura proposta, |
— |
benefiċji għall-interoperabbiltà ta' estensjoni ta' l-ambitu għal subkategoriji partikolari ta' netwerks u vetturi, |
— |
tnaqqis ta' nfiq kapitali u spejjeż oħra minħabba ekonomiji konnessi mal-volum u użu aħjar tal-vetturi, |
— |
tnaqqis min-nefqa fuq investiment u spejjeż ta' manutenzjoni/operatorji minħabba żieda fil-kompetizzjoni bejn il-fabbrikanti u l-kumpanniji ta' manutenzjoni, |
— |
benefiċċji ambjentali, minħabba titjib tekniku fis-sistema tal-ferroviji, |
— |
sigurtà akbar fl-operazzjoni. |
Barra dan, din l-istima ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti.
ANNESS II
SOTTO-SISTEMI
1. Lista ta' sotto-sistemi
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tista' tinqasam fis-sotto-sistemi li ġejjin, jew:
(a) |
iż-żoni strutturali:
|
(b) |
iż-żoni funzjonali:
|
2. Deskrizzjoni tas-sotto-sistemi
Għal kull sotto-sistema jew parti minn sotto-sistema, il-lista ta' kostitwenti u l-aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-interoperabilità tiġi proposta mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI relevanti.
Mingħajr preġudizzju għall-għażla ta' l-aspetti u l-kostitwenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-interoperabilità jew l-ordni li biha huma jkunu sa jiġu soġġetti għat-TSIs, is-sotto-sistemi inklużi, b'mod partikolari:
2.1. L-infrastruttura:
Il-binarji, il-punti, l-istrutturi ta' l-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ) l-infrastruttura assoċjata ma' l-istazzjon (il-pjattaformi, iż-żoni ta' l-aċċess, inlużi l-bżonnijet ta' persuni b'mobilità ridotta, eċċ), is-sigurtà u t-tagħmir protettiv.
2.2. L-enerġija
Is-sistema ta' l-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-għoli u il-partijiet tat-tagħmir għall-kejl tal-konsum elettriku li jinsabu abbord.
2.3. il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni
It-tagħmir kollu meħtieġ biex jassigura s-sigurtà u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ferrovjarji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.4. Tħaddim u mmaniġġjar tat-traffiku
Il-proċeduri u t-tagħmir relatat li jgħin it-tħaddim koerenti tad-diversi strutturi tas-sotto-sistemi, kemm matul it-tħaddim normali jew imnaqqas, inklużi b'mod partikolari it-taħriġ u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex isiru servizzi transkonfinanti.
2.5. L-applikazzjonijiet telematiċi
Skond l-Anness I, din is-sotto-sistema tikkonsisti f'żewġ elementi:
(a) |
l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, l-immaniġġar tal-bagalji u l-immaniġġar tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport; |
(b) |
l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi ta' l-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali) is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-immaniġġar tal-konnessjonijiet ma' mezzi oħra ta' trasport u l-produzzjoni ta' dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija. |
2.6. Il-vetturi ferrovjarji
Is-sistema ta' l-istruttura, il-kmand u l-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-inġenji tal-ġbid u l-konverżjoni ta' l-enerġija, l-apparat ta' l-ibbrejkjar, l-aġġanċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, il-man/machine interfaces (is-sewwieq, il-persunal t'abbord u l-passiġġieri, inklużi l-bżonnijiet ta' persuni b'mobilità mnaqqsa), l-apparati tas-sigurtà passivi jew attivi u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal t'abbord.
2.7. Il-manutenzjoni
Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta' manutenzjoni u riservi li jippermettu l-manutenzjoni mandatorja kollettiva u preventiva biex tiġi assigurata l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u tiġi garantita l-kwalità meħtieġa.
ANNESS III
ĦTIĠIJIET ESSENZJALI
1. Ħtiġijiet ġenerali
1.1. Sigurtà
1.1.1. |
Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti ta’ sigurtà kritika u, b’mod aktar partikolari, tal-komponenti involuti fil-movimenti ferrovjarji għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sigurtà fil-livell li jikkorrispondi ma’ l-għanijiet stabbiliti għan-netwerk, inklużi dawk għal sitwazzjonijet speċifiċi degradati. |
1.1.2. |
Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarju għandhom jilħqu l-ħtiġijiet dwar l-istabbiltà meħtieġa biex jiggarantixxu s-sigurtà taċ-ċaqlieq fil-veloċità massima awtorizzata. Il-parametri iridu jiggarantixxu li jkun possibbli li tieqaf f’distanza speċifika ta’ brake bil-veloċità massima awtorizzata. |
1.1.3. |
Il-komponenti użati għandhom ikunu jifilħu għal xi strapazzi normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perjodu tagħhom fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sigurtà ta’ kwalunkwe mankanza aċċidentali għandhom jiġu limitati b’mezzi approprjati. |
1.1.4. |
Id-disinn ta’ stallazzjonijet u l-vetturi ferrovjarji fissi u l-għażla tal-materjal użat għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan f’każ ta’ ħruq. |
1.1.5. |
Kwalunkwe apparat maħsub biex jiġi mħaddem mill-utenti għandu jiġi ddisinjat biex ma jfixkilx l-użu bla periklu ta’ l-apparati jew is-saħħa u s-sigurtà ta’ l-utenti jekk jintuża b’mod prevedibbli, għalkemm mhux skond l-istruzzjonijiet stabbiliti. |
1.2. Affidabilità u disponibilità
Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tal-ferroviji għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b’tali mod li jkomplu jaħdmu skond il-kundizzjonijiet maħsuba.
1.3. Saħħa
1.3.1. |
Il-materjali li x’aktarx, minħabba l-mod ta’ kif jintużaw, jikkostitwixxu perikolu għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom m’għandhomx jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura ferrovjarja. |
1.3.2. |
Dawn il-materjali għandhom jintgħażlu, jitqiegħdu u jintużaw b’tali mod li jrażżnu l-ħruġ ta’ dħaħen jew ta’ gassijiet li jagħmlu ħsara u huma perikolużi, partikolarment f’każ ta’ ħruq. |
1.4. Il-protezzjoni ta’ l-ambjent
1.4.1. |
L-impatt ambjentali tat-twaqqif u t-tħaddim tas-sistema ferrovjarja għandu jiġi evalwat u kkunsidrat fl-istadju ta’ l-iddisinjar tas-sistema skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ. |
1.4.2. |
Il-materjali li jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura għandhom jipprevjenu l-ħruġ ta’ dħaħen jew gassijiet li jistgħu jkunu noċivi u perikolużi għall-ambjent, partikolarment f’każ ta’ ħruq. |
1.4.3. |
Il-vetturi ferrovjarji u s-sistemi għall-provvista ta’ l-enerġija għandhom ikunu ddisinjati u fabbrikati b’tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli ma’ l-istallazzjonijiet, mat-tagħmir u man-netwerk pubbliku jew privat li miegħu jistgħu jinterferixxu. |
1.4.4. |
It-tħaddim tas-sistema ferrovjarja għandu jirrispetta r-regolamenti eżistenti fuq l-inkwinament bil-ħoss. |
1.4.5. |
It-tħaddim tas-sistema ferrovjarja m’għandux iwassal għal livell inammissibbli ta’ vibrazzjonijiet ta’ l-art fl-attivitajiet u ż-żoni viċin l-infrastruttura u fi stat normali ta’ manutenzjoni. |
1.5. Kompatibilità teknika
Il-karatteristiċi ta’ l-infrastruttura u l-istallazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma’ xulxin u ma’ dawk tal-ferroviji li għandhom jintużaw fis-sistema ferrovjarja.
Jekk il-konformità ma’ dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f’ċerti taqsimiet tan-netwerk, soluzzjonijet temporanji, li jiżguraw kompatibilità fil-futur, għandhom jiġu implimentati.
2. Ħtiġijiet speċifiċi għal kull sotto-sistema
2.1. Infrastruttura
2.1.1. |
Sigurtà Iridu jittieħdu l-passi approprjati biex jipprevjenu l-aċċess jew id-dħul mhux mixtieq fl-istallazzjonijiet. Iridu jittieħdu passi biex jiġi limitat il-perikolu li għalih il-persuni jiġu esposti, partikolarment meta l-ferroviji jgħaddu mill-istazzjonijet L-infrastruttura li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess għandha tkun iddisinjata u magħmula b’tali mod li tillimita kwalunkwe perikolu għas-sigurtà umana (l-istabbiltà, il-ħruq, l-aċċess, l-evakwazzjoni, il-pjattaformi, eċċ.). Dispożizzjonijiet approprjati għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kundizzjonijiet partikolari tas-sigurtà fil-mini twal ħafna u l-vijadotti. |
2.2. L-enerġija
2.2.1. |
Sigurtà It-tħaddim tas-sistemi li jfornu l-enerġija m’għandux jimpedixxi s-sigurtà kemm tal-ferroviji kif ukoll tal-persuni (l-utenti, il-persunal operattiv, ir-residenti ta’ ħdejn il-binarji u l-partijiet terzi). |
2.2.2. |
Il-protezzjoni ta’ l-ambjent Il-funzjonament tas-sistemi li jfornu l-enerġija elettrika jew termali m’għandhomx jinterferixxu fl-ambjent lilhinn mil-limiti speċifikati. |
2.2.3. |
Kompatibilità teknika Is-sistema tal-forniment ta’ l-enerġija elettrika/termali użata għandha:
|
2.3. il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni
2.3.1. |
Sigurtà L-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u l-proċeduri użati għandhom jagħmluha possibbli li l-ferroviji jivvjaġġaw b’livell ta’ sigurtà li jikkorrispondi ma’ l-objettivi stabbiliti għan-netwerk. Is-sistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni għandhom ikomplu jipprovdu għal transitu bla periklu ta’ ferroviji permessi biex jaħdmu taħt kundizzjonijet degradati. |
2.3.2. |
Kompatibilità teknika L-infrastruttura l-ġdida kollha u l-vetturi ferrovjarji fabbrikati jew żviluppati wara l-adozzjoni tas-sistemi kompatibbli tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni għandhom jiġu adattati apposta għall-użu f’dawk is-sistemi. It-tagħmir tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni stallat fil-kabini tax-xufiera tal-ferroviji għandhom jippermettu operat normali, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, fis-sistema ferrovjarja kollha kemm hi. |
2.4. Il-vetturi ferrovjarji
2.4.1. |
Sigurtà L-istrutturi tal-vetturi ferrovjarji u ta’ l-agganċjamenti bejn il-vetturi jridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jitħarsu l-passiġġieri u l-kompartimenti tas-sewqan fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ ferrovija li taqbeż il-linji. It-tagħmir elettriku m’għandux idgħajjef is-sigurtà u l-funzjonament ta’ l-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni. It-tekniki tal-brejkijiet u l-istrapazzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istrutturi ta’ l-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalazzjoni. Passi għandhom jittieħdu biex jiġi evitat aċċess għal kostitwenti mnejn ikun għaddej il-kurrent elettriku biex ma tiġix ipperikolata s-sigurtà tal-persuni. Fil-każ ta’ perikolu, apparati għandhom jagħmluha possibbli li l-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u lil persunal li jkollu miegħu ħalli jikkuntattjawh. Il-bibien ta’ l-aċċess għandhom jinkorporaw sistema ta’ ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sigurtà tal-passiġġieri. Il-ħruġ ta’ emerġenza għandu jiġi pprovdut u indikat. Dispożizzjoniet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kundizzjonijiet partikolari tas-sigurtà fil-mini twal ħafna. Sistema ta’ dawl ta’ emerġenza ta’ intensità u dewmien suffiċjenti hija obbligatorja abbord il-ferroviji. Il-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t’abbord u mill-kontroll ta' l-art. |
2.4.2. |
Affidabilità u disponibilità Id-disinn tat-tagħmir vitali, tat-tagħmir tas-sewqan, tal-ġbid u ta’ l-ibbrejkjar u tas-sistema tal-kontroll u tal-kmand għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li l-ferrovija tkompli miexja, f’sitwazzjoni degradata speċifika mingħajr konsegwenzi ħżiena fuq it-tagħmir li jkun baqa’ jaħdem. |
2.4.3. |
Kompatibilità teknika It-tagħmir ta' l-elettriku għandu jkun kompatibbli ma’ l-operat ta’ l-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni. Fil-każ ta’ ġbid bl-elettriku, il-karatteristiċi ta’ l-apparati li jiġbru l-kurrent għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli biex il-ferroviji jivvjaġġaw bis-sistemi tal-forniment ta’ l-enerġija għas-sistema ferrovjarja. Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi relevanti. |
2.4.4. |
Kontrolli Il-ferroviji jridu jkunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni. L-informazzjoni miġbura minn dan l-apparat u t-trattament ta’ din l-informazzjoni jridu jiġu armonizzati. |
2.5. Il-manutenzjoni
2.5.1. |
Saħħa u Sigurtà L-istallazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri għandhom jassiguraw li s-sigurtà ta’ l-operat tas-sotto-sistema ma tkunx tikkostitwixxi perikolu għas-saħħa u għas-sigurtà. |
2.5.2. |
Il-protezzjoni ta’ l-ambjent L-istallazzjonijet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni m’għandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta’ inkonvenjent fir-rigward ta’ l-ambjent ta’ madwarhom. |
2.5.3. |
Kompatibilità teknika L-istallazzjonijet tal-manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li jsiru operazzjonijet għas-sigurtà, għas-saħħa u għall-kumdità fuq il-vetturi kollha li għalihom ikunu ġew iddisinjati. |
2.6. Tħaddim u mmaniġġjar tat-traffiku
2.6.1. |
Sigurtà L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-network u tal-kwalifiki tax-xufiera u tal-persunal t’abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassigura s-sigurtà ta’ l-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi ħtiġijiet tas-servizzi transkonfinanti u dawk domestiċi. L-operazzjonijiet u l-intervalli tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-manutenzjoni u taċ-ċentri tal-kontroll u s-sistema ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u l-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà. |
2.6.2. |
Affidabilità u disponibilità L-operazzjonijiet u l-perjodi tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal taċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll u s-sistema ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidabilità u disponibilità tas-sistema. |
2.6.3. |
Kompatibilità teknika L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-network u tal-kwalifiki tax-xufiera, tal-persunal t’abbord u tal-kontrolluri tat-traffiku għandu jkun tali li jassigura l-effiċjenza ta’ l-operat tas-sistema ferrovjarja, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi ħtiġijiet tas-servizzi transkonfinanti u domestiċi. |
2.7. Applikazzjonijet telematiċi għall-merkanzija u l-passiġġieri
2.7.1. |
Kompatibilità teknika Il-ħtiġijiet essenzjali għall-applikazzjonijet telematiċi jiggarantixxu l-kwalità minima tas-servizz għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-merkanzija, partikolarment f’termini ta’ kompatibilità teknika. Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw:
|
2.7.2. |
Affidabilità u disponibilità Il-metodi dwar kif jintużaw, jiġu mmaniġġjati, aġġornati u miżmuma dawn id-databases, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data għandhom jiggarantixxu l-effiċjenza ta’ dawn is-sotto-sistemi u l-kwalità tas-servizz. |
2.7.3. |
Saħħa Il-konġunzjonijiet bejn is-sistemi u l-utenti għandhom jikkonformaw mar-regoli minimi ta’ l-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa. |
2.7.4. |
Sigurtà Livelli approprjati ta’ integrità u affidabilità għandhom jiġu provduti għall-ħażna jew it-trażmissjoni ta’ informazzjoni marbuta mas-sigurtà. |
ANNESS IV
DIKJARAZZJONI “KE” TA' KONFORMITÀ U IDONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ
1. Kostitwenti ta' l-interoperabilità
Id-dikjarazzjoni “KE” tgħodd għall-kostitwenti ta' l-interoperabilità involuti fl-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, kif imsemmija fl-Artikolu 3. Dawn il-kostitwenti ta' l-interoperabilità jistgħu jkunu:
1.1. Kostitwenti b'ħafna użi
Dawn huma kostitwenti mhux speċifiċi għas-sistema ferrovjarja u li jistgħu jintużaw bħala tali f'oqsma oħra.
1.2. Kostitwenti b'ħafna użi li jkollhom karatteristiċi speċifiċi
Dawn huma kostitwenti li m'humiex, bħala tali, speċifiċi għas-sistema ferrovjarja, imma għandhom juru livelli speċifiċi ta' funzjonjament meta jintużaw għal skopijiet ferrovjarji.
1.3. Kostitwenti speċifiċi
Dawn huma kostitwenti li huma speċifiċi għall-applikazzjonijiet ferrovjarji.
2. Ambitu
Id-dikjarazzjoni KE tkopri:
— |
jew l-istima minn korp jew korpi notifikati dwar il-konformità intrinsika ta' kostitwent ta' l-interoperabilità, ikkunsidrata weħidha, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintlaħqu, |
— |
inkella l-istima/il-ġudizzju minn korp jew korpi notifikati dwar l-idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' l-interoperabilità, ikkunsidrat fl-ambjent ferrovjarju tiegħu u, f'każijiet partikolari fejn il-konġunzjonijiet involuti, f'relazzjoni ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, partikolarment dawk ta' natura funzjonali, li għandhom jiġu ċċekkjati. |
Il-proċeduri ta' l-istima implimentati mill-korpi nnotifikati fl-istadju tad-disinn u l-produzzjoni għandhom jiddependu fuq il-moduli definiti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fit-TSIs.
3. Kontenut tad-dikjarazzjoni “KE”
Id-dikjarazzjoni KE tal-konformità jew ta' l-idoneità għall-użu, u d-dokumenti li jmorru magħhom għandhom ikunu datati u ffirmati.
Id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb bl-istess lingwa ta' l-istruzzjonijiet u għandu jkun fiha dan li ġej:
— |
ir-referenzi tad-Direttivi; |
— |
l-isem u l-indirizz ta' l-entità kontraenti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità (agħti l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ; fil-każ tar-rappreżentant awtorizzat, agħti wkoll l-isem tan-negozju tal-manifattur), |
— |
id-deskrizzjoni tal-kostitwent ta' l-interoperabilità (l-għamla, it-tip, eċċ.), |
— |
id-deskrizzjoni tal-proċedura segwita biex ġiet iddikjarata l-konformità jew l-idoneità għall-użu (l-Artikolu 13), |
— |
id-deskrizzjonijiet rilevanti milħuqa mill-kostitwent ta' l-interoperabilità u, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet tiegħu għall-użu, |
— |
l-isem u l-indirizz tal-korp jew il-korpi notifikati involuti fil-proċedura segwiti fir-rigward tal-konformità jew l-idoneità għall-użu u d-data taċ-ċertifikat ta' l-eżami flimkien ma', fejn ikun approprjat, id-durata u l-kundizzjoniet tal-validità taċ-ċertifikat, |
— |
fejn ikun approprjat, ir-referenza għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, |
— |
l-identifikazzjoni tal-firmatarju li jkun irċieva l-poteri li jqabbad lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat stabbilit ġewwa l-Komunità. |
ANNESS V
DIKJARAZZJONI “KE” TAL-VERIFIKA GĦAS-SOTTO-SISTEMI
Id-dikjarazzjoni KE tal-konformità u d-dokumenti li jmorru magħha għandhom ikunu datati u ffirmati.
Id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha fiha dan li ġej:
— |
ir-referenzi tad-Direttivi; |
— |
l-isem u l-indirizz ta' l-entità kontraenti jew tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità (agħti l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ; fil-każ ta' rappreżentant awtorizzat, agħti wkoll l-isem tan-negozju ta' l-entità kontraenti jew tal-kostruttur); |
— |
deskrizzjoni qasira tas-sotto-sistema; |
— |
isem u indirizz tal-korp notifikat li għamel l-ispezzjoni “KE” msemmija fl-Artikolu 18; |
— |
ir-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku; |
— |
id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti temporanji jew definittivi li għandhom jitħarsu mis-sotto-sistemi u b'mod partikolari, fejn ikun approprjat, kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni fuq l-operat; jekk tkun temporanja; |
— |
jekk tkun temporanja: id-durata tal-validità tad-dikjarazzjoni “KE”; |
— |
l-identità tal-firmatarju. |
ANNESS VI
PROĊEDURA “KE” TAL-VERIFIKA GĦAS-SOTTO-SISTEMI
1. Introduzzjoni
Il-verifika KE hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika, li s-sotto-sistema:
— |
tkun tikkonforma mad-Direttiva, |
— |
konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u dispożizzjonijiet oħra relevanti b'konformità mat-Trattat Km mdaħħla fis-servizz. |
2. Stadji
Is-sotto-sistema tiġi ċċekkjata f'kull wieħed mill-istadji li ġejjin:
— |
id-disinn globali, |
— |
produzzjoni: l-kostruzzjoni tas-sotto-sistema, inklużi, b'mod partikolari, l-attivitajiet ta' inġinerija ċivili, l-immanifatturar, l-immuntar tal-kostitwenti, l-aġġustament globali, |
— |
l-ittestjar finali tas-sotto-sistema. |
Għall-istadju tad-disinn (inkulżi l-ittestjar tat-tip) u għall-istadju tal-produzzjoni l-applikant jista' japplika għal evalwazzjoni bħala l-ewwel pass.
F'dan il-każ, din l-evalwazzjoni jew evalwazzjonijiet iwasslu għal verifika intermedja tad-dikjarazzjoni (“ISV”), waħda jew iżjed, maħruġa mill-korp notifikat magħżul mill-applikant. Il-korp notifikat imbagħad ifassal dikjarazzjoni tal-KE ta' konformità intermedja tas-sotto-sistema għall-istadji rilevanti.
3. Ċertifikat
Il-korp notifikat responsabbli għall-verifika “KE” jevalwa d-disinn u l-produzzjoni tas-sotto-sistema u jfassal iċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant, li min-naħa tiegħu jimla d-dikjarazzjoni tal-verifika KE maħsuba għall-awtorità tas-superviżjoni fl-Istat Membru li fih tkun tinstab u/jew topera s-sotto-sistema.
Jekk ikun disponibbli, il-korp notifikat iqis l-ISVs, u, sabiex joħroġ ċertifikat ta' verifika tal-“KE”:
— |
jikkontrolla li s-sotto-sistema:
|
— |
jivverifika li jkopru kif suppost il-ħtieġa tat-TSI u jivvaluta l-elementi tad-disinn u tal-produzzjoni li mhumiex koperti mill-ISV(s) tad-disinn u/jew tal-produzzjoni. |
4. Fajl tekniku
Il-fajl tekniku li jmur mad-dikjarazzjoni tal-verifika għandu jsir kif ġej:
— |
għall-infrastruttura: il-pjanti ta' l-inġinerija strutturali, ir-rekords ta' l-approvazzjoni għall-iskavi u r-rinforzi, ir-rapporti ta' l-ittestjar u l-ispezzjoni fuq il-konkrit, eċċ., |
— |
għas-sotto-sistemi l-oħra: id-disinji ġenerali u dettaljati konformi ma' l-esekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi ta' ċirkuwiti kontrollati, deskrizzjoni ta' sistemi għall-ipproċessar ta' data u sistemi awtomatiċi, manwali dwar l-operat u l-manutenzjoni, eċċ., |
— |
lista ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità, kif imsemmija fl-Artikolu 3, inkorporati fis-sotto-sistema, |
— |
kopji tad-dikjarazzjoni “KE” tal-konformità jew l-idoneità għall-użu li lill-kostitwenti msemmija hawn fuq għandhom jiġu mogħtija skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva akkompanjati, fejn ikun approprjat, b'noti tal-kalkolazzjoni li jikkorrispondu magħhom u kopja tar-rekords tat-testijiet u l-eżamijiet li jkunu saru mill-korpi notifikati fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, |
— |
jekk disponibbli, l-ISVs u, f'tali każ, id-dikjarazzjoni/dikjarazzjonijiet tal-KE ta' konformità intermedja tas-sotto-sistema, li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat ta' verfika tal-“KE”, inkluż ir-riżultat ta' verifika mill-korp notifikat tal-validità tagħhom, |
— |
ċertifikat mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika KE, flimkien ma' noti korrispondenti ta' kalkolu u kontrofirmati minnha stess, li jiddikjaraw li l-proġett jikkonforma ma' din id-Direttiva waqt li jsemmu, meta jkun approprjat, ir-riservi dokumentati matul l-operat ta' l-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat għandu jkollu miegħu wkoll ir-rapporti ta' l-ispezzjoni u l-verifika magħmula mill-istess korp in konnessjoni mal-ħidma tiegħu, kif speċifikata fit-taqsimiet 5.3 u 5.4. |
5. Monitoraġġ
5.1. |
L-għan tal-monitoraġġ “KE” huwa li jiżgura li l-obbligi li ġejjin mid-dokument tekniku ntlaħqu matul il-produzzjoni tas-sotto-sistema. |
5.2. |
Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar tal-produzzjoni għandu jkollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, għall-ħwienet tal-produzzjoni, għaz-zoni tal-ħażna u, fejn ikun approprjat, għall-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni u ta' l-ittestjar u, b'mod aktar ġenerali, għall-fondi li huwa jikkunsidra meħtieġa għall-ħidma tagħha. L-applikant irid jibgħatlu jew irid ikun bagħatlu d-dokumenti kollha li jkunu meħtieġa għal dak l-iskop u, b'mod partikolari, il-pjani għall-implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-sotto-sistema. |
5.3. |
Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar ta' l-implimentazzjoni għandu perjodikament jagħmel verifiki biex jikkonferma l-konformità mad-Direttiva. Dan għandu jipprovdi lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni rapport tal-verifika. Dan jista' jkun jeħtieġ li jkun preżenti f'ċerti stadji ta' l-operazzjonijiet tal-bini. |
5.4. |
Barra minn hekk, il-korp notifikat jista' jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-ħwienet tal-produzzjoni. Waqt dawn iż-żjarat l-korp notifikat jista' jagħmel verifiki kompleti jew parzjali. Dan għandu jipprovdi lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni rapport ta' spezzjoni u, jekk ikun approprjat, rapport tal-verifika. |
5.5. |
Bil-għan li tingħata dikjarazzjoni “KE” ta' l-adattabilità għall-użu msemmija fit-taqsima 2 ta' l-Anness IV, il-korp notifikat għandu jkun jista' jimmoniterja sotto-sistema li fuqha jinbena kostitwent ta' interoperabilità sabiex ikun evalwata, meta meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-adattabilità tagħha għall-użu fl-ambjent li huwa maħsub li tintuża fih i.e. tal-ferroviji. |
6. Sottomissjoni
Il-fajl komplet imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi depożitat għand l-applikant b'appoġġ għall-ISV, jekk disponibbli, maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għal dan jew b'appoġġ għaċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika tas-sotto-sistema funzjonabbli. Ir-rapport għandu jiġi mehmuz ma' l-ISV u/jew ma' l-istqarrija “KE” tal-verifika li l-applikant jibgħat lill-awtorità tas-sorveljanza fl-Istat Membru konċernat.
Kopja tal-fajl għandha tinżamm mill-applikant matul iż-żmien ta' servizz tas-sotto-sistema. Din għandha tintbagħat lill-Istati Membri li jitolbuha.
7. Pubblikazzjoni
Kull korp notifikat għandu perjodikament jippubblika l-informazzjoni rilevanti rigward:
— |
talbiet tal-verifika “KE” li rċieva, |
— |
ISVs maħruġa jew rifjutati, |
— |
ċertifikati ta' verifika maħruġa jew miċħuda, |
— |
iċ-ċertifikati ta' konformità miċħuda. |
8. Lingwa
Il-fajl u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri tal-verifika “KE” għandhom jinkitbu b'xi lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih l-applikant huwa stabbilit, jew f'lingwa aċċettata mill-applikant.
ANNESS VII
IL-PARAMETRI LI GĦANDHOM JIĠU VVERIFIKATI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TAL-VETTURI MHUX KONFORMI MAT-TSI U L-KLASSIFIKAZZJONI TAR-REGOLI NAZZJONALI
1. Lista ta' parametri
(1) |
Informazzjoni ġenerali
|
(2) |
Interfaces għall-Infrastruttura
|
(3) |
Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji
|
2. Klassifikazzjoni tar-regoli
Ir-regoli nazzjonali dwar il-parametri identifikati fit-taqsima 1għandhom jaqgħu taħt wieħed mit-tliet gruppi speċifikati hawn taħt. L-esiġenzi u r-restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali mhumiex ikkonċernati; il-verifika tagħhom tagħmel parti mill-kontrolli li għandhom jitwettqu bi qbil komuni mill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastruttura.
Grupp A
Il-Grupp A għandu jkun kompost minn:
— |
l-istandards internazzjonali; |
— |
ir-regoli nazzjonali li f'dak li jirrigwarda s-sikurezza ferrovjarja jitqiesu ekwivalenti għar-regoli nazzjonali ta' Stati Membri oħra. |
Grupp B
Il-Grupp B għandu jkun kompost mir-regoli kollha li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Gruppi A jew C, jew inkella li jkunu għadhom ma ġewx ikklassifikati f'wieħed minn dawn il-gruppi.
Grupp Ċ
Il-Grupp Ċ għandu jkun kompost mir-regoli li jkunu strettament neċessarji u marbuta mal-karatteristiċi tekniċi ta' l-infrastruttura bil-għan ta' l-użu sikur u interoperabbli fin-netwerk ikkonċernat (pereżempju l-wisa' tal-binarji).
ANNESS VIII
KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITQIESU MILL-ISTATI MEMBRI META JINNOTIFIKAW LILL-KORPI
1. |
Il-korp, id-direttur tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-verifiki ma jistgħux jiġu involuti, jew direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, fil-fabbrikazzjoni, fil-kostruzzjoni, fil-marketing jew fil-manutenzjoni tal-kostitwenti jew tas-sotto-sistemi ta' l-interoperabilità kif ukoll fl-użu tagħhom. Dan ma jeskludix il-possibiltà ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-fabbrikant u dak il-korp. |
2. |
Il-korp jew il-persunal responsabbli għall-verifiki għandu jagħmel il-verifiki bl-akbar integrità persunali possibbli u bl-ikbar kompetenza teknika u għandu jkun ħieles minn xi pressjoni u inċentiva, b'mod partikolari ta' tip finanzjarju, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati ta' l-ispezzjoni tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew gruppi effettwati mir-riżultati tal-verifiki. B'mod partikolari, il-korp u l-persunal responsabbli għall-kontrolli għandhom ikunu funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet nominati biex joħorġu awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-servizz fil-qafas ta' din id-Direttiva, liċenzi fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE, u ċertifikati ta' sigurtà fil-qafas tad-Direttiva 2004/49/KE, u mill-korpi responsabbli għall-investigazzjonijiet f'każ ta' inċidenti. |
3. |
Il-korp għandu jimpjega l-persunal u jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq b'mod adegwat il-ħidmiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-verifiki; dan għandu wkoll ikollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifiki eċċezzjonali. |
4. |
Il-persunal responsabbli għall-verifiki għandu jkollu:
|
5. |
L-indipendenza tal-persunal responsabbli għall-verifiki għandha tkun garantita. Ebda uffiċjal m'għandu jkun remunerat fuq il-bażi tal-verifiki li jkunu saru jew tar-riżultati ta' dawk il-verifiki. |
6. |
Il-korp għandu jieħu assigurazzjoni b'obbligazzjoni ċivili sakemm dik l-obbligazzjoni ma tkunx koperta mill-Istat taħt il-liġi nazzjonali jew sakemm il-verifiki jitwettqu direttament mill-Istat Membru. |
7. |
L-impjegati ta' dan il-korp huma marbuta bis-sigriet professjonali fir-rigward ta' dak kollu li jsiru jafu fil-qadi tad-dmirijiethom (bl-eċċezzjoni ta' l-awtoritajiet amministattivi kompetenti u l-korpi li jinvestigaw inċidenti fl-Istat li fih iwettqu dawk l-attivitajiet kif ukoll korpi li jinvestigaw inċidenti li huma responsabbli għall-investigazzjoni ta' l-inċidenti kkawżati min-nuqqas tal-kostitwenti jew sotto-sistemi ta' l-interoperbbiltà kkontrollati) skond din id-Direttiva jew xi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva. |
ANNESS IX
FAJL GĦAL TALBA GĦAL DEROGA
Meta tiġi introdotta t-talba għal deroga, l-Istati Membri għandhom ifornu d-dokumenti li ġejjin:
(a) |
Ittra formali li tikkomuika lill-Kummissjoni d-deroga mixtieqa. |
(b) |
Fajl, mehmuż ma' l-ittra, li jkun fih mill-inqas:
|
Id-dokumentazzjoni trid tiġi fornuta kemm f'forma stampata kif ukoll f'format elettroniku. Dan jippemretti d-distribuzzjoni tad-dokumentazzjoni fost il-membri tal-Kumitat.
ANNESS X
PARTI A
Direttivi imħassra
(imsemmija fl-Artikolu 40)
Id-Direttiva 96/48/KE |
|
Id-Direttiva 2001/16/KE |
|
Id-Direttiva 2004/49/KE |
L-Artikolu 14 biss |
PARTI B
Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 40)
Direttiva |
L-aħħar data għat-traspożizzjoni |
96/48/KE |
Id-9 ta' April 1999 |
2001/16/KE |
L-20 ta' April 2003 |
2004/49/KE |
It-30 ta' April 2006 |
ANNESS XI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Id-Direttiva 96/48/KE |
Id-Direttiva 2001/16/KE |
Id-Direttiva preżenti |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
— |
— |
Artikolu 1(3) |
— |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2 (a) sa (l) |
Artikolu 2 (a) sa (l) |
Artikolu 2 (a) sa (b) u (e) sa (m) |
— |
— |
Artikolu 2 (c) u (d) |
Artikolu 2(n) |
Artikolu 2(m) |
Artikolu 2(n) |
Artikolu 2(o) |
Artikolu 2(n) |
Artikolu 2(o) |
Artikolu 2(m) |
Artikolu 2(o) |
Artikolu 2(p) |
Artikolu 2(p) |
Artikolu 2(p) |
Artikolu 2(q) |
— |
— |
Artikolu 2 (r) sa (z) |
Artikoli 3, 4 u 5 |
Artikoli 3, 4 u 5 |
Artikoli 3, 4 u 5 (1) sa (5) |
— |
— |
|
Artikolu 5(6) |
Artikolu 5(7) |
Artikolu 5(7) |
— |
— |
Artikolu 5(6) |
|
|
Artikolu 5(8) |
Artikolu 6(1) sa (8) |
Artikolu 6(1) sa (8) |
Artikolu 6(1) sa (8) |
— |
— |
Artikolu 6(9) sa (10) |
— |
— |
Artikoli 7 u 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 10(1) sa (3) |
Artikolu 10(1) sa (3) |
Artikolu 11(1) sa (3) |
— |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 11(4) |
— |
— |
Artikolu 11(5) |
Artikoli 11 sa’ 13 |
Artikoli 11 sa’ 13 |
Artikoli 12 sa’ 14 |
Artikolu 14(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u (2) |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 20 |
Artikolu 14(4) u (5) |
Artikolu 14(4) u (5) |
Artikolu 33 |
— |
— |
Artikolu 15(2) u (3) |
Artikoli 15 u 16 |
Artikoli 15 u 16 |
Artikoli 16 u 17 |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 17(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 18(1) sa (3) |
Artikolu 18(1) sa (3) |
Artikolu 18(1) sa (3) |
— |
— |
Artikolu 18(4) u (5) |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 28 |
— |
— |
Artikoli 21 sa 27 |
Artikolu 21(1) sa (3) |
Artikolu 21(1) sa (3) |
Artikolu 29(1) sa (3) |
— |
— |
Artikolu 29 (4 u 5) |
— |
— |
|
Artikolu 21a(1) |
Artikolu 22 |
Artikolu 30(2) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 30(4) |
Artikolu 21a(2) |
Artikolu 21a |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 21b |
— |
— |
Artikolu 21c |
Artikolu 21b |
Artikolu 30(3) |
Artikolu 22 |
Artikolu 26 |
Artikolu 37 |
Artikolu 22a |
Artikolu 24 |
Artikoli 34 u 35 |
— |
— |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 36 |
Artikolu 23 |
Artikolu 27 |
Artikolu 38 |
Artikolu 24 |
Artikolu 28 |
Artikolu 39 |
— |
— |
Artikolu 40 |
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
Artikolu 41 |
Artikolu 26 |
Artikolu 30 |
Artikolu 42 |
Annessi I sa VI |
Annessi I sa VI |
Annessi I sa VI |
|
|
Anness VII |
Anness VII |
Anness VII |
Anness VIII |
— |
— |
Annessi IX sa XI |