29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 319/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7317)

(It-testi bl-ilsien Spanjol, Grieg, Franċiż, Taljan, Malti u Portugiż biss huma awtentiċi)

(2008/891/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, il-patata għaż-żrigħ li toriġina mill-Kanada ma tistax tiddaħħal fil-Komunità. Madankollu, id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, dejjem jekk ma jkunx hemm riskju li jixterdu organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE (2) tipprevedi deroga għall-importazzjoni ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada fil-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

(3)

Il-Portugall talab għal estensjoni ta’ dik id-deroga.

(4)

Is-sitwazzjoni li tiġġustifika dik id-deroga ma tbiddlitx u għalhekk id-deroga għandha tkompli tapplika.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2003/61/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/61/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(2)(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

għall-istaġuni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-patata mill-1 ta’ Frar 2003 sal-31 ta’ Marzu 2003, mill-1 ta’ Diċembru 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, mill-1 ta’ Diċembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005, mill-1 ta’ Diċembru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006, mill-1 ta’ Diċembru 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007, mill-1 ta’ Diċembru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008, mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009, mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 u mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011.”

(2)

Fl-Artikolu 15, id-data “31 ta’ Marzu 2008” tinbidel bid-data “31 ta’ Marzu 2011”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 28.1.2003, p. 31.