21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 191/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 829/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda l-Annessi I, II, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1) u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fir-rigward ta’ l-importazzjoni fil-Komunità u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati minnhom. Ir-Regolament jipprevedi r-rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali għall-ipproċessar ta’ materjali tal-Kategoriji 1, 2 u 3 u jistipula wkoll rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom inklużi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità.

(2)

Minħabba t-theddida ta’ l-introduzzjoni tal-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs fil-Komunità, li fil-preżent hija ħielsa minn din il-parassita, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-importazzjoni tax-xama’ tan-naħal, maħsuba għal skopijiet tekniċi, u wkoll li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ prodotti ta’ l-apikultura fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Għalhekk, id-definizzjoni rilevanti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stipulati fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness VIII u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 13 ta’ l-Anness X ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu emendati skond dan.

(3)

Il-Kapitolu X ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi mudell tad-dokument kummerċjali li għandu jakkumpanja l-prodotti sekondarji u l-prodotti pproċessati ta’ l-annimali matul it-trasport. Sabiex tittejjeb it-traċċabbiltà tal-ġlud ta’ barra u l-ġlud matul it-trasport, huwa meħtieġ li dak il-mudell tad-dokument jiġi emendat. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċifalopatija sponġiformi li tixtered (2) japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Huwa jipprojbixxi t-tmigħ ta’ proteini pproċessati mill-annimali lill-annimali ta’ l-irziezet li jinżammu, jissemmnu jew jitnisslu għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(5)

Filwaqt li l-projbizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tibqa’ fis-seħħ, għandhom japplikaw rekwiżiti ta’ pproċessar, kif stipulati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li huma anqas stretti mill-Metodu 1 attwali għall-proteini pproċessati mill-annimali derivati minn demm porċin, billi m’hemm l-ebda indikazzjoni xjentifika ta’ xi riskju ta’ trażmissjoni ta’ TSEs mill-ħnieżer. Madankollu, huwa meħtieġ għal raġuni vjiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u saħħa pubblika, li tiddaħħal rekwiżit ta’ temperatura minima għall-ipproċessar ta’ demm porċin. Il-Kapitolu II ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-Kapitolu II A (1) ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippermetti l-użu ta’ partijiet ta’ annimali maqtula, li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem iżda li għal raġunijiet kummerċjali m’humiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fil-manifattura ta’ ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi fil-Komunità. Jidher li partijiet minn dawk l-annimali li jkunu skartati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, iżda li ma jkollhomx sinjali ta’ mard trażmissibbli għall-bniedem jew lejn l-annimali, jistgħu jintużaw ukoll b’sikurezza fl-ikel għall-annimali domestiċi. Il-Kapitolu II A (1) u l-Kapitolu XI ta’ l-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, dan ta’ l-aħħar jipprevedi d-dispożizzjonijiet rispettivi għall-importazzjoni fil-Komunità, għandhom jiġu emendati skond dan.

(7)

Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa eżistenti għall-importazzjoni ta’ ġlud (hides and skins) fil-Komunità, sabiex jiġu introdotti xi emendi tekniċi. Għalhekk fl-interess taċ-ċarezza, ir-rekwiżiti speċifiċi għal dawk il-prodotti stipulati fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness VIII, u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Kapitoli 5 (A), 5(B) u 5(C) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati skond dan.

(8)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), fl-opinjoni xjentifika tagħha dwar l-aspetti ta’ saħħa u benesseri ta’ l-annimali ta’ l-influwenza tat-tjur (Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of avian influenza), adottata fit-13 u l-14 ta’ Settembru 2005, ikkonkludiet li r-rix għandu jiġi ttrattat qabel il-kummerċ, sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid ta’ l-influwenza tat-tjur. Il-Kapitolu VIII ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi l-miżuri permanenti tal-Komunità dwar it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tar-rix. Fid-dawl ta’ dik l-opinjoni u s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali mad-dinja kollha rigward l-influwenza tat-tjur, ikun xieraq li jiġu emendati l-miżuri Komunitarji rilevanti dwar l-importazzjoni u t-trattament tar-rix qabel l-importazzjoni. L-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(9)

Iċ-ċertifikat tas-saħħa rilevanti stipulat fil-Kapitolu 1 ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ proteini ta’ l-annimali pproċessati, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u prodotti oħra għajr ikel għall-annimali domestiċi li jkun fihom tali proteini għandu jiġi emendat skond dan sabiex jipprovdi għal possibbiltajiet ta’ pproċessar għal pajjiżi terzi, ekwivalenti għal dawk tal-Komunità. Il-Kapitolu I ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-Kapitolu 3 (B) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel għall-annimali domestiċi pproċessat, għajr ikel fil-laned għall-annimali domestiċi. Jidher li l-produzzjoni ta’ l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi qed kull ma tmur tiżdied fil-pajjiżi terzi permezz tat-taħlit ta’ ingredjenti diġà pproċessati li jkunu ġew ittrattati individwalment f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. It-trattament tas-sħana ta’ tali ingredjenti jista’ jkollu effetti ħżiena fuq il-kwalitajiet nutrittivi tagħhom. Għalhekk, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li jkun jikkonsisti f’tali ingredjenti sikuri għandha tkun permessa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3 (B) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu jiġi emendat skond dan.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi jistgħu jiġu importati fil-Komunità minkejja li jkun fihom materjal derivat minn annimali ttrattati b’ċerti sustanzi pprojbiti. Madankollu, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel għall-annimali domestiċi, dogchews (ikel tal-klieb jitgerrem) u interjuri għat-togħma pproċessati u li jkun fihom dan il-materjal m’hijiex attwalment permessa. Billi jidher li r-riskju għas-saħħa meta dan il-materjal għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi jiġi importat fil-Komunità m’huwiex ogħla minn meta dan il-materjal ikun ingredjent fl-ikel għall-annimali domestiċi, dogchews u interjuri għat-togħma pproċessati importati, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ dawn il-prodotti pproċessati li jkun fihom dan il-materjal għandha tkun permessa wkoll. Għalhekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Kapitoli 3(A), 3(B), 3(C) u 3(E) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati skond dan.

(12)

Il-Kapitolu 3(B) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi li c-ċertifikat tas-saħħa għall-ikel ta’ l-annimali domestiċi pproċessat, minbarra ikel fil-laned għall-annimali domestiċi, għandu jkun fih ċertifikazzjoni li tgħid li l-ikel għall-annimali domestiċi ġie ppakkjat f’ippakkeġġjar ġdid, li jkollu tikketti li jindikaw li “mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem”. Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-marketing ta’ għalf kompost (3) diġà tipprovdi rekwiżiti ekwivalenti ta’ mmarkar li jipprevjenu l-użu ħażin mhux intenzjonat jew negliġenti ta’ tali prodotti għall-konsum mill-bniedem. Ir-rekwiżiti għall-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fil-Kapitolu 3(B) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom iqisu dik il-leġiżlazzjoni, u għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(13)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ikel għall-annimali domestiċi, dogchews u prodotti tekniċi. Il-Kapitolu II B(4) ta’ dak l-Anness jipprovdi li d-dogchews għandhom, matul l-ipproċessar, ikunu għaddew minn trattament tas-sħana li jkun biżżejjed għall-qerda ta’ organiżmi patoġeniċi. Bosta Stati Membri talbu li jiġu permessi trattamenti oħra, matul l-ipproċessar tad-dogchews, li jipprovdu garanziji ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-Kapitolu II B (4) ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru1774/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(14)

Il-Kapitolu 3 (C) ta’ l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ dogchews fil-Komunità. Billi trattamenti oħra għajr trattament tas-sħana għandhom jiġu permessi fil-Komunità għall-ipproċessar ta’ dogchews, dawn it-trattamenti l-oħra għandhom jiġu permessi wkoll għal dogchews importati. Xi dogchews jinħadmu mill-ħut skond metodi tradizzjonali. Il-konsiderazzjonijiet dwar saħħet l-annimali ma jirrikjedux trattament tas-sħana f’dan il-każ. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fil-Kapitolu 3 (C) ta’ l-Anness X ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(15)

Il-Kapitolu II B (6) ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula standards mikrobijoloġiċi applikabbli fl-ikel għall-annimali domestiċi maħdum fil-Komunità. Dawk l-istandards għandhom jiġu imposti wkoll fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ikel għall-annimali domestiċi mhux ipproċessat għall-bejgħ dirett u fuq prodotti sekondarji ta’ l-annimali għat-tmigħ lill-annimali mrobbija għall-pil li jkunu maħsuba għall-bgħit lejn il-Komunità. Il-Kapitolu 3 (D) ta’ l-Anness X ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(16)

L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ma jkunux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Il-Parti XIII ta’ dak l-Anness tipprovdi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ serum minn ekwidi (equidae). Skond dik il-Parti XIII, din il-lista tinkludi pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni ta’ l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (4), li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ ekwidi għall-qatla.

(17)

Iżda s-serum mill-ekwidi jista’ jinkiseb minn annimali ħajjin. Għalhekk, l-istatus ta’ saħħet l-annimali li jippermetti l-inklużjoni ta’ pajjiż terz f’dik il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni għandu jkun biżżejjed biex jiddetermina jekk is-serum mill-ekwidi jistax jiġi importat minn dan il-pajjiż terz. Dak, b’mod partikolari, jippermetti l-importazzjoni mill-Messiku ta’ serum mill-ekwidi. Il-Parti XIII ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(18)

Għandhom jiġu stipulati ċertifikati veterinarji fil-format stabbilit fir-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (5), fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta’ mudelli armonizzati għaċ-ċertifikati veterinarji relatati ma’ l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Id-dokument kummerċjali stabbilit fl-Anness II, il-Kapitolu X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Anness X ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu emendati skond dan.

(19)

Għandu jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiġi permessa t-tkomplija ta’ l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tal-prodotti derivati minnhom koperti bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u akkumpanjati biċ-ċertifikati tas-saħħa konformi ma’ dak ir-Regolament

(20)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Annessi I, II, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qed jiġu emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżizzjonali ta’ sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-dokument kummerċjali stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Anness X ta’ dak ir-Regolament (KE), li jkunu mtlew f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, jistgħu jkomplu jakkumpanjaw il-prodotti koperti minn tali dokumenti jew ċertifikati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(4)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

‘prodotti sekondarji ta’ l-apikultura' jfissru għasel, xama’ tan-naħal, jelly tan-naħal ħaddiem (royal jelly), żaftura (propolis) jew polline mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem;”

(b)

Il-Punt 42 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“42.

‘proteini ta’ l-annimali pproċessati’ jfissru proteini ta’ l-annimali derivati fl-intier tagħhom minn materjal tal-Kategorija 3, li jkunu ġew ittrattati skond il-Kapitolu II ta’ l-Anness VII sabiex isiru tajbin għall-użu dirett bħala materjal għall-għalf jew għal xi użu ieħor f' għalf, inkluż ikel għall-annimali domestiċi, jew għall-użu f’fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija; madankollu, dawn ma jinkludux prodotti tad-demm, ħalib, prodotti b’bażi ta’ ħalib, kolostru, ġelatina, proteini idrolizzati u dicalcium phosphate, bajd u prodotti mill-bajd, tricalcium phosphate u kollaġeni;”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu X huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"KAPITOLU X

Dokument kummerċjali

1.

Id-dokument kummerċjali li ġej għandu jakkumpanja l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti pproċessati matul it-trasport. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw dokument kummerċjali differenti, fuq il-karta jew f’forma elettronika, għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti pproċessati ttrasportati fl-istess Stat Membru sakemm tali dokument kummerċjali jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III(2).

2.

Fejn ikun involut aktar minn trasportatur wieħed, kull trasportatur ikun mistenni jimla dikjarazzjoni kif imsemmi fil-punt 7 tad-dokument kummerċjali, li għandha tkun parti mid-dokument.

MUDELL TAD-DOKUMENT KUMMERĊJALI GĦAT-TRASPORT FIL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ PRODOTTI SEKONDARJI U PRODOTTI PPROĊESSATI MILL-ANNIMALI

Noti

(a)

Id-dokumenti kummerċjali għandhom isiru skond it-taqsim tal-mudell li jidher f’dan l-Anness. Dawn għandu jkun fihom, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, id-dikjarazzjonijiet meħtieġa għat-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti pproċessati derivati minnhom.

(b)

Dan għandu jkun miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jew l-Istat Membru tad-destinazzjoni, kif ikun xieraq. Madankollu, dan jista’ jinkiteb ukoll b’lingwi uffiċjali oħra tal-Komunità, jekk ikun akkumpanjat bi traduzzjoni uffiċjali jew jekk ikun hemm qbil minn qabel ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(c)

Id-dokument kummerċjali għandu jsir f’għallinqas tliet kopji (dokument oriġinali wieħed u żewġ kopji). Id-dokument oriġinali għandu jakkumpanja l-kunsinna sad-destinazzjoni finali tagħha. Dan għandu jinżamm mir-riċevitur. Il-produttur għandu jżomm waħda mill-kopji u t-trasportatur l-oħra.

(d)

L-oriġinal ta’ kull dokument kummerċjali għandu jikkonsisti f’paġna waħda, b’żewġ naħat, jew, fejn ikun meħtieġ aktar test dan għandu jkun f’forma tali li l-paġna kollha meħtieġa jkunu parti minn ħaġa sħiħa integrata u indiviżibbli.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-kunsinna, jinthemżu xi paġni addizzjonali mad-dokument kummerċjali, dawn il-paġni jitqiesu bħala parti mid-dokument oriġinali wkoll permezz tal-firma tal-persuna responsabbli mill-kunsinna, fuq kull waħda mill-paġni.

(f)

Meta d-dokument kummerċjali, inklużi l-paġni addizzjonali msemmija fl-(e), ikun jkun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull waħda mill-paġni għandha tkun innumerata -(numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni)– fil-qiegħ u għandha turi n-numru tal-kodiċi tad-dokument assenjat mill-persuna responabbli indikata fuq.

(g)

L-oriġinal tad-dokument kummerċjali għandu jimtela u jiġi ffirmat mill-persuna responsabbli. Fit-twettiq ta’ dan, il-persuna responabbli għandha tiżgura li l-prinċipji tad-dokumentazzjoni kif stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jiġu segwiti. Id-dokument kummerċjali għandu jispeċifika:

(i)

id-data li fiha l-materjal ittieħed mill-fond;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-materjal, inklużi l-identifikazzjoni tal-materjal, l-ispeċi ta’ l-annimali tal-materjal tal-Kategorija 3 ta’ prodotti pproċessati derivati minnu u ddestinati għall-użu bħala materjal ta’ l-għalf u, jekk japplika, in-numru tal-lametta tal-widna ta’ l-annimal;

(iii)

il-kwantità ta’ materjal;

(iv)

il-post ta’ l-oriġini tal-materjal;

(v)

l-isem u l-indirizz tat-trasportatur tal-materjal;

(vi)

l-isem u l-indirizz tar-riċevitur, u fejn japplika, in-numru ta’ l-approvazzjoni tiegħu; u

(vii)

jekk ikun xieraq, in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-impjant ta’ l-oriġini, u n-natura u l-metodi tat-trattament.

(h)

Il-kulur tal-firma tal-persuna responsabbli għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar.

(i)

Id-dokument kummerċjali għandu jinżamm għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn għall-preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti biex tivverifika r-rekords imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(j)

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw dokument kummerċjali f’forma elettronika, ir-rekwiżiti elenkati fil-punti (a) sa (i) għandhom jiġu osservati kif jixraq għal tali forma elettronika.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(3)

Fl-Anness VII, il-Kapitolu II, paragrafu A(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Proteini ta’ l-annimali mammiferi pproċessati għandhom ikunu ġew sottomessi għall-metodu ta’ l-ipproċessar 1. Madankollu, demm porċin jista’ jiġi soġġett għal kull metodu ta’ l-ipproċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ l-ipproċessar 7 sakemm fil-każ tal-metodu ta’ l-ipproċessar 7, ikun ġie applikat fuqu trattament tas-sħana fis-sustanza kollha tiegħu f’temperatura ta’ mill-anqas 80 °C”

(4)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-paragrafu A(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-uniċi prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti ikel għall-annimali domestiċi u dogchews huma dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a) sa (j). Madankollu, ikel għall-annimali domestiċi mhux ipproċessat jista’ jiġi mmanifatturat biss minn prodotti sekondarji ta’ l-annimali msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) jew l-Artikolu 6 (1) (b).”

(ii)

Il-paragrafu B(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.

Dogchews għandhom matul l-ipproċessar isirilhom trattament li jkun biżżejjed biex jeqred organiżmi patoġeniċi, inkluża s-salmonella.

Wara dak it-trattament, għandha tittieħed kull prekawzjoni biex jiġi żgurat li dawn id-dogchews ma jkunux esposti għal kontaminazzjoni. Id-dogchews għandhom jiġu ppakkjati f’ippakkeġġjar ġdid.”

(b)

Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-paragrafu I(A)(3) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.

Demel ta’ l-ekwidi mhux ipproċessat ikkummerċjalizzat m’għandux joriġina minn stabbiliment soġġett għal restrizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-glanders, l-istomatite veżikulari, l-antraċe jew ir-rabja skond l-Artikolu 4 (5) tad-Direttiva 90/426/KEE.”

(ii)

Il-paragrafu I(B)(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.

L-importazzjoni ta’ demel mhux ipproċessat hija pprojbita.”

(iii)

Il-paragrafu II(B)(6)(d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

huma akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 17 ta’ l-Anness X.”

(c)

Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i)

Fl-A, il-paragrafu (1)(a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għal ġlud ta’ ungulati li jħarsu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (*)

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22)”"

(ii)

Fil-B, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.

Il-kummerċ fi ġlud friski jew imkessħin huwa soġġett għall-istess kondizzjonijiet ta’ saħħa bħal dawk applikabbli għal-laħam frisk skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (**)

(**)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.”"

(iii)

Fis-C, il-paragrafu 5(b), il-frażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

“(b)

jiġu minn pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, minn parti ta’ pajjiż terz, li jidher fil-lista mogħtija fil-Parti XIV(A) ta’ l-Anness XI u liema, kif ikun xieraq għall-ispeċi kkonċernata:”

(iv)

Fis-C, il-paragrafi 6(b) sa (e) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

jiġu jew minn:

(i)

pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, minn parti ta’ pajjiż terz, li jidher fil-lista mogħtija fil-Parti XIV(B) ta’ l-Anness XI li permezz tiegħu l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi korrispondenti hija awtorizzata u huma jkunu ġew ittrattati skond il-paragrafu 2(a), (b) u (c) ta’ l-A; jew

(ii)

pajjiż terz li jidher fil-lista mogħtija fil-Parti XIV(B) ta’ l-Anness XI u huma jkunu ġew ittrattati skond il-paragrafu 2 (c) jew (d) ta’ l-A; jew

(iii)

ekwidi jew annimali ruminanti minn pajjiż terz li jidher fil-lista mogħtija fil-Parti XIV (C) ta’ l-Anness XI, li jkunu ġew ittrattati skond il-paragrafu 2(a), (b) u (c) ta’ l-A u li wara t-trattament ikunu nżammu separati għal ta’ l-anqas 21 jum.

(c)

fil-każ ta’ ġlud immellħa ttrasportati permezz ta’ bastiment, huma jkunu ġew ittrattati skond il-paragrafi 2 (b) jew (c) ta’ l-A u nżammu separati wara t-trattament matul it-trasport għal ta’ l-anqas 14-il jum fil-każ tal-paragrafu (b) jew sebat ijiem fil-każ tal-paragrafu (c) qabel l-importazzjoni u c-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-kunsinna jiċċertifika dan it-trattament u t-tul ta’ żmien tat-trasport; u

(d)

ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 5 (B) ta’ l-Anness X, jew, fil-każ ta’ ġlud imsemmija fil-paragrafi 6(b) (iii) tas-C ta’ dan l-Anness, għandha takkumpanjahom dikjarazzjoni uffiċjali li tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 5 (C) ta’ l-Anness X.”

(d)

Il-Kapitolu VIII huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-B, il-paragrafu 4, il-frażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ suf u xagħar mhux ipproċessati, jekk ikunu:”

(ii)

Fil-B, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.

L-importazzjoni ta’ rix u partijiet minn rix mhux ipproċessati hija pprojbita.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ rix u partijiet minn rix ipproċessati jekk:

(a)

ikunu rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jġorru l-vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal għanijiet mhux industrijali; jew

(b)

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li r-rix jew il-partijiet mir-rix ġew ittrattati b’kurrent ta’ fwar jew b’xi metodu ieħor li jiżgura d-diżattivazzjoni ta’ patoġeni u jkunu magħluqa b’mod sikur f’ippakkeġġjar u xotti.”

(e)

Il-Kapitolu IX huwa emendat kif ġej:

(i)

Fl-A, il-paragrafu 1, il-frażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

“1.

Prodotti sekondarji ta’ l-apikultura maħsuba esklussivament għall-użu fl-apikultura għandhom:”

(ii)

Fil-B, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-apikultura, għajr xama’ tan-naħal f’forma ta’ xehda ta’ l-għasel maħsuba għall-użu fl-apikultura jekk ikunu:

(a)

ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista mogħtija fil-Parti XII ta’ l-Anness XI;

(b)

jew:

(i)

ġew soġġetti għal temperatura ta’ –12 °C jew anqas għal ta’ l-anqas 24 siegħa; jew

(ii)

fil-każ tax-xama’, il-materjal ikun ġie rfinut jew imdewweb qabel l-importazzjoni; u

(c)

jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Kapitolu 13 ta’ l-Anness X.”

(iii)

Fil-B, jiżdiedu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ xama’ tan-naħal għal għanijiet tekniċi, għajr xama’ tan-naħal f’forma ta’ xehda ta’ l-għasel, jekk hija tkun:

(a)

ġiet irfinuta jew imdewba qabel l-importazzjoni; u

(b)

tkun akkumpanjata minn dokument kummerċjali li jiċċertifika dak l-irfinar jew radd.

5.

L-importazzjoni ta’ xama' tan-naħal f’forma ta’ xehda ta’ l-għasel għandha tkun ipprojbita.”

(f)

Il-Kapitolu XI huwa emendat kif ġej:

(i)

F’punt 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“madankollu, prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-użu fl-għalf għall-annimali mrobbija għall-pil jew għall-użu f’ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi għandu jikkonsisti biss fi prodotti sekondarji ta’ l-annimali msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) u (b);”

(ii)

Il-Paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jikkonforma ma’ wieħed mill-mudelli msemmija fil-Kapitolu 3(D), 3(F) jew 8 ta’ l-Anness X.”

(5)

L-Anness X huwa ssostitwit kif ġej:

“L-ANNESS X

MUDELLI TA’ ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI U GĦAT-TRANŻITU MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ ĊERTI PRODOTTI SEKONDARJI TA’ L-ANNIMALI U PRODOTTI DERIVATI MINNHOM

Noti

(a)

Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom isiru mill-pajjiż li qiegħed jesporta, ibbażati fuq il-mudelli li jidhru f’dan l-Anness X, skond it-tifsila tal-mudell li jikkorrispondi għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali kkonċernati. Huma għandu jkun fihom, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, id-dikjarazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, kif ikun il-każ, dawk il-garanzji supplimentari li huma meħtieġa rilevanti għall-pajjiż terz li qiegħed jesporta jew parti minnu.

(b)

L-oriġinal ta’ kull ċertifikat għandu jikkonsisti f’paġna waħda, miż-żewġ naħat, jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f’tali forma li l-paġni kollha meħtieġa jkunu parti minn wieħed sħiħ integrat u indiviżibbli.

(c)

Huwa għandu jitfassal f’minn ta’ lanqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE li fih tkun se ssir l-ispezzjoni fil-post fuq il-fruntiera u f’minn ta’ lanqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, akkumpanjati, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-kunsinna, jinhemżu paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat billi kull paġna tingħata l-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali ċertifikanti.

(e)

Meta c-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’d), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata -(numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni)– fuq in-naħa ta’ isfel tagħha u għandha ġġib in-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ingħata mill-awtorità kompetenti fuq in-naħa ta’ fuq tiegħu.

(f)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. Waqt li jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qiegħed jesporta għandhom jiżguraw li jsegwu l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

(g)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar. L-istess regola tapplika għat-timbri għajr dawk imqabbżin (embossed) jew watermark.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinna fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-UE.

(i)

Jekk ċertifikati tas-saħħa jintużaw għal kunsinni fi tranżitu, il-kaxxa Nru I.5 (‘Destinatarju’) taċ-ċertifikat tas-saħħa rilevanti għandha timtela bl-isem u l-indirizz tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li minnu l-kunsinna hija intenzjonata li tħalli l-Komunità Ewropea.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(6)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Parti VI huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“PARTI VI

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u ta’ prodotti tad-demm (bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tad-demm ta’ l-ekwidi) maħsuba għal skopijiet tekniċi inklużi l-farmaċewtiċi (iċ-ċertifikati tas-saħħa Kapitoli 4(C) u 8)”

(b)

Fil-Parti VII (A), it-titolu u l-punt A, huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“PARTI VII(A)

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-manifattura ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi (iċ-ċertifikati tas-saħħa Kapitoli 3(B) u 3(F))

A.

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali minn annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, inklużi annimali fl-irziezet u selvaġġi:

Il-pajjiżi terzi jew il-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, li minnhom huma awtorizzati importazzjonijiet ta’ dik il-kategorija ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi rispettivi u l-pajjiżi li ġejjin għall-prodotti sekondarji speċifikati:

Il-pajjiżi ta’ l-Amerika ta’ Isfel u ta’ l-Afrika ta’ Isfel jew partijiet minnhom fejn il-laħam ta’ l-ispeċi korrispondenti mmaturat u dissussat huwa awtorizzat, fir-rigward ta’ laħam immaturat u dissussat (inkluża d-dijaframma) u/jew il-ġewwieni ttrimmjat u mmaturat ta’ annimali bovini, kaprini u ovini u ta’ selvaġġina (fis-selvaġġ jew fl-irziezet).”

(c)

Il-Parti IX hija ssostitwita b’dan li ġej:

“PARTI IX

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ demel ipproċessat u ta’ prodotti tad-demel ipproċessat għat-trattament tal-ħamrija (Iċ-Ċertifikat tas-Saħħa Kapitolu 17)

Għal demel ipproċessat u prodotti tad-demel ipproċessat, il-pajjiżi terzi elenkati:

(a)

Fil-Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE;

(b)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE; jew

(c)

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE (ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1).”

(d)

Il-Parti XIII hija ssostitwita b’dan li ġej:

“PARTI XIII

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ serum ta’ l-ekwidi (Ċertifikat tas-Saħħa 4(A))

Il-pajjiżi terzi jew il-partijiet tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (8), li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni.”