15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/34/KE

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li temenda, għall-għanijiet ta’ l-aġġustament tagħha għal progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE fir-rigward tal-livell permissibbli ta’ ħoss u tas-sistema ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE relatata ma’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 70/157/KEE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità stipulata fid-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE marbuta ma’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 70/157/KEE.

(2)

Minn mindu daħlet fis-seħħ id-Direttiva 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970, il-limiti tal-ħoss għal vetturi bil-mutur tnaqqsu bosta drabi, l-aktar darba riċenti fl-1995. Dan l-aħħar tnaqqis ma kellux l-effetti mistennija u l-istudji sussegwenti wrew li l-metodu tal-kejl m’għadux jirrifletti l-imġiba reali tad-dinja tas-sewqan. Għalhekk meħtieġ li jiddaħħal ċiklu ġdid ta’ testijiet u li jitqarrbu l-kondizzjonijiet tas-sewqan għat-twettiq tat-test ta’ l-istorbju lejn l-operat reali tad-dinja tas-sewqan. Iċ-ċiklu ġdid ta’ testijiet jinsab fir-Regolament UN/ECE Nru 51, is-serje 02 ta’ emendi (3).

(3)

Matul perjodu tranżizzjonali, it-test attwali kif ukoll it-test ġdid għandhom jitwettqu għall-approvazzjoni tat-tip u r-riżultati taż-żewġ testijiet għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tikseb id-data meħtieġa għat-twaqqif tal-valuri xierqa tal-limiti għall-metodu ġdid ta’ kejl li għandu jieħu post il-protokoll eżistenti tat-test. Il-metodu attwali għandu jissokta jkun mitlub sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip u l-metodu l-ġdid għandu jintuża għal għanijiet ta’ monitoraġġ. Wara l-perjodu tranżizzjonali, il-protokoll tat-test kif adattat għat-test il-ġdid għandu jsir l-uniku kejl mitlub sabiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-emendi l-aktar riċenti għar-Regolamenti UN/ECE Nri 51 u 59, li l-Komunità diġà saret parti tagħhom, huwa xieraq li tiġi adattata d-Direttiva 70/157/KEE għall-progress tekniku billi tiġi allinjata mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dawn ir-regolamenti. Dan huwa importanti, b’mod partikolari, sabiex tinkiseb il-proċedura mandatorja ta’ monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ l-istorbju tal-vetturi bil-mutur stipulata fir-Regolament UN/ECE Nru 51 għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk ma jseħħx dan, id-Direttiva taqa’ lura meta mqabbla mar-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-avvanz tekniku.

(5)

Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/157/KEE, il-miżuri previsti f’din id-Direttiva ma jbiddlux ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 5.2.2.1 u 5.2.2.5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istruttura l-ġdida ta’ l-Annessi, jeħtieġ li jiġu adattati n-numerazzjoni u r-referenzi speċifikati f’dawn il-punti. Sabiex tiġi żgurata r-rabta mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq ukoll li tiġi prevista korrelazzjoni bejn in-numerazzjoni attwali u dik ġdida.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Aġġustament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Id-Direttiva 70/157/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal din id-Direttiva;

(b)

L-Anness II jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal din id-Direttiva;

(c)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III għal din id-Direttiva;

(d)

L-Anness IV huwa mħassar.

2.   Ir-referenzi għall-punti 5.2.2.1. u 5.2.2.5. ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-punti 2.1 u 2.2 ta’ l-Anness I, kif mibdula b’din id-Direttiva.

Artikolu 2

B’effett mis-6 ta’ Lulju 2008 u sas-6 ta’ Lulju 2010 l-vettura li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip għandha tkun soġġetta għat-test stipulat fl-Anness 10 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 għal għanijiet ta’ monitoraġġ biss. Ir-riżultati ta’ dan it-test għandhom jiżdiedu mad-dokumenti stipulati fl-Appendiċi 1 u 2 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata minn din id-Direttiva, b’konformità ma’ l-Anness 9 tar-Regolament UN/ECE Nru 51. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat tali dokumenti ta’ tagħrif lill-Kummissjoni. Dawn l-obbligi ma jaffettwawx każijiet ta’ estensjoni ta’ approvazzjonijiet eżistenti skond din id-Direttiva. Għall-għan ta’ din il-proċedura ta’ monitoraġġ vettura mhijiex meqjusa li hija tip ġdid jekk il-vettura hija differenti biss fir-rigward tal-paragrafi 2.2.1. u 2.2.2. tar-Regolament UN/ECE Nru 51.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-5 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta’ Lulju 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir referenza tali.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(2)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

(3)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.


ANNESS I

ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

1.1.   L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ ħoss għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

1.2.   Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.

1.4.   Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom ikunu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema ta’ l-egżost u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

2.   LIVELL TA’ ĦOSS TA’ VETTURI MIEXJA

2.1.   Valuri tal-limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III m’għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Kategoriji tal-vettura

Valuri espressi f’dB (A)

(decibels(A))

2.1.1.

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u jinkludu mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq.

74

2.1.2.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati u:

2.1.2.1.

b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW

78

2.1.2.2.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

2.1.3.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija:

2.1.3.1.

b’toqol massimu permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati

76

2.1.3.2.

b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

77

2.1.4.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

2.1.4.1.

b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW

77

2.1.4.2.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW

78

2.1.4.3.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

Madankollu

għal vetturi tal-kategoriji 2.1.1 u 2.1.3, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk ikunu mgħammrin b’magna diżil b’injezzjoni diretta,

għal vetturi b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati maħsuba għall-użu off-road, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija 150kW jew akbar,

għal vetturi fil-kategorija 2.1.1., mgħammrin b’gear box operata manwalment li għandha aktar minn erba’ gerijiet il quddiem u b’magna li tiżviluppa qawwa massima li taqbeż il-140 kW/t, u li r-relattività tal-qawwa massima/il-massa massima taqbeż il-75 kW/t, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-veloċità li fiha l-wara tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/siegħa.

2.2.   Interpretazzjoni tar-riżultati

2.2.1.   Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi jitnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ.

2.2.2.   Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A).

2.2.3.   L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jeċċedi l-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tal-vettura eżaminata b’1 dB(A), għandhom isiru żewġ kejliet oħra fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejliet miksuba b’dan il-mod fil-pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fi ħdan il-limiti preskritti.

3.   IMMARKAR

3.1.   Il-komponenti tas-sistema ta’ l-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

3.1.1.   it-trademark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u tal-komponenti tagħhom;

3.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

3.2.   Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

4.   GĦOTJA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

4.1.   Jekk ir-rekwiżiti relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE, għandha tingħata.

4.2.   L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.3.   Numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

5.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.   Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.   Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.   It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.   Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn.

Appendiċi 1

Dokument ta’ tagħrif Nru … skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (*) li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell permessibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-egżost (Id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall biżżejjed fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li jikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   Ġenerali

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Il-mezz għall-identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1.   Il-post fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.   Il-kategorija ta’ vettura (ċ):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

1.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1.   Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

1.3.3.   Il-fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni):

1.6.   Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna:

2.   Il-massa u d-dimensjonijiet (e) (f’kg u mm) (Irreferri għall-illustrazzjoni fejn applikabli)

2.4.   Il-firxa tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’mod globali)

2.4.1.   Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.1.   It-tul (j):

2.4.1.2.   Il-wisa’ (k):

2.4.2.   Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.1.   It-tul (j):

2.4.2.2.   Il-wisa’ (k):

2.6.   Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’qagħda ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-fabbrikant ma jinstallax il-karozzerija (b’tagħmir standard, inkluż il-coolant, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota awżiljari u s-sewwieq) (o) (massimu u minimu):

3.   Il-mutur ta’ propulsjoni (q)

3.1.   Il-manifattur:

3.1.1.   Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: (Kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)

3.2.   Il-magna b’kombustjoni interna

3.2.1.1.   Il-prinċipju ta’ tħaddim: positive ignition/compression ignition, four stroke/two stroke  (1)

3.2.1.2.   In-numru u t-tqassim taċ-ċilindri:

3.2.1.2.3.   Il-firing order:

3.2.1.3.   Il-kapaċità tal-magna (s): ċm3

3.2.1.8.   Il-qawwa massima netta (t): kW min–1 (valur iddikjarat tal-manifattur)

3.2.4.   Alimentazzjoni tal-karburant:

3.2.4.1.   Bil-karburatur(i): iva/le (1)

3.2.4.1.2.   It-tip(i):

3.2.4.1.3.   In-numru installat:

3.2.4.2.   B’injezzjoni tal-karburanti (compression ignition biss): iva/le (1)

3.2.4.2.2.   Il-prinċipju ta’ l-operat: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber  (1)

3.2.4.2.4.   Il-governor

3.2.4.2.4.1.   It-tip:

3.2.4.2.4.2.1.   Il-limitu massimu għal kemm tiflaħ magna fl-aqwa tagħha: min–1

3.2.4.3.   Permezz ta’ injezzjoni tal-karburant(positive ignition biss): iva/le (1)

3.2.4.3.1.   Il-prinċipju ta’ l-operat: Il-manifold ta’ l-intake (single-/multi-point  (1))/direct injection/oħrajn (speċifika) (1)

3.2.8.   Sistema ta’ l-intake

3.2.8.4.2.   Il-filtru ta’ l-arja, illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.2.1.   L-għamla(għamliet):

3.2.8.4.2.2.   It-tip(i):

3.2.8.4.3.   Is-sajlenser ta’ l-intake, l-illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.3.1.   Għamla(għamliet):

3.2.8.4.3.2.   It-tip(i):

3.2.9.   Is-sistema ta’ l-egżost:

3.2.9.2.   Id-deskrizzjoni u/jew l-illustrazzjoni tas-sistema ta’ l-egżost:

3.2.9.4.   Is-sajlenser(s) ta’ l-egżost:

Għas-sajlenser ta’ quddiem, tan-nofs, ta’ wara: binja, tip, immarkar, fejn relevanti għal storbju estern: miżuri ta’ tnaqqis fil-kumpartament tal-magna u fuq il-magna:

3.2.9.5.   Fejn tinsab il-bokka ta’ l-egżost:

3.2.9.6.   Is-sajlenser ta’ l-egżost li jkun fih materjali fibrużi:

3.2.12.2.1.   Catalytic converter: iva/le (2)

3.2.12.2.1.1.   In-numru ta’ catalytic convertors u elementi:.

3.3.   Il-mutur ta’ l-elettriku

3.3.1.   It-tip (winding, excitation):

3.3.1.1.   Ammont massimu prodott fis-siegħa: kW

3.3.1.2.   Il-vultaġġ li jopera bih: V

3.4.   Magni oħra jew muturi jew taħlita tagħhom (dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-parts ta’ magni jew muturi tali):

4.   It-trasmissjoni (v)

4.2.   It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.)

4.6.   Ir-ratios (proporzjonijiet) ta’ dawrien tal-ger

Ger

Ratios interni tal-gerboks

(ratios tal-magna mar-revoluzzjonijiet tax-xaft tal-produzzjoni tal-gerboks)

Drive ratio aħħari

(ratio bejn ix-xaft mill-gerboks u d-dawrien tar-roti motorizzati)

Total tar-ratios ta’ dawrien tal-ger

Massimu għat-TKV (**)

1

2

3

Minimu għat-TKV (**)

Rivers

 

 

 

4.7.   Veloċità massima tal-vettura (u l-ger li fih tinkiseb) (f’km/siegħa) (w):

6.   Sospensjoni

6.6.   It-tajers u r-roti

6.6.2.   Limiti superjuri u inferjuri tar-raġġi ta’ l-irroljar

6.6.2.1.   Fus 1:

6.6.2.2.   Fus 2:

6.6.2.3.   Fus 3:

6.6.2.4.   Fus 4:

eċċ.

9.   Karozzerija (mhux applikabbli għal vetturi tal-kategorija M1)

9.1.   It-tip ta’ karozzerija:

9.2.   Materjali użati u metodi tal-binja

12.   Mixxellanji

12.5.   Dettalji ta’ kwalunkwe tagħmir mhux tal-magna mfassal sabiex inaqqas l-istorbju (jekk mhux kopert minn entrati oħra):

Tagħrif addizzjonali fil-każ ta’ vetturi off-road

1.3.   In-numru tal-fusijiet u tar-roti:

2.4.1.   Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.4.1.   Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.1.5.1.   Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.1.6.   Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 70/156/KEE)

2.4.1.6.1.   Bejn il-fusijiet:

2.4.1.6.2.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.1.6.3.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.1.7.   Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.4.2.   Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.4.1.   Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.2.5.1.   Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.2.6.   Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 70/156/KEE)

2.4.2.6.1.   Bejn il-fusijiet:

2.4.2.6.2.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.2.6.3.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.2.7.   Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.15.   Kapaċità ta’ aċċelerazzjoni minn wieqaf f’telgħa (vettura waħedha): … fil-mija

4.9.   Lokk tad-differential: iva/le/possibbli (3)

Data, Inkartament

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni ta’ tip (4)

l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (4) fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE.

In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Il-mezzi ta’ l-identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (4)  (5)

0.3.1.   Il-post fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.   Kategorija ta’ vettura (6):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, post u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): Ara l-Addendum

2.   Is-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Il-Post:

7.   Id-Data:

8.   Il-Firma:

9.   L-indiċi għall-pakkett ta’ tagħrif ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE

1.   Informazzjoni addizzjonali:

1.1.   Jekk meħtieġa, lista ta’ vetturi koperti mill-entrata 3.1.2.3.2.3. ta’ l-Anness III tar-Regolament UN/ECE Nru 51:

1.2.   Il-Magna:

1.2.1.   Il-Manifattur:

1.2.2.   It-tip:

1.2.3.   Il-Mudell:

1.2.4.   Qawwa massima valorizzata … kW fi … min–1

1.3.   It-Trażmissjoni: gerboks mhux awtomatika/awtomatika (7)

1.3.1   In-numru ta’ gerijiet:

1.4.   Tagħmir

1.4.1   Sajlenser ta’ l-egżost

1.4.1.1.   Il-Manifattur:

1.4.1.2.   Il-Mudell:

1.4.1.3.   It-tip: … skond l-illustrazzjoni Nru:

1.4.2   Sajlenser ta’ l-intake

1.4.2.1.   Il-Manifattur:

1.4.2.2.   Il-Mudell:

1.4.2.3.   It-tip: … skond l-illustrazzjoni Nru:

1.5.   Id-daqs tat-tajer:

1.5.1.   Id-deskrizzjoni tat-tip tat-tajer użat għall-ittestjar ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1.6.   Kejl

1.6.1.   Il-livell tal-ħoss tal-vettura miexja

Riżultati tal-kejl

 

In-naħa tax-xellug

dB (A) (8)

In-naħa tal-lemin

dB (A) (8)

Pożizzjoni tal-gerlijver

l-ewwel kejl

 

 

 

it-tieni kejl

 

 

 

it-tielet kejl

 

 

 

ir-raba’ kejl

 

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)/E (9)

1.6.2.   Il-livell tal-ħoss tal-vettura wieqfa:

Riżultati tal-kejl

 

dB (A)

Il-Magna:

l-ewwel kejl

 

 

it-tieni kejl

 

 

it-tielet kejl

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)/E (10)

1.6.3.   Il-livell tal-ħoss ta’ l-istorbju ta’ l-arja kkumpressata:

Riżultati tal-kejl

 

In-naħa tax-xellug

dB (A) (11)

In-naħa tal-lemin

dB (A) (11)

l-ewwel kejl

 

 

it-tieni kejl

 

 

it-tielet kejl

 

 

ir-raba’ kejl

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)

5.   Rimarki:


(*)  In-numri ta' l-entrati u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ tagħrif jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. L-entrati mhux relevanti għall-għan ta' din id-Direttiva tħallew barra.

(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Ħassar kif xieraq.

(**)  Trasmissjoni Kontinwament Varjabbli

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.

(5)  Jekk il-mezz ta' l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: ‘?’ (eż. ABC??123??).

(6)  Kif definita fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE.

(7)  Ħassar kif xieraq.

(8)  Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB (A) skond id-dispożizzjonijiet ta' l-entrata 2.2.1 ta' l-Anness I.

(9)  ‘E’ tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skond din id-Direttiva.

(10)  ‘E’ tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skond din id-Direttiva.

(11)  Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB (A) skond id-dispożizzjoni ta' l-entrata 2.2.1 ta' l-Anness I.


ANNESS II

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

1.1.   L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ l-unità teknika separata kkonċernata.

1.2.   Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.   Fuq talba tas-servizz tekniku ikkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

1.3.1.   żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE,

1.3.2.   sistema ta’ l-egżost tat-tip oriġinali installata fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KEE,

1.3.3.   vettura rappreżentattiva ta’ dan it-tip li fuqha se tiġi installata s-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-entrata 4.1 ta’ l-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 kif imsemmija fl-Annex III ta’ din id-Direttiva.

1.3.4.   magna separata li tikkorrispondi għat-tip tal-vettura deskritta hawn fuq.

2.   IMMARKAR

2.4.1.   Is-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew tal-komponenti tagħha, minbarra l-l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.4.1.1.   it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,

2.4.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,

2.4.2.   Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar, ukoll meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

3.   L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

3.1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

3.2.   L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3.   Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li qiegħda temenda li kienet applikabbli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew għal komponent tagħha.

4.   IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

4.1.   Kull sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.2.   Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira ‘e’ u warajha l-ittra/i jew in-numru li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

 

‘1’ għall-Ġermanja

 

‘2’ għal Franza

 

‘3’ għall-Italja

 

‘4’ għall-Olanda

 

‘5’ għall-Iżvezja

 

‘6’ għall-Belġju

 

‘7’ għall-Ungerija;

 

‘8’ għar-Repubblika Ċeka;

 

‘9’ għal Spanja

 

‘11’ għar-Renju Unit

 

‘12’ għall-Awstrija

 

‘13’ għal-Lussemburgu

 

‘17’ għall-Finlandja

 

‘18’ għad-Danimarka

 

‘19’ għar-Rumanija;

 

‘20’ għall-Polonja

 

‘21’ għall-Portugall

 

‘23’ għall-Greċja

 

‘24’ għall-Irlanda

 

‘26’ għas-Slovenja;

 

‘27’ għas-Slovakkja;

 

‘29’ għall-Estonja;

 

‘32’ għal-Latvja;

 

‘34’ għall-Bulgarija;

 

‘36’ għal-Litwanja;

 

‘49’ għal Ċipru;

 

‘50’ għal Malta.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu ‘in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni’ li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li kienet applikkabli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE u din id-Direttiva, in-numru tas-sekwenza huwa 03. In-numru ta’ sekwenza 03 jirrifletti wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tas-serje 00 ta’ emendi tar-Regolament UN/ECE Nru 59.

4.3.   Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx ukoll meta s-sistema ta’ l-egżost jew tal-komponent tagħha tkun installata fil-vettura.

4.4.   Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tidher fl-Appendiċi 3.

5.   MODIFIKA TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.   Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.   Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.   It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fl-Anness 5 tar-Regolament 59 ta’ l-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.   Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE normalment hija darba kull sentejn.

Appendiċi 1

Dokument tat-Tagħrif Nru … relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità separata ta’ sistemi ta’ l-egżost għal vetturi bil-mutur (id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall biżżejjed fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew it-taqsimiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li jikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   Ġenerali

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

1.   Deskrizzjoni tal-vettura li għaliha maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta’ vettura, it-tagħrif mitlub taħt dan il-punt għandu jingħata għal kull tip ikkonċernat)

1.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

1.3.   Il-mezzi għall-identifikazzjoni tat-tip, jekk ikunu mmarkati fuq it-trattur:

1.4.   Kategorija tal-vettura:

1.5.   Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-livell tal-ħoss:

1.6.   It-tagħrif kollu msemmi fl-entrati 1.1. sa 1.5. taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jikkonċerna l-vettura (l-Anness I, l-Appendiċi 2 għal din id-Direttiva):

2.   Deskrizzjoni tat-tagħmir

2.1.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost li tindika l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tas-sistema, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-immuntar:

2.2.   Illustrazzjonijiet dettaljati ta’ kull komponent, b’mod li jkunu jistgħu jinstabu u jiġu identifikati b’mod faċli, u referenza għall-materjali użati. Dawn l-illustrazzjonijiet għandhom jindikaw il-post li jkun hemm ipprovdut għat-twaħħil obbligatorju ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

Data, Inkartament

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni ta’ tip (1)

l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (1) fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE.

In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (1)  (2):

0.3.1.   Fejn tinsab il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (3):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

TAQSIMA II

1.   Tagħrif addizzjonali (meta applikabbli): Ara l-Addendum

2.   Is-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Il-Post:

7.   Id-Data:

8.   Il-Firma:

9.   L-indiċi għall-pakkett ta’ tagħrif ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-unità teknika separata tas-sistemi ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

1.   Tagħrif addizzjonali

1.1.   Kompożizzjoni ta’ l-unità teknika separata:

1.2.   Trademark jew isem kummerċjali tat-tip(i) ta’ vettura bil-mutur li magħha għandu jiġi installat is-sajlenser (4)

1.3.   Tip(i) ta’ vettura u n-numru/numri ta’ l-approvazzjoni tat-tip tagħha/tagħhom:

1.4.   Il-Magna:

1.4.1.   It-Tip (positive ignition, dijżil):

1.4.2.   Iċ-ċikli: two-stroke, four-stroke:

1.4.3.   Kapaċità ċilindrika totali:

1.4.4.   Qawwa massima valorizzata tal-magna … kW fi … min–1

1.5.   Numru ta’ ratios ta’ dawrien tal-ger:

1.6.   Ratios użati ta’ dawrien tal-ger:

1.7.   Ratio(s) tal-fusijiet motorizzat(i):

1.8.   Valuri tal-livell tal-ħoss:

 

vettura miexja: …dB (A), veloċità stabbilizzata qabel aċċelerazzjoni bil-… km/siegħa;

 

vettura wieqfa dB (A), bil-… min–1

1.9.   Valur tal-pressjoni ta’ wara:

1.10.   Kwalunkwe restrizzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ użu u ta’ mmuntar:

2.   Rimarki:

Appendiċi 3

Mudell tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-ke

Image

Is-sistema ta’ l-egżost jew komponent tagħha li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif tidher hawn fuq huwa tagħmir li ġie approvat fi Spanja (e 9) skond id-Direttiva 92/97/KEE (03) taħt in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni 0148.

Iċ-ċifri użati huma biss indikattivi.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Jekk il-mezz ta' l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: ‘?’ (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definita fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE.

(4)  Jekk ikunu indikati bosta tipi, l-entrati 1.3. sa 1.10 inklużi jridu jimtlew fir-rigward ta' kull tip


ANNESS III

“ANNESS III

1.

Ir-rekwiżiti tekniċi huma dawk stipulati fil-:

(a)

punti 2, 6.1, 6.2.1 u 6.3 tar-Regolament Nru 51 (*) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 10 għalihom;

(b)

punti 2 u 6 tar-Regolament Nru 59 (**) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 5 għalihom.

2.

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, għandu japplika dan li ġej:

(a)

‘Vettura bla tagħbija’ tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 għal din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;

(b)

‘Formola tal-komunikazzjoni’ għandha tinftiehem bħala ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 2 ta’ l-Annessi I u II;

(c)

‘Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi’ għandha tinftiehem bħala Stati Membri;

(d)

Referenzi għar-Regolament Nru 51 u r-Regolament Nru 59 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għad-Direttiva 70/157/KEE;

(e)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fil-punt 2.2.6. għandha tinftiehem kif ġej: ‘Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE’.


(*)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.

(**)  ĠU L 326, 24.11.2006, p. 43.”