1.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 287/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5284)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/709/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (3) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ minn żoni b’riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella li sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv fl-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li possibbilment ikun fihom.

(3)

Permezz ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/664/KE l-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III addizzjonali fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.

(4)

Fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mir-Renju Unit, issa huwa mument xieraq, aktar minn perjodu ta’ inkubazzjoni wara l-aħħar tifqigħa kkonfermata, sabiex jitneħħew b'mod ulterjuri ċerti restrizzjonijiet applikati fuq il-laħam u s-semen, l-ova u l-embrijuni, prodotti minn annimali li kienu residenti f'żoni li ma esperjenzawx tifqigħa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-2007.

(5)

Minkejja dan, fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika fir-Renju Unit u r-reġjonalizzazzjoni tiegħu, u jekk jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-kondizzjonijiet għall-irkupru ta’ status ta’ ħelsien mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi estiża sal-15 ta’ Diċembru 2007.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom l-marka tas-saħħa skond il-Kapitolu III tat-Taqsima I ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a)

il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u jkun ġie trasportat u jkun inħażen mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam mhux eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għad-dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun inkiseb qabel il-15 ta’ Lulju 2007; jew

(ii)

ikun inkiseb minn annimali mrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla u maqtula; jew fil-każ ta’ laħam miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (‘speċi selvaġġi tal-kaċċa’) maqtula, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii)

ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e);

(c)

il-laħam ikun inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (‘speċi mrobbija tal-kaċċa’), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam fil-kolonna xierqa mill-kolonni 4 sa 7, fl-Anness III, u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali jkunu trabbew għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla fuq ażjendi li jinsabu fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas f’dak il-perjodu;

(ii)

matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport mill-biċċerija, jew fil-każ ta’ speċi mrobbija tal-kaċċa qabel id-data tal-qtil fl-ażjenda stess, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq stabbiliment wieħed li jkun jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’raġġ ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, għallinqas matul 30 jum qabel id-data ta’ tagħbija;

(iii)

ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal fl-ażjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta’ speċi mrobbija għall-kaċċa, qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), f’liema każ, il-perjodu ta’ 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem;

Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-introduzzjoni fl-ażjenda msemmija fil-punt (ii) ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

ġejjin minn ażjenda fejn l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li fil-każ tiegħu l-perjodu ta’ 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem; jew

kienu soġġetti b'riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10 ijiem qabel id-data ta’ trasport lejn l-ażjenda msemmija fil-punt (ii); jew

ġejjin minn ażjenda li kienet soġġetta b'riżultati negattivi għal servej seroloġiku skond il-protokoll tat-teħid ta’ kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer b'mill-inqas 95 % livell ta’ kunfidenza;

(iv)

l-annimali jew, fil-każ ta’ speċi mrobbija għall-kaċċa maqtula fl-ażjenda, il-karkassi jkunu ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezzi tat-trasport li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) direttament lejn il-biċċerija magħżula;

(v)

l-annimali jkunu nqatlu inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li l-laħam tagħhom mhux eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d)

il-laħam, jekk ikun immarkat pożittivament fil-kolonna 8 ta’ l-Anness III, li jkun miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa li nqatlu f’żoni fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qtil u f'distanza ta’ għallinqas 20 km minn żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III;

(e)

laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) għandu jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispaċċ ta’ laħam tali għandu jkun biss awtorizzat mill-awtorità veterinarja tar-Renju Unit, jekk

l-annimali msemmija fil-punt (c)(iv) ġew ittrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma’ l-ażjendi li jinsabu f'żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III; kif ukoll

l-istabbiliment ma jinsabx fil-kontea ta’ Surrey;

(ii)

il-laħam ikun f’kull ħin identifikat b’mod ċar, u jkun imqandel, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(iii)

fl-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fl-istabbiliment stess imsemmi fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ speċi selvaġġi tal-kaċċa, fl-istabbiliment fejn jiġu mqandla l-ispeċi tal-kaċċa, ma jkunu ġew stabbiliti ebda sinjali kliniċi jew evidenza post-mortem tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(iv)

il-laħam ikun baqa' fl-istabbilimenti jew fl-ażjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għallinqas għal 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta’ l-annimali msemmija fil-punt (c) u (d);

(v)

kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ barra ż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

fil-każ fejn il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tkun ġiet djanjostikata fi stabbilimenti jew ażjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlestew kompletament il-qatla ta’ l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha, u mhux qabel ma jkunu għaddew 24 siegħa wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti u l-ażjendi taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, u

fil-każ ta’ qatla fl-istess stabbiliment ta’ annimali suxxettibbli għal marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li toriġina minn ażjendi fiż-żoni fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 4(c) jew (d), sakemm jitlestew kompletament il-qatla ta’ l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(vi)

l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ dawk l-istabbilimenti u l-ażjendi li jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-punti (c), (d) u (e)”.

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

semen, ova u embrijuni prodotti qabel il-15 ta’ Lulju 2007;

(b)

semen u embrijuni ffriżati, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijuni ffriżati tal-kaprini importati fir-Renju Unit skond il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, minn żmien l-introduzzjoni fir-Renju Unit, inħażnu u ġew ittrasportati separatament minn semen, ova u embrijuni li mhumiex eliġibbli għad-dispaċċ skond il-paragrafu 1;

(c)

semen u embrijuni ffriżati li nkisbu minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-ġabra u matulha fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2, u 3 ta’ l-Anness III u li:

(i)

huma maħżuna f'kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data ta’ dispaċċ, u

(ii)

inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f'ċentri jew ażjendi li ilhom ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ġabra tas-semen u 30 jum wara d-data ta’ ġabra u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona ta’ raġġ ta’ 10 kilometri li fihom ma kien hemm l-ebda każ ta’ marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ ġabra.

Qabel id-dispaċċ tas-semen imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet approvati għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.”

(3)

Fl-Artikolu 17, “15 ta’ Novembru 2007” tinbidel bi “15 ta’ Diċembru 2007”.

(4)

L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2007/664/KE (ĠU L 270, 13.10.2007, p. 21).

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

“L-ANNESS III

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

Il-Gżejjer Skoċċiżi

131

Shetland Islands

+

+

+

+

+

123

Orkney Islands

+

+

+

+

+

124

NA H-Eileanan An Iar

+

+

+

+

+

L-Iskozja

121

Highland

+

+

+

+

 

122

Moray

+

+

+

+

 

126

Aberdeenshire

+

+

+

+

 

128

Aberdeen City

+

+

+

+

 

79

Angus

+

+

+

+

 

81

Dundee City

+

+

+

+

 

80

Clackmannanshire

+

+

+

+

 

90

Perth & Kinross

+

+

+

+

 

127

Fife

+

+

+

+

 

85

Falkirk

+

+

+

+

 

88

Midlothian

+

+

+

+

 

96

West Lothian

+

+

+

+

 

129

City of Edinburgh

+

+

+

+

 

130

East Lothian

+

+

+

+

 

92

Scottish Borders

+

+

+

+

 

94

Stirling

+

+

+

+

 

125

Argyll and Bute

+

+

+

+

 

83

East Dunbartonshire

+

+

+

+

 

84

East Renfrewshire

+

+

+

+

 

86

City of Glasgow

+

+

+

+

 

87

Inverclyde

+

+

+

+

 

89

North Lanarkshire

+

+

+

+

 

91

Renfrewshire

+

+

+

+

 

93

South Lanarkshire

+

+

+

+

 

95

West Dunbartonshire

+

+

+

+

 

82

East Ayrshire

+

+

+

+

 

132

North Ayrshire

+

+

+

+

 

133

South Ayrshire

+

+

+

+

 

134

Dumfries & Galloway

+

+

+

+

 

L-Ingilterra

141

Cumbria

+

+

+

+

 

169

Northumberland

+

+

+

+

 

10

Gateshead

+

+

+

+

 

16

Newcastle upon Tyne

+

+

+

+

 

17

North Tyneside

+

+

+

+

 

26

South Tyneside

+

+

+

+

 

29

Sunderland

+

+

+

+

 

144

Durham

+

+

+

+

 

52

Darlington

+

+

+

+

 

55

Hartlepool

+

+

+

+

 

58

Middlesbrough

+

+

+

+

 

64

Redcar and Cleveland

+

+

+

+

 

69

Stockton-on-Tees

+

+

+

+

 

151

Lancashire

+

+

+

+

 

38

Blackburn with Darwen

+

+

+

+

 

39

Blackpool

+

+

+

+

 

176

North Yorkshire minbarra Selby

+

+

+

+

 

177

Selby District

+

+

+

+

 

78

York

+

+

+

+

 

53

East Riding of Yorkshire

+

+

+

+

 

45

City of Kingston upon Hull

+

+

+

+

 

60

North East Lincolnshire

+

+

+

+

 

61

North Lincolnshire

+

+

+

+

 

 

West Yorkshire li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

32

Wakefield District

+

+

+

+

 

11

Kirklees District

+

+

+

+

 

6

Calderdale District

+

+

+

+

 

4

Bradford

+

+

+

+

 

13

Leeds

+

+

+

+

 

 

South Yorkshire li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

1

Barnsley District

+

+

+

+

 

8

Doncaster District

+

+

+

+

 

20

Rotherham District

+

+

+

+

 

24

Sheffield District

+

+

+

+

 

 

Greater Manchester li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

30

Tameside District

+

+

+

+

 

18

Oldham District

+

+

+

+

 

19

Rochdale District

+

+

+

+

 

5

Bury District

+

+

+

+

 

3

Bolton District

+

+

+

+

 

21

Salford District

+

+

+

+

 

31

Trafford District

+

+

+

+

 

15

Manchester District

+

+

+

+

 

27

Stockport District

+

+

+

+

 

34

Wigan District

+

+

+

+

 

 

Merseyside li tikkonsisti minn

 

 

 

 

 

12

Knowsley District

+

+

+

+

 

14

Liverpool District

+

+

+

+

 

23

Sefton District

+

+

+

+

 

28

St. Helens District

+

+

+

+

 

74

Warrington

+

+

+

+

 

140

Cheshire County

+

+

+

+

 

54

Halton

+

+

+

+

 

35

Wirral District

+

+

+

+

 

142

Derbyshire County

+

+

+

+

 

44

City of Derby

+

+

+

+

 

157

Nottinghamshire County

+

+

+

+

 

47

City of Nottingham

+

+

+

+

 

153

Lincolnshire

+

+

+

+

 

159

Shropshire

+

+

+

+

 

71

Telford and Wrekin

+

+

+

+

 

161

Staffordshire County

+

+

+

+

 

50

City of Stoke-on-Trent

+

+

+

+

 

170

Devon County

+

+

+

+

 

73

Torbay

+

+

+

+

 

136

Plymouth

+

+

+

+

 

171

Cornwall County

+

+

+

+

 

143

Dorset County

+

+

+

 

 

62

Poole

+

+

+

 

 

40

Bournemouth

+

+

+

 

 

160

Somerset County

+

+

+

 

 

120

North Somerset

+

+

+

 

 

37

Bath and North East Somerset

+

+

+

 

 

43

City of Bristol

+

+

+

 

 

68

South Gloucestershire

+

+

+

 

 

51

Herefordshire County

+

+

+

 

 

167

Worcestershire County

+

+

+

 

 

9

Dudley District

+

+

+

 

 

2

Birmingham District

+

+

+

 

 

22

Sandwell District

+

+

+

 

 

36

Wolverhampton District

+

+

+

 

 

33

Walsall District

+

+

+

 

 

25

Solihull District

+

+

+

 

 

7

Coventry District

+

+

+

 

 

152

Leicestershire County

+

+

+

 

 

46

City of Leicester

+

+

+

 

 

65

Rutland

+

+

+

 

 

48

City of Peterborough

+

+

+

 

 

154

Norfolk County

+

+

+

 

 

162

Suffolk County

+

+

+

 

 

172

Isles of Scilly

+

+

+

+

 

114

Isle of Wight

+

+

+

+

 

Wales

115

Sir Ynys Mon — Isle of Anglesey

+

+

+

+

 

116

Gwynedd

+

+

+

+

 

103

Conwy

+

+

+

+

 

108

Sir Ddinbych-Denbigshir

+

+

+

+

 

111

Sir Y Fflint-Flintshire

+

+

+

+

 

113

Wrecsam-Wrexham

+

+

+

+

 

173

North Powys

+

+

+

+

 

174

South Powys

+

+

+

+

 

118

Sir Ceredigion-Ceredigion

+

+

+

+

 

110

Sir Gaerfyrddin — Carmarthen

+

+

+

+

 

119

Sir Benfro-Pembrokeshire

+

+

+

+

 

97

Abertawe-Swansea

+

+

+

+

 

102

Castell-Nedd Port Talbot-Neath Port Talbot

+

+

+

+

 

105

Pen-y-Bont Ar Ogwr — Bridgend

+

+

+

+

 

107

Rhondda/Cynon/Taf

+

+

+

+

 

99

Bro Morgannwg-The Valee of Glamorgan

+

+

+

+

 

98

Bleanau Gwent

+

+

+

+

 

112

Tor-Faen – Tor Faen

+

+

+

+

 

101

Casnewydd — Newport

+

+

+

+

 

104

Merthyr Tudful-Merthyr Tydfil

+

+

+

+

 

100

Caerffili — Caerphilly

+

+

+

+

 

117

Caerdydd — Cardiff

+

+

+

+

 

109

Sir Fynwy — Monmouthshire

+

+

+

+

 

ADNS

=

Animal Disease Notification System Code (il-Kodiċi għan-Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali) (id-Deċiżjoni 2005/176/EC)

B

=

laħam tal-bovini

S/G

=

laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż

P

=

pig meat (laħam tal-majjal)

FG

=

farmed game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)

WG

=

wild game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)”