22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

151


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1557/2006

tat-18 ta'Ottubru 2006

dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1696/71, (KEE) Nru 1037/72, (KEE) Nru 879/73 u (KEE) Nru 1981/82 (1), u b'mod partikolari r-raba' u l-ħames inċiż tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

B'riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005, inħtieġ, għall-fini ta' ċarezza u razzjonalità, it-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/73 tal-20 ta’ Marzu 1973 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti u komunikati ta’ informazzjoni għal dak li jirrigwarda l-ħops (2), u s-sostituzzjoni tiegħu permezz ta' test ġdid.

(2)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 jeħtieġ li l-kuntratti kollha tal-konsenji tal-ħops prodotti fil-Komunità li jkunu konklużi bejn produttur jew assoċjazzjoni ta' produtturi u xerrej, ikunu rreġistrati. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' tali reġistrazzjoni.

(3)

Il-konsenji mwettqa skont il-kuntratti konklużi bil-quddiem, previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005, jistgħu, partikolarment fir-rigward tal-kwantità, ma jikkorrispondux mad-dispożizzjonijiet miftiehma. Għaldaqstant huwa neċessarju, sabiex ikun hemm dettalji preċiżi tat-tpoġġija fis-suq tal-ħops, illi dawn il-konsenji wkoll ikunu rreġistrati.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta' kuntratti konklużi bil-quddiem huwa neċessarju li jiġi pprovdut illi dawn għandhom ikunu konklużi bil-miktub u komunikati lill-korp maħtur minn kull Stat Membru.

(5)

Fil-każ ta' kuntratti mhux konklużi bil-quddiem huwa xieraq, fin-nuqqas ta' dokumenti oħra li jevidenzjaw dan, illi jkunu rreġistrati abbażi ta' kopji tal-fatturi riċevuti tal-konsenji li jkunu saru.

(6)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 jipprevedi li l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun ikkomunikata reċiprokament bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta' tali komunikati.

(7)

Fl-Irlanda ma għadx hemm produzzjoni tal-ħops, hu meħtieġ, għall-finijiet ta' ċarezza u razzjonalità, li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1375/75 tad-29 ta' Mejju 1975 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ għarfien għall-gruppi produtturi tal-hops fl-Irlanda (3).

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huma biss il-kuntratti li jikkonċernaw il-ħsad tal-ħops fit-territorju tal-Istati Membri li huma soġġetti għar-reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005.

Artikolu 2

Il-korp maħtur minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1952/2005 għandu jirreġistra l-konsenji kollha mwettqa u jiddistingwi bejn il-kuntratti konklużi bil-quddiem previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament imsemmi u l-kuntratti l-oħra.

Artikolu 3

Il-kuntratti konklużi bil-quddiem iridu jkunu konklużi bil-miktub. Għandha tiġi komunikata mill-produttur jew grupp ta' produtturi rikonoxxut, kopja ta' kull kuntratt konkluż bil-quddiem lill-korp previst fl-Artikolu 2, fi żmien xahar mill-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti l-oħra li mhux konklużi bil-quddiem għandha ssir abbażi ta' kopja tal-fattura rċevuta li trid tiġi komunikata mill-bejjiegħ lill-korp previst fl-Artikolu 2.

Il-bejjiegħ jista' jikkomunika dawn il-kopji kif u meta jsiru l-konsenji inkella kollha flimkien, iżda jrid fi kwalunkwe każ jikkomunikahom sal-15 ta' Marzu.

Artikolu 5

Għal kull ħsad, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni b'mod elettroniku l-informazzjoni prevista fl-anness, mhux aktar tard mill-15 ta' April tas-sena ta' wara s-sena tal-ħsad konċernata.

Artikolu 6

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 776/73 u (KEE) Nru 1375/75 huma abrogati.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta'Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 317, 3.12.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 74, 22.3.1973, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1516/77 (ĠU L 169, 7.7.1977, p. 12).

(3)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 27.


ANNESS

ĦOPS: Kuntratti konklużi bil-quddiem u rendikont tal-ħsad

Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta' April tas-sena ta' wara s-sena tal-ħsad konċernata

 

Il-ħsad: ...

 

Stat Membru dikjaranti: ...

 

Ħops morr

Ħops aromatiku

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

1.

KWANTITÀ TA' ĦOPS KOPERTA MILL-KUNTRATTI KONKLUŻI BIL-QUDDIEM FIL-ĦSAD KONĊERNAT (f'tunnellati)

Image

Image

 

2.   

KONSENJI TA' ĦOPS:

2.1.   Taħt kuntratti konklużi bil-quddiem

2.1.1.

Kwantità totali kkonsenjata (f'tunnellati)

 

 

 

2.1.2.

Prezz medju (1) (EUR kull kg (2))

 

 

 

2.2.   Taħt kuntratti oħra

2.2.1.

Kwantità kkonsenjata (f'tunnellati)

 

 

 

2.2.2.

Prezz medju (1) (EUR kull kg (2))

 

 

 

2.3.

Kwantità totali kkonsenjata (f'tunnellati)

 

 

 

3.

KWANTITÀ TA' ĦOPS LI MA NBIEGĦETX (f'tunnellati)

 

 

 

4.   

AĊIDU ALFA:

4.1.

Produzzjoni ta' aċidu alfa (f'tunnellati)

 

 

 

4.2.

Kontenut medju ta' aċidu alfa (f'%)

 

 

 

5.   

ERJA TA' ĦOPS (f'ettari):

5.1.

Total ta' erja maħsuda

 

 

 

5.2.

Total ta' xtieli ġodda (sena tal-ħsad)

 

 

 

6.

GĦADD TA' BDIEWA PRODUTTURI TAL-ĦOPS

Image

Image

 

7.

KWANTITÀ TA' ĦOPS KOPERTA MILL-KUNTRATTI KONKLUŻI BIL-QUDDIEM FIL-ĦSAD LI JMISS (f'tunnellati)

Image

Image

 


(1)  Prezz tal-farm.

(2)  L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju kif tkun fl-1 ta' Jannar tas-sena li jmiss wara l-ħsad.