29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

430


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2006

tat-28 ta’ Lulju 2006

li jistabbilixxi għas-sena 2006 l-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni parzjali jew fakultattiva ta’ l-Iskema ta’ Pagament Uniku, tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta’ Pagament Uniku u ta’ l-ammonti massimi għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(1) u (1)(a), 64(2), 70(2), 71(2), 110i(3) u (4), 110l(1), 143b(3), 145(i), u 155,

Billi:

(1)

Għall-Istati Membri li qed jagħmlu użu mill-għażla mogħtija fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti abbażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 145(i) tiegħu.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi ta’ appoġġ b’miżuri speċifiċi għal għajnuna għat-trobbija tal-bhejjem fir-reġjuni l-aktar il-bogħod hija prevista sa mis-sena 2006 fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta’ l-Unjoni (2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom għalhekk inaqqsu mil-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-ammont tal-kontribuzzjoni li tikkorrispondi għal dawk il-miżuri speċifiċi inizjalment inklużi fl-Anness VIII.

(3)

Il-limiti nazzjonali stabbiliti fil-punt K(2) ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu aġġustati sabiex titqies id-dejta l-aktar reċenti dwar iċ-ċikwejra u l-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu emendati skond dan, iżda mingħajr ma jinbidlu l-ammonti totali.

(4)

Il-limiti stabbiliti fil-punt K(2) ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu emendati wkoll sabiex jitqiesu l-kwantitajiet ta’ zokkor prodott fil-kwoti u ġulepp ta’ l-inulina prodott fil-kwota li ġew prodotti fi Stat Membru wieħed minn pitravi u ċikwejra mkabbra fi Stat Membru ieħor matul is-snin tas-suq 2000/01 sa 2005/06. Il-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Annessi VIII u VIIIa ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu emendati skond dan.

(5)

Għall-Istati Membri li implimentaw l-Iskema ta’ Pagament Uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2006, il-limiti finanzjarji għal kull wieħed mill-pagamenti msemmija fl-Artikoli 66 sa 69 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati għas-sena 2006 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 2 tat-Titolu III.

(6)

Għall-Istati Membri li għamlu użu, fl-2006, ta’ l-għażla prevista fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti finanzjarji li japplikaw għall-pagamenti diretti li huma esklużi mill-Iskema ta’ Pagament Uniku għandhom jiġu ffissati għas-sena 2006.

(7)

Għall-Istati Membri li għamlu użu mill-perjodu tranżizzjonali previst fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti finanzjarji li japplikaw għall-pagamenti diretti elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati għas-sena 2006.

(8)

L-ammont massimu ta’ għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ imsemmija fl-Artikolu 110i(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi aġġustat skond il-valur tal-koeffiċjent imsemmi fl-Anness VII(H) u ta’ l-ammont miżmum skond l-Artikolu 110i(4), notifikat mill-Istati Membri kkonċernati, u l-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII għandhom jiġu aġġustati skond dan. Ma għandu jiġi ffissat l-ebda ammont għal Stati Membri li ddeċidew li jistabbilixxu l-koeffiċjent previst skond l-Anness VII(H)(1).

(9)

L-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni Komunitarja għall-iffinanzjar ta’ programmi ta’ ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet iċċertifikati ta’ operaturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi stabbilit, skond il-koeffiċjent applikat għall-ammont miżmum skond l-Artikolu 110(i)(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, notifikat mill-Istati Membri kkonċernati.

(10)

L-ammont massimu ta’ għajnuna għat-tabakk imsemmi fl-Artikolu 110l(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi aġġustat skond il-valur tal-koeffiċjent imsemmi fl-Anness VII(I), notifikat mill-Istati Membri kkonċernati, u l-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati skond dan. Ma għandu jiġi ffissat l-ebda ammont għal Stati Membri li ddeċidew li jistabbilixxu l-koeffiċjent previst skond l-Anness VII(I)(1).

(11)

Għall-fini ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti finanzjarji għall-Iskema ta’ Pagament Uniku għall-2006 wara t-tnaqqis, mil-limiti riveduti ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 66 sa 70 ta’ dak ir-Regolament.

(12)

L-ammont massimu ta’ fondi disponibbli għall-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-2004 u li japplikaw l-Iskema ta’ Pagament Uniku għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2006 skond l-Artikolu 143ba tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi stabbilit abbażi tan-notifiki tagħhom.

(13)

Għall-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-2004 u li jimplimentaw l-Iskema ta’ Pagament Uniku prevista fit-Titolu IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2006, il-pakketti finanzjarji annwali għas-sena 2006 għandhom jiġu ffissati skond l-Artikolu 143b(3) ta’ dak ir-Regolament.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(15)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti finanzjarji għall-2006 msemmija fl-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti finanzjarji għall-2006 msemmija fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti finanzjarji għall-2006 msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti finanzjarji għall-iskema ta’ pagament uniku għall-2006 msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2006 msemmija fl-Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

6.   L-ammonti massimi ta’ fondi disponibbli għar-Repubblika Ċeka, għal-Latvja, għal-Litwanja, għall-Ungerija, għall-Polonja u għall-Islovakkja għall-għoti ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2006, kif imsemmija fl-Artikolu 143ba(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huma stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni Komunitarja massima għall-iffinanzjar tal-programmi ta’ ħidma mfassla minn operaturi ċċertifikati fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun kif ġej:

f’EUR miljuni

Il-Greċja

11,098

Franza

0,576

L-Italja

35,991

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 110i(3), l-ewwel sub-paragrafu, it-tabella tinbidel bit-tabella li ġejja:

(f’EUR miljuni)

Spanja

103,14

Ċipru

2,93

Malta

0,07

Is-Slovenja

0,17

2)

Fl-Artikolu 110l(1) it-tabella tinbidel bit-tabella li ġejja:

(f’EUR miljuni)

 

2006-2009

Il-Ġermanja

21,287

Spanja

70,599

Franza

48,217

L-Italja (ħlief Apulia)

189,366

Il-Portugall

8,468

3)

Fl-Anness VII, punt K(2), it-tabella 1 tinbidel bit-tabella li tinsab fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

4)

L-Anness VIII jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regoalment.

5)

L-Anness VIIIa jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness IX ta’ dan ir-Regoalment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).

(2)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).


ANNESS I

LIMITI FINANZJARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND L-ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2006

(Ammont f’eluf ta’ EUR)

 

BE

DK

DE

EL

ES

FR

IT

NL

AT

PT

FI

SE

UK

 

Flanders

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Scotland

Area payments for arable crops

 

 

 

 

 

372 670

1 154 046

 

 

 

 

 

 

 

Durum wheat supplementary payment

 

 

 

 

 

42 025

14 820

 

 

 

 

 

 

 

Suckler cow premium

77 565

 

 

 

 

260 242

733 137

 

 

70 578

79 031

 

 

 

Additional suckler cow premium

19 389

 

 

 

 

26 911

1 279

 

 

99

9 503

 

 

 

Special beef premium

 

 

33 085

 

 

 

 

 

 

 

 

24 420

37 446

 

Slaughter premium, adults

 

 

 

 

 

47 175

101 248

 

62 200

17 348

8 657

 

 

 

Slaughter premium, calves

 

6 384

 

 

 

560

79 472

 

40 300

5 085

946

 

 

 

Sheep and goat premium

 

 

855

 

 

183 499

 

 

 

 

21 892

600

 

 

Sheep premium

 

 

 

 

 

 

66 455

 

 

 

 

 

 

 

Sheep and goat supplementary premium

 

 

 

 

 

55 795

 

 

 

 

7 184

200

 

 

Supplementary sheep premium

 

 

 

 

 

 

19 572

 

 

 

 

 

 

 

Aid for area under hops

 

 

 

2 277

 

 

98

 

 

27

 

 

 

 

Article 69, all sectors

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3 020

 

Article 69, arable crops

 

 

 

 

47 323

 

 

141 712

 

 

1 878

5 840

 

 

Article 69, rice

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

150

 

 

 

Article 69, beef and veal

 

 

 

 

8 810

54 966

 

28 674

 

 

1 684

10 118

 

29 800

Article 69, sheep and goat meat

 

 

 

 

12 615

 

 

8 665

 

 

616

 

 

 

Article 69, cotton

 

 

 

 

 

13 432

 

 

 

 

 

 

 

 

Article 69, olive oil

 

 

 

 

22 196

 

 

 

 

 

5 658

 

 

 

Article 69, tobacco

 

 

 

 

7 578

2 353

 

 

 

 

 

 

 

 

Article 69, sugar

 

 

 

 

1 794

16 150

 

6 389

 

 

1 005

 

 

 

Article 69, dairy products

 

 

 

 

 

19 763

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

LIMITI FINANZJARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2006

(Ammont f’eluf ta’ EUR)

 

ll-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Artikolu 70(1)(a)

Għajnuna għaż-żrieragħ

1 397

1 400

10 347

2 310

13 321

726

272

1 150

L-Artikolu 70(1)(b)

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

 

 

23

 

 

 

 

 

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

 

 

1

 

 

 

 

 

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

 

 

 

3 053

 

 

 

 

Għajnuna għat-tabakk

 

 

 

 

 

 

166

 


ANNESS III

LIMITI FINANZJARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND L- ARTIKOLU 71 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2006

(Ammont f’ eluf ta’ EUR)

 

Malta

Is-Slovenja

Pagamenti għaż-żona għal għelejjel li jinħartu

203

14 550

Għajnuna għaż-żrieragħ

34

40

Primjum għall-baqar mhux miftuma

31

6 050

Primjum addizzjonali għall-baqar mhux miftuma

4

730

Primjum speċjali għaċ-ċanga

235

6 780

Primjum għall-qtil, adulti

168

4 510

Primjum għall-qtil, għoġġiela

 

630

Pagament għall-estensifikazzjoni taċ-ċanga

 

6 250

Pagamenti addizzjonali għall-produtturi taċ-ċanga

22

1 040

Primjum għan-nagħaġ u għall-mogħoż

62

610

Primjum supplimentari għan-nagħaġ u għall-mogħoż

21

210

Pagamenti addizzjonali għall-produtturi tan-nagħaġ u għall-mogħoż

3

30

Żejt taż-żebbuġa

47

120

Għajnuna għaż-żona tal-ħops

 

350

Zokkor

 

2 284


ANNESS IV

LIMITI FINANZJARJI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Sena Kalendarja 2006

(Ammont f’eluf ta’ EUR)

Stat Membru

 

Il-Belġju

475 641

Id-Danimarka

981 539

Il-Ġermanja

5 644 898

Il-Greċja

2 041 887

Spanja

3 529 453

Franza

6 060 555

L-Irlanda

1 335 311

L-Italja

3 593 132

Il-Lussemburgu

36 602

L-Olanda

325 103

L-Awstrija

540 440

Il-Portugall

365 645

Il-Finlandja

519 628

L-Iżvezja

630 451

Ir-Renju Unit

3 914 945


ANNESS V

PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Sena kalendarja 2006

(Ammont f’eluf ta’ EUR)

Stat Membru

 

Ir-Repubblika Ċeka

310 457

L-Estonja

35 150

L-Ungerija

445 499

Il-Latvja

48 429

Il-Litwanja

128 534

Il-Polonja

997 483

Ir-Repubblia Slovakka

128 640

Ċipru

17 236


ANNESS VI

AMMONT MASSIMU TA’ FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA’ PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 143ba TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2006

(EUR eluf)

Stat Membru

 

Ir-Repubblika Ċeka

19 130

Il-Latvja

4 219

Il-Litwanja

6 547

L-Ungerija

26 105

Il-Polonja

99 135

Is-Slovakkja

11 813


ANNESS VII

“Tabella 1:

Limiti għal ammonti li għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta’ referenza tal-bdiewa

(EUR eluf)

Stat Membru

2006

2007

2008

2009 u s-snin ta’ wara

Il-Belġju

47 429

60 968

74 508

81 752

Ir-Repubblika Ċeka

27 851

34 319

40 786

44 245

Id-Danimarka

19 314

25 296

31 278

34 478

Il-Ġermanja

154 974

203 607

252 240

278 254

Il-Greċja

17 941

22 455

26 969

29 384

Spanja

60 272

74 447

88 621

96 203

Franza

152 441

199 709

246 976

272 259

L-Ungerija

26 105

31 986

37 865

41 010

L-Irlanda

11 259

14 092

16 925

18 441

L-Italja

79 862

102 006

124 149

135 994

Il-Latvja

4 219

5 164

6 110

6 616

Il-Litwanja

6 547

8 012

9 476

10 260

L-Olanda

41 743

54 272

66 803

73 504

L-Awstrija

18 971

24 487

30 004

32 955

Il-Polonja

99 135

122 906

146 677

159 392

Il-Portugall

3 940

4 931

5 922

6 452

Is-Slovakkja

11 813

14 762

17 712

19 289

Is-Slovenja

2 284

2 858

3 433

3 740

Il-Finlandja

8 255

10 332

12 409

13 520

L-Iżvezja

20 809

26 045

31 281

34 082

Ir-Renju Unit

64 340

80 528

96 717

105 376 ”


ANNESS VIII

“ANNESS VIII

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41

(EUR eluf)

Stat Membru

2005

2006

2007

2008

2009

2010 u s-snin ta’ wara

Il-Belġju

411 053

580 376

593 395

606 935

614 179

611 805

Id-Danimarka

943 369

1 015 479

1 021 296

1 027 278

1 030 478

1 030 478

Il-Ġermanja

5 148 003

5 647 175

5 695 607

5 744 240

5 770 254

5 774 254

Il-Greċja

838 289

2 143 603

2 170 117

2 174 631

2 177 046

1 987 715

Spanja

3 266 092

4 635 365

4 649 913

4 664 087

4 671 669

4 673 546

Franza

7 199 000

8 236 045

8 282 938

8 330 205

8 355 488

8 363 488

L-Irlanda

1 260 142

1 335 311

1 337 919

1 340 752

1 342 268

1 340 521

L-Italja

2 539 000

3 791 893

3 813 520

3 835 663

3 847 508

3 869 053

Il-Lussemburgu

33 414

36 602

37 051

37 051

37 051

37 051

L-Olanda

386 586

428 329

833 858

846 389

853 090

853 090

L-Awstrija

613 000

633 577

737 093

742 610

745 561

744 955

Il-Portugall

452 000

504 287

571 277

572 268

572 798

572 494

Il-Finlandja

467 000

561 956

563 613

565 690

566 801

565 520

L-Iżvezja

637 388

670 917

755 045

760 281

763 082

763 082

Ir-Renju Unit

3 697 528

3 944 745

3 960 986

3 977 175

3 985 834

3 975 849 ”


ANNESS IX

“ANNESS VIIIa

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 71c

(EUR eluf)

Sena kalendarja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Estonja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

L-Ungerija

Malta

Il-Polonja

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

2005

228 800

23 400

8 900

33 900

92 000

350 800

670

724 600

35 800

97 700

2006

294 551

27 300

12 500

43 819

113 847

446 305

830

980 835

44 184

127 213

2007

377 919

40 400

16 300

60 764

154 912

540 286

1 640

1 263 706

58 958

161 362

2008

469 986

50 500

20 400

75 610

193 076

672 765

2 050

1 572 577

73 533

200 912

2009

559 145

60 500

24 500

90 016

230 560

802 610

2 460

1 870 392

87 840

238 989

2010

644 745

70 600

28 600

103 916

267 260

929 210

2 870

2 155 492

101 840

275 489

2011

730 445

80 700

32 700

117 816

303 960

1 055 910

3 280

2 440 492

115 840

312 089

2012

816 045

90 800

36 800

131 716

340 660

1 182 510

3 690

2 725 592

129 840

348 589

Is-snin ta’ wara

901 745

100 900

40 900

145 616

377 360

1 309 210

4 100

3 010 692

143 940

385 189 ”