1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

257


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/78/KE

tad-29 ta' Settembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għall-għanijiet ta’ adattament ta’ l-Anness II tagħha għall-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jaqgħu taħt Kategorija 1 materjal jew Kategorija 2 materjal skond ir-Regolament (EK) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxu regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali, li m’humiex maħsuba għall-konsum uman (2) huma projbiti li jidħlu fil-katina ta’ produzzjoni bħala prodott tekniku, bħalma huwa prodott kożmetiku. Il-materjali ta’ restrizzjoni li huma imposti fuq prodotti kożmetiċi magħmula fil-Komunita' għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru prodotti impurtati.

(2)

Peress li l-materjal ta’ riskju speċifikat iddefinit fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatiji sponġiformi (3) li jittieħdu huma inklużi fil-Kategorija 1 materjal ipprovdut f’Regolament (KE) Nru 1774/2002, ir-referenza msemmija fl-Anness Nru 419 ta' Anness II għad-Direttiva 76/768/EEC mhix aktar neċessarja.

(3)

Skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, id-dispożizzjonijiet ta’ Parti A ta’ l-Anness XI ta’ dak ir-Regolament japplikaw sad-data ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni skond l-Artikolu 5(2) jew (4) tiegħu, wara li Artikolu 8 ta’ dak il-Regolament u Anness V isiru applikabbli.

(4)

Id-Direttiva Nru 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE, Kapitolu 419 hu mibdul b’ li ġej:

“419.

Kategorija 1 materjal u Kategorija 2 materjal kif iddefiniti fl-Artikolu 4 u 5 rispettivament tar-Regolament (EK) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), u ingredjenti miksuba minnhom.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-30 ta' Marzu 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/65/KE (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 11).

(2)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

(3)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1041/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 10).