5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

482


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Novembru 2006

dwar li jiġi evitat l-għadd doppju tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet ta' l-effett tas-serra skond l-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet għall-attivitajiet tal-proġetti skond il-Protokoll ta' Kyoto 2003/87/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5362)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/780/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11b (7) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-inteġrità ambjentali ta' l-iskema Komunitarja ta' skambju ta' l-emissjonijiet, id-Direttiva 2003/87/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li meta jilqgħu l-attivitajiet tal-proġett kif stabbilit skond il-mekkaniżmi flessibbli tal-Protokoll ta' Kyoto lill-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-ebda unitajiet ta' tnaqqis ta emissjonijiet (ERUs) jew tnaqqis ċċertifikat fl-emissjonijiet (CERs) ma jinħarġu għat-tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' emissjonjiet ta' gassijiet serra li jseħħu f'installazzjonijiet li jieħdu sehem fl-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet, minħabba li dan iwassal għal għadd doppju tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet ta' l-emissjonijiet.

(2)

Tnaqqis jew limitazzjonijiet bħal dawn jistgħu partikolarment iseħħu jekk: attività ta' proġett għall-iskambju tal-fjuwil iseħħ ġewwa installainstallazzjoni li taqa' taħt l-iskema ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet Komunitarji, jekk attività ta' proġett fis-settur muniċipali tal-ġenerazzjoni tas-sħana twassal għal produzzjoni mnaqqsa f'installazzjoni oħra taħt l-iskema ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet; jew, jekk proġett ta' attività għal impjant li jaħdem bir-riħ jew bl-ilma jitfa' l-elettriku fil-grid ta' l-elettriku, u b'hekk jieħu post il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku bbażat fuq il-fjuwil mill-fossili.

(3)

Billi jkun rikonoxxut li l-Istati Membri setgħu ntrabtu qabel l-addozzjoni ta' l-Artikolu 11b (2) tad-Direttiva 2003/87/KE biex joħorġu l-ERUs jew is-CERs li jwasslu għall-għadd doppju, l-Artikolu 11b (3) u (4) jippermettu li l-ERUs u s-CERs jinħarġu sal-31 ta' Diċembru 2012, anke jekk it-tnaqqis jew il-limitazzjonijiet ta' l-attivitajiet tal-proġett inaqqsu b'mod dirett jew indirett jew jillimitaw l-emissjonijiet ta' l-installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet.

(4)

L-Artikolu 11b (3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tagħmel differenza bejn okkorrenzi fejn huwa possibbli l-ammont ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet f'kull installazzjoni skond l-iskema Komunitarja ta' skambju ta' l-emissjonijiet li hija affettwata mill-attività tal-proġett (tnaqqis jew limitazzjonijiet diretti) u okkorrenzi fejn it-tnaqqis jew il-limitazzjonijiet jistgħu jiġu ddeterminati għall-grupp ta' installazzjonijiet skond l-ambitu ta' l-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet (tnaqqis jew limitazzjonijiet indiretti).

(5)

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet, meta jkun hemm tnaqqis jew limitazzjoni, l-operatur ta' l-installazzjoni huwa responsabbli għal kanċellazzjoni tal-kwoti li jikkorrispondu għall-kwantità ta' l-ERUs u s-CERs maħruġa għal tnaqqis jew limitazzjonijiet bħal dawn. Għal tnaqqis u limitazzjonijiet indiretti, l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli biex jikkanċellaw dawn l-kwoti fir-reġistru nazzjonali ta' l-Istat Membru li joħroġ l-ERUs u s-CERs.

(6)

Il-mod l-iktar xieraq biex jingħata kont għat-tnaqqis jew l-limitazzjonijiet f'installazzjoni li jaqgħu taħt l-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet li jirriżultaw minn attività ta' proġett partikolari huwa li jiġi kkalkulat is-sehem ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet bħal dawn fi ħdan it-tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ppjanati totali ta' din l-attività tal-proġett, kif stabbilit mil-linja bażi approvata tagħha. Jekk, fil-każ ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet indiretti, il-kwantità ta' tnaqqis fl-installazzjonijiet individwali li jaqgħu taħt l-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet ma jistgħux jiġu identifikati preċiżament, għandha tiġi stmata l-kwantità ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet fi ħdan it-tnaqqis jew il-limitazzjonijiet kollha ta' l-attività tal-proġett li jistgħu jwasslu għal-għadd doppju.

(7)

L-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet teħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni mill-kwantità totali ta' l-kwoti maħsuba għall-kwota għall-perjodu 2008-2012 fil-pjanijiet nazzjonali ta' kwoti tagħhom 18-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu. L-ammont eżatt ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' l-emissjonijiet iġġenerati minn attività ta' proġett partikolari huwa, madankollu, stabbilit kull sena wara li dawn ikunu seħħu.

(8)

Għandha tiġi stabbilita riżerva fil-pjan nazzjonali għall-kwoti għall-perjodu 2008 sa 2012 ta' kull Stat Membru li qed jospita l-attivitajiet skond il-mekkaniżmi bbażati fuq proġetti tal-Protokoll ta' Kyoto li jistgħu jwasslu għal għadd doppju, waqt li tiġi elenkata kull attività ta' proġett approvat u t-tnaqqis jew limitazzjonijiet antiċipati tagħha li jseħħu fl-installazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet u li għalihom l-ERUs jew is-CERs għandhom jinħarġu mill-Istat Membru (“tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju”). Barra minn hekk, it-tabella tar-riżerva għandha jkollha l-informazzjoni kollha spjegattiva meħtieġa biex tistabbilixxi l-limitu tat-“tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju” antiċipat għal kull proġett li qed jiġi ospitat minn Stat Membru.

(9)

Għandha tiġi stabbilita riżerva oħra fil-pjan nazzjonali għall-kwoti għall-perjodu 2008 sa 2012 ta' kull Stat Membru li qed jaħseb biex jospita l-attivitajiet skond il-mekkaniżmi bbażati fuq proġetti tal-Protokoll ta' Kyoto li jistgħu jikkawżaw għadd doppju, li tiġi elenkata kull attività ta' proġett ppjanata u t-tnaqqis jew limitazzjonijiet antiċipati tagħha li jseħħu fl-installazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet u li għalihom l-ERUs jew is-CERs għandhom jinħarġu mill-Istat Membru (“tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju”). Barra minn hekk, it-tabella tar-riżerva għandu jkollha l-informazzjoni kollha spjegattiva meħtieġa biex tistabbilixxi l-limitu tat-“tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju” antiċipat għal kull proġett li huwa ppjanat li jiġi ospitat minn Stat Membru.

(10)

L-ERUs jew is-CERs li jirrapreżentaw “tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju” għandhom jinħarġu sal-31 ta' Diċembru 2012. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

(11)

Fil-pjanijiet tagħhom ta' kwota, is-Stati Membri li qed jospitaw, jew qed jaħsbu biex jospitaw, attivitajiet taħt il-mekkaniżmi tal-Protokoll ta' Kyoto li jistgħu jikkawżaw l-għadd doppju għandhom jindikaw l-emissjonijiet pproġettati għal attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE kemm bl-effetti u kemm mingħajr l-effetti antiċipati tat-tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju.

(12)

L-Istati Membri għandhom iqisu kull tnaqqis antiċipat jew limitazzjonijiet ikkawżati minn attivitajiet ta' proġett li jaffettwaw installazzjoni jew attività u jistgħu jikkawżaw għadd doppju meta jistabbilixxu l-metodoloġija ta' pjan tal-kwota nazzjonali għad-determinazzjoni ta' l-kwota ta' installazzjonijiet individwali.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 11b (3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2216/2004 (2), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin :

(1)

“tnaqqis dirett jew limitazzjoni ta' l-emissjoni” tfisser tnaqqis jew limitazzjoni ta' emissjonijiet li qed iseħħu minħabba attività ta' proġett li jikkawża tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' emissjonijiet f'installazzjonijiet li huma identifikati individwalment fil-linja bażi ta' l-attività ta' proġett stabbiliti skond l-Artikolu 1 ta' l-Appendiċi B għad-Deċiżjoni 16/CP.7 tal-Konferenza ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), jew skond l-Artikolu 44 ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 17/CP.7 ta' l-UNFCCC;

(2)

“tnaqqis jew limitazzjoni indiretti ta' l-emissjoni” tfisser kwalunkwe tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' emissjonijiet f'installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE li mhumiex tnaqqis jew limitazzjoni ta' emissjoni diretta;

(3)

“it-tnaqqis fil-proġett tas-settur ta' l-iskambju” jfisser tnaqqis jew limitazzjoni fl-emissjonijiet ta' installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tad-2003/87/KE minħabba l-attivitajiet tal-proġetti li għalihom l-Istat Membru li qed jospita l-attività tal-proġett joħroġ unitajiet ta' tnaqqis fl-emissjonijiet (ERUs) jew unitajiet ta' tnaqqis fl-emissjonijiet (CERs);

(4)

“l-ittra ta' approvazzjoni” tfisser, fil-każ ta' l-attivitajiet ta' proġetti li jiġġeneraw l-ERUs, obbligu li jorbot li jsir bil-miktub mill-Istat Membru li qed jospita l-attività tal-proġett biex joħroġ l-ERUs skond il-linji gwida u l-proċedura nazzjonali ta' l-Istat Membru għall-approvazzjoni ta' l-attivitajiet tal-proġetti kif imsemmi fl-Artikolu 20 (a) ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 16/CP.7 ta' l-UNFCCC; u fil-każ ta' l-attivitajiet tal-proġetti li jiġġeneraw is-CERs, approvazzjoni bil-miktub ta' parteċipazzjoni volontarja mill-awtorità nazzjonali maħtura mill-Istat Membru li qed jospita l-attivtà tal-proġett kif imsemmi fl-Artikolu 40(a) ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 17/CP.7 ta' l-UNFCCC;

(5)

“l-ittra ta' konferma” tfisser komunikazzjoni uffiċjali bil-miktub mill-istat membru biex jospita attività ta' proġett ta' attività, li dan jikkunsidra il-proġett bħala wieħed li għandu potenzjal biex eventwalment jikseb l-approvazzjoni bħala attività ta' proġett.

Artikolu 3

(1)   Stat membru, fil-pjan nazzjonali ta' kwota tiegħu għall-perjodu 2008 to 2012, għandu jinkludi fil-kwantità tat-total ta' kwoti, riżerva ta' kwoti mfassla għal kull attività ta' proġett fil-format stabbilit fit-tabella ta' l-Anness I għal din id-Deċiżjoni jekk, qabel l-iskadenza għan-notifika tal-pjan nazzjonali tiegħu stabbilit fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istat Membru kien ħareġ ittri ta' approvazzjoni bħala l-pajjiż li qed jospita, waqt li wiegħed li joħroġ l-ERUs jew is-CERs għall-attivitajiet ta' proġetti li jirriżultaw fl tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' l-emissjonijiet fl-installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskop tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)   Stat Membru, fil-pjan nazzjonali ta' kwota tiegħu għall-perjodu mill-2008 sa l-2012, għandu jinkludi wkoll fil-kwantità totali ta' kwoti riżervi adizzjonali ta' kwoti mfassla fil-format stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni jekk wara d-deċiżjoni skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu l-ħsieb li joħroġ ittri ta' approvazzjoni bħala l-pajjiż li qed jospita li jwiegħed li joħroġ l-ERUs u s-CERs qabel il-31 ta' Diċembru 2012 għal attivitajiet ta' proġetti li jirriżultaw fi tnaqqis jew limitazzjonijiet ta' l-emissjonijiet fl-installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE. Attivitajiet ta' proġetti ippjanati li jużaw l-istess metodoloġija biex inaqqsu l-emissjonijiet li għalihom l-ebda ittra ta' konferma ma tkun għada inħarġet iżda jistgħu jiġu miġbura flimkien taħt kolonna waħda fit-tabella tar-riżerva mfassla skond l-Anness II.

(3)   Sakemm tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE minn Stat Membru, mhux aktar tard mill-iskadenza għal dik id-deċiżjoni fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, jistgħu jiġu ttrasferiti kwoti oħra mir-riżerva stabbilita skond l-Artikolu 3(2) għar-riżerva stabbilita skond l-Artikolu 3(1) li jkopru t-tnaqqis mill-proġetti mis-settur ta' l-iskambju, ta' proġetti li għalihom ħarġet ittra ta' approvazzjoni wara li l-iskadenza għan-notifika tal-pjan nazzjonali ta' kwoti stabbilit fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 4

It-tabella tal-kwota ta' riżervi għandha ssir disponibbli fuq websajt aċċessibbli pubblikament tar-reġistru ta' xi Stat Membru.

Artikolu 5

(1)   L-ERUs u s-CERs li jirrapreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju għandhom jinħarġu sal-31 ta' Diċembru 2012, sakemm kull ħruġ bħal dan ikun preċedut minn konverżjoni ta' ammont ekwivalenti ta' kwoti minn waħda mir-riżervi fl-unitajiet ta' kwantitajiet assenjati u l-Kummissjoni tiġi infurmata dwar dan.

(2)   Il-kwantità ta' kwoti fir-riżerva stabbilita skond l-Artikolu 3(1) li mhijiex msarrfa f'unitajiet ta' kwnatitajiet assenjati skond l-Artikolu 5(1) sal-1 ta' Diċembru 2012 jistgħu jinbiegħu bħala kwoti tal-perjodu 2008-2012. Jekk l-attività tal-proġett tikkawża tnaqqis u limitazzjonijiet ta' emissjonijiet diretti, din il-kwantità għandha tinħareġ bħala kwoti għall-perjodu 2008-2012 għall-installazzjonijiet identifikati fil-fillieri VII/a-VII/b tat-tabella fl-Anness I.

(3)   Kwalunkwe kwoti fir-riżervi stabbiliti skond l-Artikolu 3(2) li ma jissarfux f'unitajiet ta' kwantitajiet assenjati skond l-Artikolu 5(1) sal-31 ta' Diċembru 2012 għandhom jiġu kkanċellati.

Artikolu 6

(1)   Stat Membru li jixtieq japprova attivitajiet ta' proġetti bħala pajjiż ospitanti għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan, wara d-data ta' l-għeluq għas-sottomissjoni tal-pjan nazzjonali tal-kwoti, qabel ma toħroġ l-ittra ta' approvazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn rapport ta' verifikatur indipendenti jivverifika li kwalunkwe ERUs jew CERs li joħorġu ma jwasslux għal għadd doppju u b'hekk li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa filwaqt li jiżguraw li l-attivitajiet tal-proġetti mressqa għall-approvazzjoni huma f'konformità ma' l-Artikolu 11b tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)   Ittri ta' approvazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(2) u ittri ta' konferma maħruġa wara d-data ta' l-iskadenza għan-notifika tal-pjan tal-kwota nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-attivitajiet ta' proġett li jwasslu fi tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju għandhom jassenjaw l-kwoti li għandhom jissarfu f'unitajiet ta' kwoti assenjati mir-riżerva stabbilita skond l-Artikolu 3(2) fil-każ li joħorġu l-ERUs jew is-CERs. Jekk kwota tkun diġa ġiet assenjata permezz ta' ittra ta' approvazzjoni għal xi attività ta' proġett partikolari għal konverżjoni futura, din ma tistax tiġi assenjata mill-ġdid għal proġett ieħor iktar tard.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 13 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 18).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.


ANNESS I

 

Attività ta' proġett

X

Attività ta' proġett

Y

Il-kwantità totali ta' kwoti f'riżerva

I/a

It-titolu ta' l-attività tal-proġett (1)

 

 

 

 

I/b

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-proġett għall-attività ta' proġett (2)

 

 

 

 

I/c

Data ta' ittra ta' approvazzjoni għall-attività ta' proġett.

 

 

 

 

II

Il-kwantità totali tal-GHG li trid titnaqqas jew tkun limitata

(f'tunnellati għall-perjodu 2008-2012)

 

 

 

III

% tat-tnaqqis totali li joħroġ il-gvern bħala ERUs jew CERs

 

 

 

IV

Deskrizzjoni tal-linja bażi (3)

 

 

 

V

% ta' emissjonijiet minn installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE mill-emissjonijiet totali inklużi fil-linja bażi (fil-każ ta' tnaqqis jew limitazzjonijiet indiretti, għandha tingħata stima) (4)

 

 

 

VI

Il-kwantita ta' tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju ppjanati (II*III*V)

 

 

 

(Σ VI) = (Σ VIII/a-VIII/e)

VII/a

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet diretti, l-isem ta' l-installazzjoni fejn se jkun hemm it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju (5)

 

 

 

 

VII/b

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet diretti, l-ID ta' l-installazzjoni ta' l-installazzjoni fejn se jkun hemm it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju (5)

 

 

 

VII/a

Il-kwantità ta' l-ERUs jew is-CERs li jirrappreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-setturta' l-iskambju għall-2008

 

 

 

VII/b

Il-kwantità ta' l-ERUs jew is-CERs li jirrappreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju għall-2009

 

 

 

VIII/c

Il-kwantità ta' l-ERUs jew is-CERs li jirrapreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju għall-2010

 

 

 

VIII/d

Il-kwantità ta' l-ERUs jew is-CERs li jirrapreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju għall-2011

 

 

 

VIII/e

Il-kwantità ta' l-ERUs jew is-CERs li jirrapreżentaw it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambju għall-2012

 

 

 


(1)  Lista ta' attivitajiet ta' proġetti kollha approvati mill-Istat Membru.

(2)  Uża l-kodiċi assenjat skond l-Anness VI, punt 19 tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004

(3)  Agħti l-emissjonijiet annwali totali li juma mistennija li jseħħu fl-assenza ta' attività ta' proġett, u l-grupp ta' installazzjonijiet fejn dawn l-emissjonijiet huma mistennija li jseħħu. Ehmeż deskrizzjoni qasira tal-linja bażi applikata. Jekk f'attività ta' proġett iktar minn linja bażi waħda hija applikata fl-attività ta' proġett, kull linja bażi għandha tiddaħħal fuq linja separata fit-tabella tar-riżerva (bit-total korrispondenti għall-emissjonijiet annwali mistennija fl-assenza ta' dik il-parti ta' l-attività tal-proġett).

(4)  Agħti deskrizzjoni qasira tal-metodu u d-dejta użati għall-istima.

(5)  Jekk hemm iktar minn installazzjoni waħda li trid tiġi elenkata fil-fillieri VII/a u VII/b, uża fillieri separati. Is-sehem ta' kull installazzjoni fil-kwoti fir-riżerva għandha tiġi kkalkulata għaliha.


ANNESS II

 

 

Attività ta' proġett ippjanata

X

Attività ta' proġett ippjanata

Y

Il-kwantità totali ta' kwoti f'riżerva

I/a

It-titolu ta' l-attività tal-proġett (1)

 

 

 

 

I/b

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-proġett ta' l-attività tal-proġett (1)  (2)

 

 

 

 

I/c

Id-data jew id-data proġetta ta' l-ittra ta' konferma għall-attività ta' proġett ippjanata

 

 

 

 

I/d

Data ta' ittra ta' approvazzjoni għall-attività ta' proġett.

 

 

 

 

II

Il-kwantità totali tal-GHG li trid titnaqqas jew tkun limitata (f'tunnellati għall-perjodu 2008-2012) mill-attività ta' proġett ippjanata

 

 

 

III

% tat-tnaqqis totali li joħroġ il-gvern bħala ERUs jew CERs għall-attività ta' proġett ippjanata

 

 

 

IV

Deskrizzjoni tal-linja bażi (1)  (3)

 

 

 

V

Stima tal- % ta' emissjonijiet ta' installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE bħala parti mit-total ta' l-emissjonijiet inklużi fil-linja bażi (4)

 

 

 

VI

Il-kwantità ta' tnaqqis ta' proġetti mis-setturi li qed jipparteċipaw fl-iskambju ppjanati (II*III*V)

 

 

 

(Σ VI)

VII/a

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet diretti, l-isem ta' l-installazzjoni fejn se jkun hemm it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambji (5)

 

 

 

 

VII/b

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet diretti, l-ID ta' l-installazzjoni ta' l-installazzjoni(jiet) fejn se jkun hemm it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambji (5)

 

 

 

VII/c

Għal tnaqqis u limitazzjonijiet diretti, l-isem ta' l-installazzjoni fejn se jkun hemm it-tnaqqis ta' proġetti mis-settur ta' l-iskambji (6)

 

 

 

VIII

Il-kwantità ta' kwoti mnaqqsa mill-kwoti ta' l-kategorija ta' l-installazzjonijiet/attività indikati taħt il-fillieri VII/a-VII/c biex jimlew ir-riżerva (5)  (6)

 

 

 

 


(1)  Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss jekk hija diġà disponibbli miż-żmien tas-sottomissjoni tal-pjan nazzjonali tal-kwoti. Jekk l-ebda ittra għadha ma nħarġet għal attività ta' proġett, iktar attivitajiet ta' proġetti li jużaw l-istess metodoloġija biex inaqqsu l-emissjonijiet jistgħu jiġu miġbura flimkien taħt kolonna waħda.

(2)  Uża l-kodiċi assenjat skond l-Anness VI, punt 19 tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004.

(3)  Agħti l-emissjonijiet annwali totali li huma mistennija li jseħħu fl-assenza ta' attività ta' proġett, u l-grupp ta' installazzjonijiet fejn dawn l-emissjonijiet huma mistennija li jseħħu. Ehmeż deskrizzjoni qasira tal-linja bażi applikata. Jekk f'attività ta' proġett iktar minn linja bażi waħda hija applikata fl-attività ta' proġett, kull linja bażi għandha tiddaħħal fuq linja separata fit-tabella tar-riżerva (bit-total korrispondenti għall-emissjonijiet annwali mistennija fl-assenza ta' dik il-parti ta' l-attivtà ta' proġett).

(4)  Agħti deskrizzjoni qasira tal-metodu u d-dejta użati għall-istima.

(5)  Jekk hemm iktar minn oġġett wieħed li jrid jiġi elenkat fil-fillieri VII/a u VII/b, uża fillieri separati. Is-sehem ta' kull installazzjoni fil-kwoti fir-riżerva għandha tiġi kkalkulata għaliha.

(6)  Uża l-kategoriji ta' l-attivitajiet definiti fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.