5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta' Awwissu 2006

li tfassal lista ta’ l-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għall-perijodu 2007-2013

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3479)

(2006/596/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11.07.2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjunali, il-Fond Ewropew Soċjali u l-Fond tal-Koeżjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni il-Fond tal-Koeżjoni jikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ l-interessi Komunitarji fil-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għandhom ikunu dawk li dħul nazzjonali gross per capita tagħhom (GNI), li jitkejjel f’partijiet skond il-kapaċità ta’ l-infiq u kkalkulat skond il-figuri Komunitarji għall-perijodu 2001-2003, huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-GNI għall-25 fl-UE.

(3)

Skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-Istati Membri li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fl-2006 u li setgħu baqgħu eliġibbli kieku l-limitu għall-eliġibbiltà kien għadu ta’ 90 % tal-medja tal-GNI tal-15 fl-UE, iżda li jitilfu l-eliġibbiltà minħabba l-GNI nominali tagħhom per capita ser tkun ogħla minn 90 % tal-medja tal-GNI tal-medja tal-25 fl-UE li jitkejjel u li huwa kkalkolat skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, huma eliġibbli wkoll, fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti listi ta’ l-Istati Membri eliġibbli kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri li hum eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, kif jissemma fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-4 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


ANNESS I

Lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni mill-1 ta' Jannar 2007

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

L-Estonja

 

Il-Greċja

 

Ċipru

 

Il-Latvja

 

Il-Litwanja

 

L-Ungerija

 

Malta

 

Il-Polonja

 

Il-Portugall

 

Is-Slovenja

 

Is-Slovakkja


ANNESS II

Lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

Spanja