29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
370 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2095/2005
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tabakk
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-iżviluppi tas-suq fis-settur tat-tabakk mhux proċessat kopert mill-organizzazzjoni tas-suq komuni stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2075/92, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-informazzjoni neċessarja. |
(2) |
Għal dan il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/2004 tad-29 ta’ Marzu 2004 dwar il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rigward it-tabakk mill-ħsad ta' 2000 ’il quddiem (2). |
(3) |
L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira ġenerali tas-suq globali Komunitarju tat-tabakk, u għandha, b’mod partikolari, tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) u r-regoli implimentattivi tiegħu. |
(4) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-informazzjoni kkomunikata għandha tiġi kklassifikata skont il-grupp ta’ varjetà ta’ tabakk u għandhom jiġu ffissati skadenzi għas-sottomissjoni tagħha. |
(5) |
Huwa xieraq għaldaqstant li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata jiġu adattati skont dan. |
(6) |
Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, ir-Regolament (KE) Nru 604/2004 għandu jitħassar u jiġi ssostitwit b’regolament ġdid. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għat-Tabakk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għal kull ħsad, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz ta' trażmissjoni elettronika l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi IA, IB, II u III f’konformità mal-iskadenzi ffissati fihom.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi konċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa sal-iskadenzi rilevanti.
Artikolu 3
1. Ir-Regolament (KE) Nru 604/2004 jitħassar.
Madankollu, għandu jkompli japplika għall-komunikazzjonijiet marbuta mal-ħsad tal-2005.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinftiehmu skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).
ANNESS IA
Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad konċernata
|
Ħsad: … |
|
L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: … |
|
Għadd totali ta’ bdiewa li jipproduċu t-tabakk: … |
ANNESS IB
Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad konċernata
|
Ħsad: … |
|
L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: … |
|
Grupp ta’ varjetajiet: … |
|
Stat Membru tal-produzzjoni (li qed jagħmel id-dikjarazzjoni) |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
(1) L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju tal-1 ta’ Jannar tas-sena tal-ħsad.
ANNESS II
Sommarju tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad
Ċifri kumulattivi għall-ħsad konċernat
|
Ħsad: … |
|
L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: … |
|
Grupp ta’ varjetajiet: … |
|
Stat Membru tal-produzzjoni (li qed jagħmel id-dikjarazzjoni) |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
Stat Membru tal-produzzjoni Isem: |
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
(1) L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju tal-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara dik tal-ħsad.
ANNESS III
Informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad
Moviment tal-istokkijiet (f’tunnellati) miżmum mill-ewwel proċessuri
|
L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: … |
|
Data tad-dikjarazzjoni: … |
Grupp ta’ varjetajiet |
Il-ħsad konċernat |
Il-kwantitajiet rilaxxati fis-suq Komunitarju matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1) |
Il-kwantitajiet rilaxxati fis-swieq tal-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1) |
Il-pożizzjoni tal-istokk fl-aħħar jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni hi meqjusa li tibda fl-1 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad u tintemm fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 604/2004 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Annessi I, II u III |
Annessi IB, II u III |
— |
Anness IA |
Anness IV |
— |
Anness V |
Anness IV |