9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

218


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1268/2005

ta' l-1 ta' Awwissu 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta' għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li mhumiex hemm għall-qliegħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 (2) jipprovdi l-għoti ta' għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li mhumiex hemm għall-qliegħ. Rigward it-tnaqqis fil-prezz ta' intervent tal-butir u t-tnaqqis sussegwenti tal-livelli ta' għajnuna fi skemi ta' appoġġ tal-butir oħra, l-ammont ta' għajnuna għandu jitnaqqas.

(2)

(Minħabba n-natura tal-benefiċarji finali ta' din l-skema, ikun neċessarju li jitħalla jgħaddi xi ftit żmien bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament u l-applikazzjoni tiegħu sabiex il-benefiċarji jilħqu jaddattaw għal-livell il-ġdid ta' għajnuna).

(3)

(Il-miżuri disponibbli għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2191/81. l-ammont ta' “80 EUR” jinbidel bl-ammont ta' “60 EUR”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jkun ġie ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2005).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 213, 1.8.1981, p. 20. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 181/2005 (ĠU L 30, 3.2.2005, p. 8)