6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

206


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/17/KE

tat-2 ta' Marzu 2005

li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/105/KEE dwar il-passaporti tal-pjanti

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra d-dħul fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(f), u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għall-passaporti tal-pjanti li jintużaw għall-moviment ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra fil-Komunità, u li tistabbilixxi proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta’ dawn il-passaporti tal-pjanti u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati dwar is-sostituzzjoni tagħhom (2), ġew stabbiliti ċerti proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti.

(2)

Għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda li jikkunsidraw it-tikketti maħruġa skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għall-kummerċjalizzazjoni ta’ ċerta żerriegħa ċertifikata uffiċjalment li tilħaq ir-rekwiżiti relevanti tad-Direttiva 2000/29/KE, bħala passaporti tal-pjanti.

(3)

Jidher li ħafna Stati Membri diġà qed jużaw tikketti mingħajr l-indikazzjoni “Passaport tal-pjanti KE” għall-istaġun li ġej 2004-2005. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-użu tat-tikketti waqt perijodu ta’ tranżizzjoni.

(4)

Id-Direttiva 92/105/KEE tistipula li l-passaporti tal-pjanti għandhom jinkludu ċerta informazzjoni li tinkludi l-kliem “passaport tal-pjanti KEE”. Mill-adozzjoni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Komunità issa hija magħrufa bħala “l-Komunità Ewropea”, bl-abbrevjazzjoni li tikkorrispondi magħha “KE”, u allura l-kliem għandu jinbidel għal “passaport tal-pjanti KE”.

(5)

Id-Direttiva 92/105/KEE għandha għalhekk tiġi emendata f’ dan ir-rigward.

(6)

Is-sistema li tuża t-tikketti msemmija hawn fuq għandha tiġi riveduta sal-31 ta’ Diċembru 2006 biex tieħu in kunsiderazzjoni l-esperjenzi akkwistati.

(7)

Il-miżuri li stabbiliti f’din id-Direttiva huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/105/KEE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 (2) huwa emendat kif ġej:

a)

Il-punt (c) huwa sostitwit b’li ġej:

“c)

fil-każ tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L., maħsuba għat-tħawwil, kif elenkat f’ punt 18.1 tas-Sezzjoni II ta’ Parti A ta’ l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (*), it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (**) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Diċembru 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem ‘passaport tal-pjanti KE’); il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dħul ta’ tuberi tas-Solanum tuberosum L., maħsuba għat-tħawwil u ċ-ċirkolazzjoni f’żona protetta rikonoxxuta rigward organiżmi ta’ ħsara għal dawk it-tuberi, għandu jkun innutat jew fuq it-tikketta jew fuq xi dokument kummerċjali ieħor.”

(*)  ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1."

(**)  ĠU L 193, ta' l-20.7.2002, p. 60."

b)

il-punti (d), (e) u (f) li ġejjin huma miżjuda:

“d)

fil-każ taż-żerriegħa tal-Helianthus annuus L., elenkata f’ punt 26 tas-Sezzjoni II ta’ Parti A ta’ l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (***) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem ‘passaport tal-pjanti KE’).

e)

fil-każ taż-żerriegħa tal-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., u Phaseolus L., elenkati f’punti 27 u 29 tas-Sezzjoni II ta' Parti A ta’ Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV A għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (****) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta għandha tindika l-kliem ‘passaport tal-pjanti KE’).

f)

fil-każ taż-żerriegħa tal-Medicago sativa L., elenkata f’ punti 28.1 u 28.2 tas-Sezzjoni II ta' Parti A ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV Parti A għad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE (*****) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem ‘passaport tal-pjanti KE’).”

(***)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74."

(****)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33."

(*****)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66."

2.

L-Artikolu 4 huwa mħassar.

3.

Fl-Anness, punt 1 huwa sostitwit b’ li ġej:

“1.

‘passaport tal-pjanti KE’ (għal perijodu ta' tranżizzjoni li jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2006, tista tintuża l-formulazzjoni ‘passaport tal-pjanti KEE’).”

Artikolu 2

Is-sistema li permezz tagħha jintużaw it-tikketti msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi riveduta sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-14 ta' Mejju 2005, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mill-15 ta’ Mejju 2005.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar it-2 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/102/KE (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9).

(2)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.