15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

224


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' April 2005

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għal servizz ta’ post ta’ kampeġġ

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 1242)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2005/338/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema Komunitarja riveduta ta’ għotja ta' ekotikketta (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artiklu 6(1) tiegħu u s-sitt paragrafu tal-punt 2 ta' l-Anness V tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Ekotikketta ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta Komunitarja tista' tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li bihom ikun jista’ jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta' aspetti ambjentali importanti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi għall-ekotikketta, magħmulin abbażi tal-kriterji mfasslin mill-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu stabbiliti skond tipi ta' prodotti.

(3)

Fil-każ ta’ servizz ta’ post ta’ kampeġġ, il-kriterji ekoloġiċi għandhom jinqasmu fi kriterji, li kull wieħed minnhom għandu jitħares, u fi kriterji, li proporzjon fiss minnhom għandu jitħares.

(4)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll il-ħtiġijiet marbuta ma’ evalwazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal perjodu ta' tliet snin.

(5)

Fir-rigward tat-tariffi relatati ma’ applikazzjonijiet għal ekotikketta u użu tagħha minn intrapriżi mikro, kif definiti mir-Rakkomandazzjoni ta' l-Kummissjoni 96/280/KE tat- 3 ta' April 1996 dwar it-tifsira ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2), ikun jixraq, biex jitqiesu r-riżorsi limitati ta’ intrapriżi mikro u ta’ l-importanza partikolari tagħhom fi ħdan dan it-tip ta' prodott, li jkun provdut għal tnaqqis addizzjonali għal dak ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ l-ekotikketta Komunitarja u t-tariffi annwali għaliha (3).

(6)

Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ” għandu jinkludi, bħala servizz ewlieni bi ħlas, l-għoti ta’ rqajja ta’ art mgħammra għal strutturi mobbli ta' alloġġ ġewwa żona maqtugħa għaliha.

Huwa għandu jinkludi wkoll faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni xierqa biex jingħata kenn lil min ikun qed jalloġġja hemm, u żoni kollettivi għal servizz komunali jekk ikunu pprovduti ġewwa żona maqtugħa għaliha.

Is-“servizz ta' post ta’ kampeġġ” mogħti ġewwa żona maqtugħa għalija bħal dik jista' jinkludi wkoll, taħt il-ġestjoni jew sjieda tal-post ta’ kampeġġ, il-provvista ta’ servizzi ta’ ikel u attivitajiet ta' mgħodija taż-żmien.

Artikolu 2

Għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal servizz ta' post ta’ kampeġġ skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jkun inkluż fit-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ” u għandu jkun konformi ma' kull wieħed mill-krtierji stabbiliti fis-Sezzjoni A ta' l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Barra minn hekk, is-servizz ta’ post ta’ kampeġġ għandu jkun konformi ma’ għadd biżżejjed tal-kriterji li jinsabu fis-Sezzjoni B ta' l-Anness, li għal kull wieħed minnhom jingħataw għadd ta' punti. Is-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu mill-anqas jikseb:

(a)

16,5 punti għas-servizz prinċipali;

(b)

20 punt jekk jingħataw ukoll faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni tajbin bħala kenn għal min jalloġġja fil-post.

L-għadd totali ta’ punteġġ meħtieġ għandu jiżdied b'punt addizzjonali għal kull wieħed mis-servizzi ta’ l-ikel u għal kull attività ta’ mogħdija taż-żmien, jekk dawn ikunu pprovduti.

Artikolu 3

1.   B'deroga għall-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, fil-każ ta' applikazzjoni minn intrapriża mikro għal għoti ta’ l-ekotikketta għal servizz ta' post ta’ kampeġġ, il-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni għandu jitnaqqas b' 75 % mingħajr ma jkun possibbli ebda tnaqqis ieħor.

2.   B'deroga għall-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, it-tariffa minima annwali għal kull intrapriża mikro għall-użu ta’ l-ekotikketta għandha tkun ta' EUR 100.

3.   Il-volum annwali ta’ bejgħ għas-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jkun ikkalkulat billi l-prezz tal-konsenja jkun immultiplikat bl-għadd ta' waqfien għal lejl u dak li jirriżulta jitnaqqas b'50 %. Il-prezz tal-konsenja għandu jitqies bħala t-tariffa medja mħallsa minn min iżur il-post ta’ kampeġġ għall-waqfa għal lejl, inklużi s-servizzi kollha li ma jinvolvux ħlas żejjed. Għandu japplika t-tnaqqis għal tariffa minima annwali kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE.

4.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-intrapriżi mikro għandhom ikunu kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 96/280/KE fil-verżjoni tat- 3 ta' April, 1996.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lit-tip ta' prodott “servizz ta' post ta‘ kampeġġ” għandu jkun “26”.

Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għat-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ”, kif ukoll il-ħtiġijiet marbuta ma’ evalwazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4.

(3)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/393/KE (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 31).


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali ewlenin mit-tliet fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizz (xiri, provvista tas-servizz, skart). B'mod partikolari jimmiraw li:

jillimitaw il-konsum ta’ l-enerġija,

jillimitaw il-konsum ta’ l-ilma,

jillimitaw l-iskart mill-produzzjoni,

jiffavorixxu l-użu ta' riżorsi rinnovabbli u ta' sustanzi li huma anqas ta’ ħsara għall-ambjent,

jippromwovu l-komunikazzjoni u l-edukazzjoni dwar l-ambjent.

Speċifikazzjonijiet

Strutturi mobbli ta' alloġġ kif imsemmi fl-Artikolu 1 huma dawk bħal tined, karavans, djar mobbli u vannijiet kamp. Faċilitajiet ta' akkomodazzjoni xierqa biex jingħata kenn lil min jalloġġja huma faċilitajiet bħal bangalows, alloġġi mobbli u appartamenti għal kiri. Żoni kollettivi għal servizzi komunali huma bħal dawk ta’ faċilitajiet ta' ħasil u tisjir, supermarkits u faċilitajiet ta' informazzjoni.

Ħtiġijiet ta’ evalwazzjoni u verifika

Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ evalwazzjoni u verifika huma indikati mill-ewwel taħt kull kriterju stabbilit fis-Sezzjonijiet A u B.

Skond il-każ, jistgħu jintużaw il-metodi u standards ta' ittestjar barra dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom tkun aċċettata mill-Korp Kompetenti li jevalwa t-talba.

Fejn l-applikant ikun mitlub jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumenti, analiżi, rapporti ta’ ittestjar, jew provi oħra biex juri li jkun konformi mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, et cetera, skond il-każ.

Skond il-każ, Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni sustantiva u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Korpi Kompetenti għandhom jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post.

Il-Korpi Kompetenti huma rrakkomandati jqisu l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti ta’ ġestjoni ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jevalwaw applikazzjonijiet u jagħmu monitoraġġ għall-konformità mal-kriterji.

(Notament: mhux meħtieġ li jkunu implimentati skemi ta' ġestjoni bħal dawn.)

SEZZJONI A

Kriterji msemmija fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

ENERĠIJA

1.   Elettriku minn sorsi rinnovabbli

Mill-anqas 22 % ta’ l-elettriku għandu jiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, kif definiti fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (1).

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom aċċess għal suq li joffri enerġija ġġenerata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur ta’ l-elettriku (jew il-kuntratt miegħu) li turi x-xorta ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-perċentwali ta' elettriku pprovdut jiġifieri minn sors rinnovabbli, u indikazzjoni tal-perċentwali massima li tkun tista' tingħata. Skond id-Direttiva 2001/77/KE, sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandha tfisser sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux fossili (mir-riħ, mix-xemx, ġeotermali, mill-mewġ u l-marea, idroelettriku, bijiomassa, gass minn siti ta’radam, gass minn impjanti għal trattament tad-drenaġġ u minn bijogass).

2.   Faħam u żjut densi

M’għandhom jintużaw ebda żjut densi li jkollhom kontenut ta' kubrit ogħla minn 0,2 % u ebda faħam bħala sors ta’ enerġija.

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom sistema indipendenti ta' tisħin.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, li tindika x-xorta ta' sorsi ta' enerġija użati.

3.   L-elettriku għat-tisħin

Mill-anqas 22 % ta’ l-elettriku użat għat-tisħin ta’ żoni komuni, akkomodazzjoni għall-kiri u ilma sanitarju sħun għandu jkun minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, kif definiti fid-Direttiva 2001/77/KE.

Dan il-krtierju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom sistema indipendenti ta’ tisħin bl-elettriku u li jkollhom aċċess għal suq li joffri elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, li tindika x-xorta u l-ammonti ta' sorsi ta' enerġija użati għal tisħin, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-kaldaruni (ġeneraturi ta' sħana) użati, jekk ikun hemm.

4.   L-effiċjenza tal-kaldaruni

L-effiċjenza ta' kull kaldarun ġdid (ġeneratur ta' sħana) mixtri matul iż-żmien ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta għandha tkun mill-anqas 90 %, kif imkejla skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar i-ħtiġijiet ta' effiċjenza għal kaldaruni ġodda ta’ ilma sħun imqabbdin bi fjuwil likwidu jew tak-gass (2), jew skond in-normi u r-regolamenti rilevanti dwar prodotti għal dawk il-kaldaruni li ma jkunux milquta minn din id-Direttiva.

Kaldaruni ta’ ilma sħun imqabbdin bi fjuwil likwidu jew tal-gass kif definit fid-Direttiva 92/42/KEE għandhom ikunu konformi ma’ standards ta' effiċjenza kif jingħad fid-Direttiva.

L-effiċjenza ta' kaldaruni esklużi mid-Direttiva 92/42/KEE għandhom ikunu konformi ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur u ma’ liġijiet nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand dawk responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun li turi l-effiċjenza. Id-Direttiva 92/42/KEE tiddefinixxi l-effiċjenza utli (espressa f’%) bħala l-proporzjon bejn il-produzzjoni ta' sħana trasmessa lill-ilma tal-kaldarun u l-prodott tal-valur kalorifiku nett taħt pressjoni kostanti ta’ fjuwil u l-konsum espress bħala kwantita' ta' fjuwil għal kull unita' ta' ħin.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/42/KEE jeskludi l-kaldaruni li ġejjin: kaldaruni ta’ ilma sħun li jistgħu jitqabbdu bi fjuwils differenti inkluż fjuwils solidi; tagħmir għat-tħejjija fil-pront ta’ ilma sħun; kaldaruni maħsuba biex jitqabbdu bi fjuwils, li l-elementi tagħhom huma konsiderevolment differenti mill-elementi tal-fjuwils likwidi u tal-gass komunement kummerċjalizzati (gass minn skart industrijali, bijogass, eċċ.); kukers u strumenti maħsuba prinċipalment biex isaħħnu l-bini li fih ikunu nstallati u, bħala funzjoni sussidjarja, biex jipprovdu ilma sħun għal tisħin ċentrali u ilma sanitarju sħun.

5.   Arja kkondizzjonata

Kull sistema ta' arja kkondizzjonata mixtrija matul iż-żmien ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta għandu jkollha mill-anqas effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi B kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE tat-22 ta' Marzu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar it-twaħħil ta' tikketti dwar l-enerġija għal tagħmir ta’ arja kkondizzjonata tad-dar (3), jew li għandhom effiċjenza ta' enerġija li tkun taqbel magħha.

Notament: Dan il-kriterju ma japplikax għal tagħmir ta’ arja kkondizzjonata li jkun jew apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta' enerġija, jew apparat mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew unitajiet bi produzzjoni (qawwa ta' tkessiħ) akbar minn 12 kW.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

6.   Iżolazzjoni ta’ twieqi

It-twieqi kollha f'żoni komuni imsaħħna u/jew b’arja kkondizzjonata u f’akkomodazzjoni għall-kiri għandu jkollhom livell għoli biżżejjed ta' iżolazzjoni termali skond il-klima lokali, u għandhom jipprovdu livell xieraq ta’ iżolazzjoni akustika. (Dan ma japplikax għall-karavans tal-kiri/djar mobbli fejn dawn ma jkunux proprjetà tal-ġestjoni tal-post tal-kampeġġ.)

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tiegħu innifsu jekk din tkun biżżejjed jew dikjarazzjoni minn tekniku professjonali li turi konformità ma’ dan il-kriterju.

7.   Tifi ta' sħana jew arja kkondizzjonata

Jekk it-tisħin u/jew l-arja kkondizzjonata ma jintfewx awtomatikament meta jkun hemm twieqi miftuħa, għandu jkun hemm informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb malajr li tfakkar lir-resident jagħlaq it-tieqa (twieqi) jekk it-tisħin jew l-arja kkondizzjonata jkunu mixgħulin.

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom tisħin u/jew arja kkondizzjonata.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-test ta’ l-informazzjoni (jekk ikun applikabbli).

8.   Tifi ta' dwal

Jekk id-dawl (dwal) ma jintefix (jintfewx) awtomatikament fl-akkomodazzjoni għall-kiri, għandu jkun hemm informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb malajr mir-residenti li titlobhom jitfu d-dwal meta jkunu ħerġin mill-akkomodazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-proċeduri ta' informazzjoni.

9.   Bozoz tad-dawl b'effiċjenza ta' enerġija

(a)

Fi żmien sena mid-data ta’ l-applikazzjoni, mill-anqas 60 % tal-bozoz tad-dawl kollha fil-post tal-kampeġġ għandu jkollhom effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif definita fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta' Jannar 1998 li timplimenta d-Direttiva ta' l-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta’ l-enerġija ta’ lampi tad-dar (4). Dan ma japplikax għall-bozoz tad-dwal li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jħallux li jinbidlu ma’ bozoz tad-dwal li ma jaħlux enerġija.

(b)

Fi żmien sena mid-data ta’ l-applikazzjoni, mill-anqas 80 % tal-bozoz tad-dawl li jkunu jinsabu fejn x'aktarx jinxtegħlu għal aktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollhom effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif definita fid-Direttiva 98/11/KE. Dan ma japplikax għall-bozoz tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jħallux li jinbidlu ma’ bozoz tad-dawl li ma jaħlux enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità maż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-bozoz tad-dawl differenti użati.

ILMA

10.   Sors ta' ilma

Il-post ta’ kampeġġ għandu jiddikjara lill-awtorita' ta’ l-ilma li huwa jkun lest jaqleb għal sors differenti ta' ilma (eż. ilma tal-mejn, ilma tal-wiċċ) jekk studji ta’ pjan lokali għall-ħarsien ta’ l-ilma juru bil-provi impatt ambjentali qawwi bl-użu tas-sors attwali tiegħu ta' ilma.

Dan il-kriterju japplika biss jekk il-post ta’ kampeġġ ma jkunx qed jirċievi l-ilma tiegħu minn pajp ta’ ilma tal-mejnijiet.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni bħal dik ta' hawn fuq, flimkien ma’ dokumentazzjonii skond il-każ, inkluż ir-riżultati ta’ studji (jekk ikun hemm) ta’ pjan lokali għall-ħarsien ta’ l-ilma, indikazzjoni ta’ kull azzjoni meħtieġa li jkollha tittieħed, u dokumentazzjoni dwar azzjonijiet rilevanti meħuda.

11.   Fluss ta' ilma minn vitijiet u doċoċ

Il-fluss ta' ilma mill-vitijiet u doċoċ, ħlief għall-vitijiet tal-banju, m'għandux jaqbeż l-10 litri/minuta.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa l-kriterju, u dokumentazzjoni rilevanti skond il-każ.

12.   Nuqqas ta’ ħela ta’ ilma mill-kmamar tal-banju u tojlits

Fiż-żoni sanitarji u fil-kmamar tal-banju għandu jkun hemm informazzjoni biżżejjed għar-resident dwar kif jgħin biex fil-post ta’ kampeġġ ma jinħelix ilma.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti għar-residentii.

13.   Reċipjenti ta’ skart f’tojlits

Kull tojlit għandu jkollu reċipjent xieraq għall-iskart u r-resident ikun mitlub juża r-reċipjent ta’ l-iskart minflok it-tojlit għal rimi kif suppost.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta’ l-informazzjoni lir-resident.

14.   Flaxxing fil-latrina

Il-latrini kollha għandhom ikunu mgħammra jew b'sistemi ta’ flaxxing awtomatiċi (bil-ħin) jew manwali b'mod li ma jkunx hemm ifflaxxjar il-ħin kollu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti dwar il-latrini nstallati.

15.   Likiġ

Il-persunal għandu jkun imħarreġ li kuljum jara jekk ikunx hemm xi likiġ u li jieħu azzjoni f’waqtha skond il-ħtieġa. Ir-resident għandu jkun mistieden jgħarraf lill-persunal b’kull likiġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti dwar it-temi koperti fit-taħriġ, u kopja ta’ l-informazzjoni indirizzata lir-residenti.

16.   Tisqija ta' pjanti u żoni esterni

Il-fjuri u l-postijiet ta' barra għandhom jissaqqew l-aktar qabel ma x-xemx tkun tiżreġ jew wara nżulha, fejn kundizzjonijiet reġjonali jew tal-klima jitolbu dan.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju.

17.   Trattament ta’ skart ta’ ilma

L-iskart kollu ta’ l-ilma għandu jkun ittrattat.

Jekk ma jista’ jkun hemm ebda konnessjoni ma’ l-impjant lokali għat-trattament tad-drenaġġ, il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu s-sistema tiegħu stess ta’ trattament li tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti lokali, nazzjonali jew Ewropea. Residenti għandhom ikunu mgħarrfa bil-ħtiġijiet u d-dmirijiet għar-rimi kif imiss ta’ skart ta’ ilma mill-mezz mobbli ta’ alloġġ tagħhom.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjon dwar il-konnessjoni ma’ l-impjant lokali għat-trattament tad-drenaġġ jew dwar is-sistema tiegħu stess għat-trattament ta’ skart ta’ ilma skond il-każ u dokumentazzjoni għal residenti dwar ir-rimi ta’ skart ta’ ilma.

18.   Pjan għal skart ta’ ilma

Il-post ta’ parkeġġ għandu jitlob lill-ġestjoni lokali ta’ l-iskart ta’ ilma għall-pjan tagħha ta’ skart ta’ ilma u, jekk ikun hemm wieħed, għandha jimxi miegħu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ittra lill-ġestjoni lokjali ta’ l-iskart ta’ ilma u jitlob il-pjan ta’ disinn lokali ta’ skart ta’ ilma u t-tweġiba mogħtija. Jekk ikun hemm pjan, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dwar il-passi meħuda biex jimxi miegħu.

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

19.   Punt ta’ rimi f’tojlit kimiku (CDP)

Fejn il-post ta’ kampeġġ ikun konness ma' tank settiku, l-iskart minn tojlits kimiċi għandu jinġabar u jkun ittrattat sewwa b’mod separat jew b’mod ieħor. Fejn il-post ikun konness mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku, sink speċjali jew unita' ta' rimi għandhom ikunu suffiċjenti biex ma jitħallix ikun hemm tixrid.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, inkluż kull rekwiżit speċifiku ta’ rimi mill-awtorità lokali flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sink kimiku.

20.   Diżinfettanti

Diżinfettanti għandhom jintużaw biss fejn ikunu meħtieġa biex jitħarsu r-rekwiżiti legali ta’ l-iġjene.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta' fejn u meta jkollhom jintużaw id-diżinfettanti.

21.   Taħriġ tal-persunal dwar l-użu ta’ diterġenti u diżinfettanti

Il-personal għandu jkun imħarreġ ma jaqbiżx il-kwantita' rakkomandata ta' diterġenti u diżinfettanti murija fuq l-ippakkjar.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji dwar it-taħriġ rilevanti.

SKART

22.   Separazzjoni ta' skart minn residenti

Għandhom ikunu pprovduti reċipjenti tajbin biżżejjed biex residenti jitħallew jisseparaw l-iskart skond sistemi lokali jew nazzjonali. Informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb u faċli tinftiehem sewwa fiż-żoni differenti tal-post, għandha titlob lir-residenti jisseparaw l-iskart tagħhom. Reċipjenti għas-separazzjoni ta’ l-iskart m'għandhomx ikunu aktar diffiċli li jintlaħqu minn laned komuni għall-iskart.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dettalji dwar ir-reċipjenti u kopja tas-sinjali/informazzjoni u fejn ikunu jinsabu r-reċipjenti fil-post tal-kampeġġ.

23.   Skart perikoluż

Il-persunal għandu jissepara skart perikoluż kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li ssostitwiet id-Deċiżjoni 94/3/KE li għamlet lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar skart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li għandha lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (5) u l-emendi li kellha wara, u għandu jinstab fejn isir ir-rimi b’mod sewwa. Dan jinkludi toners, linek, tagħmir ta' tkessiħ u ta’ l-elettriku, batteriji, farmaċewtiċi, xaħam/żjut, eċċ. Għandu jkun hemm informazzjoni għal residenti dwar ir-rimi kif suppost ta’ skart perikoluż.

Jekk l-awtorita' lokali ma tipprovdix għar-rimi ta’ skart perikoluż, l-applikant għandu, kull sena, jipprovdi dikjarazzjoni mingħand l-awtorita' lokali li ma tkun teżisti ebda sistema għar-rimi ta’ skart perikoluż.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' lista ta’ skart perikoluż prodott mill-post ta’ kampeġġ, u indikazzjoni tal-mezzi li bihom ikun immaniġġjat, isseparat, miġbur u mormi, inklużi kopji ta’ kuntratti rilevanti ma' terzi persuni. Skond il-każ, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, id-dikjarazzjoni korrispondenti mingħand l-awtorità lokali.

24.   Separazzjoni ta' skart

Il-persunal għandu jissepara l-iskart fil-kategoriji li jistgħu jkunu mmaniġġjati b’mod separat mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iskart. Jekk l-amministrazzjoni lokali ma toffrix li tiġbor u/jew tarmi skart b’mod separat, il-post ta’ kampeġġ għandu jiktbilha u jgħidilha li jkun irid jissepara hu l-iskart, u juri t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' ġbir u/jew rimi separat.

It-talba lill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu ġbir u/jew rimi separat ta' skart għandha ssir kull sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ skart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u l-proċeduri għall-ġbir, separazzjoni, immaniġġjar u rimi ta' dawn il-kategoriji ġewwa l-post ta’ kampeġġ, u/jew il-kuntratti rilevanti ma’ aġenziji privati. Skond il-każ, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, id-dikjarazzjoni korrispondenti lill-awtorità lokali.

25.   Ġarr ta' skart

Jekk l-awtoritajiet lokali ta’ kontroll ta’ skart ma jiġbrux l-iskart fil-post ta’ kampeġġ jew ħdejh, dan ta' l-aħħar għandu jiżgura li jsir il-ġarr ta’ l-iskart tiegħu lejn is-sit relativ, u li jnaqqas il-ġarr kemm jista’ jkun.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni tas-siti relativi, l-arranġamenti tal-ġarr u d-distanzi involuti.

26.   Prodotti li jintremew

Sakemm ma jkunx meħtieġ b'liġi, ebda wieħed mill-prodotti li ġejjin li jintremew m'għandu jkun jista’ jinkiseb mingħand is-sid tal-post ta’ kampeġġ f’akkomodazzjoni għall-kiri u fi ħwienet:

Oġġetti tal-kamra tal-banju ta’ porzjon wieħed jew ta’ użu ta’ darba (bħal xampu, sapun, għata tar-ras għad-doċċa, eċċ.). Meta jintuża kwalunkwe prodott ieħor li jintrema, għandu jkun hemm reċipjenti għar-rimi skond sistemi lokali u nazzjonali fil-lok fejn isir dak l-użu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta' liema minn dawk il-prodotti li jintremew ikunu użati u l-liġijiet li jesiġu dan, u deskrizzjoni ta’ tip u sistema ta' ġbir ta' skart.

SERVIZZI OĦRA

27.   Mhux permess tipjip f’żoni komuni

Għandu jkun hemm parti mingħajr tipjip fiż-żoni komuni interni kollha.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

28.   Trasport pubbliku

Informazzjoni dwar kif wieħed jasal fil-kampeġġ u f’destinazzjonijiet oħra lokali bit-trasport pubbliku għandha tkun tista’ tinkiseb faċilment mir-residenti u mill-persunal. Fejn ma jkunx hemm trasport pubbliku adattat, għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar mezzi oħra ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħmel dikjarazzjoni ta' ħarsien ta' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji tal-materjal ta’ informazzjoni li jkun hemm.

ĠESTJONI ĠENERALI

Applikanti b'sistema ta' ġestjoni ambjentali rreġistrata skond ir-Regolament EMAS jew iċċertifikata skond ISO 14001 awtomatikament jissodisfaw il-kriterji ta’ ġestjoni ġenerali li ġejjin. F'każijiet bħal dawk, il-mezzi ta' verifika ta’ konformita' ma' dawk il-kriterji hija r-reġistrazzjoni EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001.

29.   Manutenzjoni ġenerali

It-tagħmir kollu użat biex jingħata s-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jingħata manutenzjoni u jinżamm f'kundizzjoni tajba b’konformita' mal-liġi u meta jkun meħtieġ mod ieħor, u x-xogħol għandu jsir biss minn persunal ikkwalifikat.

Għat-tagħmir inkluż fil-kriterji, il-maniġer tal-post ta’ kampeġġ għadu jkollu dikjarazzjoni bil-miktub mit-tekniku dwar il-frekwenza li biha l-liġi tesiġi li jsiru kontrolli ta' manutenzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' lista tat-tagħmir u tal-persuni/kumpaniji li jagħmlu l-manutenzjoni.

30.   Manutenzjoni ta’ kaldaruni

(a)

Il-manutenzjoni ta’ kaldaruni għandha ssir mill-anqas darba fis-sena, jew aktar sikwit jekk hekk ikun meħtieġ bil-liġi jew minħabba ħtieġa, minn professjonisti ikkwalifikati sewwa, li jimxu ma’ standards nazzjonali u ta’ CEI fejn dawn japplikaw, jew skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(b)

Ittestjar li l-konformità mal-livelli ta’ effiċjenza, kif definiti mid-Direttiva 92/42/KEE jew mil-liġijiet nazzjonali jew mill-indikazzjonijiet tal-manifattur, tkun qed titħares, u li emissjonijiet ikunu skond limiti legali għandu jsir darba kull sena. Jekk testijiet ta’ manutenzjoni juru li l-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija ma jkunux intlaħqu, għandha tittieħed azzjoni korrettiva mill-ewwel.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformita maż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-kaldaruni u tal-programm ta’ manutenzjoni tagħhom, u dettalji dwar il-persuni/kumpaniji li jagħmlu l-manutenzjoni, u xi jkun eżaminat waqt il-manutenzjoni.

31.   Tfassil ta' politika u programm ta' azzjoni

Il-ġestjoni għandu jkollha politika ambjentali u għandha tfassal dikjarazzjoni sempliċi ta' politika ambjentali u programm ta' azzjoni preċiż biex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-politika ambjentali.

Il-programm ta' azzjoni għandu jidentifika miri ta’ prestazzjoni ambjentali dwar l-enerġija, l-ilma, kimiċi u skart li għandhom ikunu ffissati kull sentejn, meqjusin il-kriterji tas-Sezzjoni B. Huwa għandu jidentifika l-persuna li taġixxi bħala maniġer ambjentali tal-post ta’ kampeġġ u li jkun responsabbli li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa u li jintlaħqu l-miri. Residenti għandhom jintalbu jagħtu l-kummenti u reazzjonijiet tagħhom u dawn għandhom jitqiesu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopja tal-politika ambjentali, dikjarazzjoni ta' politika u programm ta' azzjoni, u l-proċeduri biex jitqies il-kontribut tar-residenti.

32.   Taħriġ tal-persunal

Il-post tal-kampeġġ għandu jagħti informazzjoni u taħriġ lill-persunal, inklużi proċeduri bil-miktub jew permezz ta’ manwali, biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' miżuri ambjentali u biex ikun hemm għarfien dwar imġiba ambjentali responsabbli. Għandu jingħata taħriġ adegwat lill-persunal ġdid kollu fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu ta’ l-impjieg u lill-persunal kollu mill-anqas darba fis-sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dettalji tal-programm ta’ taħriġ, il-kontenut tiegħu u indikazzjoni ta' min mill-persunal ikun ingħata liema taħriġ u meta.

33.   Informazzjoni lir-residenti

Il-post ta’ kampeġġ għandu jagħti informazzjoni lir-residenti dwar il-politika ambjentali tiegħu, inklużi aspetti dwar sikurezza u ħarsien min-nar, l-azzjonijiet li jittieħdu u l-ekotikketta ta’ l-UE. L-informazzjoni għandha tingħata b’mod attiv lir-residenti mal-wasla tagħhom, flimkien ma' kwestjonarju fuq il-fehmiet tagħhom dwar l-aspetti ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. Avviżi ta’ stedina lil residenti biex jagħtu appoġġ għall-miri ambjentali għandhom jidhru b’mod prominenti għar-residenti l-aktar fiż-żoni komuni u fl-akkomodazzjoni għall-kiri.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji ta’ l-informazzjoni u l-avviżi mogħtija għar-residenti, u għandu jindika l-proċeduri tiegħu għat-tqassim u l-ġbir tal-kwestjonarju, u dwar kif jittieħed qies tat-tweġibiet.

34.   Dejta dwar il-konsum ta’ l-enerġija u l-ilma

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ ta' dejta dwar il-konsum kollu ta’ l-enerġija (kWh), il-konsum ta’ l-elettriku u sorsi oħra ta' enerġija (kWh), u l-konsum ta’ l-ilma (litri).

Id-dejta għandha tinġabar ma' kull kont li jasal, jew mill-anqas darba kull tliet xhur, għall-perjodu li matulu l-post ta’ parkeġġ ikun miftuħ, u għandha wkoll tkun espressa bħala konsum għal kull waqfa għal lejl u għal kull m2 ta' spazju intern. Il-post ta’ kampeġġ għandu jżomm ir-riżultati disponibbli għal spezzjonijiet fuq il-post mill-Korp Kompetenti li jkun evalwa l-applikazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħti d-dejta dwar il-konsum imsemmi hawn fuq għal mill-anqas it-tliet xhur ta' qabel (jekk tkun diġà tista’ tinkiseb), u wara dan għandu jagħti din id-dejta kull sena għas-sena ta' qabel. Għaż-żona residenzzjali (waqfa fit-tul), l-għadd ta' waqfiet għal lejl jista' jkun imsejjes fuq kalkolu mis-sid/mill-maniġer tal-post ta’ kampeġġ.

35.   Ġbir ieħor ta' dejta

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ ta' dejta dwar konsum ta' kimiċi espress f’kg u/jew litri li jispeċifikaw jekk il-prodott ikunx konċentrat jew le u l-kwantita' ta' skart prodott (litri u/jew kg ta' skart mhux separat).

Id-dejta għandha tinġabar mill-anqas kull sitt xhur, u għandha tkun espressa wkoll bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa għal lejl u għal kull m2 ta' spazju intern. Il-post ta’ kampeġġ għandu jżomm ir-riżultati disponibbli għal spezzjonijiet fuq il-post mill-Korp Kompetenti li jkun evalwa l-applikazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħti d-dejta dwar il-konsum imsemmi hawn fuq għal mill-anqas is-sitt xhur ta' qabel (jekk tkun diġà tista’ tinkiseb), u wara dan għandu jagħti din id-dejta kull sena għas-sena ta' qabel. L-applikant għandu jispeċifika s-servizzi offruti u jekk il-ħasil tal-ħwejjeġ isirx fil-post.

36.   Informazzjoni dwar l-ekotikketta

Il-kaxxa 2 ta’ l-ekotikketta għandu jkollha il-kliem li ġej:

miżuri meħudin li jiffrankaw l-enerġija u l-ilma u li jnaqqsu l-ħela,

miżuri ta’ ġestjoni ambjentali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali,

miżuri meħudin biex jillimitaw l-impatt ambjentali.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ kif ser juża t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju.

SEZZJONI B

Kriterji msemmija fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Kull wieħed mill-kriterji msemmija f'din is-Sezzjoni ingħata valur espress f'punti jew frazzjonijiet ta' punti. Biex jikkwalifikaw għall-għoti ta’ l-ekotikketta, postijiet ta' kampeġġ ikollhom jiksbu għadd minimu ta' punti. Jekk il-post ta’ kampeġġ ma joffrix akkomodazzjoni oħra tajba għal min jalloġġja bħala parti mis-servizzi tiegħu, il-punteġġ minimu meħtieġ ikun ta' 16,5; jekk joffriha, il-punteġġ minimu jkun ta' 20.

Il-punteġġ totali meħtieġ għandu jiżdied b'punt għal kull wieħed mis-servizzi addizzjonali li ġejjin offruti taħt il-ġestjoni jew sjieda tal-post ta’ kampeġġ: servizzi ta' ikel (inkluż il-kolazzjon) u attivitajiet ta' mogħdija taż-żmien. Attivitajiet ta’ mogħdija taż-żmien jinkludu sawnas, pixxini u faċilitajiet oħra kollha bħal dawk li jkunu jinsabu fil-grawnds tal-post ta’ kampeġġ u f’dawk iż-żoni ħodor li ma jkunux parti mill-istruttura tal-post ta’ kampeġġ, bħal parks, boskijiet u ġonna li jkunu miftuħin għal residenti.

ENERĠIJA

37.   Elettriku fotovoltajk, idroelettriku u elettriku ġenerat mir-riħ (punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu sistema fotovoltajka (pannell solari) jew idroelettrika lokali jew ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-enerġija tar-riħ li tipprovdi jew tkun tista' tipprovdi mill-anqas 20 % tal-konsum totali ta’ elettriku kull sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistema fotovoltajka, idroelettrika jew ta’ enerġija mir-riħ u dejta dwar il-produzzjoni kemm potenzjali kif ukoll attwali tagħha.

38.   Tisħin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tat-total ta’ enerġija użata biex issaħħan iż-żoni interni jew l-ilma sanitarju sħun għandu jiġi minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dejta dwar l-enerġija kkunsmata għat-tisħin taż-żoni interni u għall-ilma sħun u dokumenazzjoni li turi li mill--anqas 50 % ta’ din l-enerġija tkun ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

39.   Effiċjenza ta' enerġija ta’ kaldaruni (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu kaldarun ta’ erba’ stilel kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/42/KEE.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' rapport mit-tekniċi professjonisti responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun.

40.   Emissjonijiet ta' NOx minn kaldaruni (punteġġ: 1,5)

Il-kaldarun għandu jkun tal-klassi 5 tan-norma EN 297 prA3 li tirregola l-emissjonijiet ta' NOx, u għandu jitfa’ anqas minn 70 mg NOx/kWh.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' rapport jew speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun.

41.   Tisħin distrettwali (punteġġ: 1)

It-tisħin tal-post ta’ kampeġġ għandu jsir mit-tisħin distrettwali.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni li turi l-konnessjoni mat-tisħin distrettwali.

42.   Tisħin u enerġija flimkien (punteġġ: 1,5)

L-elettriku u t-tisħin kollu tal-faċilitajiet sanitarji, żoni komuni u akkomodazzjoni għall-kiri għandhom ikunu pprovduti b'impjant għal tisħin u enerġija flimkien. Jekk is-servizz tal-post ta’ kampeġġ ikollu l-impjant tiegħu stess ta’ tisħin u enerġija flimkien dan l-impjant għandu jipprovdi 70 % tal-konsum kollu ta’ sħana u elettriku.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar l-impjant ta’ sħana u enerġija flimkien.

43.   Pompa tas-sħana (punteġġ: 1,5)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu pompa tas-sħana li tipprovdi s-sħana u/jew l-arja kkondizzjonata.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar il-pompa tas-sħana.

44.   Rkupru ta' sħana (punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu sistema għall-irkupru ta' sħana għal waħda (punteġġ: 1) jew tnejn (punti 2) mill-kategoriji li ġejjin: sistemi ta' tkessiħ, ventilaturi, magni tal-ħasil, magni tal-ħasil tal-platti, pixxina(i), skart ta’ ilma sanitarju.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ rkupru ta' sħana.

45.   Termoregolazzjoni (punteġġ: 1,5)

It-temperatura f'kull żona komuni u fl-akkomodazzjoni għall-kiri għandha tkun regolata kull waħda għaliha.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistemi termoregolatorji.

46.   Iżolazzjoni ta’ bini eżistenti (punti 2)

Il-bini msaħħan/bl-arja kkondizzjonata fil-grawnd tal-post ta’ kampeġġ għandu jkollu iżolazzjoni ’il fuq mir-rekwiżiti minimi nazzjonali, biex ikun żgurat tnaqqis sewwa tal-konsum ta’ l-enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand it-tekniku rispettiv ta’ l-enerġija, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar l-iżolazzjoni u dwar ir-rekwiżiti minimi nazzjonali.

47.   Arja kkondizzjonata (punteġġ: 1,5)

Is-sistema ta' arja kkondizzjonata għandu jkollha effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva 2002/31/KE, jew ikollha effiċjenza ta' enerġija li tkun taqbel magħha.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-apparati li jistgħu jużaw ukoll sorsi oħra ta' enerġija, apparati mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew għal unitajiet bi produzzjoni (qawwa ta' tkessiħ) akbar minn 12 kW.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

48.   Tifi awtomatiku ta’ l-arja kkondizzjonata (punteġġ: 1)

Għandu jkun hemm sistema awtomatika ta’ tifi ta’ l-arja kkondizzjonata ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri meta t-twieqi jkunu miftuħin.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

49.   Arkitettura bijoklimatika (punti 2)

Il-bini fil-grawnd tal-post ta’ kampeġġ għandu jinbena skond prinċipji ta’ arkitettura bijoklimatika.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumenti relattivi.

50.   Refriġerejters b'effiċjenza ta' enerġija (punteġġ: 1), magni tal-ħasil tal-platti (punteġġ: 1), magni tal-ħasil (punteġġ: 1), dryers/tumblers (punteġġ: 1) u tagħmir ta’ l-uffiċċju (punteġġ: 1) (sa 5 punti)

(a)

(punteġġ: 1): Ir-refriġerejters kollha domestiċi għandhom ikunu ta’ effiċjenza tal-Klassi A, A+ jew A++ skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/66/KE tat-3 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva 94/2/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għal refriġerejters domestiċi ta’ l-elettriku, friżers u t-taħlitiet tagħhom (6), u l-frigobars jew il-minibars għandhom ikunu mill-anqas tal-klassi Ċ. Id-Direttiva 2003/66/KE għandha tkun infurzata mill-1 ta' Lulju 2004.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tar-refriġerejters u tal-frigobars jew minibars kollha, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

(b)

(punteġġ: 1): Il-magni kollha domestiċi tal-ħasil tal-platti għandhom ikunu ta’ effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (7).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tal-magni kollha tal-ħasil tal-platti, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Magni tal-ħasil tal-platti li m’humiex milquta mid-Direttiva 1999/9/KE (eż. magni industrijali tal-ħasil tal-platti) jistgħu ma jkunux konformi.

(ċ)

(punteġġ: 1): Il-magni kollha domestiċi tal-ħasil għandhom ikunu ta’ effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi A kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/89/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 95/12/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' eneġija għall-magni domestiċi tal-ħasil (8).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tal-magni kollha tal-ħasil, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Il-magni tal-ħasil li m’humiex milquta mid-Direttiva 96/89/KE (eż. magni industrijali tal-ħasil) jistgħu ma jkunux konformi.

(d)

(punteġġ: 1): Mill-anqas 80 % tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (PCs, moniters, faksis, printers, skanners, magni tal-fotokopi) għandhom jikkwalifikaw għall-istilla ta’ l-enerġija kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru. 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm Komunitarju ta’ twaħħil ta' tikketti ta' effiċjenza ta' enerġija għal tagħmir ta’ l-uffiċċju (9).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-kwalifika għall-istilla ta' l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċju, u/jew b'indikazzjoni ta' dawk il-PCs u oġġetti li jinġarru li jkollhom ekotikketta.

(e)

(punteġġ: 1): It-tumble driers kollha ta’ l-elettriku għandhom ikunu ta' effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1995/13/KE tat-23 ta' Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għal tumble driers domestiċi ta’ l-elettriku (10).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tat-‘tumble driers’ kollha ta’ l-elettriku, b’indikazzjoni ta’ dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Tumble driers ta’ l-elettriku li m’humiex milquta mid-Direttiva 1995/13/KE (eż. tumble driers industrijali) jistgħu ma jkunux konformi.

51.   Driers ta’ l- idejn u tax-xagħar ta’ l-elettriku b’senser ta’ prossimità (punteġġ: 1)

Id-driers kollha ta’ l-elettriku ta’ l-idejn u x-xagħar għandhom ikunu mgħammra b'sensers ta’ prossimità jew ikun ingħatalhom ekotikketta tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni sustantiva xierqa dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

52.   Il-pożizzjoni ta’ refriġerejter (punteġġ: 1)

Ir-refriġerejters tal-kċina, kjosks u ħwienet għandhom jitqiegħdu u jkunu rregolati skond il-prinċipji li jiffrankaw l-enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

53.   Dwal li jintfew awtomatikament f’akkomodazzjoni għall-kiri (punteġġ: 1)

Sistemi awtomatiċi li jitfu d-dwal meta residenti jħallu l-akkomodazzjoni għandhom jitwaħħlu fi 80 % ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri fil-post ta’ kampeġġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

54.   Kontroll tas-sawna b’timer (punteġġ: 1)

L-unitajiet kollha tas-sawna għandhom ikunu kkontrollati b’timer.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

55.   Tisħin ta’ pixxina bir-RES (punti 1,5)

L-enerġija użata għat-tisħin ta’ l-ilma tal-pixxina għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Mill-anqas 50 %: punt 1, 100 %: punt 1,5.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkunsmata għat-tisħin ta’ l-ilma tal-pixxina u dokumentazzjoni li turi li l-ammont ta' enerġija użata tkun ġejja minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

56.   Tifi awtomatiku ta’ dwal ta' barra (punteġġ: 1,5)

Dwal ta' barra li ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà għandhom jintfew awtomatikament wara ħin iffissat, jew jinxtegħlu permezz ra’ senser ta’ prossimità.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

ILMA

57.   Użu ta' ilma tax-xita (punti 1,5) u ilma riċiklat (punteġġ: 1,5)

(a)

(punteġġ: 1,5): Ilma tax-xita għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u ta’ xorb.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa, u assigurazzjonijiet f’waqthom li l-provvista ta’ l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

(b)

(punteġġ: 1,5): Ilma rriċiklat għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u ta’ xorb.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa u assigurazzjonijiet f’waqthom li l-provvista ta’ l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

58.   Sistemi awtomatiċi ta' tisqija għal żoni esterni (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu juża sistema awtomatika li tagħmel l-aħjar użu mill-ħin għat-tisqija u l-konsum ta’ l-ilma għall-pjanti/ħdura ta' barra.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

59.   Fluss ta’ ilma minn vitijiet u truf ta’ pajpijiet ta’ doċoċ (punteġġ: 1,5)

Il-medja tal-fluss mill-vitijiet u t-truf tal-pajpijiet tad-doċoċ kollha ħlief għall-vitijiet tal-banju m'għandhiex taqbeż it-8 litri/minuta.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

60.   Ifflaxxjar ta’ WC (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 80 % ta' WCs għandhom jikkunsmaw sitt litri għal kull ifflaxxjar jew anqas.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

61.   Konsum ta' ilma ta’ magna tal-ħasil tal-platti (punteġġ: 1)

Il-konsum ta’ ilma għall-magni tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(mkejjel)) għandu jkun anqas minn jew daqs il-limitu kif definit fl-ekwazzjoni hawn taħt bl-użu ta’ l-istess metodu ta’ test EN 50242 u ċiklu ta' programm kif magħżulin għad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE (11):

W(mkejjel) ≤ (0,625 × S) + 9,25

fejn:

W(imkejjel) = il-kejl tal-konsum ta’ ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f'litri għal kull ċiklu, espress sa l-ewwel deċimali,

S= in-numru li japplika għall-modalitajiet standard ta’ funzjoni tal-magna tal-ħasil tal-platti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-manifattura, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti jew prova li l-magni tal-ħasil tal-platti jkunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja.

62.   Konsum ta' ilma ta’ magna tal-ħasil (punteġġ: 1)

Il-magni tal-ħasil użati fil-post ta’ kampeġġ minn residenti u persunal jew mill-fornitur tas-servizz ta' ħasil ta' ħwejjeġ fil-post ta’ kampeġġ m'għandhomx jużaw aktar minn 12-il litru ilma għal kull kg ta' tagħbija ta' ħasla mkejla skond EN 60456:1999, bl-użu ta’ l-istess ċiklu standard ta' 60 °C għall-qoton kif magħżul għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE (12).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-manifattura, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil jew prova li l-magni tal-ħasil ikunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja. Il-ġestjoni tal-post ta’ kampeġġ għandha tipprovdi dokumentazzjoni teknika mill-fornitur tagħha tas-servizz ta' ħasil ta' ħwejjeġ li turi li l-magna tal-ħasil tagħha tissodisfa l-kriterju.

63.   Temperatura u fluss ta’ l-ilma tal-vit (punteġġ: 1)

Mill-anqas 80 % tal-vitijiet għandhom iħallu regolazzjoni preċiża u f’waqtha tat-temperatura ta’ l-ilma u tal-fluss ta’ l-ilma.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

64.   Timer tad-doċċa (punteġġ: 1,5)

Id-doċoċ kollha fil-faċilitajiet sanitarji/żoni komuni għandu jkollhom mekkaniżmu li jżomm il-ħin/ta’ prossimità li jinterrompi l-fluss ta’ l-ilma wara ħin definit jew jekk ma jkunux qed jintuża.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

65.   Għata tal-pixxina (punteġġ: 1)

Matul il-lejl jew meta l-pixxina li tkun imtliet ma tkunx qed tintuża għal aktar minn ġurnata, hija għandha titgħatta biex l-ilma ma jitħalliex jiksaħ fil-pixxina u biex titnaqqas l-evaporazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

66.   Ħall ta’ silġ (sa punt 1,5)

Meta jkun meħtieġ li s-silġ jinħall mit-toroq, għandhom jintużaw mezzi mekkaniċi jew ramel/żrar biex it-toroq fil-post ta’ kampeġġ ikunu fiż-żgur f’każ li jagħmel is-silġ/borra (punteġġ: 1,5).

Jekk jintuża mod kemikali biex jinħall is-silġ, għandhom jintużaw sustanzi li ma jkollhomx aktar minn 1 % ta' jonju kloridu (Cl-) (punteġġ: 1) jew inġezz li jkun ingħata l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

67.   Indikazzjonijiet ta’ ilma bil-ġebla (punteġġ: 1)

Qrib żoni sanitarji/magni tal-ħasil/magni tal-ħasil tal-platti għandhom jintwerew spjegazzjonijiet dwar l-ilma lokali bil-ġebla biex jitħalla jsir użu aħjar ta' diterġenti minn residenti u persunal jew biex tintuża sistema awtomatika ta' dożaġġ li tagħmel l-aħjar użu ta’ diterġenti skond kemm l-ilma jkun jira’.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti li turi kif ir-resident ikun infurmat.

68.   Latrini li ma jaħlux ilma (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tal-latrini kollha għandhom jużaw sistema mingħajr ilma jew li l-latrini kollha jkollhom sistema li tifflaxxja b’mod manwali/elettroniku li tippermetti li jkun ifflaxxjat kull awrinar biss meta jintuża.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni sustantiva dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

69.   Speċi indiġeni użati għal tħawwil mill-ġdid ta’ pjanti fuq barra (punteġġ: 1)

Kull tħawwil f’żoni esterni ta' siġar u sisien tal-ħaxix għandhom ikunu magħmulin minn speċi indiġeni ta' veġetazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ispeċifikazzjoni rilevanti dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa minn espert.

70.   Bdil ta’ xugamani u lożor (punteġġ: 1)

Ir-resident għandu jkunu mgħarraf dwar il-politika ambjentali tal-post ta’ kampeġġ li biha lożor u xugamani fl-akkomodazzjoni għall-kiri għandhom jinbidlu fuq talba tiegħu jew tagħha, jew fin-nuqqas darba fil-ġimgħa għall-klassi aktar baxxa ta' akkomodazzjoni, u darbtejn fil-ġimgħa għall-klassi ogħla ta' akkomodazzjoni. Dan japplika biss għall-akkomodazzjoni għall-kiri fejn is-servizz jinkludi l-provvista ta' xugamani u/jew lożor.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenazzjoni li turi kif residenti jkunu mgħarrfa.

KIMIĊI PERIKOLUŻI

71.   Diterġenti (sa 4 punti)

Mill-anqas 80 % skond il-piż ta’ diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn u/jew diterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti u/jew diterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ u/jew għal magni għal kull xorta ta’ tindif fil-post ta’ kampeġġ, għandhom ikunu ngħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull waħda minn dawn l-erba’ kategoriji ta' diterġenti).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' prodotti bħal dawk użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

72.   Żebgħa u verniċ għal ġewwa (punteġġ: 1)

Mill-anqas 50 % taż-żebgħa ta' ġewwa ta’ strutturi u akkomodazzjoni għall-kiri, ħlief għal karavans tal-kiri u djar mobbli, għandhom jingħataw żebgħa u verniċ għal ġewwa li jkunu ngħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' prodotti bħal dawk użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

73.   Ħasil ta' karozzi biss f’żoni mgħammra apposta (punteġġ: 1)

M’għandux jitħalla jsir ħasil ta' karozzi, jew għandu jitħalla biss f’żoni li jkunu mgħammra apposta b'mod li jiġbru l-ilma u d-diterġenti użati u jinkanalawhom fis-sistema tad-drenaġġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva.

74.   Appoġġ għal alternattivi ta’ nar artifiċjali għal barbikju (punteġġ: 1)

Ħlief għall-prodotti artifiċjali li jqabbdu l-barbikju, prodotti alternattivi bħal żejt mill-fdal ta’ għeneb magħsur u prodotti tal-qanneb, għandhom jinbiegħu minn ħwienet.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

75.   Doża ta' diżinfettant għal pixxina (punteġġ: 1)

Il-pixxina għandu jkollha sistema awtomatika ta’ dożaġġ li tuża ammont minimu ta’ dożaġġ għal riżultat iġjeniku xieraq.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika dwar is-sistema awtomatika ta’ dożaġġ.

76.   Tindif mekkaniku (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri preċiżi biex jagħmel tindif mingħajr kemikali, bħal l-użu ta' prodotti ta’ mikrofibra jew materjali oħra mhux kimiċi għal tindif jew attivitajiet oħra b'riżultati simili.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

77.   Ġardinaġġ organiku (punti 2)

Żoni esterni għandhom ikunu ġestiti mingħajr ebda użu ta' pestiċidi jew skond prinċipji ta’ biedja organika, kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (13) u l-mod kif kien ġie emendat wara, jew kif stabbilit f’liġijiet nazzjonali jew fi skemi organiċi nazzjonali rikonoxxuti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

78.   Elementi kimiċi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti (sa 2 punti)

Id-disinn arkitettoniku ta’ l-akkomodazzjoni u l-prattiki ta’ ndafa (bħal bini fuq pilastri biex il-ġrieden ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-bini, l-użu ta' xbieki u koljaturi kontra n-nemus) għandhom jiżguraw li l-użu ta' elementi kimiċi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti fil-post ta’ kampeġġ jinżamm fl-livell minimu kemm jista’ jkun (punteġġ: 1).

Jekk jintużaw elementi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti, għandhom jintużaw biss sustanzi li huma permessi għal biedja organika (kif stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru. 2092/91) jew li jkunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (1 punt).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

SKART

79.   Kompost (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jissepara skart organiku rilevanti (skart mill-ġnien 2 punti; skart mill-kċina punt 1) u għandu jiżgura li dan jinbidel f'kompost skond linji gwida ta’ awtorita' lokali (eż. l-amministrazzjoni lokali, il-post innifsu jew minn aġenzija privata).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ għandu jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

80.   Laned tax-xorb li jintremew (2 punti)

Ħlief fejn ikun meħtieġ b'liġi, laned tax-xorb li jintremew m’għandhomx ikunu offruti fiż-żoni proprjeta' tal-post ta’ kampeġġ jew ġestiti minnu b’mod dirett.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma indikazzjoni ta' liema prodotti bħal dawk jintużaw, jekk ikun hemm, u l-liġi li tesiġi dan.

81.   Ippakkjar ta' kolazzjon/ikel u oġġetti li jintremew (2 punti)

Pakketti ta' doża waħda u tazzi li jintremew, platti u pożati m’għandhomx jintużaw għall-kolazzjon jew għal servizz ieħor alimentari.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dawr kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

82.   Rimi ta’ xaħam/żejt (sa 3 punti)

Għandu jkun hemm apparat li jissepara x-xaħam, u x-xaħam/iż-żjut tal-qali u x-xaħam/iż-żjut tal-frittura għandhom jinġabru u jintremew b'mod xieraq (2 punti). Il-mod kif għandhom jintremew kif imiss ix-xaħam/iż-żejt għandu jkun offrut lir-residenti (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

83.   Tixrid f’parkeġġi tal-karozzi (punteġġ: 1)

Tixrid ta’ żejt u tixrid simili minn inġenji fil-parkeġġ tal-karozzi għandu jinġabar u jintrema kif imiss.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

84.   Ħwejjeġ użati, għamara u prodotti oħra (sa 3 punti)

Għamara, tessuti u prodotti oħra użati bħal apparat elettroniku, għandhom jinbiegħu jew jingħataw lill-karità jew lil għaqdiet oħra li jiġbru u jqassmu oġġetti bħal dawn.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

SERVIZZI OĦRA

85.   Regolazzjoni tat-traffiku fil-post ta’ kampeġġ (punteġġ: 1)

It-traffiku kollu (ta’ residenti u ta’ min jieħu ħsieb il-manutenzjoni/it-trasport) fil-grawnd tal-kamp għandu jkun limitat għal sigħat u żoni definiti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu joffri spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

86.   Traffiku maħluq mill-kampeġġ (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ m'għandux juża vetturi b'mutur ta' kombustjoni għat-trasport u l-manutenzjoni fil-grawnd tal-kamp.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

87.   Karrelli għal residenti fil-post ta’ kampeġġ (1 punt)

Għall-ġarr ta’ bagalji u xirjiet fil-post, għandu jkun hemm bla ħlas għar-residenti karrelli jew mezzi oħra ta’ trasport mhux motorizzat.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

88.   Uċuħ mhux issiġillati (punteġġ: 1)

Mill-anqas 90 % ta’ wiċċ l-erja tal-post ta’ kampeġġ m’għandhiex tkun miksija bl-asfalt/siment jew materjali oħra ta' kopertura, li jfixklu t-tisfija u l-ventilazzjoni tal-ħamrija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti sustantiva xierqa.

89.   Tisbiħ ta’ bjut bi pjanti (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tal-binjiet fil-post ta’ kampeġġ li jkollhom soqfa adatti (soqfa ċatti jew soqfa b'angolu żgħir ta' inklinazzjoni) għandu jkollhom ħaxix jew pjanti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

90.   Komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi avviżi ta' komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali lil residenti dwar miżuri lokali ta’ konservazzjoni tal-bijodiversita', tal-pajsaġġ u tan-natura (punteġġ: 1,5). Id-divertiment għal residenti għandu jinkludi aspetti ta' edukazzjoni ambjentali (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

91.   Mhux permess tipjip f’żoni komuni u f’akkomodazzjoni għall-kiri (punteġġ: 1)

M’għandux jitħalla jsir tipjip f’mill-anqas 50 % taż-żoni komuni interni u 50 % ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jindika l-għadd u x-xorta ta' dawn iż-żoni u għandu jindika f’liema minnhom ma jistax ikun hemm tipjip.

92.   Roti (punteġġ: 1,5)

Għandu jkun hemm roti għal residenti. (Mill-anqas żewġ roti għal kull 50 unità ta’ twaqqif ta’ kampijiet u/jew ta' akkomodazzjoni għall-kiri).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

93.   Fliexken li jintraddu lura jew jimtlew mill-ġdid (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu joffri xorb fi fliexken li jintraddu lura/jimtlew mill-ġdid: xorb ħafif (punteġġ: 1), birra (punteġġ: 1), ilma (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa mingħand il-fornituri tal-fliexken.

94.   Prodotti tal-karta (sa punti 2)

Mill-anqas 50 % tat-toilet paper/tissue paper u karti ta’ l-uffiċċju użati għandu jkun ingħatalhom l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta' prodotti tal-karta).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

95.   Affarijiet li jservu fit-tul (sa 3 punti)

Mill-anqas 10 % ta’ kull kategorija ta' oġġetti li jservu fit-tul (bħal lożor tas-sodda, xugamani, tvalji tal-mejda, PCs, oġġetti li jinġarru, TVs, imtieraħ, għamara, magni tal-ħasil, magni tal-ħasil tal-platti, refriġerejters, vacuum cleaners, twapet ta’ l-art, bozoz) li jkun hemm fil-post ta’ kampeġġ, inkluża l-akkomodazzjoni għall-kiri, għandu jkun ingħatalhom l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull kategorija sa tlieta ta' oġġetti li jservu fit-tul).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni li juru l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

96.   Prodotti alimentari lokali (sa punti 4,5)

Mill-anqas żewġ prodotti ta’ ikel minn sorsi lokali għandhom ikunu offruti f’kull ikla, inkluż il-kolazzjon (punteġġ: 1,5) u fil-ħwienet (punteġġ: 1,5).

Skond il-każ, il-konsum ta’ speċi lokali f’periklu li jinqerdu bħal ħut speċifiku u speċi ta’ krustaċej u “laħam tal-buxx” għandu jkun ipprojbit (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

97.   Ikel organiku (sa 2 punti)

L-ingredjenti ewlenin ta' mill-anqas żewġ platti (punteġġ: 1) u mill-anqas 4 prodotti mibjugħa mill-ħwienet (punteġġ: 1) għandhom ikunu magħmulin b'metodi ta' trobbija organika, kif stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru. 2092/91.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

ĠESTJONI ĠENERALI

98.   Reġistrazzjoni EMAS (3 punti), Ċertifikazzjoni ISO (punteġġ: 1,5) tal-post ta’ kampeġġ

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkun irreġistrat taħt l-iskema Komunitarja ta’ ekoġestjoni u verifika (EMAS) (3 punti) jew iċċertifikat skond l-istandard ISO 14001 (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa tar-reġistrazzjoni EMAS jew ISO 14001.

99.   Reġistrazzjoni EMAS (punteġġ: 1,5) jew ċertifikazzjoni ISO (punteġġ: 1) tal-fornituri

Mill-anqas wieħed mill-fornituri ewlenin jew fornituri ta' servizz tal-post ta’ kampeġġ għandhom ikunu rreġistrati ma’ EMAS (punteġġ: 1,5) jew iċċertifkati skond ISO 14001 (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa tar-reġistrazzjoni EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 mill-anqas minn wieħed mill-fornituri ewlenin tiegħu.

100.   Konformità minn subappaltaturi mal-kriterji tas-Sezzjoni A (sa punti 2)

Is-subappaltaturi kollha għaż-żewġ servizzi addizzjonali (servizzi alimentari, attivitajiet ta' mogħdija taż-żmien) għandhom ikunu konformi mill-anqas mal-kriterji tas-Sezzjoni A ta’ l-ekotikketta attwali li japplikaw għas-servizzi speċifiċi (punteġġ: 1 għal kull servizz li jkun hemm fil-post ta’ kampeġġ).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ ftehimiet kontrattwali mas-subappaltaturi tiegħu dwar il-konformità tagħhom mal-kriterji tas-Sezzjoni A.

101.   Miters tad-dawl u l-ilma (sa punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu nstallati miters addizzjonali ta’ l-enerġija u l-ilma biex titħalla tinġabar dejta dwar il-konsum ta’ attivitajiet jew magni differenti (punteġġ: 1). Kull twaqqif ta’ kamp għandu jkollu l-miter tiegħu stess ta’ l-enerġija u l-ilma (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' analiżi tad-dejta miġbura (jekk diġà tkun teżisti).

102.   Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (massimu 3 punti)

Jew:

(a)

Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa punt 1,5 kull waħda, sa massimu ta' 3 punti): Il-ġestjoni tal-posta ta’ kampeġġ għandha tieħu azzjonijiet, b'żieda ma’ dawk ipprovduti bħala kriterji f'din is-Sezzjoni jew fis-Sezzjoni A, biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. Il-Korp Kompetenti li jevalwa l-applikazzjoni għandu jagħti punteġġ lil dawn l-azzjonijiet li ma jaqbiżx punt 1,5 għal kull azzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni sħiħa ta' kull azzjoni addizzjonali li l-applikant ikun jixtieq li titqies;

jew:

(b)

L-għoti ta' ekotikketta (punti 3): Il-post ta’ kampeġġ għandu jingħata waħda mill-ekotikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa li jkun ingħata ekotikketta.

(1)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(3)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

(4)  ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(6)  ĠU L 170, 9.7.2003, p. 10.

(7)  ĠU L 56, 4.3.1999, p. 46.

(8)  ĠU L 338, 28.12.1996, p. 85.

(9)  ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.

(10)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.

(11)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(12)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(13)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.