29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2216/2004

tal-21 ta’ Diċembru 2004

għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

WERREJ

Kapitolu I

Is-suġġett u d-definizzjonijiet 5

Kapitolu II

Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet 6

Kapitolu III

Il-kontenut tar-reġistri 7

Taqsima 1

Ir-rapportaġġ u l-kunfidenzjalità 7

Taqsima 2

Il-kontijiet 8

Taqsima 3

Il-kontijiet tal-partijiet 8

Taqsima 4

Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur 9

Taqsima 5

Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna 9

Taqsima 6

It-tabelli 10

Taqsima 7

Il-kodiċijiet u l-identifikaturi 20

Kapitolu IV

Il-verifiki u l-proċessi 11

Taqsima 1

L-imblokkar tal-kontijiet 11

Taqsima 2

Il-verifiki awtomatizzati u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data 11

Taqsima 3

L-eżekuzzjoni u l-finalizzazzjoni tal-proċessi 12

Kapitolu V

It-Tranżazzjonijiet 13

Taqsima 1

L-Allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2005-2007 13

Taqsima 2

L-Allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin 14

Taqsima 3

It-trasferimenti u l-eliġibbiltà 15

Taqsima 4

L-emissjonijiet ivverifikati 16

Taqsima 5

Ir-rinunzja tal-kwoti 16

Taqsima 6

Il-kanċellazzjoni u l-irtirar 17

Taqsima 7

Il-kanċellazzjoni u s-sostituzzjoni 18

Taqsima 8

Il-kanċellazzjoni volonatarja u l-irtirar 19

Kapitolu VI

L-istandards tas-sigurtà, l-awtentikazzjoni u d-drittijiet ta’ l-aċċess 19

Kapitolu VII

Id-disponibbiltà u l-affidabbiltà ta’ l-informazzjoni 20

Kapitolu VIII

Ir-rekords u l-ħlasijiet 21

Kapitolu IX

Id-dispożizzjonijiet finali 22

Anness I

23

Anness II

24

Anness III

25

Anness IV

26

Anness V

27

Anness VI

28

Tabella VI-1:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ l-Unità 28

Tabella VI-2:

Tip Validu ta’ Unità Inizjali — Tip ta’ Unità Supplimentari 30

Tabella VI-3:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Kont 31

Tabella VI-4:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Permess 31

Tabella VI-5:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tad-Detentur tal-Kont 32

Tabella VI-6:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ l-Installazzjoni 32

Tabella VI-7:

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Korrelazzjoni 32

Anness VII

34

Anness VIII

37

Tabella VIII-1:

Dijagramma tas-Sekwenza tal-Messaġġi għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati 37

Tabella VIII-2:

Dijagramma ta’ l-Istatus għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati 38

Tabella VIII-3:

Il-Komponenti u l-Funzjonijiet għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati 38

Tabella VIII-4:

Il-Komponent MgmtOfAccountWS 39

Tabella VIII-5:

Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. CreateAccount() 39

Tabella VIII-6:

Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. UpdateAccount() 41

Tabella VIII-7:

Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. CloseAccount() 43

Tabella VIII-8:

Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. UpdateVerifiedEmissions() 44

Tabella VIII-9:

Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. ReceiveAccountOperationOutcome() 44

Tabella VIII-10:

Il-Komponent AccountManagement 45

Tabella VIII-11:

Il-Funzjoni ManagementOfAccount. ValidateAccountCreation() 46

Tabella VIII-12:

Il-Funzjoni ManagementOfAccount. CreateAccount() 47

Tabella VIII-13:

Il-Funzjoni AccountManagement. ValidateAccountUpdate() 49

Tabella VIII-14:

Il-Funzjoni ManagementOfAccount. UpdateAccount() 50

Tabella VIII-15:

Il-Funzjoni ManagementOfAccount. ValidateAccountClosure() 52

Tabella VIII-16:

ManagementOfAccount. CloseAccount() 52

Tabella VIII-17:

ManagementOfAccount. ValidateVerifiedEmissionsUpdate() 53

Tabella VIII-18:

ManagementOfAccount. UpdateVerifiedEmissions 53

Tabella VIII-19:

Il-Verifiki Sekondarji 54

Anness IX

55

Tabella IX-1:

Il-Verifiki Terzjarji 56

Anness X

58

Tabella X-1:

Il-Verifiki Sekondarji 59

Anness XI

60

Anness XII

62

Tabella XII-1:

Il-Kodiċijiet ta’ Rispons tar-Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet 62

Anness XIII

68

Anness XIV

70

Anness XV

73

Anness XVI

75

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ [ta’] l-emissjonijiet ta’ gass[ijiet] serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (2), u b’mod partikolari it-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Sistema Komunitarja integrata ta’ reġistri, li tikkonsisti fir-reġistri tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha stabbilita skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE li tinkorpora r-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet stabbilit skond l-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti ma jinvolvux irregolaritajiet u li t-tranżazzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC — United Nations Framework Convention on Climate Change) u mill-Protokoll ta’ Kjoto.

(2)

Skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (3) u d-Deċiżjoni 19/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, ir-rapporti speċifiċi għandhom isiru pubbliċi fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-pubbliku jkollu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fis-sistema integrata tar-reġistri, bla ħsara għal ċerti rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

(3)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ data bħal din, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4), id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (5) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (6), għandhom jiġu rrispettati fejn dawn ikunu applikabbli għall-informazzjoni miżmuma u pproċessata skond dan ir-Regolament.

(4)

Kull reġistru għandu jkun fih kont wieħed ta’ depożitu ta’ Parti, kont wieħed ta’ rtirar, u l-kontijiet ta’ kanċellazzjoni u ta’ sostituzzjoni meħtieġa skond id-Deċiżjoni 19/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC għal kull perjodu ta’ impenn, u kull reġistru stabbilit skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun fih kontijiet ta’ depożitu meħtieġa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva għall-operaturi u għal persuni oħrajn. Kull kont bħal dan għandu jinħoloq skond proċeduri standardizzati biex jiġu żgurati l-integrità tas-sistema tar-reġistri u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni miżmuma f’din is-sistema.

(5)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE jeħtieġ li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, għat-twaqqif u għat-tħaddim tar-reġistri u tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-applikazzjoni u l-elaborazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet b’relazzjoni għas-sistema Komunitarja integrata tar-reġistri tippermetti l-inkorporazzjoni tar-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE fir-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

(6)

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet se jwettaq verifiki awtomatizzati fuq il-proċessi kollha fis-sistema Komunitarja tar-reġistri dwar kwoti, emissjonijiet ivverifikati, kontijiet u unitajiet ta’ Kjoto, u r-reġistru tal-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet se jwettaq verifiki awtomatizzati fuq il-proċessi li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda irregolarità. Il-proċessi li ma jissodisfawx dawn il-verifiki se jiġu tterminati sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet fis-sistema Komunitarja tar-reġistri jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE u mar-rekwiżiti elaborati skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto.

(7)

It-tranżazzjonijiet kollha fis-sistema Komunitarja tar-reġistri għandhom jiġu eżegwiti skond proċeduri standardizzati u, fejn ikun meħtieġ, skond skeda armonizzata ta’ żminijiet, sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE u mar-rekwiżiti elaborati skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto, u sabiex tiġi protetta l-integrità ta’ dik is-sistema.

(8)

Għandhom jiġu applikati standards minimi tas-sigurtà u rekwiżiti armonizzati dwar l-awtentikazzjoni u d-drittijiet ta’ l-aċċess sabiex tiġi protetta s-sigurtà ta’ l-informazzjoni li tkun miżmuma fis-sistema Komunitarja integrata tar-reġistri.

(9)

L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur ta’ reġistru għandhom jiżguraw irwieħhom li l-interruzzjonijiet għat-tħaddim tas-sistema Komunitarja integrata tar-reġistri jinżammu għal minimu billi jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw irwieħhom mid-disponibbiltà tar-reġistri u tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u billi jipprovdi għal sistemi u għal proċeduri sodi għas-salvagwardja ta’ l-informazzjoni kollha.

(10)

Ir-rekords dwar il-proċessi, l-operaturi u l-persuni kollha fis-sistema Komunitarja tar-reġistri għandhom jinħażnu skond l-istandards tar-reġistrazzjoni tad-data stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

(11)

Sistema trasparenti ta’ ħlasijiet u projbizzjoni li jintalab ħlas mingħand id-detenturi tal-kontijiet għal tranżazzjonijiet speċifiċi fis-sistema Komunitarja tar-reġistri se jgħinu biex tkun żgurata l-integrità ta’ dik is-sistema.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet, speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi u rekwiżiti operattivi u ta’ manutenzjoni ġenerali fir-rigward tas-sistema ta’ reġistri standardizzati u siguri li tikkonsisti f’reġistri, fil-forma ta’ databases elettroniċi standardizzati li jkun fihom elementi ta’ data komuni, u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. Jipprovdi wkoll għal sistema ta’ komunikazzjoni effiċjenti bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“perjodu 2005-2007” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)

“perjodu 2008-2012 u perjodi sussegwenti ta’ ħames snin” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012 flimkien ma’ perjodi konsekuttivi ta’ ħames snin kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

“detentur ta’ kont” tfisser persuna li għandha kont fis-sistema tar-reġistri;

(d)

“ammont assenjat” tfisser l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju ikkalkolat skond il-livelli ta’ emissjonijiet iddeterminati skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE;

(e)

“unità ta’ ammont assenjat” (AAU — assigned amount unit) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE;

(f)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna naturali aworizzata li tirrappreżenta lill-Amministratur Ċentrali, lil amministratur ta’ reġistru, lil detentur ta’ kont jew lil verifikatur skond l-Artikolu 23;

(g)

“reġistru tas-CDM” tfisser ir-reġistru tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilupp nadif stabbilit, imħaddem u miżmum mill-bord eżekuttiv tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilupp nadif skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(h)

“Amministratur Ċentrali” tfisser il-persuna maħtura mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE biex iħaddem u jżomm r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet;

(i)

“reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet” tfisser ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet ipprovdut fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, u li ġie stabbilit, imħaddem u miżmum skond l-Artikolu 5;

(j)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(k)

“diskrepanza” tfisser irregolarità skoperta mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet fejn il-proċess propost ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifikati skond id-Direttiva 2003/87/KE kif ġew elaborati f’dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti elaborati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(l)

“kwota ta’ forza maġġuri” tfisser kwota ta’ forza maġġuri maħruġa skond l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(m)

“inkonsistenza” tfisser tfisser irregolarità skoperta mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet fejn l-informazzjoni dwar il-kwoti, il-kontijiet jew l-unitajiet ta’ Kjoto pprovduta minn reġistru bħala parti mill-proċess perjodiku ta’ rikonċiljazzjoni tkun differenti mill-informazzjoni inkluża fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet;

(n)

“unità ta’ Kjoto” tfisser AAU, RMU, ERU jew CER;

(o)

“proċess” tfisser kwalunkwe wieħed mill-proċessi msemmija fl-Artikolu 32;

(p)

“reġistru” tfisser reġistru stabbilit, imħaddem u miżmum skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, li jinkorpora reġistru stabbilit skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(q)

“amministratur tar-reġistru” tfisser l-awtorità kompetenti, il-persuna jew il-persuni maħtura mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni, li taħdem u żżomm reġistru skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE, tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u ta’ dan ir-Regolament;

(r)

“unità ta’ tneħħija” (RMU — removal unit) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(s)

“CER temporanju” (tCER — temporary CER) huwa CER maħruġ għal attività ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew ta’ riafforestazzjoni skond is-CDM li, bla ħsara għad-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCC jew skond il-Protokoll ta’ Kjoto, jiskadi fi tmiem il-perjodu ta’ impenn ta’ wara dak li nħareġ matulu;

(t)

“CER għal perjodu twil ta’ żmien” (lCER — long-term CER) huwa CER maħruġ għal attività ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew ta’ riafforestazzjoni skond is-CDM li, bla ħsara għad-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCC jew skond il-Protokoll ta’ Kjoto, jiskadi fi tmiem il-perjodu ta’ kkreditar ta’ l-attività ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew ta’ riafforestazzjoni skond is-CDM li nħareġ għalih;

(u)

“reġistru ta’ pajjiż terz” tfisser reġistru stabbilit, imħaddem u miżmum minn pajjiż elenkat fl-Anness B għall-Protokoll ta’ Kjoto li rratifika l-Protokoll ta’ Kjoto u li mhuwiex Stat Membru;

(v)

“tranżazzjoni” tfisser il-ħruġ, it-trasferiment, l-akkwist, ir-rinunzja, il-kanċellazzjoni u s-sostituzzjoni tal-kwoti u l-ħruġ, it-trasferiment, l-akkwist, il-kanċellazzjoni u l-irtirar ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs u t-trasferiment ’il quddiem ta’ ERUs, CERs u AAUs;

(w)

“reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet” tfisser ir-reġistru indipendenti ta’ tranżazzjonijiet stabbilit, imħaddem u miżmum mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima;

(x)

“verifikatur” tfisser korp kompetenti, indipendenti u akkreditat ta’ verifika b’responsabbiltà biex iwettaq u jirrapporta dwar il-proċess ta’ verifika, skond ir-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE;

(y)

“sena” tfisser sena kalendarja, iddefinita skond il-Ħin Medjan ta’ Greenwich.

KAPITOLU II

IR-REĠISTRI U R-REĠISTRI TAT-TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 3

Ir-reġistri

1.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu reġistru fil-forma ta’ database elettronika standardizzata sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Kull reġistru għandu jinkorpora l-ħardwer u s-softwer stabbiliti fl-Anness I, ikun aċċessibbli permezz ta’ l-Internet, u jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi meħtieġa minn dan ir-Regolament.

3.   Kull reġistru għandu jkun kapaċi jeżegwixxi korrettament il-proċessi kollha li jikkonċernaw l-emissjonijiet ivverifikati u l-kontijiet stabbiliti fl-Anness VIII, il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni stabbilit fl-Anness X u l-proċessi amministrattivi kollha stabbiliti fl-Anness XI sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Kull reġistru għandu jkun kapaċi jeżegwixxi korrettament il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti u l-unitajiet ta’ Kjoto stabbiliti fl-Anness IX sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ħlief il-proċessi bit-tipi ta’ proċessi 04-00, 06-00, 07-00 u 08-00.

Kull reġistru għandu jkun kapaċi jeżegwixxi korrettament il-proċessi li jikkonċernaw il-kwoti u l-unitajiet ta’ Kjoto bit-tipi ta’ proċessi 04-00, 06-00, 07-00 u 08-00 stabbiliti fl-Anness IX sal-31 ta’ Marzu 2005.

Artikolu 4

Ir-reġistri kkonsolidati

Stat Membru jew il-Kummissjoni jista’ jistabbilixxi, iħaddem u jżomm ir-reġistru tiegħu b’mod ikkonsolidat flimkien ma’ Stat Membru wieħed ieħor jew aktar jew mal-Komunità, sakemm ir-reġistru tiegħu jibqa’ distint.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fil-forma ta’ database elettronika standardizzata sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jinkorpora l-ħardwer u s-softwer stabbiliti fl-Anness I, ikun aċċessibbli permezz ta’ l-Internet, u jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi meħtieġa minn dan ir-Regolament.

3.   L-Amministratur Ċentrali maħtur skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jopera u jżomm ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Amministratur Ċentrali għandu jipprovdi l-proċessi amministrattivi msemmija fl-Anness XI sabiex jiffaċilita l-integrità tad-data fis-sistema tar-reġistri.

5.   L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq biss proċessi li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet jew l-unitajiet ta’ Kjoto, fejn ikun meħtieġ, biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu bħala Amministratur Ċentrali.

6.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkun kapaċi jeżegwixxi korrettament il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet jew l-unitajiet ta’ Kjoto stabbiliti fl-Anness VIII u fl-Anness IX sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkun kapaċi jeżegwixxi korrettament il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni stabbilit fl-Anness X u l-proċessi amministrattivi stabbiliti fl-Anness XI sa l-għada tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistri u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2004 għandha tiġi stabbilita konnessjoni komunikattiva bejn kull reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

L-Amministratur Ċentrali għandu jattiva l-konnessjoni komunikattiva wara li l-proċeduri ta’ l-ittestjar stabbiliti fl-Anness XIII u l-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV jkunu tlestew b’suċċess u għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru rilevanti b’dan.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 sakemm tkun ġiet stabbilita l-konnessjoni komunikattiva msemmija fl-Artikolu 7, il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati u l-kontijiet għandhom jitlestew bl-iskambju tad-data permezz tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jissospendi temporanjament proċess imsemmi fl-Annessi VIII u IX mibdi minn reġistru jekk dak il-proċess ma jkunx qed jiġi eżegwit skond l-Artikoli 32 sa 37.

Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jissospendi temporanjament l-konnessjoni komunikattiva bejn reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew biex jissospendi l-proċessi kollha jew uħud minnhom imsemmija fl-Annessi VIII u IX, jekk dak ir-reġistru ma jitħaddimx u ma jinżammx skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet

Għandha tiġi stabbilita fil-pront konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet wara li jkun ġie stabbilit ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Wara li tkun ġiet stabbilita konnessjoni bħal din, il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet u l-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitlestew bl-iskambju tad-data permezz tar-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet u minn hemm għar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 8

L-amministraturi tar-reġistri

1.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru amministratur tar-reġistru biex jopera u jżomm ir-reġistru tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw irwieħhom li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess bejn l-amministratur tar-reġistru u d-detenturi tal-kontijiet tiegħu jew bejn l-amministratur tar-reġistru u l-Amministratur Ċentrali.

2.   Sal-1 ta’ Settembru 2004, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identità u bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-amministratur tar-reġistru għar-reġistru tiegħu skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu r-responsabbiltà u l-awtorità aħħarija għat-tħaddim u għaż-żamma tar-reġistri tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma’ l-amministraturi tar-reġistri ta’ kull Stat Membru u ma’ l-Amministratur Ċentrali.

KAPITOLU III

IL-KONTENUT TAR-REĠISTRI

TAQSIMA 1

Ir-rapportaġġ u l-kunfidenzjalità

Artikolu 9

Ir-rapportaġġ

1.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni elenkata fl-Anness XVI fil-frekwenzi u lir-riċeventi stabbiliti fl-Anness XVI b’mod trasparenti u organizzat permezz tas-sit web tar-reġistru tiegħu. L-amministraturi tar-reġistri m’għandhomx joħorġu informazzjoni addizzjonali miżmuma fir-reġistru.

2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni elenkata fl-Anness XVI fil-frekwenzi u lir-riċeventi stabbiliti fl-Anness XVI b’mod trasparenti u organizzat permezz tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-Amministratur Ċentrali m’għandux joħroġ informazzjoni addizzjonali miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

3.   Kull sit web għandu jippermetti li r-riċeventi tar-rapporti elenkati fl-Anness XVI jagħmlu mistosijiet dwar dawk ir-rapporti billi jużaw il-faċilitajiet ta’ riċerka.

4.   Kull amministratur ta’ reġistru huwa responsabbli għall-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni li toriġina mir-reġistru tiegħu u li tkun disponibbli permezz tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

5.   La r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u lanqas ir-reġistri m’għandhom jeħtieġu li d-detenturi tal-kontijiet jissottomettu informazzjoni dwar il-prezzijiet fir-rigward tal-kwoti jew ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto.

Artikolu 10

Il-kunfidenzjalità

1.   L-informazzjoni kollha, inklużi d-depożiti tal-kontijiet kollha u t-tranżazzjonijiet kollha li saru, miżmuma fir-reġistri u fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, għandha titqies bħala kunfidenzjali għal kwalunkwe skop għajr l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, tad-Direttiva 2003/87/KE jew tal-liġi nazzjonali.

2.   L-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ma tistax tintuża mingħajr il-kunsens minn qabel tad-detentur tal-kont rilevanti ħlief biex dawk ir-reġistri jitħaddmu u jinżammu skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.   Kull awtorità kompetenti u kull amministratur ta’ reġistru għandhom iwettqu biss proċessi li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet jew l-unitajiet ta’ Kjoto, fejn ikun meħtieġ, biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala awtorità kompetenti jew bħala amministratur ta’ reġistru.

TAQSIMA 2

Il-kontijiet

Artikolu 11

Il-kontijiet

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 ’il quddiem, kull reġistru għandu jkun fih għallinqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ Parti maħluq skond l-Artikolu 12.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 ’il quddiem, kull reġistru ta’ Stat Membru għandu jkun fih kont wieħed ta’ depożitu ta’ operatur għal kull installazzjoni maħluq skond l-Artikolu 15 u kull reġistru għandu jkun fih għallinqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ persuna għal kull persuna maħluq skond l-Artikolu 19.

3.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 ’il quddiem, kull reġistru għandu jkun fih kont wieħed ta’ rtirar u kont wieħed ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2005-2007 u kont wieħed ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2008-2012, maħluqa skond l-Artikolu 12.

4.   Mill-1 ta’ Jannar 2008 u mill-1 ta’ Jannar ta’ l-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, kull reġistru għandu jkun fih kont wieħed ta’ rtirar u l-kontijiet ta’ kanċellazzjoni u ta’ sostituzzjoni meħtieġa mid-deċiżjonijiet rilevanti li ġew adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, maħluqa skond l-Artikolu 12.

5.   Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, il-kontijiet kollha għandhom ikunu kapaċi jżommu kwoti u unitajiet ta’ Kjoto.

TAQSIMA 3

Il-kontijiet tal-partijiet

Artikolu 12

Il-ħolqien tal-kontijiet tal-Partijiet

1.   Il-korp rilevati ta’ l-Istat Membru u tal-Kummissjoni għandu jissottometti applikazzjoni lill-amministratur tar-reġistru rispettiv tiegħu għall-ħolqien fir-reġistru tiegħu tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), (3) u (4).

L-applikant għandu jipprovdi lill-amministratur tar-reġistru l-informazzjoni raġonevolment meħtieġa mill-amministratur tar-reġistru. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

2.   Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew mill-attivazzjoni tal-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, liema minnhom tkun l-aktar tard, l-amministratur tar-reġistru għandu joħloq il-kont fir-reġistru skond il-proċess ta’ ħolqien tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

3.   L-applikant imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru tiegħu fi żmien 10 ijiem bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-amministratur tar-reġistru tiegħu skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta notifika bħal din, l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna dik l-informazzjoni skond il-proċess ta’ aġġornament tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

4.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jeħtieġ li l-applikanti msemmija fil-paragrafu 1 jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u ma’ kondizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 13

L-għeluq tal-kontijiet tal-Partijiet

Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta applikazzjoni mill-korp rilevanti ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni biex jingħalaq kont ta’ depożitu ta’ Parti, l-amministratur tar-reġistru tiegħu għandu jagħlaq il-kont skond il-proċess ta’ għeluq tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

Artikolu 14

In-notifika

L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lid-detentur tal-kont bil-ħolqien jew bl-aġġornament tal-kontijiet tal-Partijiet tiegħu, u bl-għeluq tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti tiegħu.

TAQSIMA 4

Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

Artikolu 15

Il-ħolqien tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

1.   Fi żmien 14-il jum mill-ħruġ ta’ kull permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra lill-operatur ta’ installazzjoni fejn l-installazzjoni ma kinitx preċedentement koperta minn tali permess jew mill-attivazzjoni tal-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, liema minnhom tkun l-aktar tard, l-awtorità kompetenti, jew l-operatur, fejn dan ikun meħtieġ mill-awtorità kompetenti, għandha tipprovdi lill-amministratur tar-reġistru tar-reġistru ta’ l-Istat Membru bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness III.

2.   Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta l-informazzjoni fil-paragrafu 1 jew mill-attivazzjoni tal-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, liema minnhom tkun l-aktar tard, l-amminstratur tar-reġistru għandu joħloq kont ta’ depożitu ta’ operatur imsemmi fl-Artikolu 11(2) għal kull installazzjoni fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ ħolqien tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

3.   L-awtorità kompetenti, jew l-operatur fejn dan ikun meħtieġ mill-awtorità kompetenti, għandha tinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-amministratur tar-reġistru skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta notifika bħal din, l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna d-dettalji ta’ l-operatur skond il-proċess ta’ aġġornament tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

4.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jeħtieġ li l-operaturi jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u kondizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 16

Iż-żamma ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi

Kont ta’ depożitu ta’ operatur għandu jkun kapaċi jżomm unitajiet ta’ Kjoto fejn ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru jew tal-Komunità.

Artikolu 17

L-għeluq tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem mir-revoka jew mir-rinunzja ta’ permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal installazzjoni li, minħabba f’hekk, ma tkun koperta mill-ebda permess bħal dan. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur kollha li jkunu relatati ma’ dik ir-revoka jew ma’ dik ir-rinunzja skond il-proċess ta’ għeluq tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII fit-30 ta’ Ġunju fis-sena ta’ wara li tkun saret ir-revoka jew ir-rinunzja, jekk l-annotazzjoni ta’ l-installazzjoni rilevanti fl-aktar sena reċenti tat-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità tkun akbar minn jew daqs żero. Jekk l-annotazzjoni ta’ l-installazzjoni rilevanti fl-aktar sena reċenti tat-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità tkun inqas minn żero, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kont tiegħu l-għada li l-annotazzjoni tkun akbar minn jew daqs żero jew l-għada li l-awtorità kompetenti tkun tat struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jagħlaq il-kont għaliex mhemm l-ebda prospettiva raġonevoli li jiġu rrinunzjati aktar kwoti mill-operatur ta’ l-installazzjoni.

2.   Jekk ikun hemm bilanċ pożittiv ta’ kwoti jew ta’ unitajiet ta’ Kjoto f’kont ta’ depożitu ta’ operatur li l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq skond il-paragrafu 1, l-amministratur tar-reġistru l-ewwel għandu jitlob lill-operatur biex jispeċifika kont ieħor fis-sistema tar-reġistru li fiha mbagħad għandhom jiġu ttrasferiti kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto bħal dawn. Jekk l-operatur ma jkunx irrisponda għat-talba ta’ l-amministratur tar-reġistru fi żmien 60 jum, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi l-bilanċ fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

Artikolu 18

In-notifika

L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lid-detentur tal-kont bil-ħolqien, bl-aġġornament jew bl-għeluq tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur tiegħu.

TAQSIMA 5

Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna

Artikolu 19

Il-ħolqien tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna

1.   Applikazzjoni għall-ħolqien ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna għandha tiġi sottomessa lill-amministratur tar-reġistru tar-reġistru kkonċernat.

L-applikant għandu jipprovdi lill-amministratur tar-reġistru bl-informazzjoni kollha raġonevolment meħtieġa mill-amministratur tar-reġistru. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

2.   Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta l-applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew mill-attivazzjoni tal-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, liema minnhom tkun l-aktar tard, l-amministratur tar-reġistru għandu joħloq kont ta’ depożitu ta’ persuna fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ ħolqien tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

L-amministratur tar-reġistru m’għandux jistabbilixxi aktar minn 99 kont ta’ depożitu ta’ persuna fi kwalunkwe isem waħdieni ta’ persuna fir-reġistru tiegħu.

3.   L-applikant għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-amministratur tar-reġistru skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta notifika bħal din, l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna d-dettalji tal-persuna skond il-proċess ta’ aġġornament tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

4.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jeħtieġ li l-applikanti msemmija fil-paragrafu 1 jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u kondizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 20

Iż-żamma ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto fil-kontijiet ta’ depożitu tal-persuni

Kont ta’ depożitu ta’ persuna għandu jkun kapaċi jżomm unitajiet ta’ Kjoto fejn ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew tal-Komunità.

Artikolu 21

L-għeluq tal-kontijiet ta’ depożitu ta’persuna

1.   Fi żmien 10 ijiem minn meta tiġi riċevuta applikazzjoni mingħand persuna biex jingħalaq kont ta’ depożitu ta’ persuna, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kont skond il-proċess ta’ għeluq tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

2.   Jekk kont ta’ depożitu ta’ persuna jkollu bilanċ ta’ żero u matul perjodu ta’ 12-il xahar ma tkun ġiet irreġistrata l-ebda tranżazzjoni, l-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika lid-detentur tal-kont li l-kont ta’ depożitu ta’ persuna għandu jingħalaq fi żmien 60 jum sakemm, f’dak il-perjodu, l-amministratur tar-reġistru ma jirċevix talba mingħand id-detentur tal-kont li l-kont ta’ depożitu ta’ persuna għandu jinżamm. Jekk l-amministratur tar-reġistru ma jirċievi l-ebda talba bħal din mingħand id-detentur tal-kont, huwa għandu jagħlaq il-kont skond il-proċess ta’ għeluq tal-kontijiet stabbilit fl-Anness VIII.

Artikolu 22

In-notifika

L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lil kull detentur ta’ kont bil-ħolqien, bl-aġġornament jew bl-għeluq tal-kont ta’ depożitu ta’ persuna tiegħu.

Artikolu 23

Ir-rappreżentanti awtorizzati

1.   Kull detentur ta’ kont għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat primarju u sekondarju għal kull kont maħluq skond l-Artikoli 12, 15 u 19. It-talbiet lill-amministratur tar-reġistru biex iwettaq xi proċessi għandhom ikunu sottomessi minn rappreżentant awtorizzat f’isem id-detentur tal-kont.

2.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jippermettu li d-detenturi tal-kontijiet fir-reġistru tagħhom jinnominaw rappreżentant awtorizzat addizzjonali li l-qbil tiegħu ikun meħtieġ minbarra l-qbil tar-rappreżentant awtorizzat primarju jew sekondarju biex tiġi sottomessa talba lill-amministratur tar-reġistru tagħhom biex iwettaq proċess wieħed jew aktar mill-proċessi skond l-Artikoli 49(1), 52, 53 u 62.

3.   Kull verifikatur għandu jaħtar għallinqas rappreżentant awtorizzat wieħed biex iniżżel jew japprova l-annotazzjoni ta’ l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal installazzjoni fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati skond l-Artikolu 51(1).

4.   Kull amministratur ta’ reġistru u l-Amministratur Ċentrali għandhom jaħtru għallinqas rappreżentant awtorizzat wieħed biex jopera u jżomm ir-reġistru tagħhom u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet f’isem dak l-amministratur.

TAQSIMA 6

It-tabelli

Artikolu 24

It-tabelli

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 ’il quddiem, kull reġistru ta’ l-Istati Membri għandu jkun fih tabella waħda ta’ l-emissjonijiet ivverifikati, tabella waħda tal-kwoti rrinunzjati, u tabella waħda ta’ l-istatus ta’ konformità.

Kull reġistru jista’ jkun fih tabelli addizzjonali għal skopijiet oħrajn.

2.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkun fih tabella waħda tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għal kull Stat Membru għall-perjodu 2005-2007, għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin.

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jista’ jkun fih tabelli addizzjonali għal skopijiet oħrajn.

3.   It-tabelli f’kull reġistru ta’ l-Istati Membri għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II. Il-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u l-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XVI.

It-tabella tal-pjan nazzjonali ta’allokazzjoni fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XIV.

TAQSIMA 7

Il-kodiċijiet u l-identifikaturi

Artikolu 25

Il-kodiċijiet

Kull reġistru għandu jkun fih il-kodiċijiet ta’ input stabbiliti fl-Anness VII u l-kodiċijiet ta’ rispons stabbiliti fl-Anness XII sabiex tiġi żgurata l-interpretazzjoni korretta ta’ l-informazzjoni skambjata matul kull proċess.

Artikolu 26

Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-kontijiet u l-identifikaturi alfanumeriċi

Qabel ma jinħoloq kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja lil kull kont kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-kont u l-identifikatur alfanumeriku speċifikat mid-detentur tal-kont bħala parti mill-informazzjoni mogħtija skond l-Annessi III u IV rispettivament. Qabel ma jinħoloq kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja wkoll lid-detentur tal-kont kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

KAPITOLU IV

IL-VERIFIKI U L-PROĊESSI

TAQSIMA 1

L-imblokkar tal-kontijiet

Artikolu 27

L-imblokkar tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

1.   Jekk, fl-1 ta’ April ta’ kull sena ibda mill-2006, l-emissjonijiet ivverifikati annwali ta’ installazzjoni għas-sena preċedenti ma jkunux tniżżlu fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati skond il-proċess ta’ annotazzjoni ta’ l-emissjonijiet ivverifikati stabbilit fl-Anness VIII, l-amministratur tar-reġistru għandu jimblokka t-trasferiment ta’ kwalunkwe kwota mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur għal dik l-installazzjoni.

2.   Meta l-emissjonijiet ivverifikati annwali ta’ l-installazzjoni għas-sena msemmija fil-paragrafu 1 ikunu tniżżlu fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati, l-amministratur tar-reġistru għandu jiżblokka l-kont.

3.   L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lid-detentur tal-kont rilevanti u lill-awtorità kompetenti bl-imblokkar u bl-iżblokkar ta’ kull kont ta’ depożitu ta’ operatur.

4.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għar-rinunzja tal-kwoti skond l-Artikolu 52 jew għall-kanċellazzjoni u għas-sostituzzjoni tal-kwoti skond l-Artikoli 60 u 61.

TAQSIMA 2

Il-verifiki awtomatizzati u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data

Artikolu 28

L-iskoperta tad-diskrepanzi mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura ruħu li r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet iwettaq il-verifiki awtomatizzati stabbiliti fl-Anness VIII, fl-Anness IX u fl-Anness XI għall-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet u l-unitajiet ta’ Kjoto biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskrepanza.

2.   Jekk il-verifiki awtomatizzati msemmija fil-paragrafu 1 jidentifikaw diskrepanza fi proċess skond l-Anness VIII, l-Anness IX u l-Anness XI, l-Amministratur Ċentrali għandu minnufih jgħarraf lill-amministratur jew lill-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i) billi jirritorna rispons awtomatizzat li jagħti d-dettalji tan-natura eżatta tad-diskrepanza bl-użu tal-kodiċijiet ta’ rispons stabbiliti fl-Anness VIII, fl-Anness IX u fl-Anness XI. Malli jirċievi tali kodiċi ta’ rispons għal proċess skond l-Anness VIII jew l-Anness IX, l-amministratur tar-reġistru tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni għandu jittermina dak il-proċess u għandu jgħarraf lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-Amministratur Ċentrali m’għandux jaġġorna l-informazzjoni inkluża fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i) għandu minnufih jgħarraf lid-detenturi tal-kontijiet rilevanti li l-proċess ġie tterminat.

Artikolu 29

L-iskoperta ta’ l-inkonsistenzi mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura ruħu li r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet perjodikament jagħti bidu għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data stabbilit fl-Anness X. Għal dak il-għan, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jirreġistra l-proċessi kollha li jikkonċernaw kwoti, kontijiet u unitajiet ta’ Kjoto.

Permezz ta’ dak il-proċess, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika li d-depożiti ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto u tal-kwoti f’kull kont f’reġistru jkunu identiċi għar-rekords miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

2.   Jekk matul il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data tiġi skoperta inkonsistenza, l-Amministratur Ċentrali għandu minnufuh jgħarraf lill-amministratur jew lill-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i). Jekk l-inkonsistenza ma tiġix solvuta, l-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura ruħu li r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma jippermetti li jipproċedi l-ebda proċess ulterjuri skond l-Anness VIII u l-Anness IX li jikkonċerna kwalunkwe kwota, kont jew unità ta’ Kjoto li tkun is-suġġett ta’ inkonsistenza preċedenti.

Artikolu 30

L-iskoperta tad-diskrepanzi u ta’ l-inkonsistenzi mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   Jekk ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, wara verifika awtomatizzata, jgħarraf lill-amministratur jew lill-amministraturi tar-reġistru kkonċernati(i) b’diskrepanza fi proċess, l-amministratur tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni għandu jittermina l-proċess u jgħarraf lir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet b’dan. L-amminstratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i) għandu jgħarraf minnufih lid-detenturi tal-kontijiet rilevanti li l-proċess ġie tterminat.

2.   Jekk ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet ikun skopra inkonsistenza, l-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura ruħu li r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma jippermetti li jipproċedi l-ebda proċess ulterjuri skond l-Anness VIII u l-Anness IX li jikkonċerna kwalunkwe waħda mill-unitajiet ta’ Kjoto li jkunu s-suġġett ta’ l-inkonsistenza preċedenti, u li ma jkunx suġġett għall-verifiki awtomatizzati tar-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 31

Il-verifiki awtomatizzati tar-reġistru

Qabel u waqt l-eżekuzzjoni tal-proċessi kollha, l-amministratur tar-reġistru għandu jiżgura ruħu li jsiru verifiki awtomatizzati xierqa fir-reġistru, sabiex jiġu skoperti d-diskrepanzi u b’hekk jiġu tterminati l-proċessi qabel ma jsiru l-verifiki awtomatizzati mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

TAQSIMA 3

L-eżekuzzjoni u l-finalizzazzjoni tal-proċessi

Artikolu 32

Il-proċessi

Kull proċess għandu jsegwi s-sekwenza sħiħa għall-iskambji tal-messaġġi għal dak it-tip ta’ proċess kif ġie stabbilit fl-Anness VIII, fl-Anness IX, fl-Anness X u fl-Anness XI. Kull messaġġ għandu jkun konformi mal-format u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni deskritti bl-użu tal-lingwa ta’ deskrizzjoni tas-servizzi tal-web kif ġie elaborat skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

Artikolu 33

Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni

L-amministratur tar-reġistru għandu jassenja lil kull proċess imsemmi fl-Anness VIII kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni u lil kull proċess imsemmi fl-Anness IX kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni. Kull kodiċi ta’ identifikazzjoni bħal dan għandu jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 34

Il-finalizzazzjoni tal-proċessi li jikkonċernaw il-kontijiet u l-emissjonijiet ivverifikati

Il-proċessi kollha msemmija fl-Anness VIII għandhom ikunu finali meta ż-żewġ reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet jirnexxielhom jgħarrfu lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma skoprew l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni.

Madankollu, qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, il-proċessi kollha msemmija fl-Anness VIII għandhom ikunu finali meta r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jirnexxielu jgħarraf lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma skopra l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni.

Artikolu 35

Il-finalizzazzjoni tal-proċessi li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet fir-reġistri

Il-proċessi kollha msemmija fl-Anness IX, ħlief il-proċess ta’ trasferiment estern, għandhom ikunu finali meta ż-żewġ reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet jgħarrfu lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma skoprew l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni u r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni jkun irnexxielu jibgħat konferma liż-żewġ reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jkun aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tiegħu.

Madankollu, qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, il-proċessi kollha msemmija fl-Anness IX, ħlief il-proċess ta’ trasferiment estern, għandhom ikunu finali meta r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jgħarraf lir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni li ma skopra l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni u r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni jkun irnexxielu jibgħat konferma lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jkun aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tiegħu.

Artikolu 36

Il-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment estern

Il-proċess ta’ trasferiment estern għandu jkun finali meta ż-żewġ reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet jgħarrfu lir-reġistru ta’ l-akkwist li ma skoprew l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni u r-reġistru ta’ l-akkwist ikun irnexxielu jibgħat konferma liż-żewġ reġistri indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jkun aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni.

Madankollu, qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, il-proċess ta’ trasferiment estern għandu jkun finali meta r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jgħarraf lir-reġistru ta’ l-akkwist li ma skopra l-ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta mir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni u r-reġistru ta’ l-akkwist ikun irnexxielu jibgħat konferma lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jkun aġġorna r-rekords tiegħu skond il-proposta tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni.

Artikolu 37

Il-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni

Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni msemmi fl-Anness X għandu jkun finali meta l-inkonsistenzi kollha bejn l-informazzjoni inkluża f’reġistru u l-informazzjoni inkluża fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għal żmien speċifiku u għal data speċifika jkunu ġew solvuti, u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni għal dak ir-reġistru jinbeda mill-ġdid u jitlesta b’suċċess.

KAPITOLU V

IT-TRANŻAZZJONIJIET

TAQSIMA 1

L-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2005-2007

Artikolu 38

It-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu 2005-2007

1.   Sa l-1 ta’ Ottubru 2004, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu, li tikkorrispondi għad-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE. Jekk it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV.

2.   Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi u dik il-korrezzjoni tkun skond il-metodoloġiji stabbiliti f’dak il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni jew tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni ma tiċħadx din il-korrezzjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV.

3.   Wara kwalunkwe korrezzjoni li tkun saret skond il-paragrafu 2 li sseħħ wara li jkunu nħarġu l-kwoti skond l-Artikolu 39 u li tnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 39 għall-perjodu 2005-2007, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi n-numru ta’ kwoti speċifikati mill-awtorità kompetenti mill-kontijiet ta’ depożitu msemmija fl-Artikolu 11(1) u (2) fejn jinżammu l-kwoti għall-kont ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2005-2007.

Il-korrezzjoni għandha ssir skond il-proċess ta’ korrezzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 39

Il-ħruġ tal-kwoti

Wara li t-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun tniżżlet fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u, bla ħsara għall-Artikolu 38(2), sat-28 ta’ Frar 2005, l-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ il-kwantità totali ta’ kwoti stabbilita fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

Meta joħroġ kwoti bħal dawn, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja kodiċi uniku ta’ indentifikazzjoni ta’ l-unità għal kull kwota, li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

Il-kwoti għandhom jinħarġu skond il-proċess tal-ħruġ tal-kwoti (2005-2007) stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 40

L-allokazzjoni tal-kwoti lill-operaturi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38(2) u 41, sat-28 ta’ Frar 2005 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti għall-perjodu 2005-2007, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti l-proporzjon tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 39 li jkun ġie allokat lill-installazzjoni korrispondenti għal dik is-sena skond it-taqsima rilevanti tat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

Fejn installazzjoni tkun prevista fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ l-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru jista’ jittrasferixxi dak il-proporzjon f’data aktar tard ta’ kull sena.

Il-kwoti għandhom jiġu allokati skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 41

Ir-rinunzja tal-kwoti fuq struzzjoni ta’ l-awtorità kompetenti

Jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur tar-reġistru għandu jirrinunzja parti mill-proporzjon, jew il-proporzjon kollu tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 39 li jkun ġie allokat lil installazzjoni għal sena speċifika, billi jniżżel in-numru ta’ kwoti rrinunzjati fit-taqsima tat-tabella ta’ kwoti rrinunzjati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena. Dawn il-kwoti rrinunzjati għandhom jibqgħu fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

Il-kwoti rrinunzjati fuq struzzjoni ta’ l-awtorità kompetenti għandhom jiġu rrinunzjati skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 42

L-allokazzjoni tal-kwoti lill-parteċipanti l-ġodda

Jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi proporzjon tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 39 li baqgħu fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur ta’ parteċipant ġdid.

Il-kwoti għandhom jiġu ttrasferiti skond il-proċess ta’ trasferiment intern stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 43

Il-ħruġ tal-kwoti ta’ forza maġġuri

1.   Jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, l-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti n-numru ta’ kwoti ta’ forza maġġuri awtorizzati mill-Kummissjoni għall-perjodu 2005-2007 skond l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-kwoti ta’ forza maġġuri għandhom jinħarġu skond il-proċess ta’ ħruġ ta’ kwoti ta’ forza maġġuri stabbiliti fl-Anness IX.

2.   L-amministratur tar-reġistru għandu jniżżel in-numru ta’ kwoti ta’ forza maġġuri maħruġa fit-taqsimiet tat-tabella tal-kwoti rrinunzjati indikati għal dawk l-installazzjonijiet u u għal dawk is-snin li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni.

3.   Meta joħroġ kwoti ta’ forza maġġuri l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja kodiċi uniku ta’ indentifikazzjoni ta’ l-unità għal kull waħda minn tali kwoti ta’ forza maġġuri li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

TAQSIMA 2

L-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin

Artikolu 44

It-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu 2008-2012 u kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin

1.   Sa l-1 ta’ Jannar 2007 u sa l-1 ta’ Jannar, 12-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu, li tikkorrispondi għad-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE. Jekk it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV.

2.   Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi u li l-korrezzjoni tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni lill-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni ma tiċħadx din il-korrezzjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness XIV.

3.   Wara kwalunkwe korrezzjoni li tkun saret skond il-paragrafu 2 li sseħħ wara li jkunu nħarġu l-kwoti skond l-Artikolu 45 u li tnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 45 għall-perjodu 2008-2012 jew għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin, l-amministratur tar-reġistru għandu jikkonverti n-numru ta’ kwoti speċifikati mill-awtorità kompetenti f’AAUs billi jneħħi l-element ta’ kwota mill-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità għal kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

Il-korrezzjoni għandha ssir skond il-proċess ta’ korrezzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 45

Il-ħruġ tal-kwoti

Wara li t-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tkun tniżżelet fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u, bla ħsara għall-Artikolu 44(2), sat-28 ta’ Frar ta’ l-ewwel sena tal-perjodu 2008-2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ l-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, l-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ il-kwantità totali ta’ kwoti stabbilita fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti billi jikkonverti kwantità ndaqs ta’ AAUs miżmuma f’dak il-kont ta’ depożitu fi kwoti.

Din il-konverżjoni għandha ssir billi l-element ta’ kwota jiġi miżjud mal-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

Il-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin għandu jsir skond il-proċess tal-ħruġ tal-kwoti (2008-2012 ’il quddiem) stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 46

L-allokazzjoni tal-kwoti lill-operaturi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 44(2) u 47, sat-28 ta’ Frar 2008 u sat-28 ta’ Frar f’kull sena sussegwenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti l-proporzjon tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 45 li tkun ġiet allokata lill-installazzjoni korrispondenti għal dik is-sena skond it-taqsima rilevanti tat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

Fejn ikun previst għal installazzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ l-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru jista’ jittrasferixxi dak il-proporzjon f’data aktar tard ta’ kull sena.

Il-kwoti għandhom jiġu allokati skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 47

Ir-rinunzja tal-kwoti fuq struzzjoni ta’ l-awtorità kompetenti

Jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur tar-reġistru għandu jirrinunzja parti mill-proporzjon jew il-proporzjon kollu tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 45 li jkun ġie allokat lil installazzjoni għal sena speċifika, billi jniżżel in-numru ta’ kwoti rrinunzjati fit-taqsima tat-tabella tal-kwoti rrinunzjati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena. Dawn il-kwoti rrinunzjati għandhom jibqgħu fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

Il-kwoti rrinunzjati fuq struzzjoni ta’ l-awtorità kompetenti għandhom jiġu rrinunzjati skond il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 48

L-allokazzjoni tal-kwoti lill-parteċipanti l-ġodda

Jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi proporzjon tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 45 li baqgħu fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur ta’ parteċipant ġdid.

Il-kwoti għandhom jiġu ttrasferiti skond il-proċess ta’ trasferiment intern stabbilit fl-Anness IX.

TAQSIMA 3

It-trasferimenti u l-eliġibbiltà

Artikolu 49

It-trasferimenti tal-kwoti u ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto mid-detenturi tal-kontijiet

1.   L-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment bejn il-kontijiet ta’ depożitu msemmija fl-Artikolu 11(1) u (2):

(a)

fir-reġistru tiegħu kif ikun mitlub minn detentur ta’ kont skond il-proċess ta’ trasferiment intern stabbilit fl-Anness IX;

(b)

bejn ir-reġistri kif ikun mitlub minn detentur ta’ kont għall-kwoti maħruġa għall-perjodu 2005-2007 skond il-proċess ta’ trasferiment estern (2005-2007) stabbilit fl-Anness IX; u

(c)

bejn ir-reġistri kif ikun mitlub minn detentur ta’ kont għall-kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin u għall-unitajiet ta’ Kjoto skond il-proċess ta’ trasferiment estern (2008-2012 ’il quddiem) stabbilit fl-Anness IX.

2.   Il-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti biss minn kont f’reġistru għal kont f’reġistru ta’ pajjiż terz jew fir-Reġistru tas-CDM, jew jiġu akkwistat minn kont f’reġistru ta’ pajjiż terz jew fir-Reġistru tas-CDM minn kont f’reġistru, fejn ikun ġie konkluż ftehim skond l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u trasferimenti bħal dawn ikunu skond kwalunkwe dispożizzjoni relatata ma’ l-għarfien reċiproku tal-kwoti skond dak il-ftehim imfassal mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 50

L-eliġibbiltà u r-riżerva tal-perjodu ta’ impenn

1.   Stat Membru ma jistax jittrasferixxi jew jakkwista ERUs jew AAUs, jew juża CERs, sakemm ma jkunux għaddew 16-il xahar mis-sottomissjoni tar-rapport tiegħu skond l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, ħlief jekk is-Segretarjat għall-UNFCCC ikun għarraf lil dak l-Istat Membru li l-proċeduri ta’ konformità mhux se jinbdew.

Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jekk is-Segretarjat għall-UNFCCC jgħarraf lil Stat Membru li ma jilħaqx ir-rekwiżiti li jippermettuh li jittrasferixxi jew jakkwista ERUs jew AAUs, jew juża CERs, il-korp rilevanti ta’ l-Istat Membru għandu jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex ma jagħtix bidu għal dawk it-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eliġibbiltà bħal din.

2.   Meta, mill-1 ta’ Jannar 2008 ’il quddiem, id-depożiti ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs validi għall-perjodu rilevanti ta’ ħames snin fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti, fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur, fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna u fil-kontijiet ta’ rtirar fi Stat Membru joqorbu ksur tar-riżerva tal-perjodu ta’ impenn, ikkalkolat bħala 90 fil-mija ta’ l-ammont assenjat ta’ l-Istat Membru jew 100 fil-mija ta’ ħames darbiet ta’ l-inventarju tiegħu li ġie rivedut l-aktar reċenti, liema minnhom tkun l-aktar baxx, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru.

TAQSIMA 4

L-emissjonijiet ivverifikati

Artikolu 51

L-emissjonijiet ivverifikati ta’ installazzjoni

1.   Skond ir-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE, malli jkun ivverifikat li rapport ta’ operatur dwar l-emissjonijiet minn installazzjoni matul sena preċedenti ikun sodisfaċenti, il-verifikatur għandu jniżżel jew japprova li l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal dik l-installazjoni għal dik is-sena jitniżżlu fit-taqsima tat-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena skond il-proċess ta’ aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati stabbilit skond l-Anness VIII.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati annwali għal installazzjoni għal sena preċedenti, sabiex tkun żgurata konformità mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE, billi jniżżel l-emissjonijiet ivverifikati annwali korretti għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena fit-taqsima tat-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena skond il-proċess ta’ aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati stabbilit skond l-Anness VIII.

TAQSIMA 5

Ir-rinunzja tal-kwoti

Artikolu 52

Ir-rinunzja tal-kwoti

Operatur għandu jirrinunzja għall-kwoti għal installazzjoni billi jitlob jew, fejn ikun ipprovdut fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, billi jitqies li jkun talab, lill-amministratur tar-reġistru biex:

(a)

jittrasferixxi numru speċifikat ta’ kwoti għal sena speċifikata mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti għall-kont ta’ depożitu ta’ Parti ta’ dak ir-reġistru;

(b)

iniżżel in-numru ta’ kwoti ttrasferiti fit-taqsima tat-tabella tal-kwoti rrinunzjati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena.

It-trasferiment u l-annotazzjoni għandhom isiru skond il-proċess ta’ rinunzja tal-kwoti stabbilit skond l-Anness IX.

Artikolu 53

L-użu ta’ CERs u ta’ ERUs

L-użu ta’ CERs u ta’ ERUs minn operatur skond l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ installazzjoni għandu jsir permezz ta’ operatur li jitlob lill-amministratur tar-reġistru biex:

(a)

jittrasferixxi numru speċifikat ta’ CERs jew ta’ ERUs għal sena speċifikata mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti għall-kont ta’ depożitu ta’ Parti ta’ dak ir-reġistru;

(b)

iniżżel in-numru ta’ CERs u ta’ ERUs ittrasferiti fit-taqsima tat-tabella tal-kwoti rrinunzjati indikata għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena.

Mill-1 ta’ Jannar 2008 ’il quddiem, l-amministratur tar-reġistru għandu jaċċetta biss talbiet biex is-CERs u l-ERUs jintużaw sa perċentwali ta’ l-allokazzjoni li saret lil kull installazzjoni, kif ġie speċifikat mill-Istat Membru ta’ dak l-amministratur fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għal dak il-perjodu.

It-trasferiment u l-annotazzjoni għandhom isiru skond il-proċess ta’ rinunzja tal-kwoti stabbilit skond l-Anness IX.

Artikolu 54

Ir-rinunzja tal-kwoti ta’ forza maġġuri

Il-ħruġ ta’ kwoti ta’ forza maġġuri skond l-Artikolu 43 għandu jikkostitwixxu r-rinunzja ta’ dawk il-kwoti ta’ forza maġġuri.

Artikolu 55

Il-kalkolu tal-figuri ta’ l-istatus ta’ konformità

Malli ssir annotazzjoni fit-taqsima tat-tabella tal-kwoti rrinunzjati jew fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati indikata għal installazzjoni, l-amministratur tar-reġistru:

(a)

matul is-snin 2005, 2006 and 2007 għandu jiddetermina l-figura ta’ l-istatus ta’ konformità għal dik l-installazzjoni u għal kull sena billi jikkalkola s-somma tal-kwoti kollha rrinunzjati mis-sena 2005 sa u inkluża s-sena kurrenti u jnaqqas is-somma ta’ l-emissjonijiet ivverifikati kollha mis-sena 2005 sa u inkluża s-sena kurrenti;

(b)

matul is-sena 2008 u kull sena sussegwenti għandu jiddetermina l-figura ta’ l-istatus ta’ konformità għal dik l-installazzjoni u għal kull sena billi jikkalkola s-somma tal-kwoti kollha rrinunzjati mis-sena 2008 sa u inkluża s-sena kurrenti kurrenti u jnaqqas is-somma ta’ l-emissjonijiet ivverifikati kollha mis-sena 2008 sa u inkluża s-sena kurrenti, filwaqt li jżid fattur ta’ korrezzjoni. Il-fattur ta’ korrezzjoni għandu jkun ta’ żero jekk il-figura ta’ l-2007 kienet akbar minn żero, iżda għandu jibqa’ bħall-figura ta’ l-2007 jekk il-figura ta’ l-2007 tkun inqas minn jew daqs żero.

Artikolu 56

L-annotazzjonijiet fit-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità

1.   L-amministratur tar-reġistru għandu jniżżel il-figura ta’ l-istatus ta’ konformità ta’ l-installazzjoni kkalkolata skond l-Artikolu 55 għal kull sena fit-taqsima tat-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità indikata għal dik l-installazzjoni.

2.   Fl-1 ta’ Mejju 2006 u fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena sussegwenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika t-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità lill-awtorità kompetenti. Barra minn dan, l-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika kwalunkwe bidla fl-annotazzjonijiet għas-snin preċedenti tat-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 57

L-annotazzjonijiet fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati

Fejn, fl-1 ta’ Mejju 2006 u fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena sussegwenti, fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati għal installazzjoni għal sena preċedenti ma tniżżlet l-ebda figura ta’ emissjonijiet ivverifikati, kwalunkwe figura ta’ emissjonijiet ta’ sostituzzjoni li ġiet iddeterminata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE li ma ġietx ikkalkolata skond ir-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE m’għandhiex titniżżel fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.

TAQSIMA 6

Il-kanċellazzjoni u l-irtirar

Artikolu 58

Il-kanċellazzjoni u l-irtirar tal-kwoti rrinunzjati u tal-kwoti ta’ forza maġġuri għall-perjodu 2005-2007

Fit-30 ta’ Ġunju 2006, 2007 u 2008 l-amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella numru ta’ kwoti, ta’ CERs, u ta’ kwoti ta’ forza maġġuri miżmuma fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti skond l-Artikoli 52, 53 u 54. In-numru ta’ kwoti, ta’ CERs, u ta’ kwoti ta’ forza maġġuri li għandhom jiġu kkanċellati għandu jkun daqs in-numru totali ta’ kwoti rrinunzjati mniżżla fit-tabella tal-kwoti rrinunzjati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006, mit-30 ta’ Ġunju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007, u mit-30 ta’ Ġunju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008.

Il-kanċellazzjoni għandha ssir bit-trasferiment tas-CERs, ħlief is-CERs li jirriżultaw minn proġetti msemmija fl-Artikolu 11a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2008-2012, u bit-trasferiment tal-kwoti u tal-kwoti ta’ forza maġġuri mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ rtirar għall-perjodu 2005-2007, skond il-proċess ta’ irtirar (2005-2007) stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 59

Il-kanċellazzjoni u l-irtirar tal-kwoti rrinunzjati għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti

Fit-30 ta’ Ġunju 2009 u fit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena sussegwenti, l-amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella l-kwoti rrinunzjati għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin skond il-proċess ta’ rtirar (2008-2012 ’il quddiem) stabbilit fl-Anness IX, billi:

(a)

jikkonverti numru ta’ kwoti maħruġa għal dak il-perjodu ta’ ħames snin u miżmuma fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti, daqs in-numru totali ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikolu 52 kif ġie mniżżel fit-tabella tal-kwoti rrinunzjati sa mill-1 ta’ Jannar 2008 fit-30 ta’ Ġunju 2009 u sa mit-30 ta’ Ġunju tas-sena preċedenti fit-30 ta’ Ġunju tas-snin sussegwenti, f’AAUs billi jneħħi l-element ta’ kwota mill-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità għal kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI; u

(b)

jittrasferixxi numru ta’ unitajiet ta’ Kjoto tat-tip speċifikat mill-awtorità kompetenti, ħlief l-unitajiet ta’ Kjoto li jirriżultaw minn proġetti msemmija fl-Artikolu 11a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, daqs in-numru totali ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52 u 53 kif ġie mniżżel fit-tabella tal-kwoti rrinunzjati sa mill-1 ta’ Jannar 2008 fit-30 ta’ Ġunju 2009 u sa mit-30 ta’ Ġunju tas-sena preċedenti fit-30 ta’ Ġunju tas-snin sussegwenti, mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ rtirar għall-perjodu rilevanti.

TAQSIMA 7

Il-kanċellazzjoni u s-sostituzzjoni

Artikolu 60

Il-kanċellazzjoni u s-sostituzzjoni tal-kwoti maħruġa għall-perjodu 2005-2007

Fl-1 ta’ Mejju 2008, kull amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella u, jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, jissostitwixxi l-kwoti miżmuma fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni u ta’ sostituzzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX billi:

(a)

jittrasferixxi numru ta’ kwoti, daqs in-numru ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu 2005-2007 bit-tnaqqis tan-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52 u 54 sa mit-30 ta’ Ġunju tas-sena preċedenti, mill-kontijiet ta’ depożitu tagħhom imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (2) għall-kont ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2005-2007;

(b)

jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti, joħroġ numru ta’ kwoti ta’ sostituzzjoni speċifikati mill-awtorità kompetenti billi jikkonverti numru ndaqs ta’ AAUs maħruġa għall-perjodu 2008-2012 miżmuma fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti fi kwoti billi jżid l-element ta’ kwota mal-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(c)

jittrasferixxi kwalunkwe kwota ta’ sostituzzjoni bħal din imsemmija f’(b) mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna speċifikati mill-awtorità kompetenti li minnhom ġew ittrasferiti l-kwoti skond il-paragrafu (a).

Artikolu 61

Il-kanċellazzjoni u s-sostituzzjoni tal-kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti

Fl-1 ta’ Mejju fl-2013 u fl-1 ta’ Mejju fl-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, kull amministratur tar-reġistru għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-kwoti miżmuma fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni u ta’ sostituzzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness IX billi:

(a)

jittrasferixxi l-kwoti kollha maħruġa għall-perjodu preċedenti ta’ ħames snin mill-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna tagħhom għall-kont ta’ depożitu ta’ Parti;

(b)

jikkonverti numru ta’ kwoti, daqs in-numru ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu preċedenti ta’ ħames snin bit-tnaqqis tan-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikolu 52 sa mit-30 ta’ Ġunju tas-sena preċedenti, f’AAUs billi jneħħi l-element ta’ kwota mill-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(c)

joħroġ numru ndaqs ta’ kwoti ta’ sostituzzjoni billi jikkonverti l-AAUs maħruġa għall-perjodu kurrenti miżmuma fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti fi kwoti billi jżid l-element ta’ kwota mal-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kull AAU bħal dan li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(d)

jittrasferixxi numru minn dawk il-kwoti maħruġa skond il-paragrafu (c) għall-perjodu kurrenti mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna li minnhom ġew ittrasferiti l-kwoti skond il-paragrafu (a), daqs in-numru ta’ kwoti li ġew ittrasferiti minn dawk il-kontijiet skond il-paragrafu (a).

TAQSIMA 8

Il-kanċellazzjoni volontarja u l-irtirar

Artikolu 62

Il-kanċellazzjoni volontarja tal-kwoti u ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto

1.   L-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe talba mingħand detentur ta’ kont skond l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jikkanċella volontarjament kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto miżmuma fi kwalunkwe wieħed mill-kontijiet ta’ depożitu tiegħu. Il-kanċellazzjoni volontarja tal-kwoti u ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto għandha ssir skond il-paragrafi 2 u 3.

2.   Għall-kwoti maħruġa għall-perjodu 2005-2007, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi n-numru ta’ kwoti speċifikati mid-detentur tal-kont mill-kont tiegħu għall-kont ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2005-2007 skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni tal-kwoti (2005-2007) stabbilit fl-Anness IX.

3.   Għall-unitajiet ta’ Kjoto u għall-kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi n-numru ta’ unitajiet ta’ Kjoto jew ta’ kwoti speċifikati mid-detentur tal-kont mill-kont tiegħu għall-kont ta’ kanċellazzjoni xieraq għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin skond il-proċess ta’ kanċellazzjoni (2008-2012 ’il quddiem) stabbilit fl-Anness IX.

4.   Il-kwoti jew l-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma f’kont ta’ kanċellazzjoni ma jistgħu jiġu ttrasferiti fl-ebda kont ieħor fis-sistema tar-reġistri jew fl-ebda kont fir-reġistru tas- CDM jew f’reġistru ta’ pajjiż terz.

Artikolu 63

L-irtirar ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto

1.   Jekk jingħata struzzjonijiet mill-korp rilevanti ta’ l-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi kwalunkwe kwantità u tip ta’ unitajiet ta’ Kjoto speċifikati minn dak il-korp li għadhom ma ġewx irtirati skond l-Artikolu 59 mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ rtirar xieraq fir-reġistru tiegħu skond il-proċess ta’ rtirar (2008-2012 ’il quddiem) stabbilit fl-Anness IX.

2.   Operatur jew persuna m’għandux ikun jista’ jittrasferixxi kwoti mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur jew ta’ persuna tiegħu għal kont ta’ rtirar.

3.   L-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma f’kont ta’ rtirar ma jistgħu jiġu ttrasferiti fl-ebda kont ieħor fis-sistema tar-reġistri jew fl-ebda kont fir-reġistru tas-CDM jew f’reġistru ta’ pajjiż terz.

KAPITOLU VI

L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ, L-AWTENTIKAZZJONI U D-DRITTIJIET TA’ L-AĊĊESS

Artikolu 64

L-istandards tas-sigurtà

1.   Kull reġistru għandu jkun konformi ma’ l-istandards tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness XV.

2.   Ir-Reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkun konformi ma’ l-istandards tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness XV.

Artikolu 65

L-awtentikazzjoni

L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jużaw iċ-ċertifikati diġitali maħruġa mis-Segretarjat għall-UNFCCC, jew minn entità maħtura minnu, biex jawtentikaw ir-reġistri tagħhom u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet lir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2005 sakemm tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, l-identità ta’ kull reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandhom jiġu awtentikati bl-użu ta’ ċertifikati diġitali u ta’ usernames (ismijiet ta’ l-utenti) u passwords (kelmiet tal-qaddis) kif ġie speċifikat fl-Anness XV. Il-Kummissjoni, jew entità maħtura minnha, għandha tagħmilha ta’ awtorità ta’ ċertifikazzjoni għaċ-ċertifikati diġitali kollha u għandha tqassam il-usernames u l-passwords.

Artikolu 66

L-aċċess għar-reġistri

1.   Rappreżentant awtorizzat għandu jkollu aċċess biss għall-kontijiet f’reġistru li jkun awtorizzat li jkollu aċċess għalihom jew li jkun jista’ jitlob li jingħata bidu għal proċessi li jkun awtorizzat li jitlob skond l-Artikolu 23. Dan l-aċċess jew dawn it-talbiet għandhom isiru permezz ta’ parti sigura tas-sit web għal dak ir-reġistru.

L-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ lil kull rappreżentant awtorizzat username u password biex ikun permess il-livell ta’ aċċess għall-kontijiet jew għall-proċessi li jkun awtorizzat għalihom. L-amministraturi tar-reġistri jistgħu japplikaw rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà, skond id-diskrezzjoni tagħhom, jekk dawn ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jassumi li utent li daħħal username u password li jaqblu jkun ir-rappreżentant awtorizzat irreġistrat taħt dak il-username u dik il-password, sakemm ir-rappreżentant awtorizzat ma jgħarrafx lill-amministratur tar-reġistru li s-sigurtà tal-password tiegħu ġiet kompromessa u jitlob li tiġi sostitwita. L-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ fil-pront tali passwords sostituti.

3.   L-amministratur tar-reġistru għandu jiżgura ruħu li l-parti sigura tas-sit web tar-reġistru tkun aċċessibbli għal kwalunkwe kompjuter li juża brawżer ta’ l-Internet li jkun ġeneralment disponibbli. Il-komunikazzjonijiet bejn ir-rappreżentanti awtorizzati u l-parti sigura tas-sit web tar-reġistru għandhom ikunu encrypted skond l-istandards tas-sigurtà fl-Anness XV.

4.   L-amministratur tar-reġistru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżgura ruħu li ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat għall-parti sigura tas-sit web tar-reġistru.

Artikolu 67

Is-sospensjoni ta’ l-aċċess għall-kontijiet

1.   L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur ta’ reġistru jistgħu jissospendu biss il-password ta’ rappreżentant awtorizzat għal kwalunkwe kont jew proċess li kieku jkollu aċċess għalih jekk ir-rappreżentant awtorizzat, jew jekk dak l-amministratur ikollu motivi raġonevoli biex jemmen li r-rappreżentant awtorizzat:

(a)

ipprova jkollu aċċess għal kontijiet jew proċessi li mhux awtorizzat li jkollu aċċess għalihom;

(b)

ripetutament ipprova jkollu aċċess għal kont jew għal proċess billi uża username u password li ma jaqblux; jew

(c)

ipprova, jew qed jipprova, idgħajjef is-sigurtà tar-reġistru jew tas-sistema tar-reġistri

2.   Fejn l-aċċess għal kont ta’ depożitu ta’ operatur ġie sospiż skond il-paragrafu 1 jew skond l-Artikolu 69, bejn it-28 ta’ April u t-30 ta’ April fi kwalunkwe sena mill-2006 ’il quddiem, l-amministratur tar-reġistru, jekk jintalab jagħmel dan mid-detentur tal-kont u wara sottomissjoni ta’ l-identità tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu permezz ta’ evidenza ta’ sostenn, għandu jirrinunzja għan-numru ta’ kwoti u juża n-numru ta’ CERs u ta’ ERUs speċifikati mid-detentur tal-kont skond il-proċess ta’ rinunzja tal-kwoti stabbilit fl-Artikoli 52 u 53 u fl-Anness IX.

KAPITOLU VII

ID-DISPONIBBILTÀ U L-AFFIDABBILTÀ TA’ L-INFORMAZZJONI

Artikolu 68

Id-diponibbiltà u l-affidabbiltà tar-reġistri u tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur ta’ reġistru għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw irwieħhom li:

(a)

ir-reġistru jkun disponibbli għal aċċess mid-detenturi tal-kontijiet 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, u li l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet tinżamm 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, u biex b’hekk ikunu pprovduti ħardwer u softwer ta’ riżerva (backup) fil-każ ta’ ħsara fl-operazzjonijiet tal-ħardwer u tas-softwer primarji;

(b)

ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jirrispondu fil-pront għat-talbiet magħmula mid-detenturi tal-kontijiet.

Għandhom jiżguraw irwieħhom li r-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jinkorporaw sistemi u proċeduri sodi għas-salvagwardja tad-data kollha u għall-irkupru fil-pront tad-data u ta’ l-operazzjonijiet kollha fil-każ ta’ diżastru.

Għandhom iżommu l-interruzzjonijiet f’ħidmiet ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għal minimu.

Artikolu 69

Is-sospensjoni ta’ l-aċċess

L-Amministratur Ċentrali jista’ jissospendi l-aċċess għar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u amministratur ta’ reġistru jista’ jissospendi l-aċċess għar-reġistru tiegħu jekk hemm ksur tas-sigurtà tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew ta’ reġistru li jhedded l-integrità tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew ta’ reġistru jew l-integrità tas-sistema tar-reġistri u l-faċilitajiet ta’ riżerva (backup) skond l-Artikolu 68 jiġu affettwati b’mod simili.

Artikolu 70

In-notifika tas-sospensjoni ta’ l-aċċess

1.   Fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet li jista’ jwassal għal sospensjoni ta’ l-aċċess, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf fil-pront lill-amministraturi tar-reġistri bi kwalunkwe riskju għar-reġistri.

2.   Fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà ta’ reġistru li jista’ jwassal għal sospensjoni ta’ l-aċċess, l-amministratur tar-reġistru rilevanti għandu jgħarraf fil-pront lill-Amministratur Ċentrali li, min-naħa tiegħu, għandu jgħarraf fil-pront lil amministraturi ta’ reġistri oħrajn bi kwalunkwe riskju għar-reġistri.

3.   Jekk l-amministratur tar-reġistru jsir jaf li jeħtieġ li jiġi sospiż jew l-aċċess għall-kontijiet jew għal operazzjonijiet oħrajn tar-reġistru, huwa għandu jagħti lid-detenturi u lill-verifikaturi tal-kontijiet rilevanti kollha, lill-Amministratur Ċentrali u lill-amministraturi tar-reġistri l-oħra tali avviż minn qabel dwar is-sospensjoni kif ikun raġonevolment prattikabbli.

4.   Jekk l-Amministratur Ċentrali jsir jaf li jeħtieġ li jissospendi l-aċċess għall-operazzjonijiet tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, huwa għandu jagħti lill-amministraturi tar-reġistri kollha tali avviż minn qabel dwar is-sospensjoni kif ikun raġonevolment prattikabbli.

5.   L-avviżi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jinkludu t-tul ta’ żmien probabbli tas-sospensjoni u għandhom jintwerew b’mod ċar fil-parti pubblika tas-sit web ta’ dak ir-reġistru jew fil-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 71

Il-parti ta’ l-ittestjar ta’ kull reġistru u tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu jistabbilixxi parti ta’ l-ittestjar fejn kwalunkwe verżjoni ġdida jew kwalunkwe ħruġ ġdid ta’ reġistru tista’ tiġi ttestjata skond il-proċeduri ta’ ttestjar stabbiliti fl-Anness XIII sabiex jiġi żgurat li:

(a)

kwalunkwe proċedura ta’ ttestjar fuq verżjoni ġdida jew ħruġ ġdid ta’ reġistru titlesta mingħajr ma titnaqqas id-disponibbiltà għad-detenturi tal-kontijiet tal-verżjoni jew tal-ħruġ tar-reġistru li dak iż-żmien ikollu konnessjoni komunikattiva mar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew mar-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet; u

(b)

kwalunkwe konnessjoni komunikattiva bejn verżjoni ġdida jew ħruġ ġdid ta’ reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet tiġi stabbilita u attivata bl-inqas tfixkli possibbli għad-detenturi tal-kontijiet tiegħu.

2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jistabbilixxi parti ta’ l-ittestjar sabiex jiffaċilita l-proċeduri ta’ ttesjtar stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-amministraturi tar-reġistri u l-Amministratur Ċentrali għandhom jiżguraw irwieħhom li l-ħardwer u s-softwer tal-parti ta’ l-ittestjar tagħhom għandhom jaħdmu b’mod li jkun rappreżentativ tal-prestazzjoni tal-ħardwer u tas-softwer primarji msemmija fl-Artikolu 68.

Artikolu 72

Il-ġestjoni tal-bidla

1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jikkoordina ma’ l-amministraturi tar-reġistri u mas-Segretarjat għall-UNFCCC il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe emenda għal dan ir-Regolament li tirriżulta f’bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-sistema tar-reġistru qabel ma jiġu implimentati.

2.   Jekk, minħabba dawn l-emendi, tkun meħtieġa verżjoni ġdida jew ħruġ ġdid ta’ reġistru, kull amministratur ta’ reġistru għandu jirnexxielu jlesti l-proċeduri ta’ ttestjar stabbiliti fl-Anness XIII qabel ma tiġi stabbilita u attivata konnessjoni komunikattiva bejn il-verżjoni l-ġdida jew il-ħruġ il-ġdid ta’ dak ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

3.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu jimmonitorja kontinwament id-disponibbiltà, l-affidabbiltà u l-effiċjenza tar-reġistru tiegħu sabiex jiżgura ruħu minn livell ta’ prestazzjoni li jilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jekk, minħabba dan il-monitoraġġ jew is-sospensjoni tal-konnessjoni komunikattiva skond l-Artikolu 6(3), tkun meħtieġa verżjoni ġdida jew ħruġ ġdid ta’ reġistru, kull amministratur ta’ reġistru għandu jirnexxielu jlesti l-proċeduri ta’ ttestjar stabbiliti fl-Anness XIII qabel ma tiġi stabbilita u attivata konnessjoni komunikattiva bejn il-verżjoni l-ġdida jew il-ħruġ il-ġdid ta’ dak ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew ir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

KAPITOLU VIII

IR-REKORDS U L-ĦLASIJIET

Artikolu 73

Ir-rekords

1.   L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur tar-reġistri għandu jaħżen ir-rekords dwar il-proċessi u d-detenturi tal-kontijiet kollha stabbiliti fl-Anness III, fl-Anness IV, fl-Anness VIII, fl-Anness IX, fl-Anness X u fl-Anness XI għal 15-il sena jew sakemm kwalunkwe kwistjoni ta’ implimentazzjoni relatata magħhom tkun ġiet solvuta, liema minnhom ikun l-aktar tard.

2.   Ir-rekords għandhom jinħażnu skond l-istandards tar-reġistrazzjoni tad-data li ġew elaborati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

Artikolu 74

Il-ħlasijiet

Kwalunkwe ħlas mitlub mill-amministratur tar-reġistru mingħand id-detenturi tal-kontijiet għandu jkun raġonevoli u għandu jintwera b’mod ċar fil-parti pubblika tas-sit web ta’ dak ir-reġistru. L-amministraturi tar-reġistri m’għandhomx jagħmlu differenza bejn kwalunkwe ħlas bħal dan fuq il-bażi tal-post fil-Komunità fejn jinsab detentur ta’ kont.

L-amministraturi tar-reġistri m’għandhomx jitolbu ħlas mingħand id-detenturi tal-kontijiet għal tranżazzjonijiet ta’ kwoti skond l-Artikolu 49, l-Artikoli 52 sa 54 u l-Artikoli 58 sa 63.

KAPITOLU IX

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 75

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Ir-rekwiżiti tal-ħardwer u tas-softwer tar-reġistri u tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

Ir-rekwiżiti ta’ l-arkitettura

1.   Kull reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu l-ħardwer u s-softwer li ġejjin fl-arkitettura tagħhom:

(a)

server tal-web;

(b)

server ta’ l-applikazzjoni;

(c)

server tad-database installat fuq magna separata għal dik jew dawk użata(i) għas-server tal-web u għas-server ta’ l-applikazzjoni;

(d)

firewalls.

Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjoni

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 sakemm tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet:

(a)

ir-rekord tal-ħin fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u f’kull reġistru għandu jkun sinkronizzat mal-Ħin Medjan ta’ Greenwich;

(b)

il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati u l-kontijiet għandhom jitlestew bl-iskambju tad-data miktuba fl-extensible markup language (XML) billi tintuża l-verżjoni 1.1 tas-simple object access protocol (SOAP) fuq il-verżjoni 1.1 tal-hypertext transfer protocol (HTTP) (stil ikkodifikat tar-remote procedure call (RPC)).

3.   Wara li tkun ġiet stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet:

(a)

ir-rekord tal-ħin fir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u f’kull reġistru għandu jkun sinkronizzat, u

(b)

il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet u l-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitlestew bl-iskambju tad-data,

billi jintużaw ir-rekwiżiti tal-ħardwer u tas-softwer stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.


ANNESS II

It-tabelli li għandhom jiġu inklużi fir-reġistri ta’ l-Istati Membri

1.

Kull reġistru ta’ Stat Membru għandu jkun kapaċi jippreżenta f’forma tabulari l-informazzjoni li ġejja li għandha tkun inkluża fit-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati:

(a)

Snin: f’ċelluli individwali mill-2005 ’il quddiem miż-żgħir għall-kbir.

(b)

Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni: f’ċelluli individwali li jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness VI u miż-żgħir għall-kbir.

(c)

Emissjonijiet ivverifikati: l-emissjonijiet ivverifikati għal sena speċifikata għal installazzjoni speċifikata għandhom jitniżżlu fiċ-ċellula li tagħmel konnessjoni bejn dik is-sena u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni.

2.

Kull reġistru ta’ Stat Membru għandu jkun kapaċi jippreżenta f’forma tabulari l-informazzjoni li ġejja li għandha tkun inkluża fit-tabella tal-kwoti rrinunzjati:

(a)

Snin: f’ċelluli individwali mill-2005 ’il quddiem miż-żgħir għall-kbir.

(b)

Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni: f’ċelluli individwali li jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness VI u miż-żgħir għall-kbir.

(c)

Kwoti rrinunzjati: in-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52, 53 u 54 għal sena speċifikata għal installazzjoni speċifikata għandu jitniżżel fit-tliet ċelluli li jagħmlu konnessjoni bejn dik is-sena u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni.

3.

Kull reġistru ta’ Stat Membru għandu jkun kapaċi jippreżenta f’forma tabulari l-informazzjoni li ġejja li għandha tkun inkluża fit-tabella ta’ l-istatus ta’ konformità:

(a)

Snin: f’ċelluli individwali mill-2005 ’il quddiem miż-żgħir għall-kbir.

(b)

Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni: f’ċelluli individwali li jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness VI u miż-żgħir għall-kbir.

(c)

Status ta’ konformità: l-istatus ta’ konformità għal sena speċifikata għal installazzjoni speċifikata għandu jitniżżel fiċ-ċellula li tagħmel konnessjoin bejn dik is-sena u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni. L-istatus ta’ konformità għandu jiġi kkalkolat skond l-Artikolu 55.


ANNESS III

L-informazzjoni dwar kull kont ta’ depożitu ta’ operatur li għandha tiġi pprovduta lill-amministratur tar-reġistru

1.

Il-punti 1 sa 4.1, 4.4 sa 5.5 u l-punt 7 (attività 1) ta’ l-informazzjoni li tidentifika l-installazzjoni kif ġiet elenkata fit-Taqsima 11.1 ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/156/KE.

2.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess speċifikat mill-awtorità kompetenti, li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

3.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni, li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

4.

L-identifikatur alfanumeriku speċifikat mill-operatur għall-kont, li għandu jkun uniku fir-reġistru.

5.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email tar-rappreżentant awtorizzat primarju tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur speċifikat mill-operatur għal dak il-kont.

6.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email tar-rappreżentant awtorizzat sekondarju tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur speċifikat mill-operatur għal dak il-kont.

7.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email ta’ kwalunkwe rappreżentant awtorizzat addizzjonali tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur u tad-drittijiet ta’ l-aċċess għall-kont tagħhom, speċifikat mill-operatur għal dak il-kont.

8.

Evidenza li ssostni l-identità tar-rappreżentanti awtorizzati tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur.


ANNESS IV

L-informazzjoni dwar il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), (3) u (4) u dwar il-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna li għandha tiġi pprovduta lill-amministratur tar-reġistru

1.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email tal-persuna li qed titlob il-ftuħ tal-kont ta’ depożitu ta’ persuna.

2.

Evidenza li ssostni l-identità tal-persuna li qed titlob il-ftuħ tal-kont ta’ depożitu ta’ persuna.

3.

L-identifikatur alfanumeriku speċifikat mill-Istat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-persuna għall-kont, li għandu jkun uniku fir-reġistru.

4.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email tar-rappreżentant awtorizzat primarju tal-kont speċifikat mill-Istat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-persuna għal dak il-kont.

5.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email tar-rappreżentant awtorizzat sekondarju tal-kont speċifikat mill-Istat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-persuna għal dak il-kont.

6.

Isem, indirizz, belt, kodiċi postali, pajjiż, numru tat-telefon, numru tal-faks u indirizz ta’ l-email ta’ kwalunkwe rappreżentant awtorizzat addizzjonali tal-kont u d-drittijiet ta’ l-aċċess għall-kont tagħhom, speċifikat mill-Istat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-persuna għal dak il-kont.

7.

Evidenza li ssostni l-identità tar-rappreżentanti awtorizzati tal-kont.


ANNESS V

It-termini u l-kondizzjonijiet ċentrali

L-istruttura u l-effett tat-termini u tal-kondizzjonijiet ċentrali

1.   Ir-relazzjoni bejn id-detenturi tal-kontijiet u l-amministraturi tar-reġistri.

L-obbligi tad-detentur tal-kont u tar-rappreżentant awtorizzat

2.   L-obbligi tad-detentur tal-kont u tar-rappreżentant awtorizzat fir-rigward tas-sigurtà, tal-usernames u tal-passwords, u ta’ l-aċċess għas-sit web tar-reġistru.

3.   L-obbligu tad-detentur tal-kont u tar-rappreżentant awtorizzat li jqiegħdu d-data fuq is-sit web tar-reġistru u li jiżguraw irwieħhom li d-data mqiegħda tkun preċiża.

4.   L-obbligu tad-detentur tal-kont u tar-rappreżentant awtorizzat li jkunu konformi mat-termini ta’ l-użu tas-sit web tar-reġistru.

L-obbligi ta’ l-amministratur tar-reġistru

5.   L-obbligu ta’ l-amministratur tar-reġistru li jwettaq l-istruzzjonijiet tad-detentur tal-kont.

6.   L-obbligu ta’ l-amministratur tar-reġistru li jirreġistra d-dettalji tad-detentur tal-kont.

7.   L-obbligu ta’ l-amministratur tar-reġistru li joħloq, jaġġorna jew jagħlaq il-kont skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Il-proċeduri tal-proċess

8.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-finalizzazzjoni u l-konferma tal-proċess.

Il-ħlas

9.   It-termini u l-kondizzjonijiet dwar kwalunkwe ħlas tar-reġistru biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-kontijiet.

It-tħaddim tas-sit web tar-reġistru

10.   Id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ l-amministratur tar-reġistru li jagħmel bidliet fis-sit web tar-reġistru

11.   Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu tas-sit web tar-reġistru,

Il-garanziji u l-indennizzi

12.   Il-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni.

13.   L-awtorità li jingħata bidu għall-proċessi.

Modifika f’dawn it-termini ċentrali biex jirriflettu l-bidliet f’dan ir-Regolament jew il-bidliet fil-leġiżlazzjoni domestika

Is-sigurtà u r-reazzjoni għall-ksur tas-sigurtà

Is-soluzzjoni tat-tilwim

14.   Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tilwim bejn id-detenturi tal-kontijiet.

Ir-responsabbiltà

15.   Il-limitu tar-responsabbiltà għall-amministratur tar-reġistru.

16.   Il-limitu tar-responsabbiltà għad-detentur tal-kont.

Id-drittijiet ta’ partijiet terzi

L-aġenzija, l-avviżi u l-liġi regolatorja


ANNESS VI

Id-definizzjonijiet tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni

Daħla

1.   Dan l-Anness jippreskrivi l-elementi tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li ġejjin:

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità;

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont;

(c)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess;

(d)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont;

(e)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni;

(f)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni;

(g)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni;

(h)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni;

(i)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-proġett.

Il-verżjoni tal-kodiċijiet ISO3166 għandha tkun kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-wiri u r-rapportaġġ tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni

2.   Sabiex jintwerew u jiġu rrapportati l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni stabbiliti f’dan l-Anness, kull element ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun separat b’daxx “-” u għandu jkun mingħajr spazji. Iż-żerijiet tal-bidu fil-valuri numeriċi m’għandhomx jintwerew. Id-daxx li jissepara “-” m’għandux jinħażen fl-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità

3.   It-tabella VI–1 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità lil kull unità ta’ Kjoto u lil kull kwota. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri.

4.   Sett ta’ unitajiet għandu jiġi trażmess bħala blokk ta’ unitajiet iddefinit mill-identifikatur tal-blokk tal-bidu u mill-identifikatur tal-blokk tat-tmiem. Kull unità ta’ blokk ta’ unitajiet għandha tkun identika, ħlief għall-element ta’ identifikatur uniku tagħhom. Kull element ta’ identifikatur uniku ta’ l-unitajiet ta’ blokk ta’ unitajiet għandu jkun konsekuttiv. Fejn ikun meħtieġ biex issir tranżazzjoni, żomm rekord ta’, irreġistra jew b’xi mod ieħor ikkaratterizza unità jew blokk ta’ unitajiet, ir-reġistri jew ir-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom joħolqu blokok ta’ unitajiet multipli minn blokk ta’ unitajiet wieħed. Meta tiġi trażmessa unità waħda, l-identifikatur tal-blokk tal-bidu u l-identifikatur tal-blokk tat-tmiem għandhom ikunu indaqs.

5.   Il-blokok ta’ unitajiet multipli m’għandhomx jitrikkbu fir-rigward ta’ l-element ta’ identifikatur tagħhom. Il-blokok ta’ unitajiet multipli fl-istess messaġġ għandhom jidhru fil-messaġġ miż-żgħir għall-kbir ta’ l-identifikatur tal-blokk tal-bidu tagħhom.

Tabella VI-1:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ l-Unità

Element

Ordni tal-Wiri

Identifikatur Meħtieġ għat-Tipi ta’ Unitajiet li Ġejjin

Tip ta’ Data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-oriġini (Originating Registry)

1

AAU, RMU, CER, ERU

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Tip ta’ Unità (Unit Type)

2

AAU, RMU, CER, ERU

N

2

0 = mhux unità ta’ Kjoto

1 = AAU

2 = RMU

3 = ERU kkonvertit minn AAU

4 = ERU kkonvertit minn RMU

5 = CER (mhux lCER jew tCER)

6 = tCER

7 = lCER

Tip ta’ Unità Supplimentari (Supplementary Unit Type)

3

AAU, RMU, CER, ERU

N

2

Vojt għall-unitajiet ta’ Kjoto

1 = Kwota maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin

2 = Kwota maħruġa għall-perjodu 2005-2007

3 = Kwota ta’ forza maġġuri

Bidu tal-Blokk ta’ Unitajiet Serjali (Unit Serial Block Start)

4

AAU, RMU, CER, ERU

N

15

Valuri numeriċi uniċi assenjati mir-reġistru minn 1-999 999 999 999 999

Tmiem tal-Blokk ta’ Unitajiet Serjali (Unit Serial Block End)

5

AAU, RMU, CER, ERU

N

15

Valuri numeriċi uniċi assenjati mir-reġistru minn 1-999 999 999 999 999

Perjodu ta’ Impenn Oriġinali (Original Commitment Period)

6

AAU, RMU, CER, ERU

N

2

0 = 2005-2007

1 = 2008-2012

99

Perjodu ta’ Impenn Applikabbli (Applicable Commitment Period)

7

AAU, CER, ERU

N

2

0 = 2005-2007

1 = 2008-2012

99

Attività tal-LULUCF (LULUCF Activity)

8

RMU, CER, ERU

N

3

1 = Afforestazzjoni u riafforestazzjoni

2 = Deforestazzjoni

3 = Il-ġestjoni tal-foresti

4 = Il-ġestjoni ta’ l-art għall-uċuh tar-raba’

5 = Il-ġestjoni ta’ l-art għall-mergħa

6 = Riveġetazzjoni

Identifikatur tal-Proġett (Project Identifier)

9

CER, ERU

N

7

Valur numeriku uniku assenjat għall-proġett

Rekord (Track)

10

ERU

N

2

1 jew 2

Data ta’ skadenza (Expiry Date)

11

lCER, tCER

Data

 

Data ta’ skadenza għal-lCERs jew għat-tCERs

6.   It-Tabella VI-2 telenka l-kombinazzjonijiet validi tat-tip ta’ unità inizjali u tat-tip ta’ unità supplimentari. Kwota għandu jkollha tip ta’ unità supplimentari irrispettivament mill-perjodu li nħarġet għalih u jekk ġietx ikkonvertita minn AAU jew minn unità oħra ta’ Kjoto. AAU jew unità oħra ta’ Kjoto li ma jkunx ġie kkonvertit fi kwota m’għandux ikollu tip ta’ unità supplimentari. Malli AAU jiġi kkonvertit fi kwota skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tip ta’ unità supplimentari għandu jiġi ffissat għal 1. Malli kwota tiġi kkonvertita f’AAU skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, m’għandu jkun hemm l-ebda tip ta’ unità supplimentari.

Tabella VI-2:   Tip Validu ta’ Unità Inizjali– Tip ta’ Unità Supplimentari

Tip ta’ Unità Inizjali

Tip ta’ Unità Supplimentari

Deskrizzjoni

1

[mhux applikabbli]

AAU

2

[mhux applikabbli]

RMU

3

[mhux applikabbli]

ERU kkonvertit minn AAU

4

[mhux applikabbli]

ERU kkonvertit minn RMU

5

[mhux applikabbli]

CER (mhux tCER jew lCER)

6

[mhux applikabbli]

tCER

7

[mhux applikabbli]

lCER

1

1

Kwota maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ 5 snin u tiġi kkonvertita minn AAU

0

2

Kwota maħruġa għall-perjodu 2005-2007 u mhix ikkonvertita minn AAU jew minn unità oħra ta’ Kjoto

0

3

Kwota ta’ forza maġġuri

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont

7.   It-Tabella VI–3 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont lil kull kont. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-kont għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-kont tal-kontijiet li qabel kienu magħluqa m’għandhomx jerġgħu jintużaw.

8.   Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kont ta’ depożitu ta’ operatur għandu jkun konness ma’ installazzjoni waħda. Installazzjoni għandha tkun konnessa ma’ kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kont ta’ depożitu ta’ operatur wieħed. Il-kontijiet ta’ depożitu msemmija fl-Artikolu 11(1) u (2) m’għandux ikollhom perjodu ta’ impenn applikabbli, irrispettivament mit-tip ta’ kont.

Tabella VI-3:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Kont

Element

Ordni tal-Wiri

Tip tad-Data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-Oriġini (Originating Registry)

1

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “CDM” għar-reġistru tas-CDM, “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Tip ta’ Kont (Account Type)

2

N

3

100 = kont ta’ depożitu ta’ Parti

120 = kont ta’ depożitu ta’ operatur

121 = kont ta’ depożitu ta’ persuna

Il-bqija tat-tipi ta’ kontijiet huma kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC

Identifikatur tal-Kont (Account Identifier)

3

N

15

Valuri numeriċi uniċi assenjati minn reġistru minn 1 sa 999 999 999 999 999

Perjodu ta’ Impenn Applikabbli (Applicable Commitment Period)

4

N

2

0 għall-kontijiet ta’ depożitu

0-99 għall-kontijiet ta’ rtirar u ta’ kanċellazzjoni

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess

9.   It-Tabella VI–4 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess lil kull permess. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-permess għandhom jiġu ġġenerati mill-awtorità kompetenti u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri.

10.   Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess lil operatur wieħed. Għandu jiġi assenjat għallinqas kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess wieħed lil operatur. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess lil għallinqas installazzjoni waħda. Installazzjoni għandu jkollha kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess wieħed fi kwalunkwe ħin.

Tabella VI-4:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Permess

Element

Ordni tal-Wiri

Tip ta’ Data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-Oriġini (Originating Registry)

1

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Identifikatur tal-Permess (Permit Identifier)

2

A

50

([0-9] | [A-Z] |[“-”]) +

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont

11.   It-tabella VI–5 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont lil kull detentur ta’ kont. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont m’għandhomx jerġgħu jintużaw għal detentur tal-kont ieħor u m’għandhomx jinbidlu għal detentur tal-kont tul l-eżistena kollha tiegħu.

Tabella VI-5:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tad-Detentur tal-Kont

Element

Ordni tal-Wiri

Tip ta’ data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-Oriġini (Originating Registry)

1

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Identifikatur tal-Persuna (Person Identifier)

2

A

50

([0-9] | [A-Z]) +

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni

12.   It-tabella VI–6 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni lil kull installazzjoni. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri. L-identifikatur ta’ l-installazzjoni għandu jkun numru sħiħ (integer) assenjat bħala sekwenza monotona li tiżdied, li jibda minn 1. L-identifikaturi ta’ l-installazzjonijiet m’għandhomx ikun fihom elementi battala. Għalhekk, meta jiġġenera identifikatur ta’ l-installazzjoni n, reġistru għandu jkun iġġenera kull identifikatur fil-firxa 1 sa n-1. Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni m’għandux jerġa’ jintuża għal installazzjoni oħra u m’għandux jinbidel għal installazzjoni tul l-eżistenza kollha tagħha.

13.   Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni għandu jiġi assenjat lil installazzjoni waħda. Installazzjoni għandha tiġi assenjata kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni wieħed.

Tabella VI–6:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ l-Installazzjoni

Element

Ordni tal-Wiri

Tip ta’ Data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-Oriġini (Originating Registry)

1

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Identifikatur ta’ l-Installazzjoni (Installation Identifier)

2

N

15

Valuri numeriċi uniċi assenjati minn reġistru minn 1 sa 999 999 999 999 999

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni

14.   It-tabella VI-7 turi fid-dettall l-elementi tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni lil kull proċess skond l-Anness VIII. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhomikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni m’għandhomx jerġgħu jintużaw. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni ġdid u uniku lis-sottomissjoni mill-ġdid ta’ proċess li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati li kien itterminat jew ikkanċellat preċedentement.

Tabella VI–7:   Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Korrelazzjoni

Element

Ordni tal-Wiri

Tip ta’ data

Tul

Firxa jew Kodiċijiet

Reġistru ta’ l-Oriġini (Originating Registry)

1

A

3

ISO3166 (kodiċi b’2 ittri), “EU” (UE) għar-reġistru Komunitarju

Identifikatur tal-Korrelazzjoni (Correlation Identifier)

2

N

15

Valuri numeriċi uniċi assenjati minn reġistru minn 1 sa 999 999 999 999 999

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni

15.   Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni lil kull proċess skond l-Anness IX. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni għandhom jiġu ġġenerati mir-reġistri u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni m’għandhomx jerġgħu jintużaw. Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni ġdid u uniku lis-sottomissjoni mill-ġdid ta’ proċess li jikkonċerna tranżazzjoni li kienet itterminata jew ikkanċellata preċedentement.

16.   L-elementi tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni

17.   Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni lil kull proċess skond l-Anness X. Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jiġġenera l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni meta jitlob informazzjoni dwar rikonċiljazzjonijiet mir-reġistri għal ħin u għal data speċifikati. Sussegwentement, ir-reġistri għandhom jirċievu l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni għandu jkun uniku tul is-sistema kollha tar-reġistri, u l-messaġġi kollha skambjati tul l-istadji kollha ta’ proċess ta’ rikonċiljazzjoni għal ħin u għal data speċifikati għandhom jużaw l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni.

18.   L-elementi tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tar-rikonċiljazzjoni ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-proġett

19.   Għandu jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-proġett lil kull proġett. Il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-proġett għandhom ikunu ġġenerati mill-bord eżekuttiv tas-CDM għas-CERs u mill-korp rilevanti tal-Parti jew mill-kumitat superviżorju ta’ l-Artikolu 6 skond id-Deċiżjoni 16/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC għall-ERUs u għandhom ikunu uniċi tul is-sistema kollha tar-reġistri.

20.   L-elementi tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-proġetti ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.


ANNESS VII

Lista ta’ kodiċijiet ta’ input

Daħla

1.   Dan l-Anness jiddefinixxi l-kodiċijiet għall-elementi u għat-tabelli ta’ sostenn tal-kodiċijiet kollha. Il-verżjoni tal-kodiċijiet ISO3166 għandha tkun kif ġiet stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-kodiċijiet speċifiċi għall-UE

2.   Isem il-Qasam: Tip ta’ Attività (Activity Type)

Deskrizzjoni tal-Qasam: Kodiċi numeriku li jindika t-tip ta’ attività ta’ installazzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

Installazzjonijiet ta’ kombustjoni b’input termali kklassifikat li jaqbeż l-20 MW

2

Raffineriji taż-żejt minerali

3

Fran tal-kokk

4

Installazzjonijiet li jsaħħnu jew jgħaqqdu l-minerali tal-metall (inkluż il-mineral tas-sulfid)

5

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ ħadid mill-forġa jew ta’ azzar (fużjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu

6

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ gagazza tas-siment fi fran li jduru jew ta’ ġir fi fran li jduru jew fi fran oħrajn

7

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ

8

Installazzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, b’mod partikolari madum tal-bjut, briks, briks refrattorji, madum, xogħol tal-fuħħar jew tal-porċellana

9

Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’ (a) polpa mill-injam (timber) jew minn materjali fibrużi oħrajn (b) karti u kartun

99

Attività oħra inkluża skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE

3.   Isem il-Qasam: Tip ta’ Relazzjoni (Relationship Type)

Deskrizzjoni tal-Qasam: Kodiċi numeriku li jindika t-tip ta’ relazzjoni bejn kont u persuna jew operatur

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

Detentur tal-Kont

2

Rappreżentant awtorizzat primarju tad-detentur tal-kont

3

Rappreżentant awtorizzat sekondarju tad-detentur tal-kont

4

Rappreżentant awtorizzat addizzjonali tad-detentur tal-kont

5

Rappreżentant awtorizzat tal-verifikatur

6

Persuna ta’ kuntatt għall-installazzjoni

4.   Isem il-Qasam: Tip ta’ Proċess (Process Type)

Deskrizzjoni tal-Qasam: Kodiċi numeriku li jindika t-tip ta’ proċess ta’ tranżazzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

01-00

Ħruġ ta’ AAUs u ta’ RMUs

02-00

Konverżjoni ta’ AAUs u ta’ RMUs f’ERUs

03-00

Trasferiment estern (2008-2012 ’il quddiem)

04-00

Kanċellazzjoni (2008-2012 ’il quddiem)

05-00

Irtirar (2008-2012 ’il quddiem)

06-00

Kanċellazzjoni u sostituzzjoni ta’ tCERs u ta’ lCERs

07-00

Trasferiment ’il quddiem ta’ unitajiet ta’ Kjoto u ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin

08-00

Bidla fid-data ta’ skadenza tat-tCERs u tal-lCERs

10-00

Trasferiment intern

01-51

Ħruġ ta’ kwoti (2005-2007)

10-52

Ħruġ ta’ kwoti (2008-2012 ’il quddiem)

10-53

Allokazzjoni ta’ kwoti

01-54

Ħruġ ta’ kwoti ta’ forza maġġuri

10-55

Korrezzjoni fil-kwoti

03-21

Trasferiment estern (2005-2007)

10-01

Kanċellazzjoni ta’ kwoti (2005-2007)

10-02

Rinunzja ta’ kwoti

04-03

Irtirar (2005-2007)

10-41

Kanċellazzjoni u sostituzzjoni

5.   Isem il-Qasam: Tip ta’ Unità Supplimentari (Supplementary Unit Type)

Deskrizzjoni tal-Qasam: Kodiċi numeriku li jindika t-tip ta’ unità supplimentari

Kodiċi

Deskrizzjoni

0

L-ebda tip ta’ unità supplimentari

1

Kwota maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ 5 snin u tiġi kkonvertita minn AAU

2

Kwota maħruġa għall-perjodu 2005-2007 u mhix ikkonvertita minn AAU jew minn unità oħra ta’ Kjoto

3

Il-kwota ta’ forza maġġuri

6.   Isem il-Qasam: Kodiċi ta’ Azzjoni (Action Code)

Deskrizzjoni tal-Qasam: Kodiċi numeriku li jindika l-azzjoni fil-proċess ta’ aġġornament tal-kont

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

Żid il-persuni mal-kont jew ma’ l-installazzjoni

2

Aġġorna l-persuni

3

Ħassar il-persuni

Il-kodiċijiet ta’ l-UNFCCC

7.   Il-kodiċijiet ta’ l-UNFCCC ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.


ANNESS VIII

Il-proċessi li jikkonċernaw il-kontijiet u l-emissjonijjiet ivverifikati bil-kodiċijiet ta’ rispons

Ir-rekwiżiti għal kull proċess

Għall-proċessi li jikkonċernaw kont jew emissjonijiet ivverifikati għandha tapplika s-sekwenza ta’ messaġġi li ġejja:

(a)

ir-rappreżentant awtorizzat ta’ kont għandu jissottometti talba lill-amministratur tar-reġistru ta’ dak ir-reġistru;

(b)

l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-korrelazzjoni li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI lit-talba;

(c)

qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, l-amministratur tar-reġistru għandu jinvoka l-operazzjoni xierqa fuq is-servizz tal-web tal-ġestjoni tal-kontijiet tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, sussegwentement, l-amministratur tar-reġistru għandu jinvoka l-operazzjoni xierqa fuq is-servizz tal-web tal-ġestjoni tal-kontijiet tar-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet;

(d)

ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jivvalida t-talba billi jinvoka l-funzjoni ta’ validazzjoni xierqa fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet;

(e)

jekk it-talba jirnexxielha tiġi vvalidata u b’hekk tiġi aċċettata, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jemenda l-informazzjoni li jkollu miżmuma skond dik it-talba;

(f)

ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jinvoka l-operazzjoni “receiveAccountOperationOutcome” fuq is-servizz tal-web tal-ġestjoni tal-kontijiet tar-reġistru li jkun bagħat it-talba, fejn jinnotifika lir-reġistru rigward jekk it-talba rnexxiliex tiġi vvalidata u b’hekk aċċettata, jew jekk instabx li t-talba kien fiha diskrepanza u għalhekk ġiet miċħuda;

(g)

jekk it-talba rnexxielha tiġi vvalidata u b’hekk ġiet aċċettata, l-amministratur tar-reġistru li jkun bagħat it-talba għandu jemenda l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru skond dik it-talba vvalidata; inkella, jekk jinstab li t-talba kien fiha diskrepanza u għalhekk ġiet miċħuda, l-amministratur tar-reġistru li jkun bagħat it-talba m’għandux jemenda l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru skond dik it-talba miċħuda.

Tabella VIII-1: Dijagramma tas-Sekwenza tal-Messaġġi għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati

Image

2.   Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, amministratur ta’ reġistru li jibgħat talba għandu jirċievi għarfien li ġiet riċevuta mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 60 sekonda. Sussegwentement, amministratur ta’ reġistru li jibgħat talba għandu jirċievi għarfien li ġiet riċevuta mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 60 sekonda. Amministratur ta’ reġistru li jibgħat talba għandu jirċievi notifika ta’ validazzjoni mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fi żmien 24 siegħa.

L-istatus tal-proċess matul is-sekwenza tal-messaġġi għandu jkun kif ġej:

Tabella VIII-2: Dijagramma ta’ l-Istatus għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati

Image

4.   Il-komponenti u l-funzjonijiet li jintużaw matul is-sekwenza tal-messaġġi qed jintwerew fit-tabelli VIII-3 sa VIII-18. Il-funzjonijiet li jkunu pubbliċi għandhom jiġu implimentati kif ġie speċifikat. Il-funzjonijiet li jkunu privati huma għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. L-inputs tal-funzjonijiet kollha ġew strutturati biex iqabblu l-format u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni deskritti bl-użu ta’ lingwa tad-deskrizzjoni tas-servizzi tal-web, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Intużat asterisk “(*)” biex ikun indikat il-fatt li element jista’ jidher bosta drabi bħala input.

Tabella VIII-3: Il-Komponenti u l-Funzjonijiet għall-Proċessi li jikkonċernaw Kont jew Emissjonijiet Ivverifikati

Komponent

Funzjoni

Ambitu

MgmtOfAccountWS

CreateAccount()

Pubbliku

UpdateAccount()

Pubbliku

CloseAccount()

Pubbliku

UpdateVerifiedEmissions()

Pubbliku

ReceiveAccountOperationOutcome()

Pubbliku

AccountManagement

ValidateAccountCreation()

Privat

CreateAccount()

Privat

ValidateAccountUpdate()

Privat

UpdateAccount()

Privat

ValidateAccountClosure()

Privat

CloseAccount()

Privat

ValidateVerifiedEmissionsUpdate()

Privat

UpdateVerifiedEmissions()

Privat

DataValidation

AuthenticateMessage()

Privat

CheckVersion()

Privat

DataFormatChecks()

Privat

Tabella VIII-4: Il-Komponent MgmtOfAccountWS

Skop

L-iskop ta’ dan il-komponent huwa li jittratta t-talbiet għas-servizzi tal-web għall-ġestjoni tal-kontijiet u ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.

Funzjonijiet esposti permezz tas-Servizzi tal-Web

CreateAccount()

Jittratta t-talbiet biex jinħoloq kont

UpdateAccount()

Jittratta t-talbiet biex jiġi aġġornat kont

CloseAccount()

Jittratta t-talbiet biex jingħalaq kont

UpdateVerifiedEmissions()

Jittratta t-talbiet biex jiġu aġġornati l-emissjonijiet ivverifikati

ReceiveAccountOperationOutcome()

Jirċievi riżultat (“accepted” (aċċettat) jew “rejected” (miċħud)) ta’ operazzjoni ta’ kont (ħolqien, aġġornament, …)

Funzjonijiet oħrajn

Mhux applikabbli.

 

Rwoli

Reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet (għall-funzjonijiet kollha) u reġistru (għall-funzjoni ReceiveAccountOperationOutcome biss)

Tabella VIII-5: Il-funzjoni MgmtOfAccountWS. CreateAccount()

Skop

Din il-funzjoni tirċievi talba biex jinħoloq kont.

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jawtentika r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (Reġistru ta’ l-Oriġini — Originating Registry) billi jinvoka l-funzjoni AuthenticateMessage() u jivverifika l-verżjoni tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni billi jinvoka l-funzjoni CheckVersion().

Jekk l-awtentikazzjoni u l-verifiki tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “1” mingħajr ebda kodiċi ta’ rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tiġi invokata l-funzjoni WriteToFile() u t-talba titqiegħed fi kju.

Jekk l-awtentikazzjoni jew il-verifiki tal-verżjoni ma tgħaddix, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “0” flimkien ma’ kodiċi ta’ rispons wieħed li jindika l-kawża ta’ l-iżball.

Jekk il-persuna (People — Persuni) ma tkunx persuna naturali, isimha jrid jitqiegħed fil-parametru LastName.

Il-“PersonIdentifier” tfisser il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

L-“IdentifierInRegistry” tfisser l-identifikatur alfanumeriku għall-kont kif ġie speċifikat mid-detentur tal-kont skond l-Annessi III u IV.

Parametri ta’ l-inputs

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountType

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Obbligatorju

CommitmentPeriod

Fakultattiv

Installation

Fakultattiv

InstallationIdentifier

Obbligatorju

PermitIdentifier

Obbligatorju

Name

Obbligatorju

MainActivityType

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Obbligatorju

People (*)

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Obbligatorju

PhoneNumber2

Obbligatorju

FaxNumber

Obbligatorju

Email

Obbligatorju

Parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response Code

Fakultattiv

L-użi

AuthenticateMessage

WriteToFile

CheckVersion

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-6: Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. UpdateAccount()

Skop

Din il-funzjoni tirċievi talba biex jiġi aġġornat kont.

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jawtentika r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (Reġistru ta’ l-Oriġini — Originating Registry) billi jinvoka l-funzjoni AuthenticateMessage() u jivverifika l-verżjoni tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni billi jinvoka l-funzjoni CheckVersion().

Jekk l-awtentikazzjoni u l-verifiki tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “1” mingħajr ebda kodiċi ta’ rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tiġi invokata l-funzjoni WriteToFile() u t-talba titqiegħed fi kju.

Jekk l-awtentikazzjoni jew il-verifiki tal-verżjoni ma tgħaddix, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “0” flimkien ma’ kodiċi ta’ rispons wieħed li jindika l-kawża ta’ l-iżball.

Jekk il-persuna (People — Persuni) ma tkunx persuna naturali, isimha jrid titqiegħed fil-parametru the LastName.

Il-“PersonIdentifier” tfisser il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-kont li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI.

L-“IdentifierInRegistry” tfisser l-identifikatur alfanumeriku għall-kont kif ġie speċifikat mid-detentur tal-kont skond l-Annessi III u IV.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Fakultattiv

Installation

Fakultattiv

PermitIdentifier

Fakultattiv

Name

Fakultattiv

MainActivityType

Fakultattiv

Country

Fakultattiv

PostalCode

Fakultattiv

City

Fakultattiv

Address1

Fakultattiv

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Fakultattiv

People (*)

Fakultattiv

Action

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Fakultattiv

Country

Fakultattiv

PostalCode

Fakultattiv

City

Fakultattiv

Address1

Fakultattiv

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Fakultattiv

PhoneNumber2

Fakultattiv

FaxNumber

Fakultattiv

Email

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response Code

Fakultattiv

L-użi

AuthenticateMessage

WriteToFile

CheckVersion

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-7: Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. CloseAccount()

Skop

Din il-funzjoni tirċievi talba biex jingħalaq kont.

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jawtentika r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (Reġistru ta’ l-Oriġini — Originating Registry) billi jinvoka l-funzjoni AuthenticateMessage() u jivverifika l-verżjoni tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni billi jinvoka l-funzjoni CheckVersion().

Jekk l-awtentikazzjoni u l-verifiki tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “1” mingħajr ebda kodiċi ta’ rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tiġi invokata l-funzjoni WriteToFile() u t-talba titqiegħed fi kju.

Jekk l-awtentikazzjoni jew il-verifiki tal-verżjoni ma tgħaddix, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “0” flimkien ma’ kodiċi ta’ rispons wieħed li jindika l-kawża ta’ l-iżball.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response Code

Fakultattiv

L-użi

AuthenticateMessage

WriteToFile

CheckVersion

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-8: Il-Funzjoni MgmtOfAccountWS. UpdateVerifiedEmissions()

Skop

Din il-funzjoni tirċievi talba biex jiġu aġġornati l-emissjonijiet ivverifikati

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jawtentika r-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (Reġistru ta’ l-Oriġini — Originating Registry) billi jinvoka l-funzjoni AuthenticateMessage() u jivverifika l-verżjoni tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni billi jinvoka l-verżjoni CheckVersion().

Jekk l-awtentikazzjoni u l-verifiki tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “1” mingħajr ebda kodiċi ta’ rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tiġi invokata l-funzjoni WriteToFile() u t-talba titqiegħed fi kju.

Jekk l-awtentikazzjoni jew il-verifiki tal-verżjoni ma tgħaddix, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “0” flimkien ma’ kodiċi ta’ rispons wieħed li jindika l-kawża ta’ l-iżball.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

VerifiedEmissions (*)

Obbligatorju

Year

Obbligatorju

Installations (*)

Obbligatorju

InstallationIdentifier

Obbligatorju

VerifiedEmission

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response Code

Fakultattiv

L-użi

AuthenticateMessage

WriteToFile

CheckVersion

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-9: Il-funzjoni MgmtOfAccountWS. ReceiveAccountOperationOutcome()

Skop

Din il-funzjoni tirċievi riżultat ta’ operazzjoni ta’ ġestjoni ta’ kont.

Ir-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (Reġistru ta’ l-Oriġini — Originating Registry) jawtentika r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet (jew ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet) billi jinvoka l-funzjoni AuthenticateMessage() u jivverifika l-verżjoni tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet billi jinvoka l-funzjoni CheckVersion().

Jekk l-awtentikazzjoni u l-verifiki tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “1” mingħajr ebda kodiċi ta’ rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tiġi invokata l-funzjoni WriteToFile() u t-talba titqiegħed fi kju.

Jekk l-awtentikazzjoni jew il-verifiki tal-verżjoni ma tgħaddix, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat “0” flimkien ma’ kodiċi ta’ rispons wieħed li jindika l-kawża ta’ l-iżball.

Il-lista tal-kodiċijiet ta’ rispons hija mgħammra b’koppji (l-identifikatur tal-kont jew ta’ l-installazzjoni ma’ kodiċi ta’ rispons kontigwu) jekk ir-riżultat ikun “0” għal kwalunkwe kawża oħra ta’ żball.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Outcome

Obbligatorju

Response List

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response Code

Fakultattiv

L-użi

AuthenticateMessage

WriteToFile

CheckVersion

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-10: Il-Komponent AccountManagement

Skop

L-iskop ta’ dan il-komponent huwa li jipprovdi l-funzjonijiet ta’ validazzjoni u ta’ aġġornament għall-ġestjoni tal-kontijiet u ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.

Funzjonijiet esposti permezz tas-Servizzi tal-Web

Mhux applikabbli.

 

Funzjonijiet oħrajn

ValidateAccountCreation()

Tivvalida l-ħolqien ta’ kont

ValidateAccountUpdate()

Tivvalida l-aġġornament ta’ kont

ValidateAccountClosure()

Tivvalida l-għeluq ta’ kont

ValidateVerifiedEmissionsUpdate()

Tivvalida aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati

CreateAccount()

Toħloq il-kontijiet

UpdateAccount()

Taġġorna l-kontijiet

CloseAccount()

Tagħlaq il-kontijiet

UpdateVerifiedEmissions()

Taġġorna l-emissjonijiet ivverifikati għall-installazzjonijiet

Rwoli

Reġistru tat-tranżazzjonijiet (il-funzjonijiet kollha), reġistru (għal informazzjoni biss).

Tabella VIII-11: Il-funzjoni ManagementOfAccount. ValidateAccountCreation()

Skop

Din il-funzjoni tivvalida talba biex jinħoloq kont.

Jekk test ta’ validazzjoni ma jgħaddix, l-identifikatur tal-kont u l-kodiċi ta’ rispons jiġu miżjuda mal-lista tal-kodiċijiet ta’ rispons.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountType

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Obbligatorju

CommitmentPeriod

Fakultattiv

Installation

Fakultattiv

InstallationIdentifier

Obbligatorju

PermitIdentifier

Obbligatorju

Name

Obbligatorju

MainActivityType

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Obbligatorju

People (*)

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Obbligatorju

PhoneNumber2

Fakultattiv

FaxNumber

Obbligatorju

Email

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response List

Fakultattiv

Messaġġi

Firxa 7101 sa 7110 ; firxa 7122 sa 7160 .

Tabella VIII-12: Il-funzjoni ManagementOfAccount. CreateAccount()

Skop

Din il-funzjoni toħloq il-kontijiet.

Għal kull kont:

Oħloq il-kont u d-dettalji tiegħu.

Oħloq il-persuni kollha (People — Persuni) u d-dettalji tagħhom jekk ma kinux jeżistu diġà u agħmel konnessjoni bejnhom u l-kont.

Aġġorna l-informazzjoni kollha konnessa mal-persuni (People — persuni) li diġà kienu jeżistu u li huma konnessi mal-kont.

Oħloq l-installazzjoni u d-dettalji ta’ l-installazzjoni jekk mal-kont tkun konnessa installazzjoni.

Oħloq il-persuni kollha (People — Persuni) konnessi ma’ l-installazzjoni (il-persuna ta’ kuntatt) jekk ma kinux jeżistu diġà.

Aġġorna l-informazzjoni kollha konnessa mal-persuni (People — Persuni) li diġà kienu jeżistu u li huma konnessi ma’ l-installazzjoni.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountType

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Obbligatorju

CommitmentPeriod

Fakultattiv

Installation

Fakultattiv

InstallationIdentifier

Obbligatorju

PermitIdentifier

Obbligatorju

Name

Obbligatorju

MainActivityType

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Obbligatorju

People (*)

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Obbligatorju

PhoneNumber2

Fakultattiv

FaxNumber

Obbligatorju

Email

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

L-użi

Mhux applikabbli.

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-13: Il-funzjoni AccountManagement. ValidateAccountUpdate()

Skop

Din il-funzjoni tivvalida talba biex jiġi aġġornat kont.

Jekk test tal-validazzjoni ma jgħaddix, l-identifikatur tal-kont u l-kodiċi ta’ rispons jiġu miżjuda mal-lista tal-kodiċijiet ta’ rispons.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Fakultattiv

Installation

Fakultattiv

PermitIdentifier

Fakultattiv

Name

Fakultattiv

MainActivityType

Fakultattiv

Country

Fakultattiv

PostalCode

Fakultattiv

City

Fakultattiv

Address1

Fakultattiv

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Fakultattiv

People (*)

Fakultattiv

Action

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Fakultattiv

Country

Fakultattiv

PostalCode

Fakultattiv

City

Fakultattiv

Address1

Fakultattiv

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Fakultattiv

PhoneNumber2

Fakultattiv

FaxNumber

Fakultattiv

Email

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response List

Fakultattiv

Messaġġi

Firxa 7102 sa 7107 ; firxa 7111 sa 7113 ; 7120 ; 7122 ; 7124 ; firxa 7126 sa 7158 .

Tabella VIII-14: Il-funzjoni ManagementOfAccount. UpdateAccount()

Skop

Din il-funzjoni taġġorna d-dettalji ta’ kont.

Jekk l-azzjoni (action) = “Add” (żid):

Għal kull konnessjoni li għandha tiġi miżjuda:

Jekk il-persuna (People — Persuni) kienet teżisti, jekk ikun meħtieġ aġġorna d-dettalji tagħha.

Jekk il-persuna (People — Persuni) ma kinitx teżisti, oħloq il-persuna (People — Persuni) u agħmel konnessjoni bejnha u l-kont.

Jekk l-azzjoni (action) = “Update” (aġġorna):

Għall-persuni (People — Persuni) kollha biex jiġu aġġornati u li huma konnessi mal-kont, aġġorna d-dettalji tagħhom.

Jekk l-azzjoni (action) = “Delete” (ħassar):

Neħħi l-konnessjoni bejn il-persuna (People — Persuni) u l-kont (pereżempju, jitneħħa rappreżentant awtorizzat addizzjonali).

Jekk installazzjoni tkun konnessa mal-kont, jekk ikun meħtieġ aġġorna d-dettalji ta’ l-installazzjoni.

Aġġorna d-dettalji tal-persuni (People — Persuni) konnessi ma’ l-installazzjoni jekk id-dettalji ġew sottomessi (billi tuża l-istess azzjonijiet ta’ “Add” (żid), “Update” (aġġorna) u “Delete” (ħassar)).

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountType

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

IdentifierInReg

Obbligatorju

Installation

Fakultattiv

InstallationIdentifier

Obbligatorju

PermitIdentifier

Obbligatorju

Name

Obbligatorju

MainActivityType

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

ParentCompany

Fakultattiv

SubsidiaryCompany

Fakultattiv

EPERIdentification

Fakultattiv

Latitude

Fakultattiv

Longitude

Fakultattiv

ContactPeople (ara People)

Obbligatorju

People (*)

Obbligatorju

RelationshipCode

Obbligatorju

PersonIdentifier

Obbligatorju

FirstName

Fakultattiv

LastName

Obbligatorju

Country

Obbligatorju

PostalCode

Obbligatorju

City

Obbligatorju

Address1

Obbligatorju

Address2

Fakultattiv

PhoneNumber1

Fakultattiv

PhoneNumber2

Fakultattiv

FaxNumber

Fakultattiv

Email

Fakultattiv

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

L-użi

Mhux applikabbli.

Użata Minn

Mhux applikabbli (invokata bħala servizz tal-web).

Tabella VIII-15: Il-funzjoni ManagementOfAccount. ValidateAccountClosure()

Skop

Din il-funzjoni tivvalida operazzjoni biex jingħalaq kont.

Jekk test tal-validazzjoni ma jgħaddix, l-identifikatur tal-kont u l-kodiċi ta’ rispons jiġu miżjuda mal-lista tal-kodiċijiet ta’ rispons.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

Skop

AccountIdentifier

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response List

Fakultattiv

Messaġġi

7111 ; firxa 7114 sa 7115 ; 7117 ; firxa 7153 sa 7156 ; 7158 .

Tabella VIII-16: Il-funzjoni ManagementOfAccount. CloseAccount()

Skop

Din il-funzjoni tagħlaq kont jew kontijiet billi tiffissa d-data tat-tmiem tal-validità tal-kont(ijiet) biex jingħalaq(jingħalqu) għad-data kurrenti.

Il-parametri ta’ l-input

Registry

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

Account (*)

Obbligatorju

AccountIdentifier

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Tabella VIII-17: Il-funzjoni ManagementOfAccount. ValidateVerifiedEmissionsUpdate()

Skop

Din il-funzjoni tivvalida aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati.

Jekk test tal-validazzjoni ma jgħaddix, l-identifikatur ta’ l-installazzjoni u l-kodiċi ta’ rispons jiġu miżjuda mal-lista tal-kodiċijiet ta’ rispons.

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

MinorVersion

Obbligatorju

VerifiedEmissions (*)

Obbligatorju

Year

Obbligatorju

Installations (*)

Obbligatorju

InstallationIdentifier

Obbligatorju

VerifiedEmission

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Response List

Fakultattiv

Messaġġi

Firxa 7118 sa 7119 ; firxa 7152 sa 7156 ; 7159 .

Tabella VIII-18: Il-funzjoni ManagementOfAccount. UpdateVerifiedEmissions

Skop

Taġġorna l-emissjonijiet ivverifikati għas-sena u għall-installazzjoni speċifikati

Il-parametri ta’ l-input

From

Obbligatorju

To

Obbligatorju

CorrelationId

Obbligatorju

MajorVersion

Obbligatorju

VerifiedEmissions (*)

Obbligatorju

Year

Obbligatorju

Installations (*)

Obbligatorju

InstallationIdentifier

Obbligatorju

VerifiedEmission

Obbligatorju

Il-parametri ta’ l-output

Result Identifier

Obbligatorju

Il-verifiki preliminari għal kull proċess

5.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika l-istatus ta’ reġistru għal kull proċess li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati. Jekk il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma ġietx stabbilita jew ġiet temporanjament sospiża skond l-Artikolu 6(3) fir-rigward tal-proċess mitlub li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati, dan għandu jiġi miċħud u għandu jiġi rritornat l-kodiċi ta’ rispons 7005.

6.   Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki tal-verżjoni tar-reġistru u ta’ l-awtentikazzjoni tar-reġistru, u verifiki dwar il-vijabbiltà tal-messaġġi, fuq kull proċess li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati u għandu jirritorna l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa jekk tiġi skoperta diskrepanza, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Sussegwentement, kull reġistru għandu jirċievi kodiċijiet ta’ rispons bħal dawn mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

7.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki ta’ l-integrità tad-data fuq kull proċess li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati u jirritorna l-kodiċjiet ta’ rispons fil-firxa 7122 sa 7159 jekk tiġi skoperta diskrepanza.

Il-verifiki sekondarji għal kull proċess

8.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki sekondarji fuq kull proċess li jikkonċerna kont jew emissjonijiet ivverifikati li jkun għadda mill-verifiki preliminari kollha. Il-verifiki sekondarji, u l-kodiċijiet ta’ rispons kontingwi li jiġu rritornati meta tiġi skoperta diskrepanza huma kif ġie stabbilit fit-Tabella VIII-19.

Tabella VIII-19: Il-Verifiki Sekondarji

Deskrizzjoni tal-proċess

Il-kodiċijiet ta’ rispons tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

Il-ħolqien tal-kont

Firxa 7101 sa 7110

7160

L-aġġornament tal-kont

Firxa 7102 sa 7105

Firxa 7107 sa 7108

7111

7113

7120

7160

L-għeluq tal-kont

7111

Firxa 7114 sa 7115

7117

L-aġġornament ta’ l-emissjonijiet ivverifikati

Firxa 7118 sa 7119


ANNESS IX

Il-proċessi li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet bil-kodiċijiet ta’ rispons

It-tipi ta’ proċessi

1.   Għandu jiġi assenjat tip ta’ proċess li jikkonsisti f’tip ta’ proċess inizjali u f’tip ta’ proċess supplimentari lil kull proċess li jikkonċerna tranżazzjoni. It-tip ta’ proċess inizjali għandu jiddeskrivi l-kategorija tiegħu kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. It-tip ta’ proċess supplimentari għandu jiddeskrivi l-kategorija tiegħu kif ġie stabbilit fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, li ġew elaborati skond id-Direttiva 2003/87/KE. It-tipi ta’ proċessi ġew stabbiliti fit-Tabella IX-1.

Ir-rekwiżiti għal kull proċess

2.   Is-sekwenza ta’ messaġġi għall-proċessi li jikkonċernaw tranżazzjoni, l-istatus tat-tranżazzjoni u l-istatus ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto jew tal-kwoti involuti fit-tranżazzjoni matul is-sekwenza tal-messaġġi, u l-komponenti u l-funzjonijiet li jintużaw matul is-sekwenza tal-messaġġi, ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-verifiki preliminari għal kull proċess

3.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika l-istatus ta’ reġistru għal kull proċess li jikkonċerna tranżazzjoni. Jekk il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma ġietx stabbilita jew ġiet temporanjament sospiża skond l-Artikolu 6(3) fir-rigward tal-proċess mitlub, dan għandu jiġi miċħud u għandhom jiġu rritornati l-kodiċijiet ta’ rispons 7005 jew 7006.

4.   Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq il-kategoriji li ġejjin ta’ verifiki preliminari fuq kull proċess li jikkonċerna tranżazzjoni:

(a)

verifiki tal-verżjoni tar-reġistru u ta’ l-awtentikazzjoni tar-reġistru,

(b)

verifiki tal-vijabbiltà tal-messaġġi,

(c)

verifiki ta’ l-integrità tad-data,

(d)

verifiki ġenerali tat-tranżazzjonijiet, u

(e)

verifiki tas-sekwenza tal-messaġġi,

u jirritorna l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa jekk tiġi skoperta diskrepanza, kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Sussegwentement, kull reġistru għandu jirċievi kodiċijiet ta’ rispons bħal dawn mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Il-verifiki sekondarji u terzjarji għal kull proċess

5.   Għal kull proċess li jikkonċerna tranżazzjoni li jkun għadda mill-verifiki preliminari kollha, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq il-verifiki sekondarji li ġejjin biex ikun aċċertat jekk:

(a)

l-unitajiet ta’ Kjoto jew il-kwoti hux qed jinżammu fil-kont ta’ trasferiment (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7027);

(b)

il-kont ta’ trasferiment jeżistix fir-reġistru speċifikat (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7021);

(c)

il-kont ta’ l-akkwist jeżistix fir-reġistru speċifikat (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7020);

(d)

iż-żewġ kontijiet jeżistux fl-istess reġistru għal trasferiment intern (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7022);

(e)

iż-żewġ kontijiet jeżistux f’reġistri differenti għal trasferiment estern (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7023);

(f)

il-kont ta’ trasferiment mhuwiex imblokkat skond l-Artikolu 27 (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7025);

(g)

il-kwoti ta’ forza maġġuri mhumiex qed jiġu ttrasferiti (diskrepanza tirritorna kodiċi ta’ rispons 7024).

6.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki terzjarji fuq kull proċess li jikkonċerna tranżazzjoni li jkun għadda mill-verifiki preliminari kollha. Il-verifiki terzjarji, u l-kodiċijiet ta’ rispons kontigwi li jiġu rritornati meta tinstab diskrepanza, ġew stabbiliti fit-Tabella IX-1.

Tabella IX-1:   Il-Verifiki Terzjarji

Deskrizzjoni tal-proċess

Tip ta’ proċess

Il-kodiċijiet ta’ rispons tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

Ħruġ ta’ AAUs u RMUs

01-00

[mhux applikabbli]

Konverżjoni ta’ AAUs u ta’ RMUs għal ERUs

02-00

7218

Trasferiment estern (2008-2012 ’il quddiem)

03-00

Firxa 7301 sa 7302

7304

Kanċellazzjoni (2008-2012 ’il quddiem)

04-00

[mhux applikabbli]

Irtirar (2008-2012 ’il quddiem)

05-00

Firxa 7358 sa 7361

Kanċellazzjoni u sostituzzjoni ta’ tCERs u ta’ lCERs

06-00

[mhux applikabbli]

Trasferiment ’il quddiem ta’ unitajiet ta’ Kjoto u ta’ kwoti maħruġa għall-perjodu 2008-2012 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin

07-00

[mhux applikabbli]

Bidla fid-data ta’ skadenza tat- tCERs u tal-lCERs

08-00

[mhux applikabbli]

Trasferiment intern

10-00

7304

Firxa 7406 sa 7407

Ħruġ ta’ kwoti (2005-2007)

01-51

Firxa 7201 sa 7203

7219

Ħruġ ta’ kwoti (2008-2012 ’il quddiem)

10-52

Firxa 7201 sa 7203

7205

7219

Allokazzjoni ta’ kwoti

10-53

7202

7203

Firxa 7206 sa 7208

7214

7216

7304

7360

Ħruġ ta’ kwoti ta’ forza maġġuri

01-54

7202

Firxa 7210 sa 7211

7215

7217

7220

Korrezzjoni fil-kwoti

10-55

Firxa 7212 sa 7213

Trasferiment estern (2005-2007)

03-21

7302

Firxa 7304 sa 7305

Firxa 7406 sa 7407

Kanċellazzjoni ta’ kwoti (2005-2007)

10-01

7212

7305

Rinunzja ta’ kwoti

10-02

7202

7304

Firxa 7353 sa 7356

Irtirar (2005-2007)

04-03

7209

7305

7357

Firxa 7360 sa 7362

Kanċellazzjoni u sostituzzjoni

10-41

(2005 sa 2007)

7205

7212

7219

7360

7402

7404

Firxa 7406 sa 7407

(2008-2012 ’il quddiem)

7202

7205

7219

7360

Firxa 7401 sa 7402

Firxa 7404 to 7407


ANNESS X

Il-proċess ta’ rikonċilijazzjoni bil-kodiċijiet ta’ rispons

Ir-rekwiżiti għall-proċess

1.   Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, kull reġistru għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba magħmula mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal ħin u għal data speċifikati:

(a)

in-numru totali ta’ kwoti miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru;

(b)

il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kwalunkwe kwota miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru;

(c)

l-istorja tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet u tar-reġistru tal-verifiki ta’ kwalunkwe kwota miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru;

(d)

in-numru totali ta’ kwoti miżmuma f’kull kont f’dak ir-reġistru;

(e)

il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kwalunkwe kwota miżmuma f’kull kont f’dak ir-reġistru; u

(f)

l-istorja tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet u tar-reġistru tal-verifiki ta’ kull kwota miżmuma fi kwalunkwe kont f’dak ir-reġistru.

2.   Wara li tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, kull reġistru għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba magħmula mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal ħin u għal data speċifikati:

(a)

in-numru totali ta’ kwoti, AAUs, RMUs, ERUs, CERs (mhux tCERs jew lCERs), lCERs u tCERs, miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru;

(b)

il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kwalunkwe kwota, AAU, RMU, ERU, CER (mhux tCER jew lCER), lCER u tCER, miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru; u

(c)

l-istorja tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet u tar-reġistru tal-verifiki ta’ kwalunkwe kwota, AAU, RMU, ERU, CER (mhux tCER jew lCER), lCER u tCER miżmuma f’kull tip ta’ kont f’dak ir-reġistru.

3.   Wara li tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, kull reġistru għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba magħmula mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet magħmula f’isem ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal ħin u għal data speċifikati:

(a)

in-numru totali ta’ kwoti, AAUs, RMUs, ERUs, CERs (mhux tCERs jew lCERs), lCERs u tCERs miżmuma f’kull kont f’dak ir-reġistru;

(b)

il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità ta’ kwalunkwe kwota, AAU, RMU, ERU, CER (mhux tCER jew lCER), lCER u tCER miżmuma f’kull kont f’dak ir-reġistru; u

(c)

l-istorja tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet u tar-reġistru tal-verifiki ta’ kwalunkwe kwota, AAU, RMU, ERU, CER (mhux tCER jew lCER), lCER u tCER miżmuma f’kull kont f’dak ir-reġistru.

4.   Is-sekwenza tal-messaġġi għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, l-istatus tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u l-istatus ta’ l-unitajiet ta’ Kjoto jew tal-kwoti involuti fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni matul is-sekwenza tal-messaġġi, u l-komponenti u l-funzjonijiet li jintużaw matul is-sekwenza tal-messaġġi, ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-verifiki preliminari għall-proċess

5.   Matul il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jivverifika l-istatus ta’ reġistru. Jekk il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma ġietx stabbilita jew ġiet temporanjament sospiża skond l-Artikolu 6(3) fir-rigward tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, il-proċess għandu jiġi miċħud u għandu jiġi rritornat il-kodiċi ta’ rispons 7005.

6.   Qabel ma tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki tal-verżjoni tar-reġistru u ta’ l-awtentikazzjoni tar-reġistru, verifiki tal-vijabbiltà tal-messaġġi, u verifiki ta’ l-integrità tad-data matul il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u jirritorna l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa jekk tiġi skoperta diskrepanza, kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC. Sussegwentement, kull reġistru għandu jirċievi kodiċijiet ta’ rispons bħal dawn mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

Il-verifiki sekondarji għall-proċess

7.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq verifiki sekondarji matul il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, ladarba jkunu għaddew il-verifiki preliminari. Il-verifiki sekondarji, u l-kodiċijiet ta’ rispons kontigwi li jiġu rritornati meta tiġi skoperta diskrepanza, ġew stabbiliti fit-Tabella X-1.

Tabella X-1:   Il-Verifiki Sekondarji

Deskrizzjoni tal-proċess

Il-kodiċijiet ta’ rispons tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

Rikonċiljazzjoni

Firxa: 7501 sa 7524

L-intervent manwali

8.   Jekk l-informazzjoni miżmuma f’reġistru tkun ġiet emendata b’reazzjoni għal proċess mibdi iżda mhux iffinalizzat skond l-Artikolu 34, 35 jew 36, l-Amministratur Ċentrali għandu jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru ta’ dak ir-reġistru biex idawwar dak il-proċess billi jemenda l-informazzjoni miżmuma lura għall-istat oriġinali tagħha.

Jekk l-informazzjoni miżmuma f’reġistru ma tkunx ġiet emendata b’reazzjoni għal proċess mibdi u ffinalizzat skond l-Artikolu 34, 35 jew 36, l-Amministratur Ċentrali għandu jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru ta’ dak ir-reġistru biex jiffinalizza dak il-proċess billi jemenda l-informazzjoni miżmuma b’mod xieraq.

9.   Fejn il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni jkun identifika inkonsistenza, l-Amministratur Ċentrali għandu jikkoordina ma’ l-amministratur jew ma’ l-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i) sabiex jiddetermina l-oriġini ta’ l-inkonsistenza. Imbagħad l-Amministratur Ċentrali, skond kif ikun meħtieġ, għandu jew jemenda l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew jitlob lill-amministratur jew lill-amministraturi tar-reġistru kkonċernat(i) sabiex jagħmlu aġġustamenti manwali speċifiċi għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tagħhom.


ANNESS XI

Il-proċessi amministrattivi bil-kodiċijiet ta’ rispons

Il-proċessi amministrattivi

1.   Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi l-proċessi amministrattivi li ġejjin:

(a)

It-tnaddif tat-tranżazzjonijiet: il-proċessi kollha skond l-Anness IX li nbdew iżda li għadhom ma ġewx itterminati, li għadhom ma tlestewx jew li għadhom ma ġewx ikkanċellati fi żmien 24 siegħa għandhom jiġu kkanċellati. It-tnaddif tat-tranżazzjonijiet iseħħ fuq bażi ta’ kull siegħa.

(b)

L-unitajiet pendenti: il-kwoti kollha li ma ġewx ikkanċellati skond l-Artikolu 60 jew 61 fi jew wara l-1 ta’ Mejju 2008 u fi jew wara l-1 ta’ Mejju fl-ewwel sena ta’ kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin għandhom jiġu identifikati

(c)

L-istatus tal-proċess: amministratur ta’ reġistru jista’ jagħmel mistoqsijiet dwar l-istatus ta’ proċess skond l-Anness IX li jkun inbeda minn dak l-amministratur tar-reġistru.

(d)

Is-sinkronizzazzjoni tal-ħin: fuq talba, kull amministratur ta’ reġistru għandu jipprovdi l-ħin tas-sistema tar-reġistru tiegħu sabiex il-konsistenza bejn il-ħin tas-sistema ta’ reġistru u l-ħin tas-sistema tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet tkun tista’ tiġi vverifikata, u sabiex iż-żewġ ħinijiet ikunu jistgħu jiġu ssinkronizzati. Fuq talba, amministratur ta’ reġistru għandu jibdel il-ħin tas-sistema tar-reġistru tiegħu sabiex jiżgura ruħu mis-sinkronizzazzjoni tal-ħin.

2.   Wara li tkun ġiet stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jkompli jipprovdi biss il-proċess amministrattiv skond il-paragrafu 1(b).

3.   Kull reġistru għandu jkun kapaċi jwettaq korrettament il-proċessi amministrattivi addizzjonali pprovduti mir-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Ir-rekwiżiti għal kull proċess

4.   Is-sekwenza tal-messaġġi għall-proċessi amministrattivi u l-komponenti u l-funzjonijiet li jintużaw matul is-sekwenza tal-messaġġi ġew stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-verifiki għal kull proċess

5.   Jekk, matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jiskopri diskrepanza skond il-paragrafu 1(a), dan għandu jirritorna l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

6.   Jekk ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jiskopri diskrepanza skond il-paragrafu 1(b) għandu jirritorna l-kodiċi ta’ rispons 7601.

7.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 u fejn jiġi riċevut messaġġ minn reġistru skond il-paragrafu 1(c) għal proċess imsemmi fl-Anness IX, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq il-verifiki li ġejjin:

(a)

L-istatus ta’ reġistru: jekk il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma ġietx stabbilita jew ġiet temporanjament sospiża skond l-Artikolu 6(3) fir-rigward tal-proċess mitlub, il-messaġġ għandu jiġi miċħud u għandu jiġi rritornat il-kodiċi ta’ rispons 7005.

(b)

Il-verżjoni tar-reġistru u l-awtentikazzjoni tar-reġistru, il-vijabbiltà tal-messaġġi u l-integrità tad-data: jekk ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jiskopri diskrepanza, il-messaġġ għandu jiġi miċħud u għandhom jiġu rritornati l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

8.   Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 u fejn jiġi riċevut messaġġ minn reġistru skond il-paragrafu 1(d) ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jwettaq il-verifiki li ġejjin:

(a)

L-istatus ta’ reġistru: jekk il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet ma ġietx stabbilita jew ġiet temporanjament sospiża skond l-Artikolu 6(3) fir-rigward tal-proċess mitlub, il-messaġġ għandu jiġi miċħud u għandu jiġi rritornat il-kodiċi ta’ rispons 7005.

(b)

Il-verżjoni tar-reġistru u l-awtentikazzjoni tar-reġistru, il-vijabbiltà tal-messaġġi, l-integrità tad-data u s-sinkronizzazzjoni tal-ħin: jekk ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jiskopri diskrepanza, il-messaġġ għandu jiġi miċħud u għandhom jiġu rritornati l-kodiċijiet ta’ rispons xierqa kif ġie stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.


ANNESS XII

Lista ta’ kodiċijiet ta’ rispons għall-proċessi kollha

1.   Fejn ġie speċifikat fl-Anness VIII, fl-Anness IX, fl-Anness X u fl-Anness XI, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandu jirritorna l-kodiċijiet ta’ rispons bħala parti minn kull proċess. Kull kodiċi ta’ rispons għandu jikkonsisti f’numru sħiħ (integer) fil-firxa 7000 sa 7999. It-tifsira ta’ kull kodiċi ta’ rispons qed tingħata fit-Tabella XII-1.

2.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu jiżgura ruħu li t-tifsira ta’ kull kodiċi ta’ rispons tinżamm meta tintwera informazzjoni fir-rigward ta’ proċess, skond l-Anness XVI, lir-rappreżentant awtorizzat li jkun beda dak il-proċess.

Tabella XII-1:   Il-Kodiċijiet ta’ Rispons tar-Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet

Kodiċi ta’ rispons

Deskrizzjoni

7005

L-istatus kurrenti tar-reġistru ta’ l-inizjazzjoni (jew ta’ trasferiment) ma jippermettix li jsir dan il-proċess.

7006

L-istatus kurrenti tar-reġistru ta’ l-akkwist ma jippermettix li jsir dan il-proċess.

7020

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont speċifikat ma jeżistix fir-reġistru ta’ l-akkwist.

7021

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont speċifikat ma jeżistix fir-reġistru ta’ trasferiment.

7022

Il-kont ta’ trasferiment u l-kont ta’ l-akkwist iridu jkunu fl-istess reġistru għat-tranżazzjonijiet kollha ħlief għat-tranżazzjonijiet esterni.

7023

Il-kont ta’ trasferiment u l-kont ta’ l-akkwist iridu jkunu f’reġistri differenti għal trasferimenti esterni.

7024

Il-kwoti ta’ forza maġġuri ma jistgħux jiġu ttrasferiti barra mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti sakemm mhux qed jiġu kkanċellati u rtirati skond l-Artikolu 58.

7025

Il-kont ta’ trasferiment ġie mblokkat għat-trasferimenti tal-kwoti kollha barra minn dak il-kont, ħlief għall-proċessi ta’ rinunzja u ta’ kanċellazzjoni u ta’ sostituzzjoni skond l-Artikoli 52, 53, 60 u 61.

7027

Unità waħda jew aktar fil-blokk serjali mhux qed jiġu rikonoxxuti bħala li huma miżmuma mill-kont ta’ trasferiment.

7101

Il-kont diġà nħoloq.

7102

Kont irid ikollu detentur tal-kont wieħed u wieħed biss.

7103

Kont irid ikollu rappreżentant awtorizzat primarju wieħed u wieħed biss.

7104

Kont irid ikollu rappreżentant awtorizzat sekondarju wieħed u wieħed biss.

7105

Installazzjoni jrid ikollha persuna ta’ kuntatt waħda u waħda biss.

7106

L-installazzjoni assoċjata ma’ dan il-kont diġà hija assoċjata ma’ kont ieħor.

7107

Ir-rappreżentanti awtorizzati tal-kont iridu jkunu kollha differenti.

7108

L-identifikatur alfanumeriku speċifikat għall-kont diġà ġie speċifikat għal kont ieħor.

7109

It-tip ta’ kont li qed jinħoloq ma ngħatax il-perjodu ta’ impenn korrett.

7110

Kont ta’ depożitu ta’ operatur irid ikollu installazzjoni waħda u waħda biss assoċjata ma’ dak il-kont.

7111

Il-kont speċifikat ma jeżistix, u għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi aġġornat jew jingħalaq il-kont.

7113

Mhuwiex possibbli li jinbidel id-detentur tal-kont ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna.

7114

Il-kont speċifikat diġà ngħalaq u għalhekk mhuwiex possibbli li jingħalaq il-kont.

7115

Il-kont speċifikat għad għandu xi unitajiet u għalhekk mhuwiex possibbli li jingħalaq il-kont.

7117

L-installazzjoni konnessa mal-kont speċifikat mhijiex konformi u għalhekk mhuwiex possibbli li jingħalaq il-kont.

7118

L-installazzjoni speċifikata ma teżistix u għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi aġġornata t-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati għal dik l-installazzjoni

7119

Is-sena speċifikata hija sena futura u għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi aġġornata t-tabella ta’ l-emissjonijiet ivverifikati għal dik is-sena.

7120

Il-persuni u r-relazzjoni tagħhom mal-kont ma jeżistux u għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi aġġornata dik ir-relazzjoni.

7122

L-identifikatur tal-korrelazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa

7124

L-identifikatur alfanumeriku tal-kont mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa

7125

L-identifikatur tal-permess mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7126

Isem l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7127

L-attività ewlenija ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7128

Il-pajjiż ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7129

Il-kodiċi postali ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7130

Il-belt ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7131

L-address1 ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7132

L-address2 ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7133

Il-kumpanija parent ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7134

Il-kumpanija sussidjara ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7135

L-identifikatur EPER ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7136

Il-latitudni ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7137

Il-lonġitudni ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7138

Il-kodiċi tar-relazzjoni tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7139

L-identifikatur tal-persuna mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7140

L-ewwel isem tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7141

Il-kunjom tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7142

Il-pajjiż tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7143

Il-kodiċi postali tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7144

Il-belt tal-persuni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa

7145

L-address1 tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7146

L-address2 tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7147

Il-phonenumber1 tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7148

Il-phonenumber2 tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7149

In-numru tal-faks tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7150

L-email tal-persuni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7151

L-azzjoni tal-persuni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7152

L-emissjoni vverifikata ta’ l-installazzjoni mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7153

L-element from mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7154

L-element to mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7155

Il-verżjoni ewlenija mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7156

Il-verżjoni minuri mhijiex f’format validu jew hija barra mill-firxa.

7157

It-tip ta’ kont mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7158

L-identifikatur tal-kont mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7159

L-identifikatur ta’ l-installazzjoni mhuwiex f’format validu jew huwa barra mill-firxa.

7160

Mhuwiex possibbli li kont ta’ depożitu ta’ persuna jkollu persuna ta’ kuntatt jew id-dettalji tagħha, jew installazzjoni jew id-dettalji tagħha (kif ġie elenkat fit-Taqsima 11.1 ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE) assoċjata ma’ dak il-kont.

7201

L-ammont ta’ kwoti għall-perjodu speċifikat li ntalab li jinħarġu jeċċedi l-ammont approvat mill-Kummissjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

7202

Il-kont ta’ l-akkwist mhuwiex kont ta’ depożitu ta’ Parti.

7203

It-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ma ġietx sottomessa lill-Kummissjoni u għalhekk mhuwiex possibbli li jkun hemm il-ħruġ jew l-allokazzjoni tal-kwoti għall-perjodu speċifikat.

7205

L-unitajiet li ntalab li jiġu kkonvertiti fi kwoti jridu jkunu AAUs li nħarġu għal perjodu ta’ impenn li jaqbel mal-perjodu ta’ impenn li għalih qed jinħarġu l-kwoti.

7206

Il-kont ta’ l-akkwist speċifikat mhuwiex il-kont ta’ depożitu ta’ operatur li huwa assoċjat ma’ l-installazzjoni speċifikata.

7207

L-installazzjoni ma teżistix fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

7208

Is-sena speċifikata ma teżistix fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

7209

Il-kont ta’ l-akkwist mhuwiex il-kont ta’ rtirar għall-perjodu 2005-2007.

7210

Il-kwoti ta’ forza maġġuri jistgħu jinħarġu biss qabel it-30 ta’ Ġunju 2008.

7211

L-ammont ta’ kwoti ta’ forza maġġuri li ntalab li jinħarġu jeċċedi l-ammont approvat mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ impenn.

7212

Il-kont ta’ l-akkwist mhuwiex il-kont ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2005-2007.

7213

It-tnaqqis fin-numru ta’ kwoti jeċċedi l-korrezzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni kif ġie approvat mill-Kummissjoni.

7214

In-numru ta’ kwoti ttrasferiti mhuwiex strettament daqs in-numru previst fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-installazzjoni speċifikata u għas-sena speċifikata.

7215

L-installazzjoni ma teżistix.

7216

In-numru ta’ kwoti ttrasferiti għall-installazzjoni speċifikata u għas-sena speċifikata kif inhu previst fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni diġà ġie ttrasferit.

7217

Is-sena speċifikata mhijiex parti mill-perjodu 2005-2007.

7218

L-AAUs speċifikati huma kwoti u għalhekk mhuwiex possibbli li dawn l-AAUs jiġu kkonvertiti f’ERUs.

7219

L-unitajiet li ntalab li jinħarġu m’għandhomx il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kwota korrett u għalhekk mhuwiex possibbli li jsir il-ħruġ.

7220

L-unitajiet li ntalab li jinħarġu m’għandhomx il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kwota ta’ forza maġġuri korrett u għalhekk mhuwiex possibbli li jsir il-ħruġ.

7301

Twissija: qed toqrob ksur tar-riżerva tal-perjodu ta’ impenn.

7302

Mhemm l-ebda ftehim ta’ għarfien reċiproku bejn ir-reġistru ta’ trasferiment u r-reġistru ta’ l-akkwist li jippermetti t-trasferiment tal-kwoti.

7304

Wara t-30 ta’ April ta’ l-ewwel sena tal-perjodu kurrenti, il-kwoti maħruġa għall-perjodu preċedenti jistgħu jiġu ttrasferiti biss għall-kont ta’ kanċellazzjoni jew għall-kont ta’ rtirar għal dak il-perjodu.

7305

Il-kwoti mhumiex dawk maħruġa għall-perjodu 2005-2007.

7353

Mhuwiex possibbli li jiġu rrinunzjati l-kwoti maħruġa għall-perjodu 2005-2007 għall-perjodu 2008-12 u għall-perjodi sussegwenti ta’ ħames snin.

7354

Il-kont ta’ trasferiment mhuwiex kont ta’ depożitu ta’ operatur.

7355

Mhuwiex possibbli li jiġu rrinunzjati l-kwoti maħruġa għall-perjodu kurrenti għall-perjodu preċedenti

7356

L-unitajiet mhumiex eliġibbli għar-rinunzja skond l-Artikolu 53.

7357

In-numru ta’ kwoti u ta’ kwoti ta’ forza maġġuri li ntalab li jiġu ttrasferiti għall-kont ta’ rtirar mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52 u 54.

7358

In-numru ta’ AAUs li ntalab li jiġu kkonvertiti minn kwoti mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikolu 52.

7359

In-numru ta’ unitajiet li ntalab li jiġu ttrasferiti għall-kont ta’ rtirar mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52 u 53.

7360

Il-kont(ijiet) ta’ trasferiment mhuwiex(mhumiex) kont(ijiet) ta’ depożitu ta’ Parti.

7361

L-unitajiet mhumiex eliġibbli għal irtirar skond l-Artikoli 58 u 59.

7362

In-numru ta’ CERs li ntalab li jiġu ttrasferiti għall-kont ta’ kanċellazzjoni mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti rrinunzjati skond l-Artikolu 53.

7401

In-numru ta’ AAUs li ntalab li jiġu kkonvertiti fi kwoti mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti kkanċellati.

7402

It-tip speċifikat ta’ unità li ntalab li jiġi kkanċellat qabel is-sostituzzjoni mhuwiex kwota maħruġa għall-perjodu preċedenti.

7404

In-numru ta’ kwoti kkanċellati mhuwiex daqs in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati skond l-Artikoli 60(a) u 61(b).

7405

Il-kwantità ta’ kwoti kkanċellati mill-kont ta’ trasferiment mhijiex daqs il-kwantità ta’ kwoti ttrasferiti lura għal dan il-kont.

7406

Il-kont(ijiet) ta’ trasferiment irid(u) ikun(u) l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) and (2).

7407

Il-kont(ijiet) li ta’ l-akkwist irid(u) ikun(u) l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) u (2).

7501

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur.

7502

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna.

7503

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur.

7504

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna.

7505

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur.

7506

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna.

7507

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur.

7508

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna.

7509

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti.

7510

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ rtirar.

7511

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ kanċellazzjoni.

7512

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti

7513

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ rtirar.

7514

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ kanċellazzjoni.

7515

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti.

7516

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ rtirar.

7517

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ kanċellazzjoni.

7518

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti.

7519

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ rtirar.

7520

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ kanċellazzjoni.

7521

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ sostituzzjoni.

7522

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fil-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ sostituzzjoni.

7523

Hemm inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ sostituzzjoni.

7524

Informazzjoni: mhemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet fit-totali tal-blokok ta’ unitajiet tal-kontijiet ta’ sostituzzjoni.

7601

Tfakkira: il-blokok ta’ unitajiet speċifikati tal-kwoti maħruġa għall-perjodu preċedenti għadhom ma ġewx ikkanċellati skond l-Artikoli 60 u 61.


ANNESS XIII

Il-proċeduri ta’ ttestjar

1.   Reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandhom ilestu l-istadji ta’ l-ittestjar li ġejjin.

(a)

It-testijiet ta’ l-unitajiet: il-komponenti individwali għandhom jiġu ttestjati skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

(b)

It-testijiet ta’ l-integrazzjoni: gruppi ta’ komponenti, li jinkludu partijiet mis-sistema sħiħa, għandhom jiġu ttestjati skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

(c)

It-testijiet tas-sistema: is-sistema sħiħa għandha tiġi ttestjata skond l-ispeċifikazzjonijiet tagħha.

(d)

It-testijiet tat-tagħbija: is-sistema għandha tkun suġġetta għall-ogħla livelli ta’ attività li jirriflettu d-domandi probabbli li se jsiru fuq is-sistema mill-utenti tagħha.

(e)

L-ittestjar tas-sigurtà: għandu jiġi identifikat kwalunkwe punt ta’ dgħufija fis-sigurtà tas-sistema.

2.   It-testijiet individwali għal reġistru mwettqa bħala parti mill-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom isiru skond pjan tat-test iddefinit minn qabel u r-riżultati għandhom jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Amministratur Ċentrali meta tintalab. Kwalunkwe nuqqas f’reġistru li jiġi skopert matul l-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jiġi indirizzat qabel ma jsir kwalunkwe ttestjar ta’ l-iskambju tad-data bejn dak ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

3.   L-Amministratur Ċentrali għandu jeħtieġ li reġistru jlesti l-istadji ta’ l-ittestjar li ġejjin:

(a)

It-testijiet ta’ l-awtentikazzjoni: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jidentifika lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, u viċe versa.

(b)

It-testijiet tas-sinkronizzazzjoni tal-ħin: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jistabbilixxi l-ħin tas-sistema tiegħu u li jbiddel il-ħin tas-sistema tiegħu sabiex ikun konsistenti mal-ħin tas-sistema tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u tar-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet.

(c)

It-testijiet tal-format tad-data: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jiġġenera messaġġi li jikkorrispondu għall-istatus u għall-istadju xierqa tal-proċess u għall-format xieraq, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

(d)

It-testijiet tal-kodiċi ta’ programmazzjoni u ta’ l-operazzjonijiet tad-database: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jipproċessa l-messaġġi riċevuti li jikkorrispondu għall-format xieraq, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

(e)

L-ittestjar tal-proċess integrat: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jeżegwixxi l-proċessi kollha, inklużi l-istatus u l-istadji rilevanti kollha stabbiliti fl-Anness VIII, fl-Anness IX, fl-Anness X u fl-Anness XI, u li jippermetti interventi manwali fid-database skond l-Anness X.

(f)

It-testijiet tar-reġistrazzjoni tad-data: għandha tiġi ttestjata l-abbiltà tar-reġistru li jistabbilixxi u jżomm ir-rekords meħtieġa skond l-Artikolu 73(2).

4.   L-Amministratur Ċentrali għandu jeħtieġ li reġistru juri li l-kodiċijiet ta’ input imsemmija fl-Anness VII u l-kodiċijiet ta’ rispons msemmija fl-Anness VIII, fl-Anness IX, fl-Anness X u fl-Anness XI jkunu inklużi fid-database ta’ dak ir-reġistru u jiġu interpretati u jintużaw b’mod xieraq fir-rigward tal-proċessi.

5.   L-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom isiru bejn il-parti ta’ l-ittestjar tar-reġistru u l-parti ta’ l-ittestjar tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, stabbiliti skond l-Artikolu 71.

6.   It-testijiet individwali mwettqa bħala parti mill-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 3 jistgħu jvarjaw biex jirriflettu s-softwer u l-ħardwer użati minn reġistru.

7.   It-testijiet individwali mwettqa bħala parti mill-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom isiru skond pjan tat-test iddefinit minn qabel u r-riżultati għandhom jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Amministratur Ċentrali meta tintalab. Kwalunkwe nuqqas f’reġistru li jiġi skopert matul l-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 3 għandu jiġi indirizzat qabel ma tiġi stabbilita konnessjoni komunikattiva bejn dak ir-reġistru u r-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-amministratur tar-reġistru għandu juri li kwalunkwe nuqqas bħal dan ġie indirizzat sakemm jirnexxielhom jitlestew l-istadji ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 3.


ANNESS XIV

Il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni

1.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2004, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz ta’ l-e-mail ta’ l-amministratur tar-reġistru għar-reġistru tiegħu.

(b)

L-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali u l-pajjiż tal-post fiżiku fejn jinsab ir-reġistru.

(c)

Il-uniform resource locator (URL) u l-port(s) kemm tal-parti sigura kif ukoll tal-parti pubblika tar-reġistru, u l-URL u l-port(s) ta’ l-ittestjar.

(d)

Deskrizzjoni tal-ħardwer u tas-softwer primarji u ta’ riżerva (backup) użati mir-reġistru, u tal-ħardwer u tas-softwer li jsostnu l-parti ta’ l-ittestjar skond l-Artikolu 68.

(e)

Deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri għas-salvagwardja tad-data kollha, inkluża l-frekwenza li biha ssir kopja ta’ riżerva (backup) tad-database u s-sistemi u l-proċeduri għal irkupru fil-pront tad-data u ta’ l-operazzjonijiet kollha fil-każ ta’ diżastru skond l-Artikolu 68.

(f)

Deskrizzjoni tal-pjan ta’ sigurtà tar-reġistru stabbilit skond ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà skond l-Anness XV.

(g)

Dekrizzjoni tas-sistema u tal-proċeduri tar-reġistru fir-rigward tal-ġestjoni tal-bidla skond l-Artikolu 72.

(h)

L-informazzjoni mitluba mill-Amministratur Ċentrali biex ikunu jistgħu jitqassmu ċ-ċertifikati diġitali skond l-Anness XV.

Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi nnotifikata fil-pront lill-Kummissjoni.

2.   Għall-perjodu 2005-2007, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni n-numru ta’ kwoti ta’ forza maġġuri li għandhom jinħarġu, wara li l-Kummissjoni tagħti awtorizzazzjoni biex jinħarġu tali kwoti skond l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2003/87/KE.

3.   Qabel il-perjodu 2008-2012 u kull perjodu sussegwenti ta’ ħames snin, kull Stat Menbru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

In-numru totali ta’ ERUs u CERs li l-operaturi jitħallew jużaw għal kull perjodu skond l-Artikolu 11a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(b)

Ir-riżerva tal-perjodu ta’ impenn, ikkalkolata skond id-Deċiżjoni 18/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC bħala 90 fil-mija ta’ l-ammont assenjat ta’ l-Istat Membru jew 100 fil-mija ta’ ħames darbiet l-inventarju tiegħu li ġie rivedut l-aktar reċenti, liema minnhom tkun l-aktar baxxa. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi nnotifikata fil-pront lill-Kummissjoni.

Ir-rekwiżitit tat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni

4.   Kull pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni għandu jiġi sottomess skond il-formati stabbiliti fil-paragrafi 5 u 7.

5.   Il-format għas-sottomissjoni ta’ tabella ta’ pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni lill-Kummissjoni huwa dan li ġej:

(a)

In-numru totali ta’ kwoti allokati: f’ċellula waħda n-numru totali ta’ kwoti li jiġu allokati għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

(b)

In-numru totali ta’ kwoti fir-riżerva tal-parteċipanti l-ġodda: f’ċellula waħda n-numru totali ta’ kwoti li twarrbu għall-parteċipanti l-ġodda għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

(c)

Snin: f’ċelluli individwali għal kull waħda mis-snin koperti fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni mill-2005 ’il quddiem miż-żgħir għall-kbir.

(d)

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni: f’ċelluli individwali li jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness VI u miż-żgħir għall-kbir.

(e)

Il-kwoti allokati: il-kwoti li għandhom jiġu allokati għal sena speċifikata għal installazzjoni speċifikata għandhom jitniżżlu fiċ-ċellula li tagħmel konnessjoni bejn dik is-sena u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni.

6.   L-installazzjonijiet elenkati skond il-paragrafu 5(d) għandhom jinkludu l-installazzjonijiet inklużi unilateralment skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE u m’għandhom jinkludu l-ebda installazzjoni eskluża temporanjament skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE.

7.   L-iskema ta’ l-XML għas-sottomissjoni ta’ tabella ta’ pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni lill-Kummissjoni hija din li ġejja:

Image

Image

8.   Bħala parti mill-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat għall-UNFCCC bil-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ kont tal-kontijiet ta’ kanċellazzjoni, tal-kontijiet ta’ rtirar u tal-kontijiet ta’ sostituzzjoni ta’ kull reġistru.


ANNESS XV

L-istandards tas-sigurtà

Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u kull reġistru

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 sakemm tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati u l-kontijiet għandhom jitlestew billi tintuża konnessjoni komunikattiva bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

It-trażmissjoni sigura għandha tinkiseb bl-użu ta’ teknoloġija ta’ secure socket layer (SSL) b’minimu ta’ encryption ta’ 128 bit.

(b)

L-identità ta’ kull reġistru għandha tiġi awtentikata bl-użu ta’ ċertifikati diġitali għat-talbiet li joriġinaw mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. L-identità tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi awtentikata bl-użu ta’ ċertifikati diġitali għal kull talba li toriġina minn reġistru. L-identità ta’ kull reġistru għandha tiġi awtentikata bl-użu ta’ username u ta’ password għal kull talba li toriġina minn reġistru. L-identità tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet għandha tiġi awtentikata bl-użu ta’ username u ta’ password għal kull talba li toriġina mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. Iċ-ċertifikati diġitali għandhom jiġu rreġistrati bħala li huma validi mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. Għandhom jintużaw sistemi siguri biex jinħażnu ċ-ċertifikati diġitali u l-usernames u l-passwords, u l-aċċess għandu jkun limitat. Il-usernames u l-passwords għandu jkollhom tul minimu ta’ 10 karattri u għandhom ikunu konformi ma’ l-iskema bażika ta’ awtentikazzjoni tal-hypertext transfer protocol (HTTP) (http://www.ietf.org/rfc/rfc2617.txt).

2.   Wara li tiġi stabbilita l-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-reġistru ta’ l-UNFCCC indipendenti tat-tranżazzjonijiet, il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet u l-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitlestew bl-użu ta’ konnessjoni komunikattiva bil-karatteristiċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards ta’ l-iskambju tad-data għas-sistemi tar-reġistru skond il-Protokoll ta’ Kjoto, li ġew elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC.

Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-rappreżentanti awtorizzati tiegħu, u kull reġistru u r-rappreżentanti awtorizzati kollha f’dak ir-reġistru

3.   Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u r-rappreżentanti awtorizzati tiegħu, u bejn reġistru u r-rappreżentanti awtorizzati tad-detenturi tal-kontijiet, tal-verifikaturi u ta’ l-amministratur tar-reġistru, meta r-rappreżentanti awtorizzati qed jiksbu aċċess minn netwerk li jkun differenti minn dak li jaqdi lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew lil dak ir-reġistru, għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

It-trażmissjoni sigura għandha tinkiseb bl-użu ta’ teknoloġija ta’ secure socket layer (SSL) b’minimu ta’ encryption ta’ 128 bit.

(b)

L-identità ta’ kull rappreżentant awtorizzat għandha tiġi awtentikata bl-użu ta’ usernames u passwords, li jkunu rreġistrati bħala validi mir-reġistru.

4.   Is-sistema għall-ħruġ tal-usernames u tal-passwords skond il-paragrafu 3(b) lir-rappreżentanti awtorizzati għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

Fi kwalunkwe ħin, kull rappreżentant awtorizzat għandu jkollu username uniku u password unika.

(b)

L-amministratur tar-reġistru għandu jżomm lista tar-rappreżentanti awtorizzati kollha li ngħataw aċċess għar-reġistru u tad-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom f’dak ir-reġistru.

(c)

In-numru ta’ rappreżentanti awtorizzati ta’ l-Amministratur Ċentrali u ta’ l-amministratur tar-reġistru għandu jinżamm għal minimu u d-drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jiġu allokati biss fuq il-bażi li jagħtu l-possibbiltà li jitwettqu l-kompiti amministrattivi.

(d)

Kwalunkwe password awtomatika ta’ bejjiegħ (default vendor password) mgħammra bi drittijiet ta’ l-aċċess ta’ Amministratur Ċentrali jew ta’ amministratur tar-reġistru għandha titbiddel minnufih wara l-installazzjoni tas-softwer u tal-ħardwer għar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew għar-reġistru.

(e)

Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom ikunu meħtieġa jibdlu kwalunkwe password temporanja li jkunu ngħataw malli kisbu aċċess għall-ewwel darba għall-parti sigura tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-reġistru, u sussegwentement għandhom ikunu meħtieġa jibdlu l-passwords tagħhom għallinqas kull xahrejn.

(f)

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-passwords għandha żżomm rekord tal-passwords preċedenti għal rappreżentant awtorizzat u għandha tipprevjeni l-użu mill-ġdid ta’ l-għaxar passwords preċedenti għal dak ir-rappreżentant awtorizzat. Il-passwords għandu jkollhom tul minimu ta’ 8 karattri u għandhom ikunu taħlita ta’ karattri numeriċi u alfabetiċi.

(g)

Il-passwords m’għandhomx jintwerew fuq skrin tal-kompjuter meta jiddaħħlu minn rappreżentant awtorizzat, u l-fajls tal-passwords m’għandhomx ikunu direttament viżibbli għal rappreżentant awtorizzat ta’ l-Amministratur Ċentrali jew ta’ amministratur tar-reġistru.

Il-konnessjoni komunikattiva bejn ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u l-pubbliku ġenerali, u kull reġistru u l-pubbliku ġenerali

5.   Il-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u s-sit web pubbliku ta’ reġistru m’għandhomx jeħtieġu l-awtentikazzjoni ta’ l-utenti tagħhom li jirrappreżentaw lill-pubbliku ġenerali.

6.   Il-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u l-parti pubblika ta’ sit web ta’ reġistru m’għandhomx jippermettu li l-utenti tagħhom li jirrappreżentaw lill-pubbliku ġenerali jkollhom aċċess dirett għad-data mid-database tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet jew għad-database ta’ dak ir-reġistru. Id-data li tkun pubblikament aċċessibbli, skond l-Anness XVI, għandu jkun hemm aċċess għaliha permezz ta’ database separata.

Ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u għal kull reġistru

7.   Ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà li ġejjin għandhom japplikaw għar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u għal kull reġistru:

(a)

Firewall għandu jipproteġi lir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u lil kull reġistru mill-Internet, u għandu jkun ikkonfigurat kemm jista’ jkun b’mod strett biex jillimita t-traffiku lejn u mill-Internet.

(b)

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u kull reġistru għandhom joperaw skans regolari għall-viruses fuq in-nodi, il-workstations u s-servers kollha fin-netwerks tagħhom. Is-softwer ta’ l-anti-virus għandu jiġi aġġornat regolarment.

(c)

Ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u kull reġistru għandhom ikunu żguri li s-softwer tan-nodi, tal-workstations u tas-servers kollu jkun ikkonfigurat korrettament u jkun ippeċjat (patched) regolarment hekk kif jinħarġu l-aġġornamenti tas-sigurtà u l-aġġornamenti funzjonali.

(d)

Fejn ikun meħtieġ, ir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet u kull reġistru għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-sigurtà biex jiżguraw irwieħhom li s-sistema tar-reġistru tkun tista’ tirreaġixxi għal theddid ġdid għas-sigurtà.


ANNESS XVI

Ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ ta’ kull amministratur ta’ reġistru u ta’ l-Amministratur Ċentrali

L-informazzjoni pubblikament disponibbli minn kull reġistru u mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

1.   L-Amministratur Ċentrali għandu juri u jaġġorna l-informazzjoni fil-paragrafi 2 sa 4 fir-rigward tas-sistema tar-reġistru fil-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, skond il-ħin magħżul speċifikat, u kull amministratur ta’ reġistru għandu juri u jaġġorna din l-informazzjoni fir-rigward tar-reġistru tiegħu fil-parti pubblika tas-sit web ta’ dak ir-reġistru, skond il-ħin magħżul speċifikat.

2.   L-informazzjoni għal kull kont li ġejja għandha tintwera fil-ġimgħa wara li jkun inħoloq il-kont f’reġistru, u għandha tiġi aġġornata fuq bażi ta’ kull ġimgħa:

(a)

isem id-detentur tal-kont: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru);

(b)

identifikatur alfanumeriku: l-identifikatur speċifikat mid-detentur tal-kont assenjat lil kull kont;

(c)

l-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz ta’ l-email tar-rappreżentant awtorizzat primarju u sekondarju tal-kont speċifikat mid-detentur tal-kont għal dak il-kont.

3.   L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur għandha tintwera fil-ġimgħa wara li jkun inħoloq il-kont fir-reġistru, u għandha tiġi aġġornata fuq bażi ta’ kull ġimgħa:

(a)

il-punti 1 sa 4.1, 4.4 sa 5.5 u l-punt 7 (attività 1) ta’ l-informazzjoni li tidentifika lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur kif ġiet elenkata fit-Taqsima 11.1 ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE;

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess: il-kodiċi assenjat lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(c)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni: il-kodiċi assenjat lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(d)

il-kwoti u kwalunkwe kwota ta’ forza maġġuri allokati lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur, li tkun parti mit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni jew li tkun parteċipanta ġdida, skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

4.   L-informazzjoni adizzjonali li ġejja għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur għas-snin 2005 ’il quddiem għandha tintwera skond id-dati speċifikati li ġejjin:

(a)

il-figura ta’ l-emissjonijiet ivverifikati għall-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur għas-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Mejju ’l quddiem tas-sena (X+1);

(b)

il-kwoti rrinunzjati skond l-Artikoli 52, 53 u 54, skond il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità, għas-sena X għandhom jintwerew mill-15 ta’ Mejju ’l quddiem tas-sena (X+1);

(c)

simbolu li jidentifika jekk l-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur kisritx jew le l-obbligu tagħha skond l-Artikolu 6(2)(e) tad-Direttiva 2003/87/KE għas-sena X għandu jintwera mill-15 ta’ Mejju ’l quddiem tas-sena (X+1).

L-informazzjoni pubblikament disponibbli minn kull reġsistru

5.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu juri u jaġġorna l-informazzjoni fil-paragrafi 6 sa 10 fir-rigward tar-reġistru tiegħu fil-parti pubblika tas-sit web ta’ dak ir-reġistru, skond il-ħin magħżul speċifikat.

6.   L-informazzjoni li ġejja għal kull identifikatur ta’ proġett għal attività ta’ proġett li ġiet implimentata skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto li fil-konfront tagħha l-Istat Membru jkun ħareġ l-ERUs għandha tintwera fil-ġimgħa wara li jkun sar il-ħruġ:

(a)

isem il-proġett: isem uniku għall-proġett;

(b)

il-post tal-proġett: l-Istat Membru u l-belt jew ir-reġjun fejn jinsab il-proġett;

(c)

is-snin ta’ ħruġ ta’ l-ERUs: is-snin li fihom inħarġu l-ERUs minħabba l-attività tal-proġett implimentata skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(d)

ir-rapporti: verżjonijiet elettroniċi li jistgħu jitniżżlu (downloadable) tad-dokumentazzjoni kollha disponibbli pubblikament relatata mal-proġett, inklużi l-proposti, il-monitoraġġ, il-verifika u l-ħruġ ta’ l-ERUs, fejn ikun rilevanti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-kunfidenzjalità fid-Deċiżjoni -/CMP.1 [Artikolu 6] tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto.

7.   L-informazzjoni dwar depożiti u tranżazzjonijiet li ġejja, skond il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità, li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI, rilevanti għal dak ir-reġistru għas-snin 2005 ’il quddiem għandha tintwera skond id-dati speċifikati li ġejjin:

(a)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs miżmuma f’kull kont (ta’ depożitu ta’ persuna, ta’ depożitu ta’ operatur, ta’ depożitu ta’ Parti, ta’ kanċellazzjoni, ta’ sostituzzjoni jew ta’ rtirar) fl-1 ta’ Jannar tas-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+5);

(b)

il-kwantità totali ta’ AAUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi ta’ l-ammont assenjat skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(c)

il-kwantità totali ta’ ERUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi ta’ l-attività tal-proġett implimentata skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(d)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs akkwistati minn reġistri oħrajn fis-sena X u l-identità tal-kontijiet u tar-reġistri ta’ trasferiment għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+5);

(e)

il-kwantità totali ta’ RMUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi ta’ kull attività skond l-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(f)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ittrasferiti għal reġistri oħrajn fis-sena X u l-identità tal-kontijiet u tar-reġistri ta’ l-akkwist għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+5);

(g)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ikkanċellati fis-sena X fuq il-bażi ta’ l-attivitajiet skond l-Artikolu 3(3) u (4), tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(h)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ikkanċellati fis-sena X wara li ġie ddeterminat mill-kumitat ta’ konformità skond il-Protokoll ta’ Kjoto li l-Istat Membru mhuwiex konformi ma’ l-impenn tiegħu skond l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(i)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs jew kwoti oħrajn, ikkanċellati fis-sena X u r-riferenza għall-Artikolu li skond tiegħu dawn l-unitajiet ta’ Kjoto jew dawn il-kwoti ġew ikkanċellati skond dan ir-Regolament għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(j)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs, RMUs u ta’ kwoti rtirati fis-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(k)

il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs li ġew ittrasferiti ’l quddiem fis-sena X mill-perjodu ta’ impenn preċedenti għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+1);

(l)

il-kwantità totali ta’ kwoti mill-perjodu ta’ impenn preċedenti li ġew ikkanċellati u sostitwiti fis-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Mejju ’l quddiem tas-sena X;

(m)

id-depożiti kurrenti ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs f’kull kont (ta’ depożitu ta’ persuna, ta’ depożitu ta’ operatur, ta’ depożitu ta’ Parti, ta’ kanċellazzjoni jew ta’ rtirar) fil-31 ta’ Diċembru tas-sena X għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+5).

8.   Il-lista ta’ persuni awtorizzati mill-Istat Membr li jżommu ERUs, CERs, AAUs u/jew RMUs taħt ir-responsabbiltà tagħhom għandha tintwera fil-ġimgħa wara li ngħataw dawk l-awtorizzazzjonijiet, u għandha tiġi aġġornata fuq bażi ta’ kull ġimgħa.

9.   In-numru totali ta’ CERs u ERUs li l-operaturi jitħallew jużaw għal kull perjodu skond l-Artikolu 11a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jintwera skond l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

10.   Ir-riżerva tal-perjodu ta’ impenn, ikkalkolata skond id-Deċiżjoni 18/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC bħala 90 fil-mija ta’ l-ammont assenjat ta’ l-Istat Membru jew 100 fil-mija ta’ ħames darbiet l-inventarju tiegħu li ġie rivedut l-aktar reċenti, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, u n-numru ta’ unitajiet ta’ Kjoto li bihom l-Istat Membru qed jeċċedi, u allura qiegħed f’konformità ma’, ir-riżerva tal-perjodu ta’ impenn tiegħu għandha tintwera meta tintalab.

L-informazzjoni pubblikament disponibbli mir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet

11.   L-Amministratur Ċentrali għandu juri u jaġġorna l-informazzjoni fil-paragrafu 12 fir-rigward tas-sistema tar-reġistru fil-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet skond il-ħin magħżul speċifikat.

12.   L-informazzjoni li ġejja għal kull tranżazzjoni kompluta li tkun rilevanti għas-sistema tar-reġistri għas-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar ’il quddiem tas-sena (X+5):

(a)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont tal-kont ta’ trasferiment: il-kodiċi assenjat lill-kont li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(b)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kont tal-kont ta’ l-akkwist: il-kodiċi assenjat lill-kont li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(c)

isem id-detentur tal-kont tal-kont ta’ trasferiment: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru);

(d)

isem id-detentur tal-kont tal-kont ta’ l-akkwist: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru);

(e)

kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto involuti fit-tranżazzjoni skond il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(f)

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni: il-kodiċi assenjat lit-tranżazzjoni li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI;

(g)

id-data u l-ħin meta tlestiet it-tranżazzjoni (fil-Ħin Medjan ta’ Greenwich);

(h)

it-tip ta’ proċess: il-klassifikazzjoni ta’ proċess li tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VII.

L-informazzjoni minn kull reġistru li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-detenturi tal-kontijiet

13.   Kull amministratur ta’ reġistru għandu juri u jaġġorna l-informazzjoni fil-paragrafu 14 fir-rigward tar-reġistru tiegħu fil-parti sigura tas-sit web ta’ dak ir-reġistru, skond il-ħin magħżul speċifikat.

14.   L-elementi li ġejjin għal kull kont, skond il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-unità li jinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness VI, għandhom jintwerew fuq it-talba tad-detentur tal-kont lil dak id-detentur tal-kont biss:

(a)

id-depożiti kurrenti ta’ kwoti jew ta’ unitajiet ta’ Kjoto;

(b)

lista ta’ tranżazzjonijiet proposti mibdija minn dak id-detentur tal-kont, fejn għal kull tranżazzjoni proposta jintwerew fid-dettall l-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (f), id-data u l-ħin meta ġiet proposta t-tranżazzjoni (fil-Ħin Medjan ta’ Greenwich), l-istatus kurrenti ta’ dik it-tranżazzjoni proposta u kwalunkwe kodiċi ta’ rispons irritornat b’konsegwenza tal-verifiki magħmula skond l-Anness IX;

(c)

lista ta’ kwoti jew ta’ unitajiet ta’ Kjoto akkwistati minn dak il-kont minħabba tranżazzjonijiet ikkompletati, fejn għal kull tranżazzjoni jintwerew fid-dettall l-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (g);

(d)

lista ta’ kwoti jew ta’ unitajiet ta’ Kjoto li ġew ittrasferiti minn dak il-kont minħabba tranżazzjonijiet ikkompletati, fejn għal kull tranżazzjoni jintwerew fid-dettall l-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (g).