5.10.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 308/1 |
IR-REGOLAMENT (KE) NRU 1682/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Settembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1655/2000 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (1)
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent, LIFE, kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru. 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), qiegħed jiġi implimentat f'fażijiet, li t-tielet waħda tintemm fil-31 ta' Diċembru 2004. |
(2) |
Meqjusa l-kontribuzzjoni pożittiva ta' LIFE għall-kisba ta' l-għanijiet tal-politika tal-Komunità dwar l-ambjent u bil-għan ta' aktar kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni, l-aġġornar u l-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-Komunità u tal-leġislazzjoni ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-integrazzjoni ta' l-ambjent f'politika oħra, u ta' l-iżvilupp sostenibbli, it-tul tat-tielet fażi għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2006. |
(3) |
Is-Sitt Programm tal-Komunità ta' Azzjoni dwar l-Ambjent ġie adottat fit-22 ta' Lulju 2002 bid-Deċizjoni Nru. 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Huwa neċessarju li jiġi addattat ir-Regolament (KE) Nru. 1655/2000 għall-għanijiet u l-prijoritajiet stabbiliti f'dak il-Programm. |
(4) |
Hemm bżonn li jitneħħa d-distakk ta' żmien bejn l-iskadenza tat-tielet fażi tal-LIFE u l-perspettivi finanzjarji l-ġodda wara l-2006 għal perijodu ta' sentejn li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2006. |
(5) |
LIFE għandu jkun rinforzat bħala strument finanzjarju speċifiku, kumplimentarju għall-Programmi ta' Riċerka tal-Komunità u tal-Fondi Strutturali u l-Programmi ta' Żvilupp Rurali. Għandhom isiru sforzi li jinkoraġġixxu l-użu iktar effiċjenti ta' dawn l-istrumenti finanzjari Komunitarji għall-finanzjament ta' elementi ta' proġetti ta' l-ambjent u n-natura. Miżuri xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex tkun ipprevenuta l-possibbiltà ta' finanzjament doppju. |
(6) |
Komunikazzjoni bl-isem “L-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni għat-teknoloġija ambjentali” kienet adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Marzu 2003. Din il-Komunikazzjoni kienet segwita minn Pjan ta' Azzjoni dwar it-Teknologija Ambjentali li ġie adottat fit-28 ta' Jannar 2004, li għandu jservi ta' referenza għal-linji ta' gwida għall-Ambjent LIFE. |
(7) |
Ir-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri Nru. 11/2003 (5) eżamina t-tnissil, l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni ta' LIFE. Huwa xieraq li jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. |
(8) |
Mill-1 ta' Mejju 2004 għaxar Stati Membri ġodda ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea u dan għandu jiġi hekk rifless fl-allokazzjoni tal-budget lil LIFE. |
(9) |
L-esplojtazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati għandhom jiġu mtejjba u l-ammont allokat fil-budget għal dak l-għan għandu jiżdied. |
(10) |
Proġetti li jkunu għadhom għaddejjin sa l-aħħar tal-2006 għandhom jibqgħu jiġu mmonitorjati u verifikati. |
(11) |
Fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Jannar 2003 (6) il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej annullat l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1655/2000. Il-Qorti ddikjarat illi “l-effetti ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1655/2000 għandhom jinżammu kompletament sakemm il-Parlament u l-Kunsill jadottaw dispożizzjonijiet ġodda dwar il-proċedura tal-kumitat li għalih il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament huma soġġetti”. |
(12) |
Bi qbil ma' l-Artikolu 233 tat-Trattat, l-istituzzjonjiet li l-atti tagħhom ġew iddikjarati nulli huma meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(13) |
Il-miżuri li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta taħt is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru. 1655/2000 huma miżuri ta' amministrazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' programm b' implikazzjonijiet sostanzjali għall-budget fis-sens tat-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7). Dawk il-miżuri għandhom għaldaqstant jiġu addottati skond il-proċedura ta' amministrazzjoni prevista fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċizjoni, mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-kumitat li għandha tintgħażel għal kull żvilupp ieħor ta' LIFE jew għal strument finanzjarju esklussivament fil-qasam ta' l-ambjent. |
(14) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi għat-tul kollu tal-programm qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt ewlieni ta' referenza fis-sens tat-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fil-budget u t-titjib tal-proċedura dwar il-budget, għall-awtoritajiet għall-budget matul il-proċedura annwali dwar il-budget (8). |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru. 1655/2000 għandu jkun emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 9, għandu jinbidel b'dan li ġej: “9. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, miżuri ta' akkumpanjament li għandhom jiġu ffinanzjati skond il-paragrafu 2(b) għandhom ikunu s-suġġett ta' sejħiet għal offerti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fejn il-kriterji speċifiċi li għandhom jintlaħqu għandhom ikunu stabbiliti.”; |
4) |
Fl-Artikolu 7, it-titolu u l-paragrafu 1 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 7 Konsistenza u kumplimentarità bejn strumenti finanzjarji 1. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, stabbiliti fl-Artikolu 6, il-proġetti li jirċievu għajnuna prevista mill-Fondi Strutturali jew strumenti oħra tal-budget tal-Komunità ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tinġibed l-attenzjoni ta' l-applikanti għall-fatt li huma ma jistgħux jakkumulaw sussidji minn fondi differenti tal-Komunità. Miżuri xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex tkun ipprevenuta l-possibbiltà ta' finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-applikanti dwar l-istrumenti finanzjarji Komunitarji diversi li huma disponibbli għall-finanzjament ta' elementi ta' proġetti dwar l-ambjent u n-natura.”; |
5) |
Artikolu 8 għandu jkun emendat kif ġej:
|
6) |
l-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
7) |
L-Artikolu 11(2) għandu jinbidel b' li ġej: “2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.” |
8) |
L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 12 Evalwazzjoni tat-tielet fażi u l-kontinwazzjoni ta' LIFE 1. Mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
2. Wara l-adozzjoni ta' proposta simili min-naħa tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, skond it-Trattat, għandhom jiddeċiedu mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' dak l-istrument finanzjarju, mill-1 ta' Jannar 2007. 3. L-ammont meħtieġ fil-kwadru finanzjarju sabiex jipprovdi għal miżuri ta' monitoraġġ u verifika fil-perijodu wara l-31 ta' Diċembru 2006 għandu jitqies bħala konfermat biss jekk huwa konsistenti mal-perspettivi finanzjari ġodda li jibdew fl-2007.”. |
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Settembru 2004
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
A. NICOLAÏ
(1) ĠU C 80, 30.3.2004, p. 57.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' April 2004 (Għadha mhux ippubblikata fil-ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2004.
(3) ĠU L 192, 28.7.2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p.17).
(4) ĠU L 242, 10.09.2002, p. 1.
(6) Każ C-378/00, Kummissjoni v. il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2003] ECR I-937
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p.23.
(8) ĠU C 172, 18.06.1999, p. 1. Ftehim kif emendat b'Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (OJ L 147, 14.06.2003, p. 25).