1.5.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/1 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 885/2004,
tal-26 ta' April 2004,
li jadatta r-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000/EC, (KE) Nru. 2157/2001, (KE) Nru. 152/2002, (KE) Nru. 1500/2003 u (KE) Nru. 1798/2003, id-Deċiżjonijiet Nru. 1719/1999/KE, Nru. 1720/1999/KE, Nru. 253/2000/KE, Nru. 508/2000/KE, Nru. 1031/2000/KE, Nru. 163/2001/KE, Nru. 2235/2002/KE u Nru. 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/382/KE, 2000/821/KE, 2003/17/KE u 2003/893/KE fl-oqsma tal-moviment liberu ta' merkanzija, liġi tal-kumpanniji, agrikoltura, tassazzjoni, edukazzjoni u taħriġ, kultura u awdjoviżwali u relazzjonijiet esterni, għar-raġuni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ it-“Trattat ta' l-Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Waqt li jikkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (2) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-“Att ta' l-Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,
Waqt li jikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Mejju 2004 u jeħtieġu li jkunu adattati għar-raġuni ta' l-adeżjoni, ma sarx provvediment għal dawn l-adattamenti meħtieġa fl-Att ta' Adeżjoni, jew dan sar iżda jinħtieġu aktar adattamenti. Hemm bżonn li dawn l-adattamenti kollha jiġu adottati qabel l-adeżjoni sabiex ikunu applikabbli mid-data ta' l-adeżjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, tali adattamenti jkunu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill waħdu jew flimkien mal-Parlament Ewropew adottaw l-att oriġinali. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000 (4), (KE) Nru 2157/2001 (5), (KE) Nru 152/2002 (6), (KE) Nru 1499/2002 (7), (KE) Nru 1500/2003 (8) u (KE) Nru 1798/2003 (9), id- Deċiżjonijiet Nru. 1719/1999/KE (10), Nru 1720/1999/KE (11), Nru 253/2000/KE (12), Nru 508/2000/KE (13), Nru 1031/2000/KE (14), Nru 163/2001/KE (15), Nru 2235/2002/KE (16) u Nru 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/382/KE (18), 2000/821/KE (19), 2003/17/KE (20) u 2003/893/KE (21) għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1334/2000, (KE) Nru 2157/2001, (KE) Nru 152/2002, (KE) Nru 1499/2002, (KE) Nru 1500/2003, (KE) Nru 1798/2003 u (KE) Nru 2003/2003 u d-Deċiżjonijiet Nru 1719/1999/KE, Nru 1720/1999/KE, Nru 253/2000/KE, Nru 508/2000/KE, Nru 1031/2000/KE, Nru 163/2001/KE, Nru 2235/2002/KE, Nru 291/2003/KE, 1999/382/KE, 2000/821/KE, 2003/17/KE u 2003/893/KE huma emendati kif hemm stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss soġġett għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 26 ta' April 2004.
Għall-Kunsill
B. COWEN
Il-President
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 17.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(3) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(4) ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 (ĠU L 30, 5.2.2003, p. 1).
(5) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.
(6) ĠU L 25, 29.1.2002, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(7) ĠU L 227, 23.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1445/2003 (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 1).
(8) ĠU L 216, 28.8.2003, p. 1.
(9) ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.
(10) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru. 2046/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.2002, p. 4).
(11) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.2002, p. 1).
(12) ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 451/2003/KE (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 6).
(13) ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.
(14) ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.
(15) ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.
(16) ĠU L 341, 17.12.2002, p. 1.
(17) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 1.
(18) ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(19) ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.
(20) ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/403/KE (ĠU L 141, 7.6.2003, p. 23).
(21) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 84.
ANNESS
I. IL-MOVIMENT LIBERU TA’ MERKANZIJA
A. FERTILIZZANTI
Ir-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti.
(a) |
Fl-Anness I, A.2, Nru. 1, jiġi miżjud dak li ġej fil-kolonna 6, l-ewwel paragrafu, mat-test fil-parentesi wara “Greċja”: “ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja”; |
(b) |
Fl-Anness I, B.1, B.2 u B.4, jiġi miżjud dak li ġej fil-kolonna 5, punt 3, it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż, mat-test fil-parentesi wara “Greċja”: “ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja”. |
B. MIŻURI ORIZZONTALI U PROĊEDURALI
1. |
Id-Deċiżjoni Nru. 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 1999 dwar serje ta’ linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, għal networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). Fl-Artikolu 10, punti 1 u 3, li ġej jiġi mħassar: “, Ċipru, Malta” |
2. |
Id-Deċiżjoni Nru. 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 1999 li taddotta serje ta’ azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabilità ta’ u l-aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). Fl-Artikolu 14, punti 1 u 3, li ġej jiġi mħassar: “, Ċipru, Malta”. |
II. LIĠI TAL-KUMPANNIJI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2157/2001 tat- 8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal kumpannija Ewropea (SE).
(a) |
Fl-Anness I, dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka: “REPUBBLIKA ĊEKA: akciová společnost” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja: “ESTONJA: aktsiaselts” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu: “ĊIPRU: Δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές, Δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση LATVJA: akciju sabiedrība LITWANJA: akcinės bendrovės” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda: “UNGERIA: részvénytársaság MALTA: kumpaniji pubbliċi / public limited liability companies” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall: “POLONJA: spółka akcyjna” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja: “SLOVENJA: delniška družba SLOVAKKJA: akciová spoločnos”; |
(b) |
Fl-Anness II, dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka: “REPUBBLIKA ĊEKA: akciová společnost, společnost s ručením omezeným” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja: “ESTONJA: aktsiaselts ja osaühing” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu: “ĊIPRU: Δημόσια εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές, δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση, ιδιωτική εταιρεία LATVJA: akciju sabiedrība, un sabiedrība ar ierobežotu atbildību LITWANJA: akcinės bendrovės, uždarosios akcinės bendrovės” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda: “UNGERIJA: részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság MALTA: kumpaniji pubbliċi / public limited liability companies kumpaniji privati/private limited liability companies” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall: “POLONJA: spółka akcyjna, spółka z ograniczoną odpowiedzialnością” u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja: “SLOVENJA: delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo SLOVAKKJA: akciová spoločnos', spoločnosť s ručením obmedzeným”. |
III. AGRIKOLTURA
LEĠISLAZZJONI FITOSANITARJA
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post f'pajjiżi terzi fuq uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza ta' żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi.
Fl-Anness I, jiġu mħassra l-inserzjonijiet għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
IV. TASSAZZJONI
1. |
Id-Deċiżjoni Nru. 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità sabiex ittejjeb il-funzjonament tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (Programm Fiscalis 2003-2007) L-Artikolu 4(b) jiġi sostitwit b' li ġej:
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1798/2003 tas- 7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 218/92. Fl-Artikolu 2(1), dan li ġej hu inserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:
|
V. EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE tas- 26 ta' April 1999 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni ta’ taħriġ professjonali “Leonardo da Vinci” tal-Komunità.
|
2. |
Id-Deċiżjoni Nru. 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Jannar 2000 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni “Socrates”.
|
3. |
-Deċiżjoni Nru. 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' April 2000 li tistabbilixxi il-programm ta' azzjoni tal-Komunità “Youth”.
|
4. |
Id-Deċiżjoni Nru. 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
5. |
Tas- 6 Frar 2003 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isport 2004.
|
VI. IL-POLITIKA DWAR IL-KULTURA U AWDJOVIŻWALI
1. |
-Deċiżjoni Nru. 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 Frar 2000 li tistabbilixxi l-programm Culture 2000. Fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’li ġej: “Il-programm Culture 2000 għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew fil-Protokolli addizzjonali għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità konklużi jew li għad iridu jiġu konklużi ma' dawk il-pajjiżi.”. |
2. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE ta' 20 ta’Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħolijiet awdjoviżwali Ewropej (MEDIA Plus –Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001 2005). L-Artikolu 11(2) jiġi sostitwit b' li ġej: “2. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tat-Turkija u dawk il-pajjiżi EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, abbażi ta' approprjazzjonijiet supplimentarji, skond il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawk il-pajjiżi.”. |
3. |
Id-Deċiżjoni Nru. 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Jannar 2001 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżwali Ewropea (MEDIA-Training) (2001-2005). L-Artikolu 8(2) jiġi sostitwit b' li ġej: “2. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tat-Turkija u dawk il-pajjiżi EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, abbażi ta' approprjazzjonijiet supplimentarji, skond il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawk il-pajjiżi.”. |
VII. RELAZZJONIJIET ESTERNI
1. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000 tat- 22 ta' Ġunju 2000 li jistabilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju. Il-lista ta’ pajjiżi fl-Anness II, Parti 3, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 152/2002 tal- 21 ta' Jannar 2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunita' Ewropea (sistema ta' kontroll doppju) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 190/98. Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 4: “Artikolu 4a Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill- 1 Mejju 2004 tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament u mbarkati qabel l- 1 May 2004, ma għandux ikun meħtieġ dokument ta’ l-importazzjoni ħlief jekk il-merkanzija kienet imbarkata qabel l- 1 Mejju 2004 u jekk tkun ġiet ippreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta’ trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-awtoritajiet Komunitarji bħala prova tad-data ta’ l-imbarkazzjoni.”. |
3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1499/2002 ta' l- 20 ta' Ġunju 2002 dwar l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Rumania lejn il-Komunità għall-perjodu mill- 1 ta' Lulju sal- 31 ta' Diċembru 2002 (sistema ta' kontroll doppju).
|
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE tal- 15 ta' Diċembru 2003 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna. Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 2: “Artikolu 2a Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill-1 ta' Mejju 2004 tal-prodotti ta' l-azzar koperti b'din id-Deċiżjoni, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, anke jekk il-prodotti ta' l-azzar kienu mbarkati qabel dik id-data. Jekk il-prodotti ta' l-azzar kienu mbarkati lejn xi wieħed minn dawn l-Istati Membri qabel l- 1 ta' Mejju 2004, l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandha tingħata awtomatikament, mingħajr limitazzjonijiet kwantitattivi, meta tiġi ppreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta' trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-uffiċċji tal-liċenzji tal-Komunità bħala prova tad-data ta' l-imbarkazzjoni u wara l-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-Kummissjoni nkarigat mill-amministrazzjoni tal-liċenzji (SIGL). Jekk il-prodotti ta' l-azzar jiġu mbarkati lejn xi wieħed minn dawn l-Istati Membri fl- 1 ta' Mejju 2004 jew wara dik id-data, ikunu soġġetti għar-regoli speċifiċi li jiggvernaw il-limiti kwantitattivi kif definiti f'din id-Deċiżjoni.”. |
5. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1500/2003 tat- 18 ta' Frar 2003 dwar l-amministrazzjoni tas-sistema ta' kontroll doppju mingħajr limiti kwantitattivi fir-rigward ta' l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Federazzjoni Russa lejn il-Komunità Ewropea.
|