32004R0881



Official Journal L 164 , 30/04/2004 P. 0001 - 0043


Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-29 ta' April 2004

li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

(ir-Regolament ta' l-Aġenzija)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-L-Artikolu 71(1),

tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew [2].

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl,

tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni tat-23 ta' Marzu 2004,

Billi:

(1) L-istabbiliment progressiv ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri teħtieġ azzjoni Komunitarja fil-kamp tar-regolamenti tekniċi u l-aspetti tas-sigurtà, bit-tnejn marbuta flimkien f'manjiera li ma tistax tinħall.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Ġunju 1991 dwar l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji [5] tipprovdi għall-ftuħ b'mod progressiv tad-drittijiet għall-aċċess għall-infrastruttura għal kull impriża Komuntarja lliċenzjata tal-ferroviji li tixtieq topera servizzi tal-merkanzija.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 95.18/KE tad-9 ta' Ġunju 1995 dwar il-għoti tal-liċenzji lill-impriżi tal-ferroviji [6] tipprovdi illi l-impriżi kollha tal-ferroviji jrid ikollhom liċenzja u li liċenzja maħruġa fi Stat Membru għandha tkun valida fil-Komunità kollha.

(4) Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u l-ġbir ta' imposti għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà [7] tistabbilixxi qafas ġdid bil-għan li tinħoloq żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri.

(5) Id-differenzi tekniċi u operattivi bejn is-sistemi tal-ferroviji ta' l-Istati Membri ġew ikkompartimentalizzati fis-swieq nazzjonali tal-ferroviji u pprevenew l-iżvilupp dinamiku ta' dan i-settur fuq skala Ewropea. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoprabbiltà tas-sistema Trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija u d-Direttiva 2001/16/KE [8] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema Trans-Ewropea tal-ferroviji konvenzjonali [9] jiddefinixxu l-ħtiġiet essenzjali u jistabbilixxu mekkaniżmu għalbiex jiddifinixxi l-ispeċifikazzjonijiet mandatorji tekniċi għall-interoperabbiltà.

(6) Is-segwiment simultanju tal-għanijiet tas-sigurtà u l-interoperabbiltà jeħtieġ xogħol tekniku sostanzjali li jrid jitmexxa minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li hu meħtieġ li tinħoloq, fil-qafas istituzzjonali eżistenti u rigward il-bilanċ tal-poter fil-Komunità, Aġenzija Ewqropea responsabbli mis-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Aġenzija"). Il-ħolqien ta' din l-Aġenzija jrid tipprovdi mezz għalbiex jiġu kkunsidrati l-għanijiet tas-sigurtà u l-interoperabbiltà għan-network Ewropew tal-ferroviji b'mod konġunt u b'livell għoli ta' kompetenza u b'dan il-mod jikkontribwixxi għall-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-ferroviji u għall-għanijiet ġenerali tal-politika komuni tat-trasport.

(7) Sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u għalbiex tgħin li tagħti l-ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li tirrinforza l-vantaġġi essenzjali tagħha f'termini ta' sigurtà, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura Ewropea ġenwina tal-ferroviji u tifforma għodda essenzjali għad-djalogu, il-konsultazzjoni u l-iskambju bejn l-atturi kollha fis-settur ferrovjarju, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi individwali tagħhom kif mistħoqq.

(8) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà fuq il-ferroviji Komunitarji (id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji) [10] tipprovdi għall-iżvilupp ta' indikaturi komuni tas-sigurtà, miri komuni tas-sigurtà u metodi komuni tas-sigurtà. L-iżvilupp ta' dawn il-għodod jeħtieġ kompetenza teknika indipendenti.

(9) Għalbiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sigurtà lill-impriżi tal-ferroviji, huwa essenzjali li jiġi żviluppat format armonizzat għaċ-ċertifikat tas-sigurtà u format armonizzat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà.

(10) Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji tipprovdi eżami tal-miżuri ta' sigurtà nazzjonali mil-lat tas-sigurtà u l-interoperabbiltà. Għal dan il-fini, hija essenzjali opinjoni msejsa fuq kompetenza indipendenti u newtrali.

(11) Fil-kamp tas-sigurtà, huwa importanti li jiġu żgurati l-ikbar trasparenza possibbli u mixi effettiv tat-tagħrif. Għadu ma jeżistix analiżi tat-twettiq tax-xogħol, imsejjes fuq indikaturi komuni u li jorbot lil dawk kollha li jieħdu parti f'dan is-settur, u din il-għodda għandha tiddaħħal. Rigward l-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Eurostat.

(12) L-organizzazzjonijiet, ir-regolaturi u l-awtoritajiet l-oħra nazzjonali dwar is-sigurtà tal-ferroviji nazzjonali għandhom ikunu kapaċi li jitolbu opinjoni teknika indipendenti meta jeħtieġu tagħrif li jirrigwarda numru ta' Stati Membri.

(13) Id-Direttiva 2001/15/KE tipprovdi illi grupp ta' l-ewwel ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) irid jitfassal mhux iktar tard mill-20 ta' April 2004. Il-Kummissjoni tat mandat għalbiex dan ix-xogħol jitwettaq mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Interoperabbiltà tal-Ferroviji (l-AEIF), li ġġib flimkien lill-fabbrikanti tat-tagħmir tal-ferroviji u lill-amministraturi u l-operaturi ta' l-infrastruttura. Għandhom jittieħdu passi għalbiex tiġi ppriservata l-esperjenza mibnija mill-professjonisti mill-industrija fil-kuntest ta' l-AIEF. Il-kontinwità tax-xogħol u l-iżvilupp tat-TSIs matul iż-żmien jeħtieġu qafas tekniku permanenti.

(14) L-interoperabbiltà tan-network Trans-Ewropew għandha tiġi mtejba u l-proġetti l-ġodda ta' l-investiment magħżula għall-appoġġ mill-Komunità għandhom ikunu f'linja mal-għan ta' interoperabbiltà ffissat bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-network Trans-Ewropew tat-trasport [11].

(15) Sabiex jiżguraw il-kontinwità, il-gruppi tax-xogħol li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija għandhom jistrieħu kif approprijat fuq il-kompożizzjoni ta' l-AIEF, issupplimentata minn membri addizzjonali.

(16) Il-manutenzjoni tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet meħuda flimkien hija parti importanti mis-sistema tas-sigurtà. Ma jeżisti l-ebda suq ġenwin Ewropew għall-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ferroviji minħabba n-nuqqas ta' sistema għaċ-ċertifikazzjoni rigward il-manutenzjoni tal-ħwienet tax-xogħol. Din is-sitwazzjoni żżid ma' l-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbijiet. Għandha għalhekk tiġi żviluppata bil-mod il-mod sistema ta' ċertifikazzjoni Ewropea għall-ħwienet tax-xogħol tal-manutenzjoni.

(17) Il-kompetenzi vokazzjonali meħtieġa għas-sewwieqa tat-trenijiet huma fattur maġġuri kemm fis-sigurtà u kemm fl-interoperabbiltà fl-Ewropa. Huma wkoll prekondizzjoni għall-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-industrija tal-ferroviji. Din il-kwistjoni għandha tiġi megħluba rigward il-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku meħtieġ sabiex tqis dan l-aspett fil-livell Ewropew.

(18) Ir-reġistrazzjoni hija l-ewwel att ta' konoxximent u l-aktar importanti rigward il-kapaċità tal-magni u l-vaguni tal-ferroviji meħuda flimkien taħt kondizzjonijiet speċifiċi, Ir-reġistrazzjoni għandha tkun trasparenti u mhux diskriminatorja u taqa' taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet pubbliċi. L-Aġenzija għandha tippovdi l-appoġġ tekniku sabiex tistabbilixxi sistema għar-reġistrazzjoni.

(19) Għalbiex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli u l-aċċess indaqs għall-partijiet kollha rigward it-tagħrif rilevanti, id-dokumenti previsiti għall-proċess ta' l-interoperabbiltà għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji u ċ-ċertifikati tas-sigurtà. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti għall-iskambju ta' dan it-tagħrif.

(20) Il-promozzjoni ta' l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji hija kompitu importanti li l-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi. Kull assistenza finanzjarja pprovvduta fil-qafas ta' l-attivitajiet ta l-Aġenzija f'dan ir-rigward ma għandha twassal għall-ebda tagħwiġ fis-suq rilevanti.

(21) Għalbiex twettaq ix-xogħol tal-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandha jkollha l-personalità legali u l-estimi finanzjarji awtonomi ffinanzjati prinċipalment permess ta' kontribuzzjoni mill-Komunità. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza fil-ġestjoni tagħha ta' kuljum u fl-opinjoni tar-rakkommandazzjonijiet li toħroġ, id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jkollu r-responsabbiltà sħiħa u l-personal ta' l-Aġenzija għandu jkun indipendenti.

(22) Sabiex jiżguraw b'mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet ta' l-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Komunità għandhom ikunu rrappreżentati fuq Bord Amministrattiv mogħti l-poteri meħtieġa għalbiex jistabbilixxi l-estimi finanzjarji, jivverifika l-eżekuzzjoni tagħhom, jaddotta r-regoli finanzjarji proprji, jistabbilixxi proċeduri trasparenti tax-xogħol meta jsiru d-deċiżjoniet mill-Aġenzija, japprova l-programm tagħha tax-xogħol, jaddotta l-estimi fnanzjarji, jiddefinxxi politika għall-viżti mill-Istati Membri u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv.

(23) Sabiex jiggarantixxu t-trasparenza fid-deċiżjonijiet, ir-rappreżentanti tas-setturi interessati għandhom jattendu d-deliberazzjonijiet tiegħu, imma mingħajr id-dritt tal-vot, billi dan huwa dritt irriservat għar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli lejn l-awtoritajiet demokratiċi tal-kontroll. Ir-rappreżentanti tas-settur il-ġdid għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanti tagħhom fil-livell Ewropew għall-impriżi tal-ferroviji, l-amministraturi ta' l-infrastruttura, l-industrija tal-ferroviji, l-għaqiet tal-ħaddiema, tal-passiġġieri u tal-klijenti tal-merkanzija bit-trasport.

(24) Ix-xogħol ta' l-Aġenzija għandu jkun trasparenti. Għandu jiġi żgurat il-kontroll efettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-fini, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma' lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha wkoll tapplika l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti li tirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

(25) Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji ddeċentralizzati, l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament Komunitarju allokat lilhom, b'mod partikulari dak li jirrigwarda d-dħul tal-piżijiet fl-estimi ġenerali, il-kontroll finanzjarju, is-setgħa tas-sensja, il-kontribuzjoniiet għall-iskemi tal-pensjoni u l-proċedura interna ta' l-estimi finanzjarji (il-kodiċi tal-kondotta). F'manjiera simili, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwarda l-investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) [12] għandu japplika għall-Aġenzija mingħajr restrizzjonijiet, li għandu jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Komunitajiet Ewropej li jirrigwarda l-ivestigazzjonijiet interni ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi [13].

(26) Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat għalbiex jifformula soluzzjonijiet komuni rigward materji li jirrigwardaw is-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura konġunta tax-xogħol li jrid isir, u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITLU 1

IL-PRINĊIPJI

Artikolu 1

L-Istabbiliment u l-għanijiet ta' l-Aġenzija

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Aġenzija".

Il-għan ta' l-Aġenzija għandu jkun li tikkontribwixxi, f'materji tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja mmirata li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju billi ttejjeb il-livell ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji u tiżviluppa avviċinament komuni għas-sigurtà fuq is-sistema Ewropea tal-ferroviji, sabiex tikkonbtribwixxi għall-ħolqien ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà.

Meta ssegwi dawn il-għanijiet, l-Aġenzija għandha tqis bis-sħiħ il-proċess tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u l-kostrizzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mar-rabtiet fil-ferroviji ma' pajjiżi terzi.

L-Aġenzija għandu jkollha r-responsabiltà waħdiena fil-kuntest tal-funzjonijiet u tal-poteri assenjati liha.

Artikolu 2

It-tip ta' l-azzjonijiet ta' l-Aġenzija

L-Aġenzija tista:

(a) tindirizza rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' l-Artikli 6, 7, 12, 14, 16, 17 u 18;

(b) toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni skond l-Artikli 8, 13 u 15, u lill-awtoritajiet interessati fl-Istati Membri skond l-Artikolu 10.

Artikolu 3

Il-kompożizzjoni tal-gruppi tax-xogħol

1. Għalbiex tfassal ir-rakkommandazzjonijiet ipprovvduti fl-Artikli 6, 7, 12, 14, 16, 17 u 18, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta' gruppi tax-xogħol. Dawn il-gruppi tax-xogħol għandhom jieħdu bħala bażi, minn banda waħda, il-kompetenza mibnija mill-professjonisti fis-settur ferrovjarju, b'mod partikulari l-esperjenza miksuba mill-Assoċjazzjoni ta' l-Interoperabbiltà tal-Ferroviji (l-AEIF), u, mill-banda l-oħra, il-kompetenza ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. L-Aġenzija għandha tiżgura illi l-gruppi tagħha tax-xogħol ikunu kompetenti u rappreżentattivi u li jinkludu rappreżentanza adegwata ta' dawk is-setturi fl-industrija u ta' dawk l-utenti li jiġu affettwati bil-miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rakkommandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija. Ix-xogħol tal-gruppi tax-xogħol għandu jkun trasparenti.

Kulmeta x-xogħol ipprovvdut fl-Artikli 6, 12, 16 u 17 ikollu impatt dirett fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-industrija, ir-rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema għandhom jipparteċipaw fil-gruppi rilevanti tax-xogħol.

2. L-Aġenzija għandha tibgħat il-programm addottat tax-xogħol lill-korpi rappeżentattivi mis-settur tal-ferroviji li jaġixxu f'livell Ewropew. Il-lista ta' dawn il-korpi għandha tiġi mfassla mill-Kumitat riferit fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 96/48/KE. Kull korp u/jew grupp ta' korpi għandhom jibagħtu lill-Aġenzija lista ta' l-esperti l-aktar ikkwalifikati mandati għalbiex jirrappreżentawhom f'kull grupp tax-xogħol.

3. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà ddefiniti fl-Artiklu 16 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fuq il-gruppi tax-xogħol li fihom jixtiequ jieħdu sehem.

4. L-Aġenzija tista', jekk meħtieġ, iżżid mal-gruppi tax-xogħol esperti indipendenti rikonoxxuti bħala kompetenti fil-kamp interessat,

5. Il-gruppi tax-xogħol għandhom jiġu ppresjeduti minn rappreżentant ta' l-Aġenzija.

Artikolu 4

Il-Konsultazzjonijiet tas-sieħba soċjali

Kulmeta x-xogħol ipprovdut fl-Artikli 6, 7, 12, 16 u 17 ikollu impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lis-sieħba soċjali fil-qafas tal-kumitat tad-djalogu settorjali stabbilit skond id-Deċiżjoni 98/500/KE [14].

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkommandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tqis dawn il-konsultazzjonijiet kif mistħoqq, u għandha tkun disponibbli fil-ħinijiet kollha għalbiex tispjega dawn ir-rakkommandazzjonijiet. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat tad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

Artikolu 5

Il-Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri

Kulmeta x-xogħol ipprovvdut fl-Artikli minn 6 sa 12 ikollu impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fuq il-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Il-lista ta' l-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultatii għandha tiġi mfassla mill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tqis dawn il-konsultazzjonijiet kif mistħoqq, u għandha tkun disponibbli fil-ħinijiet kollha għalbiex tispjega r-rakkommandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet interessati għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

Il-KAPITLU 2

IS-SIGURTÀ

Artikolu 6

L-appoġġ tekniku

1. L-Aġenzija għandha tirrakkommanda lill-Kummissjoni l-metodi komuni tas-sigurtà (CSMs) u l-miri komuni tas-sigurtà (CSTs) ipprovvduti fl-Artikli 6 u 7 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.

2. L-Aġenzija għandha tirrakkommanda lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jew tal-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96.48/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha, miżuri oħra fil-kamp tas-sigurtà.

3. L-Aġenzija tista' tipproponi kull rakkommandazzjoni approprjata lill-Kummissjoni matul il-perjodu transitorju taż-żmien qabel l-addozzjoni tas-CSTs, tas-CSMs u dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs), kif ukoll dwar il-materji li jinteressaw it-tagħmir u l-infrastruttura mhux koperti bit-TSIs. L-Aġenzija għandha tiżgura l-konsistenza bejn dawn ir-rakkommandazzjonijiet u t-TSIs diġà eżistenti jew li jkunu qegħdin jitfasslu.

4. L-Aġenzija għanda tippreżenta analiżi ddettaljat effettiv taħt il-profil tal-ġestjoni u ta' l-ispejjeż b'appoġġ għar-rakkommandazzjonijiet li hija tissottometti skond dan l-Artikolu.

5. L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u l-korpi ta' l-investigazzjoni ddefiniti fl-Artikli 16 u 21 tad-Direttuva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.

Artikolu 7

Iċ-Ċertifikati tas-sigurtà

Bil-ħsieb li jiġu applikati l-Artikolu 10 u 15 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji li tirrigwarda l-armonizzazzjoni taċ-ċertifikati tas-sigurtà, l-Aġenzija għandha tabbozza u tirrakkommanda format armonizzat taċ-ċerifikati tas-sigurtà, inkluża verżjoni elettronika, u format armonizzat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà, inkluża lista tad-dettalji essenzali li jridu jiġu pprovvduti.

Artikolu 8

Ir-Regoli nazzjonali ta' sigurtà

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali ġodda dwar is-sigurtà ssottomessi lill-Kummisjoni skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.

2. L-Aġenzija għandha teżamina l-kompatibbiltà tar-regoli msemmija hawn fuq mas-CSMs iddefiniti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji u mat-TSIs fis-seħħ. L-Aġenzija għandha teżamina wkoll jekk dawn irregoli jgħinux li jinkisbu s-CSTs iddefiniti bid-Direttiva msemmija.

3. Jekk, wara li tqis ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru, l-Aġenzija tikkunsidra li xi waħda minn dawn ir-regoli jew hija inkompatibbli mat-TSIs jew mas-CSMs jew ma tippermettix li jintlaħqu s-CSMs, għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-trasmissjoni tar-regoli lill-Aġenzija mill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Il-Monitoraġġ tat-twettiq tax-xogħol ta' sigurtà

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi network ma' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-sigurtà u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-investigazzjonijiet ipprovvduti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji sabiex tiddefinixxi l-indikaturi komuni tas-sigurtà elenkati fl-Anness I ma' din id-Direttiva u għalbiex tiġbor l-informazzjoni rilevanti dwar is-sigurta tal-ferroviji.

2. Fuq il-bażi ta' l-indikaturi komuni tas-sigurtà, ir-rapporti nazzjonali dwar is-sigurtà u l-inċidenti u t-tagħrif tagħha nfisha, l-Aġenzija għandha tissottometti kull sentejn rapport dwar it-twettiq tax-xogħol ta' sigurtà, li għandu jintgħamel pubbliku. L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat matul it-tielet sena ta' l-operat ta' l-Aġenzija.

3. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera ma' l-Eurostat għalbiex tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u għalbiex tiżgura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-indikaturi wżati f'modi oħra tat-trasport.

Artikolu 10

L-Opinjoniiet tekniċi

1. Il-korpi regolatorji nazzjonali riferiti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE jistgħu jitolbu opinjoni teknika mill-Aġenzija li tirrigwarda l-aspetti rrelatati mas-sigurtà tal-materji miġbuda għall-attenzjoni tagħhom.

2. Il-kumitati pprovvduti fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/14/KE u l-Artikolu 11a tad-Direttiva 91/440/KEE jistgħu jitolbu opinjoni teknika mill-Aġenzija li tirrigwarda aspetti rrelatati mas-sigurtà fiż-żoni rispettivi tal-kompetenza tagħhom.

3. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn. Din l-opinjoni għandha tkun magħmula pubblika mill-Aġenzija f'verżjoni li minnha jkun ġie mneħħi kull materjal kummerċjali kunfidenzali.

Artikolu 11

Id-Database pubbliku tad-dokumenti

1. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli miż-żamma ta' database pubbliku tad-dokumenti li ġejjin:

(a) il-liċenzji maħruġa skond id-Direttiva 95/18/KE;

(b) iċ-ċertifikati tas-sigurtà maħruġa skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji;

(ċ) ir-rapporti ta' l-investigazzjonijiet mibgħuta lill-Aġenzija skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji;

(d) ir-regoli nazzjonali dwar is-sigurtà nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artiklu 8 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.

2. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ħruġ tad-dokumenti riferiti fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar b'kull deċiżjoni individwali għalbiex joħorġuha, iġedduha, jemendawha jew jirrevokawha.

3. L-Aġenzija tista' żżid ma' dan id-database pubbliku kull dokument pubbliku jew rabta pubblika rilevanti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Il-KAPITLU 3

L-INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 12

L-Appoġġ tekniku pprovvdut mill-Aġenzija

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-interoperabbiltà tal-ferroviji skond il-prinċipji u d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 96/45/KE u 2001/15/KE.

Għal dan il-fini, l-Aġenzija għandha:

(a) torganizza u tikkonduċi, fuq mandat mill-Kummissjoni, ix-xogħol tal-gruppi tax-xogħol riferiti fl-Artiklu 3 dwar l-abbozzament tat-TSIs u tibgħat l-abbozzi tat-TSIs lil Kummissjoni;

(b) tiżgura illi l-TSIs jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa;

(ċ) tiżgura l-kordinament bejn l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs minn banda waħda l-iżvilupp ta' l-istandards Ewropej li jiġu ppruvati meħtieġa għall-interoperabbiltà mill-banda l-oħra u żżomm il-kuntatti rilevanti mal-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni;

(d) tgħin lill-Kummissjoni li torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-korpi nnotifikati kif deskritti fl-Artikolu 20(5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE;

(e) tagħti pariri u tindirizza rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni li jkollhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-personal kollu li jwettaq kompiti kritiċi tas-sigurtà.

Artikolu 13

Il-Monitoraġġ tax-xogħol tal-korpi nnotifikati

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' l-Istati Membri lejn il-korpi nnotifikati li huma jinnominaw, l-Aġenzija tista', fuq it-talba tal-Kummissjoni, timmonitorja l-kwalità tax-xogħol tal-korpi nnotifikati. Għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni meta approprjat,

Artikolu 14

Il-Monitoraġġ ta' l-interoperabbiltà

1. Fuq it-talba tal-Kummisjoni, l-Aġenzija għandha tirrakkommanda l-proċeduri sabiex tiġi implimentata l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji billi tiffaċilita l-kordinament bejn l-impriżi tal-ferroviji u bejn l-amministraturi ta' l-infrastruttura, b'mod partikulari, li torganizza sistemi tal-migrazzjoni.

2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress fl-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji. Kull sentejn għandha tippreżenta u tippubblika rapport dwar il-progress fl-interoperabbiltà. L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat matul it-tieni sena ta' attività ta' l-Aġenzija.

Artikolu 15

L-interoperabbiltà tan-network trans-Ewropew

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha teżamina, mil-lat ta' l-interoperabbiltà, kull proġett ta' infrastruttura tal-ferroviji li għalih jintalab l-appoġġ finanzjarju Komunitarju. L-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar il-konformità tal-proġett mat-TSIs rilevanti fi żmien xahrejn mit-talba. Din l-opinjoni għandha tqis bis-sħiħ id-derogi pprovvduti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/48/KE u tad-Direttiva 2001/16/KE.

Artikolu 16

Iċ-Ċertifikazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol tal-manutenzjoni

Fi żmien tliet snin mill-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiżviluppa sistema Ewropea għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol għall-manutenzjoni tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet u għandha tagħmel rakkommandazzjonijiet bil-ħsieb li timplimenta s-sistema.

Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom jindirizzaw b'mod partikulari l-ħaġiet li ġejjin:

- is-sistema strutturata tal-ġestjoni,

- il-personal bil-kompetenzi meħtieġa,

- il-faċilitajiet u l-għodda,

- id-dokumentazzjoni teknika u l-preskrizzjonijiet tal-manutenzjoni.

Artikolu 17

Il-Kompetenzi vokazzjonali

1. L-Aġenzija għandha tfassal rakkommandazzjonijiet li jirrigwardaw li jiġu stabbiliti kriterji komuni uniformi rigward il-kompetenzi vokazzjonali u l-istima tal-personal involut fil-ħidma u l-manutenzjoni tas-sistema tal-ferroviji. Hija w tagħmel dan, għandha tagħti prijorità lis-sewwieqa w lil dawk li jħarrġu. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lir-rappreżentanti tas-sieħba soċjali skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 4.

2. L-Aġenzija għandha tfassal rakkommandzzjonijiet bil-ħsieb li tqiegħed f'postha l-akkreditazzjoni taċ-ċentri tat-taħriġ.

3. L-Aġenzija għandha tippromwovi u tappoġġja l-iskambji tas-sewwieqa u ta' dawk li jħarrġu bejn il-kumpaniji minn Stati Membri differenti.

Artikolu 18

Ir-Reġistrazzjoni tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet

L-Aġenzija għandha tfassal u tirrakkommanda lill-Kummissjoni forma t standard għarreġistru nazzjonali tal-vetturi skond l-Artikolu 14 tad-Direttivi 95/48/KE u 2001/16/KE.

Artikolu 19

Ir-Reġistru tad-dokumenti dwar l-interoperabbiltà

1. L-Aġenzija għandha żżomm lista pubblika tad-dokumenti li ġejjin ipprovvduti bid-Direttivi 2001/16/KE u 94/48/KE:

(a) id-dikjarazzjonijiet "KE" tal-verifika tas-sub-sistemi;

(b) id-dikjarazzjonijiet "KE" tal-konformità tal-kostitwenti;

(ċ) l-awtorizzazzjonijiet għat-tidħil fis-servizz, inklużi n-numri korrispondenti tar-reġistrazzjoni;

(d) ir-reġistri ta' l-infrastruttura u tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet.

2. Il-korpi interessati għandhom jissottomettu dawn id-dokumenti lill-Aġenzija, li għandha tistabbilixxi bi ftehim ma' l-Istati Membri l-proċeduri prattiċi għas-sottomissjoni tagħhom.

3. Meta jkunu qegħdin jittrasmettu d-dokumenti riferitri fil-paragrafu 1, il-korpi interessati jistgħu jindikaw liema dokumenti ma jridux jiġu żvelati lill-pubbliku minħabba raġunijiet ta' sigurtà.

4. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi database elettroniku għad-dokumenti, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-paragrafu 3. Dan id-database għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' website.

Il-KAPITLU 4

L-ISTUDJI U L-PROMOZZJONI TA' L-INNOVAZZJONI

Artikolu 20

L-Istudji

Meta meħtieġa għalbiex jiġu implimentati l-kompiti ffissati b'dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tordna studji, iffinanzjati mill-estimi finanzjarji tagħha. L-Artikolu 21

Artikolu 21

Il-Promozzjoni ta' l-innovazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tafda f'idejn l-Aġenzija, skond il-programm tax-xogħol ta' l-Aġenzija u l-estimi finanzjarji, il-kompitu li tippromwovi innovazzjonjiet immirati lejn it-titjib ta' l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-ferroviji, b'mod partikulari l-użu tal-teknoloġiji l-ġodda ta' l-informatika u s-sistemi tas-segwiment u tat-traċċjar.

Il-KAPITLU 5

L-ISTRUTTURA INTERNA U L-OPERAT

Artikolu 22

L-Istatus legali:

1. L-Aġenzija għandha tkun korp Komunitarju. Għandu jkollha personalità legali.

2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali bil-liġijiet tagħhom. B'mod partikulari tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fil-proċedimenti legali.

3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

Artikolu 23

Il-Privileġġi u l-Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija u l-personal tagħha.

Artikolu 24

Il-Personal

1. Għandhom applikaw għall-personal ta' l-Aġenzija r-Regolament tal-Personal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Uffiċjali l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli addottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-għan li dawn jiġu applikati għar-Regolamenti tal-Personal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, il-poteri kkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatriet u fuq l-awtorità li tikkontratta skond ir-Regolamenti tal-Personal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg imsemmija għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija rigward il-personal tagħha.

3. Mingħajr preġudizzju għall-L-Artikolu 26(1), il-personal ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

- impjegati temporanji rreklutati mill-Aġenzija għal perjodu massimu taż-żmien ta' ħames snin minn fost professjonisti mis-settur fuq il-bażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-kamp tas-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji;

- uffiċjali assenjati jew issekondati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għal perjodu massimu taż-żmien ta' ħames snin; u

- uffiċjali oħra kif iddefiniti fil-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieġ ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għalbiex iwettqu kompiti ta' implimentazzjoni jew segretarjali.

4. L-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi tax-xogħol organizzati mill-Aġenzija ma għandhomx jappartjienu għall-personal ta' l-Aġenzija. L-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-mezzi tal-għixien tagħhom, imsejsa fuq ir-regoli u l-iskali addottati mill-Bord Amministrattiv, għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.

Artikolu 25

Il-ħolqien u l-poteri tal-Bord Amministrattiv

1. Huwa hawnhekk stabbilit Bord Amministrattiv.

2. Il-Bord Amministrattiv għandu:

(a) jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv skond l-Artiklu 31;

(b) jaddotta, sat-30 ta' April ta' kull sena, ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(ċ) jaddotta, sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-programm tax-xogħol ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;. Dan il-programm tax-xogħol għandu jiġi addottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja dwar l-estimi finanzjarji. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm tax-xogħol, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta' qbil tagħha mal-programm, il-Bord Amminsitrattiv għandu jeżamina l-pogramm mill-ġdid u jaddottah, possibbilment emendat, fuq tieni qari jew bil-maġġoranza ta' żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew bl-unanimità tar-rappeżentanti ta' l-Istati Membri;

(d) jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu rigward l-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija, skond il-Kapitlu 6;

(e) jistabbilixxi l-proċeduri għall-għemil tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv;

(f) jiddefdinixxi politika għall-viżti li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 33;

(g) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet ta' l-Unitajiet riferiti fl-Artikolu 30(3);

(h) jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 26

Il-Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant għal kull Stat Membru u minn erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll minn sitt rappreżentanti mingħajr id-dritt tal-vot, b'ta l-aħħar jirrappreżentaw fil-livell Ewropew il-gruppi li ġejjin:

- l-impriżi tal-ferroviji

- l-amministraturi ta' l-infrastrutturi

- l-industrija tal-ferroviji

- il-għaqdiet tal-ħaddiema

- il-passiġġieri

- il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija,

u maħtura mill-Kummissjoni minn lista mqassra ta' tliet ismijiet issottomessa mill-organizzazzjonijiet Ewropew rispettivi tagħhom.

Il-membri tal-Bord għandhom jiġu maħtura fuq il-bażi tal-livell tagħhom ta' l-esperjenza u l-kompetenza.

2. Kull wieħed mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru l-membri tagħhom tal-Bord Amministrattiv kif ukoll sostitut.

3. L-iskond tal-kariga għandu jkun għal ħames snin u jista' jiġġedded darba.

4. Meta approprjat, għandha tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet għalihom fl-arranġamenti riferiti fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 27

Il-President tal-Bord Amministrattiv

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi-President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jieħu l-post tal-President fl-eventwalità li l-President ma jkunx jista' jattendi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

2. L-iskond tal-kariga tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun għal tliet snin u jista' jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Amministrattiv ittemm f'kull żmien matul l-iskond tal-kariga tagħhom bħala President jew Viċi-President, allura l-iskond tal-kariga għandu jiskadi f'din id-data wkoll b'mod awtomatiku.

Artikolu 28

Il-Laqgħat

1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat.

2. Il-Bord Amministrattivt għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Għandu jiltaqa' wkoll fuq is-sejħa tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni, fuq it-talba tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta' terz tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fuq il-Bord.

Artikolu 29

Il-Votazzjoni

Għajr jekk iddikjarat xorta oħra, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati li jivvotaw. Kull membru intitolat li jivvota għandu jkollu vot wieħed.

Artikolu 30

Il-Funzjonijiet u l-poteri tad-Direttur Eżekuttiv

1. L-Aġenzija għandha tkun amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun independenti għal kollox fit-twettiq tax-xogħol ta' dmirijietu/ha, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu:

(a) iħejji l-programm tax-xogħol u, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;

(b) jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm tax-xogħol u, safejn u sakemm possibbli, iwieġeb għat-talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni fejn jidħlu l-kompiti ta' l-Aġenzija skond dan ir-Regolament;

(ċ) jieħu l-passi meħtieġa, b'mod partikulari rigward l-adozzjoni ta' l-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' l-ordnijiet, sabiex jiżgura illi l-Aġenzija topera skond dan ir-Regolament;

(d) jistabbilixxi sistema effettiva ta' monitoraġġ sabiex jipparaguna r-riżultati ta' l-Aġenzija mal-għanijiet operattivi u jistabbilixxi sistema regolari ta' stima li tikkorrispondi ma' standards professjonali kkonoxxuti. Fuq dan il-bażi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji kull sena l-abbozz ta' rapport ġenerali u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;

(e) jeżerċita l-poteri stabbiliti fl-Artiklu 24(2) rigward il-personal ta' l-Aġenzija;

(f) iħejji l-abbozz ta' prospett dwar l-estimi finanzjarji tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija skond l-Artiklu 38 u jimplimenta l-estimi finanzjarji skond l-Artikolu 39.

3. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi megħjun minn Kap ta' Unità jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew ma jkunx/tkunx kapaċi jattendi/tattendi għal dmirijietu/ha, għandu/ha jieħu/tieħu postu wieħed/waħda mill-Kapijiet ta' Unità.

Artikolu 31

Il-Ħatriet tal-personal ta' l-Aġenzija

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq il-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll il-kompetenza u l-esperjenza rilevanti għas-settur ferrovjarju. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu bil-maġġoranza ta' erba' minn kull ħamsa tal-membri kollha tiegħu intitolati li jivvotaw. Il-Kummissjoni tista' tipproponi kandidat jew kandidati.

Il-poter tat-tkeċċija tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun fi ħdan il-Bord Amministrattiv skond l-istess proċedura

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar lill-membri l-oħra tal-personal ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 24.

3. L-iskond tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan l-iskond tal-kariga jista' jiġġedded darba.

Artikolu 32

Is-Smigħ tad-Direttur Eżekuttiv

Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija lill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu wkoll is-smigħ tad-Direttur Eżekuttiv f'kull waqt dwar kull suġġett li jkollu x'jaqsam ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Artikolu 33

il-Viżti lill-Istati Membri

1. Sabiex twettaq il-kompiti fdata lilha bl-Artikli 8, 9, 10, 13 u 15, l-Aġenzija tista' twettaq viżti lill-Istati Membri skond il-politika ddefinita mill-Bord Amministrattiv. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-personal ta' l-Aġenzija.

2. L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Istat Membru interessat bil-viżta ppjanata, bl-ismijiet ta' l-uffiċjali ddelegati mill-Aġenzija u bid-data li fiha trid tibda l-viżta. L-uffiċjali ta' l-Aġenzija ddelegati għabiex iwettqu dawn il-viżti għandhom jagħmlu dan fuq il-preżentazzjoni ta' deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri tal-viżta tagħhom.

3. Fit-tmiem ta' kull viżta, l-Aġenzija għandha tfassal rapport u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru interessat,

Artikolu 34

Il-Lijabbiltà

1. Il-lijabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tkun irregolata mill-liġi li tapplika għall-kuntratt fil-kwistjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġuridizzjoni li tagħti sentenza skond kull klawsola ta' l-arbitrazzjoni li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3. Fil-każ ta' lijabbiltà mhux kontrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-personal tagħha fil-kors tat-twettiq tax-xogħol fid-dmirijiet tagħhom.

4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fil-kontroversji li jkollhom x'jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara riferita fil-paragrafu 3.

5. Il-lijabbiltà personali tal-personal tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Personal jew il-Kondizzjonijioet ta' l-Impjieg li japplikaw għalihom.

Artikolu 35

L-Ilsna

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar l-arraġamenti lingwistiċi ta' l-Aġenzija. Fuq it-talba ta' Membru tal-Bord Amministrattiv, din id-deċiżjoni għandha tittieħed bl-unanimità. L-Istati Membri jistgħu jindirizzaw lill-Aġenzija fil-lsien Komunitarju tal-għażla tagħhom.

2. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa sabiex tiffunzjona l-Aġenzija għandhom jiġu pprovvduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet tal-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36

Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi Ewropej li jkunu kkonkludew ftehimijiet mal-Kommunità, li bihom il-pajjiżi interessati jkunu addottaw jew ikunu qegħdin japplikaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-kamp kopert b'dan ir-Regolament.

2. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimijiet imsemmija hawn fuq, għandhom isiru arranġamenti li għandhom jispeċifikaw ir-regoli ddettaljati għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, b'mod partikulari n-natura u l-kobor ta' din il-parteċipazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u dwar il-personal. Jistgħu jipprovdu għar-rappreżentanza, mingħajr vot, fuq il-Bord Amministrattiv.

Artikolu 37

It-Trasparenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [15] għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolamentr (KE) Nru 1049/2001 sa' l-1 ta' Ottubru 2004.

Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurnmaw is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Il-KAPITLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 38

L-Estimi finanzjarji

1. L-estimi għad-dħul kollu u n-nefqa kollha ta' l-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ddikjarati fl-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

- kontribuzzjoni mill-Komunità;

- kull kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fix-xogħol ta' l-Aġenzija, kif ipprovvdut bl-Artiklu 36;

- l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kull servizz ieħor ipprovvdut mill- Aġenzija.

3. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tinkludi l-personal u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

4. Fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amminstrattiv, għandu jipproduċi kull sena prospett ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan il-prospett dwar l-estimi finanzjarji, li għandu jinkudi abbozz tal-pjan ta' l-istabbiliment, għandu jintbagħat mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni l-aktar tard sal-31 ta' Marzu.

5. Il-prospett dwar l-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa 'l quddiem riferiti bħala l-"awtorità ta' l-estimi finanzjarji") flimkien ma' l-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

6. Fuq il-bażi tal-prospett dwar l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-estimi li jidhrilha meħtieġa għall-pjan ta' l-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jiġi impost fuq l-estimi finanzjarji ġenerali, li l-Kummissjoni għandha tqiegħed quddiem l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji skond l-Artiklu 272 tat-Trattat.

7. L-awtorità ta' l-estimi finanzjarji għandha tawtorizza l-approprijazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità ta' l-estimi finanzjari għandha taddotta l-pjan ta' l-istabbiliment ta' l-Aġenzija.

8. L-estimi finanzjarji għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Meta approprjat, għandhom jiġu aġġustati kif jixraq.

9. Il-Bord Amministrattiv għandu jinnotifika lill-awtorità ta' l-estimi finanzarji, malajr kemm jista' jkun, dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament ta' l-estimi finanzjarji, b'mod partikulari kull proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa ta' l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni dwar proġett, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 39

L-implimentazzjoni u l-kontroll ta' l-estimi finanzjarji

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija.

2. L-aktar tard sa' l-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u tal-finanzi għal din is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi ddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3. L-aktar tard sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-uffiċjal tal-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u tal-finanzi għal din is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi finanzjarji u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Verifika dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija skond l-L-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.

5. Il-Bord Amminitrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, l-aktar tard sa' l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' l-opinoni tal-Bord Amministrattiv.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Verifika tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-aktar tard sat-30 ta' Settembru. Għandu jibgħat it-tweġiba tiegħu ukoll lill-Bord Amministrattiv.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' l-iskarigu għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, skond l-L-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti l-iskarigu lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji għas-sena N.

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżamina dawn il-kontijiet skond l-L-Artikolu 248 tat-Trattat. Għandha tippubblika rapport kull sena dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Artikolu 40

Ir-Regolament Finanzjarju

Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma għandhomx imorru 'l bogħod mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 [16] għajr jekk dan it-tluq ikun meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.

Artikolu 41

Il-Ġlieda kontra l-frodi

1. Għall-għanijiet għalbiex jiġu kkumbattuti l-frodi, il-korruzjoni u azzjonijiet oħra illegali, għandu japplika fis-sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

2. L-Aġenzija għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwarda l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Ftodi (l-OLAF) u għandha taddotta minnufih id-dispożizzjonijiet meħtieġa li japplikaw għall-personal kollu ta' l-Aġenzija.

3. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament u l-ftehimijiet u l-istrument ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jiddikjaraw b'mod espliċitu illi l-Qorti tal-Verifika u l-OLAF jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq ir-riċevituri tal-finanzjament ta' l-Aġenzija.

Il-KAPITLU 7

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 42

Il-bidu ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija

L-Aġenzija għandha tkun operattiva fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 43

Il-Valutazzjoni

Ħames snin wara li l-Aġenzija tidħol għal dmirijietha, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, rigward ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija u rigward il-metodi tagħha tax-xogħol. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-veduti tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tas-sieħba soċjali u ta' l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Is-sejbiet tal-valutazzjoni għandhom isiru pubbliċi. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha, jekk approprjat, tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fid-dawl ta' l-iżviluppi rigward l-aġenziji regolatorji, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jeżaminaw din il-proposta u b'mod partikulari jikkunsidraw jekk il-kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv teħtieġx li tiġi rriveduta, skond il-qafas ġenerali li jrid jiġi addottat għall-aġenziji regolatorji.

Artikolu 44

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 232.

[2] ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 131.

[3] ĠU C 66, tad-19.3.2003, p. 5.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 14.1.2003 (ĠU C 38 E, tat-12.2.2004, p. 135), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 (ĠU C 270 E, tal-11.11.2003, p. 48) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.

[5] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3. 2001, p. 1).

[6] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 70. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 26).

[7] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 29; Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/844/KE (ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 30).

[8] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 6. Direttiva kif emendta bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[9] ĠU L 110, tal-20.4.2001, p. 1.

[10] ĠU L 164, tad-30.4.2004, p. 16.

[11] ĠU L 230, tad-9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE (ĠU L 185, tas-6.7.2001, p. 1).

[12] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.

[13] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 15.

[14] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment tal-Kumitati tad-Djalogu Settorjali li jippromwovi d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew (ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 27).

[15] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

[16] Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi riferiti fl-L-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 375, tal-31.12.2002, p. 72).

--------------------------------------------------

ID-DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tfakkar il-komunikazzjoni tagħha ta' Diċembru 2002 dwar qafas għall-aġenziji regolatorji Ewropej u l-proposta tagħha għal Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji. Il-Kummissjoni temmen, skond ir-riżoluzzjoni tal-Parament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2004 dwar il-komunikazzjoni ta' hawn fuq, illi Bord ta' daqs limitat b'membri maħtura mill-eżekuttivi Komunitarji jkun jiżgura l-funzjonament aħjar ta' l-Aġenzija f'UE imkabbra. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tħares 'il quddiem li tirċievi t-tweġiba tal-Kunsill dwar il-komunikazzjoni tagħha rigward qafas għall-aġenziji regolatorji. Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tippreżenta, meta approprjat, proposta dwar qafas għall-Aġenziji Ewropej li jrid ikopri wkoll il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Ġestjoni.

--------------------------------------------------