32004R0838



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0052 - 0056


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 838/2004

tat-28 ta' April 2004

dwar miżuri transitorji għall-importazzjoni ta' banana fil-Komunità minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja and l-Islovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 u l-Artikolu 57 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-banana [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2001 [2] jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 għal dak li jirrigwarda arranġamenti għall-importazzjoni ta' banana fil-Komunità.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2004 li jaddotta miżuri speċifiċi bil-għan li jaddatta l-arranġamenti għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq importazzjonijiet ta' banana bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda fl-1 ta' Mejju 2004 [3] adotta l-ewwel miżuri bil-għan ta' l-adeżjoni ta' għaxar Stati Membri ġodda fil-Komunità. L-għan ta' dawk il-miżuri huwa li jidentifika l-operaturi stabbiliti fil-Komunità kif kostitwiti fit-30 ta' April 2004 li fornew is-swieq ta' l-Istati Membri ġodda u li jissodisfaw l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001, fil-kaz ta' operaturi tradizzjonali, u l-Artikolu 6 sa 12 ta' dak ir-Regolament, fil-kaz ta' operaturi mhux tradizzjonali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-ġodda adottaw disposizzjonijiet simili skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom.

(3) Il-miżuri transitorji neċessarji għandhom jiġu adottati sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri ġodda qabel l-adeżjoni għall-arranġamenti dwar importazzjoni fis-seħħ taħt l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana.

(4) Sabiex tiġi assigurata provvista fis-suq, partikolarment fl-Istati Membri ġodda, għanda tiġi ffissata kwantità addizzjonali, 'il fuq u aktar mill-kwoti miftuħa għal importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw minnterzi pajjiżi bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 bl-istess kondizzjonijiet fil-kaz ta' tariffi. Tali ffissar għandu jkun transitorju u ma għandux jiġġudika bil-quddiem l-esitu tan-negozjati għaddejjin fl-ambitu ta' l-Oranizzazzjoni Dinjija dwar il-Kummerċ (WTO) bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' membri ġodda., Aktar, ma għandux jipprekludi l-possibbiltà ta' żieda jekk ikun hemm bżonn biex tlaħħaq ma' neċessitajiet li huma ġustifikati minħabba d-domanda.

(5) Din il-kwantità addizzjonali għandha tiġi amministrata bl-użu ta' mekkaniżmi u strumenti magħmula bir-Regolament (KE) Nru 896/2001 għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi eżistenti. Madankollu, billi dawn l-arranġamenti huma transitorji, din il-kwantità addizzjonali għanda tkun ġestita separatament mill-kwoti tat-tariffi.

(6) Taħt il-mekkaniżmi introdotti b'Regolament (KE) Nru 896/2001, il-kwantità addizzjonali għandha titqassam bejn iż-żewġ kategoriji ta' operaturi definit fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u regoli jridu jiġu adottati biex tiġi stabbilita kwantità ta' riferenza speċifika għal kull operatur tradizzjonali u allokazzjoni speċifika għal kull operatur mhux tradizzjonali Għandu jkun speċifikat li t-tqassim msemmi hawn fuq u l-kalkolu tal-kwantitajiet ta' riferenza u allokazzjonijiet jirrigwardaw operaturi li fornew is-swieq ta' l-Istati Membri ġodda fis-snin qabel l-adeżjoni.

(7) Minħabba d-diffikultajiet misjuba fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 414/2004, partikolarment fiċ-ċertifikazzjoni ta' banana li kienet is-suġġett ta' importazzjoni primarja matul il-perjodu ta' riferenza 2000-02 kienet attwalment meħlusa għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Istati Membri ġodda, u l-emenda ta' dik id-disposizzjoni bir-Regolament (KE) Nru 689/2004 [4], kwantità jew allokazzjoni ta' riferenza proviżorja, skond ma jkun il-kaz, għandha tiġi ffissata għal kull operatur sabiex dawn jiġu mogħtija liċenzi ta' importazzjoni bħala l-ewwel biċċa fil-bidu ta' Mejju 2004. Il-għan ta' din id-disposizzjoni fissa hu biex jippermetti l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jagħmlu verifiki u jivverifikaw id-dokumenti ta' sostenn sottomessi mill-operaturi, biex jikkoreġu dikjarazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 414/2004 u biex jirrettifikaw, fejn neċessarju, in-notifikazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien xieraq qabel il-biċċa li tmiss ta' kwantitajiet addizzjonali tinfetaħ.

(8) Bl-iskop li tiġi mmaniġġjata din il-kwantità disponibbli ko-effiċjenti ta' aġġustament li għandhom jiġu applikati lill-kwantitajiet notifikati mill-Istati Membri, għandhom jiġu ffissati.

(9) Sabiex tiġi assigurata provvista adegwata fis-suq, u partikolarment biex tiġi assigurata kotra kontinwa ta' importazzjoni fl-Istati Membri ġodda, il-miżuri transitorji għandhom jinkludu l-ħruġ ta' licenzi bl-iskop ta' ħelsien għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid. Għaldaqstant, sigurtajiet depositati għandhom jiġu meħlusa fil-proporzjon tal-kwantitajiet meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fi Stati Membru ġdid.

(10) Għall-istess fini, perjodu inizjali għandu jkun miftuħ għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni fil-bidu ta' Mejju 2004 qabel il-perjodu ta' sottomissjoni tat-tielet kwart.

(11) Biex ikun żgurat li l-kwantità addizzjonali hija amministrata separatament u l-użu ta' liċenzi ta' importazzjoni monitorjat kif mitlub mir-regoli, l-entraturi speċifiċi li għandhom jitniżżlu fuq il-liċenzi għandhom jiġu stipulati. Barra minn dan, id-disposizzjonijiet applikabbi għal-liċenzi allokati mill-ġdid u għat-trasferiment ta' liċenzi bejn operaturi għandhom jiġu adottati.

(12) L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandu jiġi adattat sabiex jinkludi l-awtoritatijiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġodda responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema.

(13) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni Għall-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tifsir

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "Il-Komunità ta' ħmistax" tfisser il-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta' April 2004;

(b) "Stati Membri ġodda" tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, il-Lituwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja;

(ċ) "Il-Komunità Mkabbra" tfisser il-Komunità kif ikkostitwita fl-1 ta' May 2004;

(d) "importazzjoni primarja" tfisser l-operaazzjoni ekonomika kif mfissra fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 bil-għan ta' bejgħ f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri ġodda;

(e) "kwantità minima" tfisser il-kwantità minima kif spjegata fit-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 stabbilita abbażi ta' l-importazzjonijiet primarji kollha mwettqa bl-iskop li jfornu s-swieq ta' l-Istati Membri ġodda;

(f) "awtoritajiet kompetenti" jfissru l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 896/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għan

Dan ir-Regolament jintroduċi l-miżuri transitorji neċessarji sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti fis-seħħ fl-Istati Membri ġodda qabel l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità ta' ħmistax għall-arranġamenti tal-kwota ta' tariffi ta' importazzjoni mdaħħla bir-Regolamenti (KEE) Nru 404/93 u (KE) Nru 896/2001.

Regolament (KE) Nru 896/2001 għandu japplika soġġett għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kwantità addizzjonali

1. Kwantità ta' 300000 tunnellata metrika, piż nett, għanda tkun disponibbli għall-importazzjoni ta' banana fl-Istati Membri ġodda għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004.

Din il-kwantità għandha tkun disponibbli għall-importazzjoni ta' prodotti ta' oriġini li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93.

Importazzjonijiet koperti minn dik il-kwantità għandhom ikunu soġġetti għad-dazji ffissati fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' hawn fuq.

2. Il-kwantità ffissata fil-paragrafu 1 tista' tiżdied jekk tkun osservata żieda fid-domanda fl-Istati Membri ġodda.

Artikolu 4

Aċċess għall-kwantità addizzjonali

1. Aċċess għall-kwantità addizzjonali ffissata fl-Artikolu 3 għandha tkun miftuħa lil operaturi tradizzjonali u mhux tradizzjonali stabbiliti fil-Komunità mkabbra li jissodisfaw l-bżonnijiet ta' l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 414/2004, skond ma jkun il-kaz.

2. 249000 tunnellata tal-kwantità għanda tkun disponibbli lil operaturi tradizzjonali u 51000 tunnellata lil operaturi mhux tradizzjonali.

Artikolu 5

Kwantità disponibbli għall-ħruġ ta' liċenzi f'Mejju 2004

Ammont ta' 87000 tunnellata metrika għanda tkun disponibbli għall-ħruġ ta' liċenzi f'Mejju 2004 bil-għan ta' importazzjoni ta' banana fl-Istati Membri ġodda. 72210 tunnellata metrika ta' dik il-kwantità għanda tkun disponibbli lil operaturi tradizzjonali u 14790 tunnellata lil operaturi mhux tradizzjonali.

Artikolu 6

Kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja għal operaturi tradizzjonali

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni għandha tagħti lil kull operatur tradizzjonali li wettaq il-kwantità minima ta' importazzjoni primarja ta' banana bl-iskop tal-bejgħ tagħha f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri ġodda fis-sena 2000, 2001 jew 2002 kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja bbażata fuq il-medja ta' importazzjonijiet primarji li dak l-operatur wettaq matul il-perjodu hawn fuq imsemmi, bl-iskop tal-ħruġ ta' liċenzi f'Mejju 2004.

Din il-kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja għanda tinkiseb billi tiġi multiplikata l-medja ta' importazzjonijiet primarji li hemm riferenza għaliha fis-sub-paragrafu ta' qabel dan b'ko-effiċjent ta' 0,1875.

2. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-kwantità disponibbli ffissata fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun neċessarju, tiffissa ko-effiċjent aġġustat li jiġi applikat lill-kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja ta' kull operatur tradizzjonali.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil kull operatur dwar il-kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja, kif aġġustata fejn neċessarju, bil-ko-effiċjent aġġustat li hemm riferenza għalih fil-paragraph 2, mhux aktar tard mill-4 ta' Mejju 2004.

Artikolu 7

Allokazzjoni speċifika proviżorja lil operaturi mhux tradizzjonali

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu allokazzjoni speċifika proviżorja għal kull operatur mhux tradizzjonali rreġistrat magħhom billi tiġi moltiplikata l-kwantità fl-applikazzjoni ta' kull operatur b'ko-effiċjent ta' 0,29 bl-iskop li jinħarġu liċenzi f'Mejju 2004.

2. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-kwantità disponibbli ffissata fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għanda, jekk ikun neċessarju, tiffissa ko-effiċjent aġġustat li jiġi applikat lill-kwantità ta' riferenza speċifika proviżorja ta' kull operatur mhux tradizzjonali.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil kull operatur mhux tradizzjonali bl-allokazzjoni proviżorja mhux aktar tard mill-4 ta' Mejju 2004.

Artikolu 8

Sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi u ħruġ ta' liċenzi f'Mejju 2004

1. Lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huma reġistrati.

2. Liċenzi ta' importazzjoni, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "liċenzi tad-dħul", għandhom jinħarġu biss għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid.

3. Applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom iġibu l-kliem "liċenzi tad-dħul", "operatur tradizzjonali" jew "operatur mhux tradizzjonali", skond ma jkun il-kaz, u "Regolament (KE) Nru 838/2004. Liċenza valida biss fi Stat Membru ġdid".

Dawn l-entraturi għandhom jidhru fil-Kaxxa 20 tal-liċenza.

4. Applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jiġu sottomessi għall-ewwel darba fl-4, 5 u 6 ta' Mejju

Sabiex jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal liċenza sottomessi minn operatur wieħed ma jistgħux jeċċedu total akbar minn:

(a) il-kwantità ta' riferenza proviżorja notifikata skond l-Artikolu 6(3), fil-kaz ta' operaturi tradizzjonali;

(b) l-allokazzjoni proviżorja notifikata skond l-Artikolu 7(3), fil-kaz ta' operaturi mhux tradizzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom joħorġu liċenzi ta' importazzjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta' Mejju 2004.

5. Liċenzi ta' importazzjoni maħruġa taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ u għandhom jiskadu fis-7 ta' Awissu 2004.

Artikolu 9

Rilaxx tal-garanziji

1. Sigurtajiet kontra l-liċenzi ta' importazzjoni ta' operaturi tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandhom jiġu rilaxxjati fil-proporzjon tal-kwantitajiet meħlusa għaċ-ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid.

2. Sigurtajiet kontra l-allokazzjonijiet ta' operaturi mhux tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandhom jiġu rilaxxjati fil-proporzjon tal-kwantitajiet attwalment meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid skond t-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Liċenzi ta' allokazzjoni mill-ġdid

Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001:

1. Ammonti mhux użati koperti b'liċenza tad-dħul jistgħu jiġu allokati mill-ġdid lill-istess operatur – sew jekk detentur jew transferee – wara applikazzjoni, għall-użu f'perjodu sussegwenti. Tali allokazzjoni mill-ġdid għanda tapplika għal banana importata taħt l-kwantità addizzjonali.

2. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' allokazzjoni mill-ġdid għandhom jinkludu l-kliem li ġej fil-Kaxxa 20: "Liċenza ta' allokazzjoni mill-ġdid", "operatur tradizzjonali" jew "operatur mhux tradizzjonali", skond ma jkun il-kaz, u "L-Artikolu 10 ta' Regolament (KE) Nru 838/2004. Il-liċenza hija valida biss fi Stat Membru ġdid".

Artikolu 11

Trasferiment ta' liċenzi tad-dħul

Drittijiet li joriġinaw minn liċenzi tad-dħul koperti bil-kwantità addizzjonali għandhom ikunu trasferibbli lil operatur transferee wieħed.

Drittijiet jistgħu jiġu trasferiti biss:

- bejn operaturi tradizzjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5,

- minn operatur tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 5 għal operatur mhux tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 6, jew

- bejn operaturi mhux tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 6.

Artikolu 12

Aġġustament ta' l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 896/2001

L-Anness I għal dan ir-Regolament huwa żieda ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 896/2001.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja and l-Islovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, pġ. 1. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2587/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, pġ. 13).

[2] ĠU L 126, tat-8.5.2001, pġ. 6. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1439/2003 (ĠU L 204, tat-13.8.2003, pġ. 30).

[3] ĠU L 68, tas-6.3.2004, pġ. 6. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 689/2004 (ĠU L 106, tal-15.4.2004, pġ. 17).

[4] ĠU L 106, tal-15.4.4, pġ. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġodda

— ir-Repubblika Ċeka

Fond ta' l-Istat għall-Intervenzjoni Agrikulturali

Ve Smeckách 33

CZ-11000 Praha 1

— l-Estonja

Bord ta' l-Estonja dwar ir-Reġistri u Informazzjoni Agrikulturali

L-Unità ta' Miżuri Kummerċjali

Triq Narva, 3

EE-51009 Krustati

— Ċipru

Ministeru tal-Kummerċ, Industrija u Turiżmu

Import & Export Licensing Unit

CY-1421 Ċipru

— il-Latvja

Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura

Servizz ta' Għajnuna Rurali

Mekkaniżmi tal-Kummerċ

Diviżjoni Dipartiment/Liċenza

Repubblika laukums, 2

LV-1981 Riga

— il-Lituwanja

Aġenzija Nazzjonali tal-Pagamenti

Dipartiment tal-Kummerċ Esteru

Gedimino av. 19

LT-01103 Vilnius-25

— l-Ungerija

Ministeru tal-Ekonomija u Trasport

Uffiċċju tal-Liċenzar u Amministrazzjoni

Margit krt. 85

HU-1024 Budapest

— Malta

Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

Diviżjoni tas-Servizzi Agrikulturali u Żvilupp Rurali

Triq Ngiered

MT-CMR02 Marsa

— POLONJA

Aġenzija tas-Suq Agrikulturali

Dipartiment tar-Regolament tal-Kummerċ Esteru

6/12 Triq Nowy Swiat.

PL-00-400 Warsaw

— l-Islovenja

Aġenzija għas-Swieq Agrikulturali u Żvilupp Rurali

Dipartiment tal-Kummerċ Esteru

Dunajska Cesta 160

SI-1000 Ljubljana

— l-Islovakkja

Aġenzija Agrikolturali tal-Pagamenti

Dobrovicova 12

SK-81526 Bratislava

--------------------------------------------------