32004R0788



Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament (KE) Nru 788/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 u r-Regolamenti (KE) Nru 1655/2000, (KE) Nru 1382/2003 u (KE) Nru 2152/2003 bil-ħsieb li jkunu adattati l-ammonti ta' referenza biex jieħdu in konsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1), l-Artikolu 80(2), l-Artikolu 156, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1],

Billi:

Biex jieħdu in konsiderazzjoni t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti ta' referenza għandhom ikunu adattati fir-Regolamenti li ġejjin:

- (KE) Nru 2236/95 tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 1995 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam ta' xbieki (rettikolati) trans-Ewropej [2],

- (KE) Nru 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-Istrument Finanzjarju dwar l-Ambjent (LIFE) [3],

- (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja biex ittejjeb l-aġir ambjentali tas-sistema tat-trasport ta' merkanzija (Programm Marco Polo) [4], u

- (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-immonitorjar ta' l-interazzjonijiet bejn foresti u ambjent fil-Komunità (Iffokar fuq il-Foresti) [5].

ADOTTATAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2236/95 għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-intestatura "Riżorsi mill-budget" tkun issostitwita bl-intestatura "Iffinanzjar";

2. l-ewwel paragrafu għandu ssostitwit b'li ġej: "Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall perjodu 2000 sa 2006 għandu jkun ta' EUR 4874,88 miljun."

Artikolu 2

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2000 għandu jkun emendat kif ġej:

1. l-intestatura "Tul ta' żmien tat-tielet fażi u riżorsi tal-budget" għandha tkun issostitwita bl-intestatura "Tul ta' żmien tat-tielet fażi u finanzjament";

2. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ssostitwiti b'li ġej:

"1. LIFE għandha tkun implimentata f'fażijiet. It-tielet fażi għandha tibda fl-1 ta' Jannar 2000 u tintemm fil-31 ta' Diċembru 2004. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tat-tielet fażi għall-perjodu 2000 sa 2004 huwa b'dan stabbilit f'EUR 649,9 miljun.

2. Il-finanzjament allokat lill-azzjonijiet li jpprovdi għalihom dan ir-Regolament għandu jkun irreġistrat fl-approprjazzjonijiet annwali tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji."

Artikolu 3

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1382/2003 għandu jkun emendat kif ġej:

1. l-intestatura "Budget" għandha tkun issostitwita bl-intestatura "Finanzjament";

2. l-ewwel paragrafu għandu jkun issostitwit b'li ġej: "Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Marco Polo, għall-perjodu 1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006, għandu jkun ta' EUR 100 miljun."

Artikolu 4

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003 għandu jkun issostitwit b'li ġej:

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-iskema għall-perjodu 2003 sa 2006 għandu jkun ta' EUR 65 miljun, li minnhom EUR 9 miljun jistgħu jintużaw għal miżuri ta' prevenzjoni tan-nar.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget ġewwa l-qafas tal-proċedura tal-budget annwali u l-limiti tal-perspettivi finanzjarji."

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2004 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2004.

[2] ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 1).

[3] ĠU L 192, 28.07.2000, p. 1.

[4] ĠU L 196, 02.08.2003, p. 1.

[5] ĠU L 324, 11.12.2003, p. 1.

--------------------------------------------------